Flus mohbija

M’hemm l-ebda dubbju li l-ammont ta flus li hawn fl-idejn Malta hu zzejjed ghal bzonnijiet normali ta’ ekonomija tad-daqs ta’ Malta. Hu stmat li hawn Lm250 miljun zejda fl-idejn. Barra minn dawn hemm imbghad id-doppju, jew aktar, ta’ flus fil-Banek kummercjali li huma wkoll maqbudin u ma jistghux jiccirkulaw b’mod hieles. Tal-ewwel hu ovvju li huma flus li mhux dikjarati ghall ebda fini ta’ ligi ta’ taxxa. Fil-verita negozju bihom jsir, imma kollox minn taht, jew fuq l-idejn. Inkredibbli kemm ghadu jsir negozju fuq l-idejn u b’sogru kbir. Ghax la xejn ma jidher, m’hemmx kitba u m’hemm l-ebda sigurta. Stejjer nisimghu. Imma, meta tqis il-volum ta’ negozju li jsir b’dawn l-flus, ma tantx nisimghu wisq.

Meta dawn il-flus jithaddmu, xorta wahda jkunu qed jiggeneraw ix-xoghol. Ghax ghalkemm nitkellmu fuq l-ekonomija s-sewda, dik mhux dikjarata, pero fil-verita l-ekonomija m’ghandhix kulur. Kull attivita’ ekonomika, dikjarata ghall-fini ta’ taxxa jew mhux dikjarata, xorta wahda tohloq il-gid. Fl-ewwel stadju, jkun hemm l-abbuz ta’ taxxa. Imma ghall-ohrajn li jgawdu mill-attivita’ lanqas dan l-abbuz ta’ taxxa ma jibqa’. Ghax, perezempju, jekk sar hlas ta proprjeta u parti harget mill-flus mohbija u wara l-proprjeta giet zviluppata, hafna mill-hlasijiet li jsiru wara, b’riehet l-izvilupp tal-istess proprjeta, f’forma ta’ pagi, xiri ta materjali u hlas ta’ hafna servizzi, dawn kollha jkunu l-bicca l-kbira dikjarati. Jigifieri l-ironija hi li l-flus mhux dikjarati meta jithaddmu jwasslu biex jinholoq ix-xoghol u biex jizdied id-dhul taxxabli ta’ ohrajn. Min ikun harighom mil-mohbi l-ewwel darba u haddimhom ikun ghamel forma ta’ hasil tal-flus. Imma wara la “nhasslu”, jidhlu fl-ekonomija u jsiru regolari.

Issa kieku dan isir f’daqqa mhux dejjem gid jaghmel lil ekonomija. Ir-raguni hi li jekk bhal ma ghandna issa, jkollok livell ta inflazzjoni gholja, iz-zieda f’daqqa ta miljuni ta’ flus fl-idejn u mhaddma jikkawza inflazzjoni aktar. Ezempju car hu x’gara meta l-Ministru John Dalli kien ta’ amnestija lil dawk li kienu hargu flushom il-barra minn Malta u imbghad faslilhom skema biex ikunu jistghu jgibuhom lura. Il-flus gew bil-kbir u il-Gvern dahhal kemxa sew f’taxxi godda. Imma la l-Gvern dakinhar ma pprovdiex skemi specjali attraenti ta’ tfaddil fejn dawn l-flus setghu jithaddnu bi qliegh ghall-ekonomija taghna, gara li dawn il-flus marru fil-proprjeta. Kulhadd jaf x’gara. Il-proprjeta gholiet b’qabza illi ftit konna rajna bhala. Ghax il-proprjeta minn dejjem kienet store tajjeb ghal min ghandu flus zejda. U la l-proprjeta ftit ghandna, il-hafna flus jigru wara ftit proprjeta, inflazzjoni qawwija fil-prezzijiet tal-proprjeta joholqu.

Is-sabiha hi imma li dakinhar li inghatat l-amnestija fuq il-flus ta’ barra saret ingustizja ma hafna. L-ewwelnett ma dawk li dejjem halsu t-taxxi, qatt ma evadew, u qatt ma hargu flushom l-barra baxx, baxx bi ksur tal-ligijiet tal-kambju, jekk mhux bi frodi tal-ligijiet kummercjali. Dan bla ma nidhlu fil-mertu ta’ minn fejn kienu gew dawn l-flus, jekk hux minn qliegh kummercjali u tifdil normali, jew jekk hux minn droga, korruzzjoni jew haga ohra llegali. It-tieni, ngustizzja saret mal-klassi l-ohra tal-evazuri li ghalkemm kisru l-ligijiet fiskali Maltin meta evadew it-taxxi imma tal-anqas xm’ghamlux d-dnub l-iehor li harguhom il-barra minn Malta u flok holqu xoghol bihom lil Maltin holqu x-xoghol lil barranin f’pajjizi barranin. Meta dawn il-miljuni ta’ liri Maltin ddahhlu lura bil-barka tal-Gvern, barra l-effett negattiv fuq il-prezz tal-proprjeta ghall- dawk li jridu jixtru biex ikollhom darhom jew biex jifthu jew ikabbru negozju u l-effett negattiv fuq l-inflazzjoni li mbghad hassejnih ilkoll, dawn il-miljuni ta’ liri holqu hafna gid gdid. Ghax kif ghidt, la jithaddnu dawn jithasslu u jibdew jiccirkulaw daqs il-flus l-ohra. Ta’ min huma jkollu jibda jiddikjarhom u jhallas it-taxxi fuqhom u fuq il-qliegh li jiggeneraw fit-thaddim taghhom. U mix-xoghol li jinholoq jerga jingabru aktar taxxi minn fuq kull min jahdem b’riehithom. Jigifieri ghan-negattiv, ghall-ingustizzji li semmejt u mahhom ohrajn, ikkompensa x-xoghol u l-gid li inholoq.

Barra l-iskema tal-amnestija fuq il-flus ta’ barra kienet wkoll thadmet skema ohra ghall min kellu flus f’Malta mohbija. Kienet inghatat incentiva, wkoll mil-Ministru John Dalli, lil dawk li ppreferew li flok flushom jhalluhom b’riskji kbir, id-dar jew mohbija f’kaxxi ta sigurezza fil- bank, jpogguhom f’kontijiet bankarji taht certi kundizzjonijiet. Min dahal ghall- din l-iskema gawda minn l-imaxx li dahhal mil-banek u amnestija fuq investigazzjoni ta’ kif kienu originaw dawn il-flus, basta izda jiddikjaraw l-imghax tal-flus iddepositati u fuq l-imghax tithallas il-withholding tax ta 15%. Mela l-Gvern dahhal it-taxxi li qabel ma kienx qed idahhal. Imma min kellu dawn id-depositi ma setghax ihaddimhom fl-ekonomija. Ir-raguni kienet li l-Gvern ma ridx li barra l-ewwel mahfra tinghata wkoll mahfra ohra biex min kien evada jinghata wkoll il-vantagg ta’ gwadann akbar ghax ikun jista’ jhaddem flusu hu stess bla xkiel. Il-Gvern wkoll ma ridx li tintefah l-inflazzjoni bil-kbir jekk dawn l-flus johorgu kollha fil-berah f’daqqa. Min ried ihaddimhom, fil-verita’, seta’. Imma, kien jitlef l-privilegg li kellu li ma jkunx investigat minn tat-taxxi dwar kif kienu originaw dawn il-flus.

Il-bicca l-kbira ta’ dawn il-mijiet ta’ miljuni ghalhekk baqghu maqbuda fil-banek. Ma jfissirx li ghall ekonomija dawn kienu jew huma reqdin. Il-banek ihaddmuhom bhala bazi ghas-self li jaghmel kull bank lill-individwi, lill-kummercjanti u l-industrijalisti, u wkoll, u f’pajjizna bil-kbir, lill-izviluppaturi tal-proprjeta. Il-Qliegh jamluh dawn in-negozjati u l-istess banek kummercjali. Jigifieri huma stess ma jhaddmuhomx imma ihaddiemhom haddiehor!

Issa illum qeghdin f’sitwazzjoni fejn l-Gvern irid jara x’jaghmel. Diga ghidt darb ohra, li d-dhul tal-Euro jista’ jiffacilita’ il-hrug ta’ dawn il-flus il-barra minn Malta. Dan ghaliex la l-flus kollha Maltin fil-banek isiru kollha Euro jkun aktar facli li tohroghom u titransferihom barra minn Malta. Jista jkun li dan mhux hazin ghal ekonomija, aktar u aktar, jekk qabel jinhargu, min johroghom jaccetta li jhallas t-taxxa jew ta’ darba jew/ukoll fuq il-qliegh li jaghmel meta jhaddimhom barra. Jigifieri, minghajr ma nonfhu aktar lil inflazzjoni nterna jinholoq dhul gdid ghall Malta u ghas sistema fiskali, izda ma jinholoqx xoghol gdid f’Malta.

Jista’ jkun izda li tinstab soluzzjoni ohra kif dawn il-flus jithaddnu f’Malta b’mod intelligenti. Il-Gvern idahhal li ghandu jdahhal bla esagerazzjoni. Il-flus jkunu ndirizzati fl-ewwel stadju lejn attivita jew lejn strumenti finanzjarji li jkunu jistghu jassorbuhom bla effett negattiv fuq ir-rata tal-inflazzjoni u lanqas fuq prezzijiet bhal ma huma dawk tal-proprjeta. Id-diskussjoni dwar dan ghandha tinfetah berah u bla ebda skruplu zejjed. Nistghu nghallqu ghajnejna, niskruplaw izzejjed u ma ma nghamlu xejn. Jibqa’ jgawdi minn qalaghhom u hbihom, ghalkemm mhux daqs kemm jixtieq. Jibqghu jaqalghu l-Banek, ghax kif ghidt miljuni kbar diga qeghdin fil-Banek, imma il-kumplament tas-socjeta ma dgawdi xejn hlief is-sodisfazzjon li min zgarra fil-passat mhux qed igawdi wisq min dnubitu.

Jien nemmen li din l-kwistjoni m’ghandhiex tibqa’ taht il-tapit ghax sempliciment nibzghu insemmuha. Li ma nghamlu xejn hi soluzzjoni, izda mhux l-ahjar soluzzjoni ghall-pajjizna. L-ekonomija Malta tiflah attivita’ ekonomika hafna iktar milli ghandna jekk irridu nibqghu nirristrutturaw, noholqu xoghol gdid u nghollu konsistentament l-istandard of living tal-Maltin. Ma jfissirx li l-izvillup ghandna nimmirawh lejn l-qasam tal-kostruzzjoni, kif zgur li jsir, jekk is-soluzzjoni tkun wahda semplici u mhux ippjanata. Izda fi progetti godda li jsahhu t-turizmu, l-infrastruttura u l-industrija, bil-bini ta’ aktar fabbriki. Hemm hafna pozittiv x’jista jsir b’dawn il-flus. Flimkien kapaci insibu soluzzjoni li minnha Malta aktar dgawdi milli titlef. Mhux tant biex taghmel pjacir lil min evada izda biex nghamlu pjacir lilna infusna.

Ejja ma nzidux din il-kwistjoni mal-hafna ohrajn mhux solvuti. Ghax sempliciment nibzghu niehdu decizjoni. L-2007 trid tkun is-sena li l-Gvern ta’ Lawrence Gonzi jibda’ jiehu decizjonijiet aktar cari u f’anqas zmien. Is-sistema li thadmet s’issa fejn taqla fwiedek biex tiehu decizjoni trid tinqata’.

Nawgura s-sena t-tajba lill-qarreja kollha.

Issa l-Ekonomija Wenz!

Niftakar l-parir li James Corville l-campaign manager tal-kampanja Presidenzjali kien ta lil Bill Clinton: “It’s the economy, stupid”. Lil- Dr. Lawrence Gonzi nghidlu “Issa l-Ekonomija, Wenz!”.

Meta hrigna l-istudju li ghamel l-ekonomista l-Prof. Joseph Falzon kellna ghan car: dak li niffukaw fuq dak li qed isir vera fl-ekonomija Maltija. Lil hinn mill- ftahir jew tmaqdir, skond liema ahbarjiet tisma’, ridna nipprezentaw stampa cara biex min irid jifhem, jifhem, ghax fuq fatti konkreti tfassal strategiji tajbin.

Il-Punt krucjali tal-istudju jinvolvi analazi xjentifiku tal-Prodott Gross Domestiku, l-kejl l-aktar importanti ta’ kull ekonomija. Minn dan hargu car numru ta konkluzjonijiet fosthom:

· L-ekonomija Maltija, fit-tielet sena ta sbuhija fl-Unjoni, Ewropeja illum tiddependi aktar fuq l-attivita’ ekonomika lokali milli fuq il-qliegh minn barra permezz tat-turizmu u mill-esportazzjoni.
· Barra minn hekk, l-ekonomija lokali qed turi zieda fir-rata tal-inflazzjoni kkawzata miz-zieda fl-ispejjez lil intraprizi u lil min ihaddem fil-waqt li d-dhul li jgibu l-esportaturi u l-agenti tat-turizmu minn barra minn Malta qed dejjem jonqos. Dan ifisser li kull min irid johloq ix-xoghol f’Malta, l-ispejjez qed jizdiedulu, fil-waqt li l-prezzijiet li qed jingiebu minn barra kemm mit-turizmu kif wkoll ghall esportazzjoni dejjem jonqos. Dak li jfisser inflazzjoni interna u diflazzjoni esterna.
· Il-prezzijiet li ngibu minn barra naqsu bi 8.6% bejn is-sena 2000 u s-sena 2005 u l-prezzijiet ta dak li nixtru minn barra naqsu fl-istess perjodu b’6%. Il-valur ta l-esportazzjoni fl-2005 kien 10.25% anqas milli kien fl-2000.
· Il-valur mizjud li jibqa f’Malta mil-industrija tal-manifattura waqa minn 30.75% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) fis-sena 2000 ghall-25.43% fis-sena 2005. Il-valur mizjud ekonomiku tas-settur tat-turizmu bhala persentagg tal-PGD waqa minn 10.03% fl-1995 ghall-8.55% fis-sena 2000 u ghall- 7.5% fl-2005.

Ghalhekk Prof. Falzon ikkonkluda li fis-sena 2005 l-ekonomija Maltija kienet anqas miftuha milli kienet fis-sena 2000. Dan meta kulhadd jitkellem fuq l-globalizazzjoni u fuq l-oppurtunitajiet godda li toffrilu s-sbuhija fis-suq kbir intern tal-Unjoni Ewropeja. Din ta kemm verament qed jibqalna fl-ekonomija taghna hi importanti hafna: dan hu li nifhem b’valur mizjud ekonomiku.

Sehem importanti fl-ekonomija ta’ Malta hu dak tal-impjiegi. La ahna m’ghandnix risorsi naturali bhaz-zejt, azzar u materja prima ohra, ahna l-valur mizjud taghna jigi l-aktar mix-xoghol uman marbut mat-teknologija, apparat u sistemi ta produzzjoni, manegerjali u finanzi li kapaci inhaddnu fl-intraprizi u fl-attivita ekonomika taghna. Ghalhekk importanti li fl-istudju ta Prof. Falzon dahhal wkoll dak li qed isir fil-kamp tal-impjiegi. Hu ra jekk dak li qed jiehdu l-haddiema bhal kumpens huwiex koprut biz-zieda fil-produzzjoni. Meta pajjiz jaghti zidiet li ma jkoprux dak li jkun ipproduca l-haddiem ghall- kull lira zejda li jdahhal b’zieda fil-produzzjoni il-pajjiz ma jikbirx u jaqa’ lura. L-istudju ta Falzon, mahdum ghall-GRTU, juri li hekk kien qed jigri matul l-ahhar 10 snin f’hafna setturi. Ghax l-istudju mhux jitkellem biss fuq l-ekonomija in generali imma johodha settur b’settur.

Fl-industrija tal-manifattura l-impjiegi, fuq medda ta ghaxar snin, tlifna impjieg minn kull hames job li kellna. Minn 30, 942 fl-1995 inzilna ghall- 24, 492 fl-2005, telf ta 6450 impjieg, telf ta 20.84%. Ikkompensejna ghall dan l-holqien ta impjieg fis-setturi marbuti mal-ekonomiji lokali minflok dik ghall- esportazzjoni. Fit-turizmu l-livell ta’ mpjieg fuq mhedda ta 10 snin inzamm b’zieda ta’ l-1.6% minn 8419 fl-1995 ghall-8,534 fl-2005. Il-livell ta impjiegi fl-ekonomija kollha Maltija inzamm fejn kien b’total ta’ 137,000.

Li zdied matul l-ahhar 10 snin hu ix-xoghol part-time. Fl-1996 kien hemm 9,735 li jahdmu part-time biss u 12,336 li jahdmu part-time barra x-xoghol ewlieni taghhom, fil-waqt li f’2005 dawk b’ part-time job biss lahqu 22,158 u dawk b’impjieg part-time barra x-xoghol full-time lahqu 17,569. Jigifieri fuq ghaxar snin l-part-time jobs zdiedu minn 22,071 ghall 39,727 zieda ta 17,656. Meta niehdu l-part-time jobs ifisser li l-valur mizjud ta’ kull siegha xoghol tal-haddiem jonqos aktar milli jidher fir-rapport ta’ Falzon.

Il-valur mizjud ghall kull haddiem li jahdem full-time zdied b’26.95% bejn l-1996 u 2005. Meta jitqabbel maz-zieda fl-inflazzjoni dan hu kemm, kemm aktar ghax l-inflazzjoni fuq mhedda ta ghaxar snin telghet b’24.52%. Pero jekk imbghad niehdu x’effett kellha b’kull lira zieda li hadu l-haddiema matul l-ahhar 10 snin fuq dak li jibqalghu f’idu s-sid tal-intraprizi biex ikun jista’ jirrinova, jirristruttura u jirrinvesti (Operating Surplus) biex l-intrapriza tibqa tikber u ma talghaqx, insibu xena vera nkwitanti. L-operating surplus fil-bicca l-kbira tas-setturi ekonomici li ghandna f’Malta zdied b’hafna anqas milli zdiedet l-inflazzjoni. Il-qliegh fuq kull lira zieda li inghatat lil haddiema kien ta 8.74%, fil-waqt li l-inflazzjoni zdiedet b’24.52%. Dan ifisser li s-sid tal-intrapriza ma hax lura l-lira kollha. Jfisser li fuq l-ekonomija kollha meta s-sid ma jiehux lura bizzejjed, l-intraprizi li m’ghadhomx fuq xiex jaqghu, jaghlqu u jibqa biss dawk li huma relattivament kbar u b’sahhithom. Hekk qed jigri fl-industrija u fis-settur tal-lukandi u dan, nerga nghid, bla ma nikkalkulaw l-impatt tal-part-timers fuq l-produttivita tax-xoghol.

Dawn ic-cifri huma bbazati fuq figuri ppublikati mill-NSO sa Settembru 2006. Ghax, abra katabra, ic-cifri tal-NSO ippublikati f’dawn l-ahhar granet ghamlu bidliet sinjifikanti. F’daqqa wahda qed naraw li c-cifri tal-PGD sa nofs is-sena 2006 inbidlu mhux hazin.

Issa sibna li it-tkattir ekonomiku li rat Malta bejn l-1996 u l-2003 kien hafna anqas milli kkalkulaw Lino Spiteri, Leo Brincat u John Dalli. Haga tal-iskantament issa sirna nafu li bejn is-sena 1996 u is-sena 2003, l-ekonomija ta’ pajjizna kienet kibret anqas sew minn dak li kienu qed jghidulna l-istatistici tal-NSO sa ftit ilu. Infatti l-figuri li gew ippublikati f’Dicembru 2006, issa qed juru li c-cifri tal-Prodott Gross Domestiku nominali ibbazat fuq il-prezzijiet tas-suq (nominal, GDP at market prices) ghall-perjodu 1996 sa l-2003 naqsu b’ Lm108.5 miljun. Haga tal-iskantament! Sparixxew Lm108.5 miljun! Sa Settembru 2006 kienu hemm, u f’Dicembru 2006, ghosfru! Dan ifisser li l-Ufficju tal-Istatistika mar zmerc b’mija u tminn miljun u nofs lira u ghalhekk l-ekonomija Maltija bejn l-1996 u 2003 ma kibritx daqs kemm kienu qalulna qabel.

Skond l-ahhar cifri, jigifieri, Lino Spiteri u Leo Brincat kienu marru zmerc b’ Lm 40.8 miljuni fuq il-perjodu 1996 sal-1998 u issa l-NSO dawn il-miljuni sparixxithom. Ifisser ukoll li John Dalli, ghall-perjodi li hu kien responsabbli ghall-ekonomija bejn l-1999 u l-2003, naqsulu Lm67.7 miljun lira minn dak li kien habbar bhala tkattir fl-ekonomija.

Isbah minn hekk izda hu li mbghad mis-sena 2004 sa nofs is-sena 2006, f’Dicembru 2006, l-NSO skopra li l-ekonomija Maltija kienet kibret Lm34.8 miljun aktar milli qalulna f’Settembru ta qabel. Mela, that Lawrence Gonzi issa sirna nafu li l-ekonomija intefhet b’Lm34.8 miljuni aktar milli kienu qalulna qabel.

Jien tlabt spjegazzjonijiet lil Kap tal-NSO dwar dawn it-tibdiliet sinjifikanti. Izda nghid bla tlaqliq li ma kkonvincieni xejn. Ma ninsewx wkoll li fl-ahhar xhur rajna waqa’ interessanti hafna fir-rata tal-inflazzjoni.

Irridu bis-serjeta nikkoncentraw fuq l-ekonomija Sur Prim Ministru. Irridu l-ewwelnett li nkunu aktar konsistenti fil-figuri li nippublikaw. Irridu fuq kollox nanalizzawhom sewwa l-figuri li qed nippublikaw u wara nfasslu politika ekonomika li tiffoka bis-serjeta fuq xi irridu naghmlu biex l-ekonomija Maltija tikber bis-serjeta b’mod konsistenti. L-ahhar 10 snin tawna lezzjonijiet siewja hafna. Boloh jekk ma nitghallmux u nibqghu nghoddsu rasna.

Issa tal-Unjoni Ewropeja warajna. Tal-Euro kwazi.

Ejja issa nikkoncentraw b’aktar professjonalita’ fuq l-ekonomija.

Issa l-Ekonomija Wenz!

Il-Produtturi tal-Gheneb jinghaqdu mal-GRTU

Il-Produtturi tal-gheneb mifruxa ma’ Malta u Ghawdex kollu nghaqdu mal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji wara li fil-laqgha Generali tas-Socjeta Vitikultura Maltija l-membri ghaddew rizoluzzjoni li jissiehbu mal-GRTU.

Il-Produtturi tal-gheneb mifruxa ma’ Malta u Ghawdex kollu nghaqdu mal-GRTU – Kamra Maltija tan-Negozji Zghar u Medji wara li fil-laqgha Generali tas-Socjeta Vitikultura Maltija l-membri ghaddew rizoluzzjoni li jissiehbu mal-GRTU.

Din hi socjeta ohra li hasset il-bzonn li tkun rapprezentata b’aktar sahha fuq skala nazzjonali u tgawdi mill-facilitajiet u recognition li llum ghandha l-GRTU fuq sfera lokali u Ewropeja. Bis-sahha tas-sbuhija fil-GRTU l-produtturi tal-gheneb issa ser igawdu wkoll mir-rapprezentenza tal-GRTU fuq l-MCESD u l-Employment Relations Board, l-European Social Fund Committee u European Social and Economic Committee fi Brussels u l-UEAPME u l-EuroCommerce il-federazzjonijiet Ewropej li jirraprezentaw lil kummercjanti u lil Intraprizi z-zghar, li maghhom l-GRTU hi affiljata.

Effett Pozittiv tal-Park and Ride

Il-bierah l-erbgha 13 ta’ Dicembru, 4,400 karozza uzaw l-Park and Ride biex dahlu l-Belt Valletta waqt il-hinijiet tan-negozju. Din gurnata fejn l-Park and Ride ma ntuzax mil-haddiema tal-Gvern u ufficini ohra ghax kien jum ta btala.

Il-bierah l-erbgha 13 ta’ Dicembru, 4,400 karozza uzaw l-Park and Ride biex dahlu l-Belt Valletta waqt il-hinijiet tan-negozju. Din gurnata fejn l-Park and Ride ma ntuzax mil-haddiema tal-Gvern u ufficini ohra ghax kien jum ta btala.

Il-GRTU tibqa ghalhekk tappella biex ic-centri kummercjali ewlenin f’pajjizna jahsbulhom ghal facilitajiet ta’ parking adekwat biex l-isforzi tas-sidien tal-hwienet, specjalment f’dawn il-granet ta’ festi, jkollhom ir-rizultat mixtieq. Il-GRTU tappella wkoll lis-sidien tal-hwienet li jaghmlu wkoll l-isforz taghhom bhall ma jsir fil-Belt Valletta u bhall ma sar b’success kbir fil-Mosta u l-lokalitjiet l-ohra, biex lix-shoppers noffrulhom mhux biss opportunita’ ta’ xiri imma wkoll atmosfera ferrieha u nteressanti.

Is-success tal-Park and Ride jawgura biex l-progett shih ghall-parking u traffic management ghall-Belt Valletta jahdem sewwa.

Il-GRTU qed taghti wkoll is-support taghha lil Kunsill Lokali tal-Florjana biex f’din il-lokalita’ wkoll tiddahhal sistema ta parking li tinkoraggixxi lil dawk li jridu jidhlu l-Florjana bil-karozza biex jixtru mill- hwienet ta din il-lokalita’. Il-GRTU qed tappella lil awtoritajiet biex jiddeciedu dwar din il-kwistjoni malajr qabel jghaddu l-Festi anki jekk bhala mizuri temporanja ghall-zmien il-Festi sa ma tittiehed decizjoni ahharija.

Lejn Presidenza Ewropeja Aktar Determinanti

Wahda mill-affarijiet interessanti li thaddem l-Unjoni Ewropeja hi l-Presidenza li tinqaleb kull sitt xhur. Hawn min jara dan il-perjodu qasir wisq. Izda min isegwi mill-qrib jinnota l-preparattiva enormi li ssir min kull min ikun imissu l-Presidenza qabel ma jmiss lilu u x-xoghol enormi li jaghmel il-pajjiz membru li jkollu l-Presidenza. Kull pajjiz li jmissu l-Presidenza jipprova jizboq lil ta’ qablu fit-twettiq ta’ xoghol u inizjattivi godda. Il-pajjizi l-kbar, b’mod partikolari, jisfurzaw biex taghhom tkun il-Presidenza li taghti l-aqwa rizultati. Kif rajna dan l-ahhar sitt xhur taht il-Presidenza Finlandiza, iz-zghar ma joqoghdux lura lanqas. Il-Presidenza tal-Awstrija kienet infatti success

Wahda mill-affarijiet interessanti li thaddem l-Unjoni Ewropeja hi l-Presidenza li tinqaleb kull sitt xhur. Hawn min jara dan il-perjodu qasir wisq. Izda min isegwi mill-qrib jinnota l-preparattiva enormi li ssir min kull min ikun imissu l-Presidenza qabel ma jmiss lilu u x-xoghol enormi li jaghmel il-pajjiz membru li jkollu l-Presidenza. Kull pajjiz li jmissu l-Presidenza jipprova jizboq lil ta’ qablu fit-twettiq ta’ xoghol u inizjattivi godda. Il-pajjizi l-kbar, b’mod partikolari, jisfurzaw biex taghhom tkun il-Presidenza li taghti l-aqwa rizultati. Kif rajna dan l-ahhar sitt xhur taht il-Presidenza Finlandiza, iz-zghar ma joqoghdux lura lanqas. Il-Presidenza tal-Awstrija kienet infatti success.

Issa minn Jannar imiss lill-Germanizi. Il-Gvern Germaniz kollu, u l-istituzzjonijiet Germanizi kollha, jirsistu biex taghhom tkun Presidenza ta’ vizjoni u li taghti rizultati effettivi. Il-Kancillier Angela Merkel li f’qasir zmien diga stabbiliet ruhha bhala mexxej kapaci, zgur li tara l-Presidenza Germaniza bhala l-opportunita li tiehu ir-rigni bis-serjeta fil-quccata tal-Ewropa issa li Tony Blair iddecieda li jwarrab u l-President Jacques Chirac wasal fl-ahhar.

Ghalina bhala pajjiz membru zghir interessanti li naraw kif ser tizvolgi l-Presidenza Germaniza ghaliex huma bosta d-decizjonijiet li jolqtuna. Malta tinhtieg Ewropa li tikber ekonomikament b’ritmu mghaggel. Ir-rata ta’ tkattir tal-ekonomija taghna jimxi kwazi pass pass ma’ dak tal-Ewropa maghquda ghax il-qliegh ewlieni taghna minn hemm gej. L-ekonomija taghna wkoll fil-process ta’ ristrutturar timxi fuq il-miri tal-Ewropa ghaliex dak li hu hazin ghalihom hu wkoll hazin ghalina. Anke jekk ahna m’ghandniex il-problema l-kbira li ghandhom hafna mill-istati membri kbar f’dak li jirrigwardja l-industrija kbira u antika tal-metal u industriji kbar li llum qed jintradmu taht il-kompetizzjoni tac-Cina, Indja u l-pajjizi l-godda.

M’hemm l-ebda dubju li l-ghan ewlieni tal-Germanizi jkun li jsuqu b’aktar determinazzjoni lil Ewropa lejn il-miri ta’ Strategija ta’ Lisbona li suppost kellha twassal biex fl-iqsar zmien l-Unjoni Ewropea issir l-aktar regjun kompettiv tad-dinja.

Jien kont f’Feiara, fil-Portugal meta addottajna c-Charter Ewropew ghall-Intraprizi z-Zghar u hassejt mill-qrib l-entuzjazmu kbir ghall-istrategija gdida mlaqqma, l-Istrategija ta’ Lisbona, li kienet il-qofol tal-Presidenza Portugiza. Ma’ shabi mill-UEAPME, l-organizazzjoni Ewropea li tirraprezenta l-intraprizi z-zghar u li taghha l-GRTU hi membru attiv, esprimenja x-xetticizmu taghna ghalkemm konna hafna ferhanin li l-Unjoni fl-ahhar kienet qed taghti tant importanza, almenu fil-hsieb, lil intraprizi z-zghar. Minn Lisbona l’hawn ahna ma waqafna xejn nahdmu biex kull wiehed minnha msieheb fil-UEAPME, wkoll, bhal fil-kaz tal-GRTU, fil-Eurocommerce, il-federazzjoni Ewropea li tirraprezenta lil intraprizi kummercjali, nillobijjaw kemm nifilhu biex kull gvern ta’ stat membru jpoggi fil-prattika dak li gie imwieghed ghall-favur tal-intraprizi z-zghar. F’Malta domna ma rrankajna imma issa mexjin ghalkemm baqa’ hafna xi jsir. Issa ahna wkoll bdejna naghtu aktar kas tal-intraprizi zghar.

Jien illum hafna anqas xettiku ghax ir-rizultati bdew jidhru u nemmen li Lawrence Gonzi, hafna aktar minn Eddie Fenech Adami u hafna aktar min x’uhud fil-Kabinet tal-Ministri tieghu stess, hu kommess li jwettaq dak kollu possibli biex l-intraprizi z-zghar ma jibqghux abbandunati u ma jitwettqux aktar policies li jaghmlu hsara lill-intraprizi zghar taghna. Baqa’ hafna u hafna xi jsir u fil-gimghat li gejjin Lawrence Gonzi jrid isarraf bil-fatti r-rieda tieghu fuq progetti li qed niddiskutu mieghu u li huma ta’ fejda ghal hafna mill-intraprizi rapprezentati mill-GRTU. Ghax taf kemm hi facli li twieghed u li jkollok ir-rieda tajba. Jekk imbaghad ma tkunx kapaci tirrezisti lil min kien komdu lbierah ghax kbir u protett, ma tasal qatt biex issarraf dak li twieghed. Izda ahna hawn qeghdin u cari fejn irridu naslu biex naraw l-intrapriza z-zghira taghna timxi u taghti l-frott mistenni minnha taht l-istrategija ta’ Lisbona.

Il-Presidenza Germaniza ghalhekk trid issa wkoll issuq fuq l-istrategija mmirata lejn l-intraprizi fis-settur tas-servizzi ghax dan hu settur enormi u l-aktar li qed jikber fl-Ewropa bhalma hu wkoll il-kaz f’Malta. Dan hu settur izda li l-Unjoni Ewropea relativament ittraskurat. Id-dominanza tal-politika ewropeja kien dejjem is-settur tal-industrija tal-manifattura, l-aktar dik kbira, u s-settur tal-biedja. Il-fondi strutturali u socjali kienu aktar immirati lejn certi kategorija ta’ industrija milli lejn dik zghira u zgur mhux lejn is-settur tal-intraprizi z-zghar fis-settur tas-servizzi.

Il-Presidenza Germaniza trid ukoll issuq fuq il-kuncett tal-Partnership bejn Gvern u l-imsiehba socjali ghat-twettiq tal-istrategiji u inizjattivi tal-Unjoni. Dwar dan issa xbajna nisimghu u naqraw issa l-Germanizi jridu joholqu l-pjuttaformi strutturali u finanzjarji biex dawn il-partnerships verament jibdew jahdmu u jinfirxu biex jigbdu fl-iskemi ta’ ghajnuna u sapport lil intraprizi zghar u medji.

Il-Germanizi jridu wkoll itambru hafna aktar fuq ir-riforma fl-amministrazzjoni tal-istess Kummissjoni u fit-tkattir tal-efficjenza fit-thaddim tal-iskemi u progetti u jaraw kif dak li taghmel l-Unjoni jkun aktar visibbli ghac-cittadini Ewropej. L-Ewropej illum qed isiru dejjem aktar xettici dwar dak li taghmel u tipproponi l-Kummissjoni Ewropea.

Zgur li l-Germanizi jridu jaghtu spinta aktar lil iskemi kollha mmirati biex isahhu l-investiment fil-kapital uman Ewropew. Fl-Ewropa kollha u mhux f’Malta biss hemm nuqqas kbir ta’ haddiema professjonali mharga adekwatament biex jiehdu l-jobs godda li qed jinholqu fl-oqsma l-godda tas-servizzi marbuta mat-teknologija tal-informatika u tal-kompjuters u komunikazzjoni. Fl-istess waqt ahna bhal hafna pajjizi msiehba ohra ghandna livell ta’ qaghad gholi fost il-haddiema ta’ bla sengha jew ta’ snajja li qdiemu. Jien ippartecipajt f’hafna laqghat matul dawn l-ahhar tlett snin tal-European Social Fund Committee li tieghu jien membru attiv u naf mill-qrib kemm din il-kwistjoni ta’ tahrig u ta’ pro attivita biex jsir aktar investiment biex il-haddiema jkunu ppreparati ghall-bidla, hi priorita. Zgur li ghal Germanizi din hi sfida kbira li jridu bilfors jinsistu aktar fuqha.

Hawn wiehed jifhem kemm hi importanti l-glieda li l-burokrazija esagerata li tal-Unjoni huma tant gwappi ghaliha. Tieghhom iparlaw fuq il-“better regulations” u kemm hi hazina l-burokrazija u r-“red tape” zejjed, imma esperti ta’ kif ifaqqsu dejjem aktar burokrazija u aktar regulamentazzjoni. Anke f’Malta ghal paroli dwar tnaqqis fil-burokrazija bravi daqs il-kumplament tal-Unjoni, izda x’hin niegu ghall-fatti f’Malta fl-gheluq tat-2006 ghandna aktar burokrazija, aktar regulamenti, aktar ksur il-ghajn ghall-intrapriza milli kellna fl-ahhar tat-2005. U fl-ahhar tat-2005 kellna aktar milli kellna fl-ahhar tat-2004.

Il-Germanizi wkoll iridu jiddeciedu dwar tqassim ta’ fondi ghal skopijiet socjali. Iridu jiddeciedu jekk hux ser isahhu l-finanzi tal-iskemi socjali u jridu jiddeciedu minn fejn ser igibu l-fondi ghall-Fond il-Gdid msejjah European Globalisation Fund. Dan hu fond gdid li jimmira biex jghin lil dawk li jitilfu l-impjieg minhabba l-globalizazzjoni, l-aktar l-impatt tal-kompetizzjoni mic-Cina, Indja, Vietnam u l-pajjizi l-ohra tal-Asja u tal-Amerika latina. Pero dan hu fond virtwali, ghaliex sa llum isem u pjan biss hemm izda flus le. Il-Germanizi jridu jsibu l-flus ghal dan il-Fond.

Il-Germanizi jridu wkoll joholqu l-istrumenti adatti biex dak li jrid isir jitwettaq. Illum per ezempju gie identifikat il-fatt li l-Ewropa, u l-aktar il-burokratici fil-gvernijiet tal-istati membri u fil-kummisjoni, u wkoll il-pubbliku ingenerali, l-aktar il-haddiema membri tat-trade unions, jridu jibdlu l-attitudni hazina li ghandhom lejn ir-riforma u l-bidliet. Mhux f’Malta biss ghad hawn min jahseb li il-job li ghandek hu tieghek bi dritt u li min ihaddmek ghandu obligu li jhadmek sa ma tasal ghal pensjon. Anzi f’Malta forsi qed ninbidlu aktar b’girja mill-Germanizi, Francizi, Inglizi u Taljani. Izda f’pajjizna wkoll hemm attitudni ggamjata li l-obligu tas-sid hu li jhadmek. Ghadha tezisti stmerrija ghal kelma profitti. Ghad hawn miljuni kbar fl-ewropa li jahsbu li l-jobs jaqghu mis-smewwiet. Ghad hawn wisq attitudni li l-intraprizi u l-ispirti imprenditarjali hu anqas importanti mill-infieq tal-gvernijiet u tal-kummissjoni fuq skemi li jxekklu u mhux jiffacilitaw il-holqien tax-xoghol.

Angela Merkel, li s’issa minn dak li ghamlet fil-Germanja tidher li hi deciza sew dwar x’tifhem li ghandu jkun l-rwol tal-intrapriza zghira u medja fit-trasformazzjoni li l-Ewropa bilfors trid taghmel jekk trid li l-istrategiji tal-Lisbona tirnexxi. Jien fiducjuz li hi kapaci taghmel id-differenza hekk kif tibda l-Presidenza Ewropeja fl-1 ta’ Jannar 2007. Hawn hafna fil-Kummissjoni li jkunu jriduha tikkoncentra aktar fuq il-kwisjtoni tahraq tal-Kostituzzjoni gdida Ewropea. Izda dwar dan tkun inutli tisforza zzejjed qabel l-Elezzjoni Presidenzjali ta’ Franza ghax il-Francizi huma determinanti dwar din il-kwistjoni. Hemm ukoll min lil Merkel ikun irid jimbutta fuq il-kwistjonijiet kbar internazzjonali. Imma Angela Merkel tkun aktar makakka li filwaqt li tgawdi id-dawl u l-lenti qawwija li ttiha x-xena internazzjonali, tikkoncentra aktar biex lil Unjoni Ewropeja ittiha l-ispinta li tinhtieg biex l-ekonomiji Ewropew verament jibdew isiru aktar kompettivi.

Il-gimgha l-ohra kienet Volkswagen li habbret it-tkeccija ta’ 3, 500 haddiem li qatt ma basru li kienu ghal barra. Jekk Merkel ma tkunx effettiva kif wiehed jittama li tkun, nisimgha aktar ahbarijiet bhal dawn. Ghalkemm b’livell anqas, nisimghhom f’pajjizna wkoll.

Ghax fl-Ewropa bhal Malta, tajbin hafna biex inwieghdu u nitkellmu imma x’hin nigu biex natwaw, huma l-ftit li kapaci b’entuzjazmu, b’determinazzjoni u b’hila, jaghtu r-rizultati. Il-Presidenza Germaniza taht Angela Merkel kapaci dan taghmlu.

Inizjattivi godda fil-Mosta

Il-GRTU qiegħda taħdem sabiex tara li l-kummerÄ‹ ikollu l-akbar appoÄ¡Ä¡ possibbli fl-ibliet u l-irħula Maltin, u li kull żvilupp li jkun qed isir ikollu l-inqas impatt possibbli fuq il-ħwienet f’dik l-istess lokalita’.

Fil-Mosta, din il-ħidma laħqet il-qofol tagħha meta bdew għaddejjin id-diskussjonijiet sabiex isir ix-xogħol meħtieÄ¡ biex tiÄ¡i rranÄ¡ata l-pjazza għal kif inhi llum. Din kienet ħidma ta’ konsultazzjoni li ma waqfet xejn bejn Dipartimenti tal-Gvern, Kunsilli Lokali u sidien tal-ħwienet.

Il-GRTU qiegħda taħdem sabiex tara li l-kummerÄ‹ ikollu l-akbar appoÄ¡Ä¡ possibbli fl-ibliet u l-irħula Maltin, u li kull żvilupp li jkun qed isir ikollu l-inqas impatt possibbli fuq il-ħwienet f’dik l-istess lokalita’.

Fil-Mosta, din il-ħidma laħqet il-qofol tagħha meta bdew għaddejjin id-diskussjonijiet sabiex isir ix-xogħol meħtieÄ¡ biex tiÄ¡i rranÄ¡ata l-pjazza għal kif inhi llum. Din kienet ħidma ta’ konsultazzjoni li ma waqfet xejn bejn Dipartimenti tal-Gvern, Kunsilli Lokali u sidien tal-ħwienet.

Din il-ħidma wasslet ukoll biex ix-xogħol kollu infrastrutturali li sar fil-Pjazza tal-Mosta jkollu l-inqas impatt negattiv, u biex dan seħħ, il-GRTU organizzat kumitat bejn is-sidien tal-ħwienet fuq livell lokali li seta’ jsegwi u jieħu sehem direttament fil-konsultazzjonijiet meħtieÄ¡a.

Is-sidien tal-ħwienet fil-Mosta issa, la darba x-xogħol fuq il-pjazza tlesta, qegħdin jorganizzaw lilhom infushom aħjar sabiex jaraw li l-Mosta ikollha l-aħjar kumditajiet possibbli għall-klijenti tagħħhom. Għaldaqstant nhar il-Ä imgħa, 8 ta’ DiÄ‹embru, l-istess sidien tal-ħwienet qegħdin iħabbru li ħafna minnhom ser jibqgħu miftuħa sa l-10 ta’ bil-lejl u jixtiequ jinfurmaw lill-klijenti tagħhom b’din l-attivita’.

Din, fil-fatt hija waħda mill-ewwel inizjattivi li qegħdin jittieħdu mis-sidien tal-ħwienet flimkien mal-GRTU.

Fil-futur, il-GRTU qegħda taħseb kif torganizza lilha nnifisha flimkien mas-sidien tal-ħwienet f’lokalitajiet oħra bħalma sar il-Mosta, biex hekk nagħmlu lill-ibliet u l-irħula tagħna aktar kummerÄ‹jalment vijabbli.

Se jkollna Eksodu tal-Miljuni tal-Liri?

Issa jidher li t-triq ghall-bidla ghall-Euro bdiet tirranka. Il-Gvern bil-fors li ried jara certi affarjiet sewwa. Issa jidher li bil-mod il-mod hafna affarjiet bdew joqghodu f’posthom.

Issa jidher li t-triq ghall-bidla ghall-Euro bdiet tirranka. Il-Gvern bil-fors li ried jara certi affarjiet sewwa. Issa jidher li bil-mod il-mod hafna affarjiet bdew joqghodu f’posthom.

Id-decizjoni li nidhlu fil-Euro mal-ewwel cans li jkollna kienet aktar politika milli ekonomika. Jigifieri l-Gvern l-ewwel ddecieda li nidhlu imbghad fittex l-argumenti ekonomici biex jiggustifika l-ghazla. Din wara kollox l-istess, bhad-dhul ta’ Malta fl-EU. Id-decizjoni l-ewwel kienet politika, u wara giet gustifikata. Fortunatament l-argumenti ekonomici inkwadraw. Izda la l-enfazi kienet politika sal-lum ghad m’ghadniex politika ekonomika aggressiva bizzejjed biex mill-Unjoni Ewropeja niehdu li nistghu. Li kien ghalija l-Gvern imexxi lejn l-Ewropa b’aktar sforzi iffukati biex niehdu li kapaci niehdu mis-suq intern enormi ewropew. Imma ghadna “dilly lallying’. Dan ghaliex bla ‘post accession strategy’ mfassla qabel dhalna domna ma sibna saqajna u ghadna mhux ikkoncentrati sewwa dwar dan.

L-Euro jinkwadra f’dak li ghandna bzonn naghmlu biex inkun aktar effettivi fis-Suq Intern Ewropew ghaliex la l-futur ekonomiku taghna jiddependi hafna fuq kemm jirnexxielna nirbhu ordnijiet ghall intraprizi taghna minn dan is-suq enormi u kemm jirnexxielna ngiebu turisti miz-zona tal-Euro. Ghalhekk jkun ghaqli ghalina li din l-ghodda hekk importanti, il-munita unika ewropeja, tkun taghna wkoll. Tista’ per ezempju, timmagina li xi stat wiehed Amerikan li jrid ibiegh s-servizzi u prodotti tieghu lil kumplament tal-USA, jhaddem munita differenti mid-Dollaru Amerikan? Hekk ukoll ahna. Li jkollna munita ghalina ma taghmilx sens la l-priorita trid tkun li nikkompetu fuq dan is-suq Ewropew. Ma jfissirx li m’hemmx argumenti favur li nzommu l-munita taghna, izda l-argumenti favur l-Euro illum huma akbar. L-argument li jkollna politika monetarja indipendenti jekk nibqghu barra ma jregiex ghaliex Malta zghira u ftit li xejn niddeciedu wahedna. Dejjem hadna posizzjoni monetarja mbuttata mis-suq. U dan ser isir aktar u aktar issa li ahna fl-EU.

Pero mhux tant facli ghalina. Kien hemm bosta kwistjonijiet li ridna naraw qabel ghaggilna u ddecidejna. Dwar dan ftit li xejn sar dibattitu, pero issa li ddecidejna, issa ghandna nsuqu flimkien l-hemm. Kienet fil-fatt ghaqlija hafna d-decizjoni tal-Partit Laburista li jieqaf jargumenta dwar l-Euro u jsuq ukoll lejn Jannar 2008 bhala d-data tad-destin ghall-bidla lejn l-Euro. Il-Gvern minn naha tieghu wkoll ghamel tajjeb li akkost ta’ kollox zamm il-kriterji ta’ Maastricht bhala it-‘targets’ tal-politika ekonomika fiskali u monetarja tieghu biex dak li gie deciz jitwettaq.

L-argument il-kbir li kellna qabel il-Budget infatti kien kemm tista l-ekonomija Maltija tiftah u tnaqqas it-taxxi u timbotta l-konsum bla ma titma l-inflazzjoni u zzied l-Budget deficit u d- dejn nazzjonali li jistghu jizvijawna mill- kriterji accettabli ghall-Bank Centrali Ewropew biex jaccettawna fl-Euro. Xoghol l-GRTU kien li nimbuttaw ghal bidla tal-istrategija ekonomika izda mhux li nharbtu l-istrategija lejn l-Euro. Ghalhekk dan il-Budget ried ikun bilancjat kif kien. Nidhlu fl-Euro, naraw wara li nghaddu mil-ezami, u niddeciedu mizuri ohra wara. Dan ghaqal u mhux U-turn u tidwir kif ghagglu jikkumentaw xi whud. Anke ahna fil-GRTU kellna dan l-argument. Min fl-ekonomija ma jifhimx tuba u l-iehor li jahseb li jaf hafna imma ghadu fl-ewwel skaluna ta sellum li jwaslek li jkollok kredibilita meta titkellem fuq l-ekonomija malajr hargu jikkumidjaw u jghidu li l-GRTU messa ma tkellmitx kif tkellmet dwar il-Budget.

Izda dawn u ohrajn, sfortunatament ma fehmux x’inhu jigri f’pajjizna illum. Ma fehmux li r-retailers u l-membri l-ohra kollha tal-GRTU ekonomija b’sahhitha jridu u ekonomija b’sahhitha ma timbenhiex billi tizra n-negativizmu u tikritika bl-addocc dak li hu sewwa. U illum jaqbel li lil dan l-pajjiz intuh aktar stabilita’. Hu fl-interess tan-negozju kollu li l-konsumatur jhossu aktar konfidenti li l-politika ekonomika tidher li qed tahdem u li verament tahdem. Li t-triq lejn l-Euro timxi bl-anqas xkiel li fl-anqas zmien possibli li Malta jkollha l-ghodod kollha biex niehdu l-aqwa mill-Ewropa. Wara, jekk il-Gvern joghtor, innigzuh. Mhux ser norqdu jew nisparixxu. Mela le. Imma issa jrid ikollna n-nifs u mhux inhallu lil min irid jiddettalna biex nikkumidjaw. Min irid imexxi bl-ispaga minn wara xi zewg pupazzi jsib, imma mhux ser isib mexxejja responsabbli ta’ korp b’sahhtu bhal GRTU. Il-GRTU illum ghandha responsabbilta nazzjonali kbira. Din ir-responsabbilta mhux ser inbieghuha ghal ebda vantagg politiku ta’ hadd.

Ifisser li t-triq ghall- Euro lixxa? Xejn affattu. Tajjarna hafna minn dak li kien idejjaq lis-sidien tan-negozji u ghamilna ftehiem serju mal-Gvern biex l-affarjiet ikunu cari. Il-Gvern ghad irid jaghmel aktar biex jizgura l-ko-operazzjoni shiha tas-sidien tan-negozji kollha. Dwar dan ghandna qed ninnegozjaw. Imma jibqa problema hoxna. X’ser isir mill-miljuni kbar ta liri Maltin li hawn fl-idejn u dawk maqbuda fil-banek hekk kif dawn imurilhom l-ixkiel tal-kambju ghax il-liri kollha jsiru kollha Euro u kollha trasferibbli bla xkiel. X’ser isir? Ser ikun hawn eksodus tal-miljuni l-barra minn Malta? Hemm Lm250 miljun fl-idejn zejda. Hemm id-doppju fil-banek maqbuda bl-arrangament specjali li kien ghamel John Dalli. Dawn il-flus tithallas fuqhom withholding tax ta’ 15% fuq l-interessi imma ma jistghux jithaddmu f’Malta. Ghandna politika dwar dan? Hemm incentivi bizzejjed biex f’suq liberu dawn il-miljuni jibqghu hawn? Fuq kollox irriduhom jibqghu hawn?

Fil-Freeport Ergajna bl-Ghawg

Qiesha storja li ma tintemm qatt. Wara snin ta’ argumenti mal-Freeport terminal il-GRTU f’isem il-Burdnara u f’isem l-importaturi ffirmat Service Agreement li jisgura il-hrug u d-dhul ta numru ta containers kuljum li hu adekwat ghall htigijiet ta kuljum tal-kummerc Malti u ma jikkawzax problemi zejda lil Burdnara.

Qiesha storja li ma tintemm qatt. Wara snin ta’ argumenti mal-Freeport terminal il-GRTU f’isem il-Burdnara u f’isem l-importaturi ffirmat Service Agreement li jisgura il-hrug u d-dhul ta numru ta containers kuljum li hu adekwat ghall htigijiet ta kuljum tal-kummerc Malti u ma jikkawzax problemi zejda lil Burdnara.

Kienu hafna l-granet li fihom dan il-ftehiem nkisser, izda l-GRTU wara pressjoni fuq il-Managenment tal-Freeport Terminals dejjem irnexxiela ggib s-sitwazzjoni ghan-normal. Issa donnu li l-Freeport Terminal Managers ma jridux jafu bl-ebda pressjoni u ghall-jum wara l-iehor fil-Freeport Main Gate ma kienx hemm in-numru ta ngenji skond is-Service Agreement mal-Burdnara li hu l-minimum rikjest biex l-Gate tahdem sewwa. Il-GRTU kuljum ghamlet pressjoni fuq il-Management biex din is-sitwazzjoni titranga izda ghalxejn.

Ir-rizultat hu li jum wara jum qed ikun hemm dewmien esagerat biex jinhargu u jiddahlu l-Containers mill-MainGate tal-Freeport.

Il-GRTU tibqa’ sostni li jekk tal-Freeport Terminals ser jibqghu jithallew jmexxu qieshom huma indipendenti mill-Gvern Malti u minn pajjizna, din l-problema mhux ser tirrisolvi ruhha qatt.

Il-Freeport hu obligat li jhaddem dak l-makkinarju kollu li hemm bzonn biex l-Gateway l-aktar importanti ghad-dhul u hrug ta merkanzija minn Malta tahdem tajjeb u b’mod efficjenti kuljum. Skuzi ta’ hsarat juru nuqqas serju ta ppjanar u investiment li kull management serju b’responsabbilitajiet nazzjonali bhal tal-Freeport Management jaf li mhux accettabli.

Il-GRTU tappella li-Gvern li jisgura li din il-kwistjoni tinqata darba ghall-dejjem

Negozjanti ghall-ambjent ahjar

Qed nistinka kemm niflah biex indahhal mentalita fost in-nies tan-negozji li l-ambjent hu importanti ghan-negozju u hu ghalhekk importanti hafna li kull negozjant igorr ir-responsabilita tieghu. Mhux facli din. Ghax ghad hawn hafna li jidhlu fil-kummerc bil-ghan li jahtfu bil-kbir sa ma jaghmlu ftit flus, imbaghad ituha ghall-propjeta. Sfortunatament is-sistema burokratika lil dawn il-cowboys tghinhom


Ghax ghan-nies tat-Tax Compliance Unit, tal-VAT, tal-MEPA u l-allat kollha l-ohra li jezistu, dejjem ghand in-negozjant registrat, is-sitting duck imorru. Rari jdejjqu lil qabda li bla kuxjenza xejn jiksru kull ligi li jfettlilhom. Il-maggoranza tan-nies li nirraprezenta izda, bi ftit perswazzjoni u b’hafna u hafna pacenzja u hafna u hafna xoghol, laqghat u preparattiva, twassalhom biex flimkien jiehdu azzjoni ghall-gid ta’ kulhadd.

Bhalissa qed nahdmu sewwa u b’hafna sagrificcji ta’ hafna nies fuq tlett ezercizzji. L-ewwel kaz hu dak tal-gbir u r-riciklagg ta’ skart tal-fliexken u containers ohra tax-xorb, birer, minerali u ilma u wkoll skart iehor fil-fliexken tal-plastik u l-quddiem wkoll tal-landa. Il-kaz l-iehor hu tal-packaging l-iehor bhal kartun u karta. L-iehor hu dak tal-waste of electronic and electrical equipment (WEEE). Qed nistennew li nimxu fuq dawn mal-Gvern, basta jkun hemm ir-rieda tajba u ma jkunx hemm min ikkommetta ruhu minn taht.

Inkorru meta minn naha tal-Gvern jaqbdu u jaqdfu wahedhom, u aghar meta minn wara dahar kulhadd, jaqbdu u jiftehmu ma’ xi ftit negozjanti kbar u wara jippretendu li haddiehor jimxi warajhom qiesu xi poodle. Il-Gvern ta’ Gonzi jkorri jekk lil dawn il-burokratici ma jwiddibihomx li z-zmien tal haxx, haxx, spicca.

Nigba nismaghha. Zommha haxx. Tifrixiex. Qiesha s-sigriet ta’ Fatima. Din zgur mhix il-muzika tieghi. Lanqas jekk irrid ma nistax. Ghax jew nirraprezenta lil kotra tan-negozjanti, jew lil ftit. U il-Ministri jaghmlu zball kbir jekk jahsbu li ser isolvu l-problemi ta’ l-ambjent ghax jiftehmu, jew ahjar, jistghanaw lil ftit. Jien mixhuf. Filkas tal-Maghtab, wara li ghaqqadt flimkien lis-sidien tal-barrieri tal-qawwi kollha biex kull wiehed minnhom jiehu bicca u ma jkunx hemm wiehed kbir li jghaffighom, il-Gvern l-ewwel qal iva, imbghad ghamel li fettillu.

L-ambjent aktar minn kull suggett iehor, hu kwistjoni ta’ commitment. Fi zmien l-ambjentalista verament genwin, Daniel Micallef tar-Rabat, li kien l-ewwel Ministru b’inkariga tal-Ambjent, jien kont l-ewwel Kap tal-Ambjent. Tghallimtha mill-ewwel jum. Lin-nies mhux timponilhom. Trid tipperswadihom. Jista’ jkollok mitt MEPA u mitt elf regolament. Jekk lin-nies ma tikkonvincihomx, ma tasalx. Illum niehu pjacir nara s-success tal-isforzi edukattivi li qed isiru. Kollega tieghi qaltli li hi d-dar lanqas tista’ ma tisseparax l-iskart. Mela le, qaltli, it-tifla ta’ tmien snin tikolni jekk tarana nitfghu l-fliexken mal-iskart tal-kcina. Ghax hekk ghallmuha l-iskola. Ohra qaltli li huha ta’ disa’ snin ma jirkibx fil-karozza ma’ missieru jekk il-karozza tkun iddahhan: “papa, l-ambjent hamgu wahdek, lili ddahhalniex”. Din hi generazzjoni gdida li tiela. Prosit lil ghalliema u lil iskejjel li din l-issue qed ituha din l-importanza kollha.

Man-negozjanti ahna m’ghandniex daqshekk success, izda qed naslu wkoll. Dwar il-fliexken tal-birra, tal-minerali u tal-ilma, lil Gvern ipprezentajnielu pjan fuq hames snin li jekk il-Gvern ihaddmu jpoggi lil Malta fuq ta’ quddiem nett fil-gbir ta’ dan l-iskart. Mhux sistemi ta’ depositi li jsallbu lil konsumaturi u lil tal-hwienet u jpaxxu biss lil ftit negozjanti kbar u jsallbu lil kulhadd. Meta l-Gvern jimponi skemi li jdejjaq bihom lin-nies, ifalli politikament hu, u jaghmel hsara lil ambjent. Ghax l-ambjent jew tersaq lejh b’konvinzjoni u entuzjazmu inkella jekk thares lejh bhala kastig, tibqa’ b’ruhek imblukkata ghall-ambjent. Din hi l-esperjenza tieghi man-negozjanti. Bil-pacenzja tikkomettiehom u wara jirsistu aktar minnek.

L-iskema tal-GRTU twassal biex insahhu s-sistema tal-gbir tal-iskart bieb bieb, kuljum jingabar iz-zibel imhallat fil-borza tieghu, u kull jumejn jingabar l-iskart separat, darba l-plastik, darba l-hgieg u darba il-metall, kollha fil-borza kulurita taghhom. Il-boroz jittiehdu mis-supermarkets u mill-hwienet u l-ewwel jintuzaw ghax-xirja u wara ghall-iskart. Il-Progett tal-GRTU jsahhah is-sistema ta gbir ta skart bieb, bieb li ghandna llum u tehles lil tal-hwienet – mill izgombru u hmieg ta skema ta’ depositi ta’ fliexken u mbarazz iehor.

Hdimna wkoll fuq il-karta u fuq il-kartun. Fit-tieni fazi nigbru wkoll il-karti u l-kartun. Minn wara bieb in-nies, triq, triq, u minn wara bieb tal-hwienet ukoll triq triq. B’efficjenza, u bla zgombru ta’ toroq u mposizzjoni ta’ akkumulazzjoni ta’ skart fid-djar tan-nies, bla skumdita li trid toqghod tigri bil-boroz taz-zibel ghand tal-hanut u toqghod tikkjuja biex tiehu lura flusek. Ghax bla depoziti. Din tad-depoziti hmerija kbira. Issallab lil kulhadd, ma jridha hadd u l-ambjent tpingih bhala kastig u mhux esperjenza posittiva.

Lestejna wkoll progetti dwar l-iskart bhal washing machines, fridges, freezers, dish washers, computers, air-conditioners, geezers u apparat iehor elettroniku u tal-elettriku. Huma hafna n-negozjanti, importaturi, sidien tal-hwienet, kumpaniji tal-gbir tal-iskart, il-koperattiva tal-gbir tal-iskart, investituri li jridu jinvestu fl-impjanti tar-riciklagg u ohrajn li b’xi mod jidhlu f’dawn is-sistemi. Jiena cert li l-GRTU laqghet u semghet aktar milli laqghu u semghu l-istituzzjonijiet pubblici.

L-ambjent irridu naqbzu ghalih. Mhux ghax hemm id-Direttivi Ewropej. Mhux ghax hemm il-ligi. Imma ghax l-ambjent hu taghna lkoll. Imma rridu lkoll inkunu kommessi. Kulhadd fil-qasam tieghu. Irridu lkoll immiddu jdejna. Bil-paroli biss fejn ahna se nibqghu.