Biex inkabbru l-Ekonomija taghna

Fi zmien l-Budget, kull naha tispara l-figuri. Ahna hrigna studju interessanti dwar l-ekonomija biex nuru it-triq li Malta ghandha taqbad jekk irridu nkabbru l-ekonomija u jizdiedu il-flus fl-idejn. Ic-cifri ekonomici juru li l-Prodott Gross Nazzjonali jiddependi, u tajjeb li kontinwament nishqu dan, l-aktar mill-industrija li tesporta l-prodotti taghha u mis-servizzi li nesportaw, l-aktar mit-turizmu. Li ma jurux sewwa izda hu l-valur mizjud ekonomiku li jibqa f’pajjizna. Dan jiddependi hafna minn dak li kapaci nzommu f’Malta bhala parti mid-dhul li jkollhom l-industrija u t-turizmu. Jigifieri mhux naqbdu kollox qiesu l-qliegh kollu baqa’ hawn, ghax mhux kull ma jidhol minn barra jizdied mal-valur mizjud ekonomiku li fuqu hu mibni l-GDP.

Jekk inharsu lejn ic-cifri li hadmilna l-professur tal-ekonomija, insibu, perezempju, li mill Lm126 miljun li Malta iddahhal mit-turisti ghal hlas ghal l-akkomodazzjoni f’pajjizna, il-valur mizjud ekonomiku ta dan is-settur hu biss, 41%. Jigifieri 59% ta’ li jhallsu it-turisti jerga johrog il-barra ghax ma ghandniex attivita ekonomika ohra li zommu hawn. Fl-avjazzjoni minn Lm76 miljun inzommu biss 33.6% bhala valur mizjud; mill- infieq tat-turisti fuq l-ikel u x-xorb, ghaliex bis-sahha tal-biedja u sajd taghna u biss sahha li f’dan il-qasam hawn hafna xoghol ta hafna self employed, u hafna haddiema fir-restoranti, bars u catering establishments, il-valur mizjud li jibqalna f’pajjizna hu ta 55.5%. Mit-turizmu wkoll, mill-infieq tat-turisti fil-hwienet jibqalna valur mizjud ta 30%. Bejn postijiet tad-divertiment u hwienet Malta iddahhal Lm 51 miljun, li kif ghidt izda hafna minn dan jerga johrog il-barra. Mill-handling u mid-divertiment Malta idahhal Lm25.8 miljuni u jirnexxiela izzomm 58% minnu bhala valur mizjud.

Meta tghodd dawn il-figuri kollha nsibu li mit-turizmu, skond l-ahhar cifri ghal-2005, Malta iddahhal Lm320 miljun izda jirnexxielna nzzommu biss Lm152.1 miljun. Jigifieri dak li jibqa f’Malta mit-turizmu, jekk dan tiehdu bhala proporzjoni tal-Prodott Gross Nazzjonali, li fl-2005 kien Lm1941 miljun, insibu li l-kontribuzzjoni tat-turizmu fil-GDP taghna hu ta 7.83%. Il-Prof. Birgulio l-ewwel qal li l-kejl tieghu juri 13.5%, izda gimgha wara tilef Lm20 miljun u gabghhom 12.5%. Skond il-Prof Joe Falzon izda il-figura korretta hi 7.8%. Id-differenza hi li l-Prof. Falzon hadem fuq l-valur mizjud ekonomiku filwaqt li l-Prof. Brigulio ha il-gross u naqqas l-importazzjoni. Jien nghid li l-valur mizjud hu aktar relevanti u c-cifra ta’ 7.8% hi aktar relevanti. Mhux tajba, anzi, hazina hafna, imma hi aktar reali.

X’ifisser dan kollu? Dan ifisser li fil-qasam li l-aktar li Malta ghandha vantagg ekonomiku b’paragun ma oqsma ohra fl-ekonomija taghna u bhala vantagg komparattiv ma pajjizi ohra., Malta kuntrarju ghal li jghid min ic-cifri juzhom qieshom gugarell, Malta waqghet lura bil- kbir. Ghaxar snin ilu l-kontribuzzjoni tat-turizmu fl-ekonomija taghna kienet aktar min 10%. Biex illum nilhqu il-livell li kellna fl-1995 irridu 360,000 turist iehor mill-anqas u rridu nzommu bejn wiehed u iehor l-istess rata ta nfieq ras ghal ras ta kull turist.

Jew inkella irridu ninkoragixxu aktar attivita ekonomika f’pajjizna li tghollilna l-valur mizjud ta kull lira li t-turizmu jkollu f’Malta. Nistudjaw jigifieri kif inqallghu lira lil Maltin aktar u ma nhalluhiex tohrog tigri l-barra. Mhux “import – substitution” u sikkaturi, biex ma niftehmux hazin, izda nkoraggiment u ffukar ta’ policies.

Issa biex naghmlu hekk il-Gvern irid ikun hafna aktar intelligenti u jrid jibda jisma aktar minn nies bhalna. Mhux li taqbad ic-cifri, izda li taghsarhom u tippjana kif tkattar il-gid li kapaci nohorgu minn dak li diga ghandna.

Per ezempju dwar il-low cost airlines, jien ma nistax nifhem ghaliex l-Gvern ma sfurzax aktar biex Ryanair jaghmlu dak li pproponew li jaghmlu. Ryanair kienu pproponew li jirregistraw l-ajruplani taghhom f’Malta, jaghmlu bazi ghalihom f’Malta, jzommu regolarment bbazati f’Malta sitt ajruplani, jirregistraw il-“gaming” li riedu jintroducu fuq l-ajruplani kollha taghhom f’Malta u mill-profitti taghhom f’Malta jiffinanzjaw il-bini ta’ terminal iehor fl-ajruport biex jintuza ghall-low cost airlines. Dan kollu kien ifisser boost enormi ghall- valur mizjud li it-turizmu jhalli f’Malta. B’liema logika dan hadd ma rah minn naha tal-Gvern u lil tar-Ryanair hlejnilhom sena u nofs jien ma nifhimhiex.

B’ mod ingenerali izda jekk ninkoraggixxu l-lokal, il-propozzjon tal-valur mizjud ekonomiku li jibqalna f’Malta jista’ joghla. Izda rridu niffukaw fuq dan ghax xejn ma jsir wahdu.

Issa semmejt it-turizmu fid-dettal biex insemmi settur. Izda hemm hafna attivita’ ekonomika ohra li l-Gvern jista’ jinkoragixxi lis-settur privat Malti jghamel biex il-valur mizjud ekonomiku li jibqa f’Malta mill- oqsma kollha jizdied. Niddubita izda hemmx xi hadd fil-Gvern kollu li ghandu Pjan ghal dan.

Ma semmejtx imbghad problema ohra. Dik li il-haddiem Malti maghtul dawn l-ahhar sentejn ha zidiet fil-pagi li ma jkopprux l-valur mizjud li l-haddiema ras m’bras ikkontribwew ghall-ekonomija Maltija. Dwar dan nikteb darb ohra. Nghid biss illum, li jekk mhux ser nahdmu bis-serjeta biex nghollu l-valur mizjud li jibqalna f’Malta, settur b’settur, ser ikollna problemi aktar serji. Ghax x’jiswa li neqirdu pajjizna b’aktar bini, aktar spregju u aktar ghawg, biex imbghad f’pajjizna jibqalna dejjem anqas. Zgur li mhux ghalhekk dhalna fl-Unjoni Ewropeja.

Id-Dinja thabtilna l-bieb!

X’esagerazzjoni!” Meta nisma dan ir-riklam li vvintaw tal-MTA, nghid il-vera laqtugh tajjeb il-karattru Malti. X’fissazzjoni ghandna li nahsbu li d-dinja kollha qed tiggustana. Id-dinja kollha qed thabtilna il-bieb! Imma kif jista’ jkun li Francis Zammit Dimech jittollera dawn il-purcinellati?

Kull min hadem biex igib ix-xoghol lejn Malta – Prim Ministri, Ministri, Malta Enterprise, MTA innifisha, Ambaxxaturi u Konsli u kull salesman li hadem barra jaf li m’hemm hadd ihabtilna l-bieb. Ix-xoghol ahna rridu nfittxuh. L-ghazzien biss jirraguna li x-xoghol qieghed hemm u kull ma trid taghmel hu li tiftahlu l-bieb. Imma aghar minn hekk dan ir-riklam jimmira lejn ir-ras kbira li ghandhom certi Maltin. Ghax ghandna hafna x’noffru f’Malta u lkoll kburin b’pajjizna imma f’gieh Alla ejjew naqtughha din li nahsbu li ahna xi haga specjali. Li d-dinja kollha ma tghaddix minghajrna. L-ewwel kien Mintoff li bellaghalna li ahna xi “super power next door”, issa ghandna dawn ir-ruxmata kull fejn tara li tieghom jiddandnu u juzaw is-superlattivi kollha immaginabbli biex jimpressjonaw lil hmir. U jahasra hemm barra m’hemmx hmir. Ghalhekk it-turizmu niezel. U ghalhekk l-esportazzjoni niezla. Ghalhekk illum pajjizna, f’termini reali jaqla’ inqas illum milli kien jaqla’ ghaxar snin ilu.

Ghax ilna ghaxar snin zaqna mimlija li d-dinja kollha qed thabtilna il-bieb! U ahna sempliciment kemm nifthula. U l-miljuni ta’ turisti u mahhhom l-investituri barranin jidhlu jimlewna. U biex naxquha aktar hargu il-bravi tal-“carrying capacity” biex iwiddbuna li ara meta jhabtulna ma ndahluhomx kollha ghax ninfaqghu. Tad-dahk kieku mhux qed jilghabu bl-impjieg u l-qliegh ta’ tant nies li hajjithom tiddependi mit-turizmu. Din tal-“carrying capacity” li ffissaw fuqha xi whud ma taghmilx sens illum. Kieku jigu xi 3 miljun turist u nibdew nimlew ukoll id-djar vojta u d-djar kbar taghna bil-lodgers nifhimha, imma meta zoni shah ta’ Malta qatt ma jaraw turist u l-hotels qed jaghlqu din mhix ghajr hanqa u maghha marbuta din li kulhadd imxennaq biex jigi.

Imma din mhux biss kwistjoni ta’ turizmu. Anki il-Prim Ministru Gonzi qed jiehu l-lala li jitkellem bis-superlattiv. Ahna l-aqwa fid-dinja fis-sahha, l-aqwa fl-investiment barrani, l-aqwa fl-ewropa ghall-assistenza mil-EU. Insomma, dhalna fl-EU il-bierah u diga sirna ic-Champions ta’ l-Ewropa.

Meta ser nitghallmu? Meta ser insiru ftit umli u naccettaw ir-realta? Ahna pajjiz ckejken, bi ftit rizorsi u bis-sahha ta port splendidu fic-centru tal-Mediterran meta l-Mediterran kien ic-centru tad-dinja antika ahna gbidna lejna nies u poteri, li ghinuna nsiru nies. Kollha ghalmuna u zviluppawna – il-fenici, ir-rumani, l-gharab, l-ispanjoli, il-francizi, l-inglizi, imma l-aktar, il-kavallieri. Infatti ftit li xejn ghandna x’nuru lit-turisti li jzuruna hlief il-wirt fantastiku li hallielna il-barrani. Il-Malti tas-seklu ghoxrin infatti ftit li xejn halla warajh. Tbati meta jkollok l-barranin xi ddawwar ma’ Malta, biex turihom xi haga spettakolari xoghol il-Malti taz-zmienna. Dejjem naqghu ghall-kavallieri.

Ma rridx nesagera ghax it-toroq fl-irhula taghna li ghadna ma kissirniex huma kollha x-xoghol tal-Maltin, l-istess il-knejjes u djar antiki taghna. Ghad ghandna hafna gawhar, arkitettonikici frott il-lavur Malti li jaghmlulna gieh. Imma l-monumentali, l-ispettakolari, ftit li xejn. Zgur mhux tal-ahhar 60 sena!

Is-sabih ta’ pajjizna hu li fic-cokon taghna ghandna hafna. Dan is-sabih johrog aktar meta nkunu ftit aktar umli u nhallu l-barrani jinnota s-sabih taghna u mhux irridu bil-fors nghidu li taghna hu isbah, aqwa u ikbar. Is-superlattiva tirredikolana.

U din qed nuzawha f’kollox. Anke meta nitkellmu fuq l-ekonomija. Il-hin kollu jfajjrulna s-superlattivi. Il-verita izda hi li mhux biss fit-turizmu, imma fl-ekonomija kollha ghandna problemi. M’hemmx problemi li b’rieda tajba u b’policies intelligenti mmirati biex jeggeneraw l-espanzjoni fejn hemm il-potenzjal u r-restrizzjoni fejn hemm il-hela tar-rizorsi mhux kapaci nsolvuhom. Is-sabih tas-sitwazzjoni tal-lum hu li m’ ghandniex ingorru fuq dahrna l-piz ta’ deficit strutturali li jipparalizzana. Il-lum nistghu nsuqu u mmexxu policies li jaghtu l-frott. Imma rridu nkunu umli. Ma nistghux minn banda nbellugha lin-nies li qed immissu s-sema b’idejna mbghad nghidu li ghandna problemi serji li jekk ma nsolvuhomx jistghu jerquna.

Ghax pajjiz li qed ibghati biex jaqla bizzejjed biex jaghmel tajjeb ghall-htigijiet kollha tieghu mhux pajjiz li ghandu biex tant jiftahar. Pajjiz li ghaz-zidiet li jaghti lil haddiema mhux qed jiehu minnhom tkattir ta’ gid aktar milli qed itiehom mhux qed jimla l-ixkora tal-gid nazzjonali. Pajjiz fejn l-investitur fl-intraprizi li jhaddmu n-nies mhux qed jibqalghu profitti bizzejjed biex jahdem, biex jinvesti aktar, jimmodernizza u jibni l-gdid, mhux ezattament sejjer tajjeb.

Dan kollu u aktar issa nafuh ghax l-istudji saru. Imma ghandna bis-superlattivi, ghadna nahsbu li mhux sempliciment dorna l-kantuniera imma li wasalna fl-art imweghda. Le, jahasra, baqalna hafna x’naghmlu. M’hemm hadd wara l-bieb ihabbat biex jidhol. Kull min gie, investaturi, fl-industrija, investaturi fit-turizmu, l-istess turisti, tas-Smart City, tal-Lufthansa Technique, kollha gew ghax konna kapaci nfitxuhom u ngibuhom hawn b’sagrificcju u b’hila ta dawk li bil-kwiet u bi prefessjonalita’ jahdmu biex igiebu x-xoghol lejn Malta.

Hafna drabi dawn in-nies aktar tfixkil isibu milli ghajnuna. Ghax problema ohra li ghandna hi li m’ahniex kapaci nillistjaw il-prijoritajiet taghna sewwa u nikkoncentraw bis-serjeta fuq dak li hemm bzonn li naghmlu. Ghax minghalina li l-opportunitajiet qeghdin wara l-bieb u kemm inehhu jdejna minn fuq zaqqna u nifthulhom.

Il-Kundizzjonijiet tax-Xoghol tal-Haddiema

Qed nibghatlek kopja tal-istqarrija li giet ipprezentata lil Partit Laburista mill-GRTU bhala kumment ghall-Abbozz ta’ Pjan dwar il-Kundizzjonijiet tax-xoghol tal-Haddiema Maltin u Ghawdxin bhala parti mill-pjan Laburista Bidu Gdid.

Id-Delegazzjoni tal-GRTU kienet immexxija minn Ms Sylvia Gauci, membru tal-Kunsill tal-GRTU u rapprezentanta tal-employers Maltin fuq l-European Economic & Social Committee fi Brussels. Id-delegazzjoni kienet tinkludi wkoll lil Ms Carmen Borg, id-direttorat generali tal-GRTU, lil Ms Grace Borg, membru tal-Kunsill tal-GRTU. U lil Ms Rosanne Galea.

Qed nibghatlek kopja tal-istqarrija li giet ipprezentata lil Partit Laburista mill-GRTU bhala kumment ghall-Abbozz ta’ Pjan dwar il-Kundizzjonijiet tax-xoghol tal-Haddiema Maltin u Ghawdxin bhala parti mill-pjan Laburista Bidu Gdid.

Id-Delegazzjoni tal-GRTU kienet immexxija minn Ms Sylvia Gauci, membru tal-Kunsill tal-GRTU u rapprezentanta tal-employers Maltin fuq l-European Economic & Social Committee fi Brussels. Id-delegazzjoni kienet tinkludi wkoll lil Ms Carmen Borg, id-direttorat generali tal-GRTU, lil Ms Grace Borg, membru tal-Kunsill tal-GRTU. U lil Ms Rosanne Galea.

Il-policy tal-GRTU dwar dan is-suggett giet imfassla skond l-esperjenza tal-GRTU u fl-isfond tal-membership tal-GRTU. Il-GRTU tirraprezenta 7,000 membru li bejniethom ghandhom 10, 000 negozju. Il-bicca l-kbira m’ghandhomx haddiema unionized. Il-GRTU tirraprezenta lil intrapriza zghira u medja fuq l-European Economic and Social Council fi Brussels, fuq l-MCESD, fuq il-Bord tal-Malta Enterprise, u fl-Employment Relations Board.

Il-GRTU tavvicina dan is-suggett bis-suq tax-xoghol bhala l-perm tal-argument. Il-GRTU trid suq tax-xoghol l-aktar flessibli bl-akbar availability ta’ persuni disponibbli biex jahdmu u bl-akbar facilita biex intraprizi zghar u medji jkunu jistghu jhaddmu in-nies bl-anqas xkiel. Il-GRTU taqbel mas-sistema Amerikana fejn intraprizi zghar m’ghandhomx l-istess xkiel fil-“fire and hire” li ghandha intraprizi kbar dan ghaliex intrapriza li ghandha qed tikber ikollha aktar “ups” and “downs” minn intrapriza kbira u stabilita.

L-istudju li l-GRTU inkarigat taghmel qabel tfassal Budget 2007 hargu dawn il-punti importanti:

· L-ekonomija Maltija kienet anqas miftuha fl-2005 milli fl-2002 u dan hu kawza tal-performance registrata fis-setturi ewlenin bhal industrija ghal esportazzjoni u t-turizmu. L-analazi tal-GDP turi:

· Value added tal-manifattura hu 28.03%

· Value Added tas-settur turistiku hu 46.05%

· Il-Value Added tal-esportazzjoni bhala persentagg tal-GDP waqa’ minn 15.38% fl-2002 ghall-12.33% fl-2005

· Il-valur mizjud ekonomiku tas-settur tas-servizzi ghall-esportazzjoni waqa’ minn 13.17% fl-2002 ghall-11.90% fl-2005

· Il-Valur mizjud tal-esportazzjoni kemm prodotti kif ukoll servizzi waqa’ minn 28.55% tal-GDP fl-2002 ghall-24.23 fl-2005.

Dan kollu jfisser li llum Malta tiddependi aktar fuq l-ekonomija lokali milli fuq is-swieq barranin u dan meta dhalna fl-Unjoni Ewropeja biex inkunu parti mis-Suq Enormi Ewropew u mhux niddependu fuq is-suq ckejken ta’ Malta.

L-istudju tal-GRTU wera wkoll li l-employment fil-manifattura waqa’ minn 30,942 fl-1995 ghal 24,492 fl-2005, telf ta’ 6,450 impjieg jew 20.84%.

Jekk niehdu s-settur tal-manifattura u s-settur tat-turizmu (hotels and restaurants) l-impjiegi naqsu minn 30.27% fit-total ta’ nies jahdmu fl-1995 ghall 24.04% tan-nies jahdmu fl-2005.

L-istudju tal-GRTU wkoll analizza dak li sar matul l-ahhar 10 snin fir-rigward tal-pagi u salarji u fir-rigward tal-operation surpluses li baqghalhom l-intraprizi Maltin.

Ma’ din l-parti ta’ l-analazi hareg li ghalkemm l-haddiema in generali hadu zidiet li jikkorrespondu mal-gholi tal-hajja, ghalkemm b’varjazzjoni settur wiehed minn iehor, in generali iz-zidiet li hadu l-haddiema ma koprewx il-valur mizjud li kull intrapriza kienet tistenna wara nfieq fuq il-haddiema.

L-istudju tal-Professur Falzon analizza l-valur mizjud ekonomiku settur b’settur u ghall-ekonomija kollha u minn dan hareg li;

· Iz-zidiet fil-pagi li l-haddiema hadu matul l-ahhar 10 snin koprew terz tal-valur mizjud ekonomiku li ggeneraw aktar
· Iz-zidiet li baqalhom is-sidien tal-intraprizi bhala operating surpluses koprew biss 50% taz-zidiet fil-prezzijiet matul dawn l-ahhar 10 snin. Is-sidien tal-intrapriza, f’ termini reali naqsulhom l-profitti u ma kellhomx f’idejhom is-surpluses mehtiega biex jinvestu u jaghmlu tajjeb ghaz-zidiet fil-pagi li kienu qed jaghtu lil haddiema taghhom.

Din ix-xena tas-suq tax-xoghol li l-GRTU ilha taccena fuqha fl-MCESD izda issib persistentament l-oppozizzjoni tar-rapprezentanti tal-haddiema ghaliha. Il-GRTU mhiex tghid li l-haddiema qed jithallsu zzejjed. Il-GRTU qed tghid li jrid ikun hemm aktar incentivi lis-sidien tal-intraprizi biex ghal kull lira zejda huma jiehdu lura minghand il-haddiem l-ekwivalenti f’zieda fil-valur mizjud u li dan ikun jirrifletti wkoll fiz-zidiet fl-operating profits tan-negozji. Ma jistax ikun il-GRTU ssostni li s-sidien tal-intraprizi permezz tal-GRTU jipprezentaw din il-karba sostnuta mill-fatti fuq cifri tal-istess NSO u l-Partiti Politici fil-pjanijiet taghhom jibqghu ma jindirizzawhiex.

Li sfortunatament haddiehor ma jifhimx f’dak li nghidu ahna hu dan:

· Tajjeb li nzidu aktar fil-kundizzjonijiet statutorji tal-haddiema u tajjeb wkoll li nzidu il-pagi b’mod konsistenti. Zgur, li mhux ser tkun l-GRTU li toggezjona ghall dan ghaliex l-bicca l-kbira tal-imsiehba tal-GRTU barra li huma employers, huma wkoll imexxu negozji li jridu mill-konsumatur Malti u hu importanti ghalhekk li l-haddiema jkollhom aktar flus x’jonqfu
· Izda l-GRTU ssostnew persistentament li z-zidiet jridu jirriflettu zidiet li kull settur jirregistra fil-valur mizjud u mhux sempliciment jirrifletti z-zidiet fil-prezzijiet.

Il-GRTU ghalhekk lesta biex tippartecipa f’kull diskussjoni li twassal biex il-problemi fis-suq tax-xoghol ta’ pajjizna jkunu ndirizzati bis-serjeta lil hinn mill- fsied li l-partiti politici huma obligati li jesprimu lejn il-massa l-kbira tal-votanti li huma haddiema bil-paga jew salarju.

Il-GRTU tilqa d-dokument tal-Partit Laburista bhala pass fid-direzzjoni t-tajba, izda temmen li dwar din l-analizi l-pjan irid ikun ukoll car u jindirizza soluzzjonijiet. Fil-parti kbira tieghu dan hu abbozz ta’ pjan li jindika linji li dwarhom il-GRTU taqbel u ohrajn li dwarhom ghad trid issir aktar diskussjoni.

· Naqblu, per ezempju mal-miri tal-pjan fuq medda taz-zmien qasir. Maghhom nixtiequ inzidu wkoll li jinghataw incentivi fiskali biex l-intraprizi z-zghar jkunu assistiti jhaddmu aktar nies maghhom ghax kif inhuma issa l-kundizzjonijiet il-lavur Malti mhux protett u hafna ntraprizi tradizzjonali Maltin qed ibatu. Dwar dan il-GRTU fasslet diga progett li s’issa baqa’ jkun injorat mill-gvern.

Il-GRTU trid wkoll incentivi u mezzi konkreti biex l-intraprizi l-kbar u l-Gvern stess ikunu mhajjra jiehdu “back-office work” fil-lokalitajiet taghna biex b’hekk jissahhu l-istrutturi kummercjali fil-komunita u niffacilitaw l-impjieg ta’ nies, l-aktar nisa, li ma jaffordjawx jehlu hin u zgombru biex jittraviljaw ghax-xoghol, l-aktar jekk jahdmu hinijiet imnaqqsa jew “flexi”.

· Naqblu wkoll mal-miri fuq medda twila taz-zmien. Inzidu hawn ukoll, li ghandu jkun mira fit-tul li jkun inkoraggut is-sid ta negozju zghir f’oqsma differenti, billi l-Gvern jkun dispost li xoghol li jista’ jkun “farmed out” b’inqas infieq ghas-settur pubbliku jsir, u jinghataw incentivi biex inprendituri zghar jkollhom l-facilita’ ta tahrig u access ghall-finanzjament biex huma wkoll jfendu ghal rashom b’success.

Il-GRTU temmen li l-ispirtu tal-intrapriza hu karatteristiku importanti tal-Maltin u ghandu jkun ghan tal-Partiti Politici li jaghmlu lil Malta aktar “enterprise driven” u lil Maltin aktar inprenditarjali biex l-individwu jkollu l-ghazla vokazzjonali vera ta’ jekk jsirx haddiem tal-paga jew inprenditur.

L-Irrabjati

Imtlejna bihom. Kif tejd xi haga li ma togghobhomx, johorgu ghalik qishom klieb ta’ l-ghassa. Fil-politika u fil-hajja Pubblika issa drajnijhom. Jew tejd li jghodd ghall-widnejhom jew jikxfu sninhom ghalik

Jikteb Vince Farrugia

Imtlejna bihom. Kif tejd xi haga li ma togghobhomx, johorgu ghalik qishom klieb ta’ l-ghassa. Fil-politika u fil-hajja Pubblika issa drajnijhom. Jew tejd li jghodd ghall-widnejhom jew jikxfu sninhom ghalik.

Jien drajthom. Il-bierah kienu n-Nazzjonalisti u ma nafx x’ ma qalux dwari. Illum il-Laburisti. Ara kif tista, min hu bhali, toqghod tikkalkula l-hin kollu x’ser jejd dak jew l-iehor ghall-kull frazi li tlissen? Ghad hawn min jahseb li jikmanda l-imhuh. Ghawn min ma jistax jifhem li l-mexxejja tal-korpi kostitwiti mhuma suggetti ghall-ebda iddettar ta’ l-ebda ras kbira fil-Politika. Iblah il-mexxej li jkun ikkundizjonat minn dak li ser jghidu l-Politici. Sfortunatament l-intimidar tal-Politici izomm lill- hafna milli jersqu l-quddiem u jiehdu pozizzjoni determinanti fit-tmexxija tal-korpi kostitwiti u tas-socjeta civili. Hafna ihossuhom intimidati minn dawn l-irrabjati.

Hemm min ir-rabja juriha b’mod dirett u qawwi bhall ma gara fl-episodju ta Bormla li wassal ghall-krizi tal-Gvern fl-1997. Izda hemm ohrajn u okkazzjonijiet ohra fejn ir-rabja tibqa mistura u tinhass biss mil-azzjoni li tinfirex. Ghax iqabbdu lil haddiehor iwassal il-messagg tar-rabja.

In-Nazzjonalisti huma experts ta din it-tattika. Thossha mal l-ewwel. Icempel xi Segretarju, jistidnuk ghall xi café, jew iqabbdu lil xi hadd qrib tijek iwassallek messagg u dejjem l-istess; irrabjat ghalik. Itini d-dahk meta nara xi Ministru jew xi ras kbira tipprova tintimidani b’ dan il-moghod. Possibli, nejd jien, li dawn in-nies ghadhom ma ndunawx li min izomm pozizzjoni bhali, u ilhu li waqghet f’zokortu, ma tindimidahx? U kieku min hu fil-pozizzjoni tieghi jkun suggett ta l-intimidazzjoni, tahsbu li ser isaddad fil pozizzjoni tieghu? Jaghmlu gurnata wahda biss mieghi u jkunu jafu kemm in-nies li nirraprezenta jien huma attenti ghal kull ma jsir.

Semmuhom lis-Segretarji Generali jew lid-Diretturi Generali ta’ l-Unions jew tal-Korpi Kostitwiti li damu s-snin fil-pozizzjoni taghhom u li qatghu figura, u araw jekk kienux jibzghu jew jaccettaw li jkunu intimidati? Liema organizzazjoni Nazzjonali b’sahhita trid li jkolla l-ghola ufficjal taghha suggett ghat-tigbid ta l-ispaga?

Il-gimgha l-ohra fil-programm ta Dr. Georg Sapiano, Doksa, f’intervista ckejkna editjata mid-Dottor. Sapiano, ddeskrivejt lil Alfred Sant bhalha rrabjat. Angry Man – sejjahtlu. Mamma Mia x’rabja qajjimt. Bdew it-telefonati mill- inkarigati forsi jintimidawni naghmel stqarrija u “Nbengilha”. Meta s-sur Jason Micallef ma rnexxilux, kessksuli lil Manwel Cuschieri fuq Super One. Cuschieri nqeda b’wiehed miskin li sa ftit ilu kien fil-Kunsill tal-GRTU. Dan ma kienx kapaci jifhem ir-responsabbilita’ tieghu bhala membru ta’ l-Ezekuttiv ta Korp kostitwit Nazzjonali ewlieni u litteralment kakka f’qalzietu, u uza l-gideb, mizinformazzjoni u hmerijiet li qal dan l-individwu biex jippruvaw jintimidawni. Il-messagg kien car: Naqalawlek balla nkwiet, halli tkun taf min ahna Sur. Direttur Generali.

Issa, ghawn xi hadd li jrid ibellahhili li Manwel Cuschieri ddecieda minn jeddu li jiftah attakk sfrenat fuq l-GRTU? Mela hasbuna tan-nuna?

X’ taghmillek ir-rabja! Il-logika tejdlek li biex tirbah trid izzomm l-ahjar imhuh on board. Imma f’ attakk ta’ rabja llum titlef wiehed kapacissimu, ghada titlef iehor, pit ghada iehor. U tibda tirrabja inqas. Ghax li jibqalek madwarek jew poodles jew klieb ta’ l-ghassa. Tibqa ma tindunax bil-hsara li tamillek ir-rabja u ssarrafha f’nuqqas serju ta tolleranza ghall- oppinjoni ta min mhux mieghek u mhux kontrik u tibda tintimida. Imma possibli ser nibqghu b’din il-marda, f’pajjizna? Ghax allura m’hemmx cans li nitfejqu. Is-soluzzjoni hi wahda: min irid imexxi l-pajjizna jrid jifhem illi it-tolleranza twassal ghall-rizultati ahjar.

Il-ferh tiji hu kemm illum huma dawk fil-poter li jafu jahdmu bla rabja. Nahdem maghhom bil-qalb, jaccettaw il-fehmiet tieghi u l-proposti tieghi b’genwinita’ u flimkien insibu soluzzjonijiet ghall- hafna problemi li jdawruna. Ghax verament pajjizna m’ghandux problemi insormontabbli. Pero, l-problemi ma ssolvihomx bir-rabja.

L-irrabjati ma jibnu relazzjonijiet tajbin ma hadd. U biex tmexxi trid relazzjonijiet tajbin ma hafna. Ghalekk l-irrabjati, tellifa.

Tibdiliet fil-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU

B’effett mil-lum 27 ta’ Ottubru 2006 fil-Kunsill tal-GRTU madhomx izommu posthom is-Sur Reuben Buttigieg u is-Sur Hubert Agius u minflokhom il-Kunsill tal-GRTU hatar bhala Kunsilliera lis-Sur Mark Saliba u lis-Sur Charles Borg.

B’effett mil-lum 27 ta’ Ottubru 2006 fil-Kunsill tal-GRTU madhomx izommu posthom is-Sur Reuben Buttigieg u is-Sur Hubert Agius u minflokhom il-Kunsill tal-GRTU hatar bhala Kunsilliera lis-Sur Mark Saliba u lis-Sur Charles Borg.

Is-Sur Reuben Buttiegieg u s-Sur Hubert Agius taw ir-rezenja taghhom mil-Kunsill Ezekuttiv ghaliex hassew li l-Kunsill Ezekuttiv ma kienx rapprezentattiv bizzejjed mal-veduti taghhom fit-tfassil u fl-ezekuzzjoni tal-policies tal-Kunsill Ezekuttiv.

Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU bhall kull Kunsill Nazzjonali iehor jitthaddem skond ir-rieda tal-maggoranza u b’rispett shih tal-veduti tal-minoranza. Hekk gara wkoll fil-laqgha tal-Kunsill ta nhar l-Erbgha 18 ta Ottubru 2006 meta l-Kunsilliera migbura fl-Ufficju centrali tal-GRTU semghu u analizzaw il-Budget u qablu ma l-istqarrija li nharget f’isem l-GRTU. Hu b’dispjacir li jkun innotat illi b’nuqqas ta maturita’ mill-veduti tieghu kienu f’minoranza ghazel it-triq facli tar-rizejna.

GRTU Supports Malta Government Stand on the working Time Directive

GRTU contends that the stand of the Malta Government on the Working Time Directive is correct and in the best interest of Malta.

Malta should insist on the retention of the opt out clause and continue to insist that the EU Commission should not impose working conditions on member states where the democratic government of a member state, after consultations with the social partners, decide that it is not in their national interest to impose in their territory working time conditions that create economic problems without any specific social gain. The commission’s Working. Time proposals are not appropriate for Malta even as amended.

GRTU urges the Maltese authorities not to budge on this issue.

Dorna l-kantuniera: Il-GRTU tqis il-Budget 2007 pass importanti lejn il-Holqien tax-Xoghol u tishib

Il-GRTU fl-ewwel analazi taghha tal-Budget 2007 tinnota b’sodisfazzjon li l-Gvern qed juri bic-car illi l-finanzi tal-Gvern issa, wara tant sagrificcji, lahqu livell ta finanzjament strutturat u mhux biss jilhqu l-kriterji mposti mill-Unjoni Ewropeja izda wkoll li jservu ta’ spinta biex il-piz ta’ finanzjament tal-programmi tal-Gvern ma jibqghux jincizu dejjem aktar fuq is-settur produttiv ta’ pajjizna.

Il-GRTU fl-ewwel analazi taghha tal-Budget 2007 tinnota b’sodisfazzjon li l-Gvern qed juri bic-car illi l-finanzi tal-Gvern issa, wara tant sagrificcji, lahqu livell ta finanzjament strutturat u mhux biss jilhqu l-kriterji mposti mill-Unjoni Ewropeja izda wkoll li jservu ta’ spinta biex il-piz ta’ finanzjament tal-programmi tal-Gvern ma jibqghux jincizu dejjem aktar fuq is-settur produttiv ta’ pajjizna.

Il-GRTU tinnota wkoll b’sodisfazzjon li l-Gvern, kif ilha tinsisti is-snin, qed jaghti kaz hafna aktar tal-htiega li pajjizna jkattar l-produzzjoni ta’ prodottti u servizzi, specjalment dawk li jinbijghu lill-barranin, bhall manifattura u turizmu, billi jiccentivizza x-xoghol.

Il-GRTU tilqa bil-ferha l-iskemi li qed jithabbru fil-Budget 2007:

· Biex ihajru n-negozji z-zghar jistinkaw aktar
· Biex l-konsumatur jonfoq fuq prodotti li jiffrankaw l-energija
· Biex n-nisa jkunu mhajra jersqu b’entuzjazmu lejn l-kamp tax-xoghol
· Biex tissahhah l-istruttura ta’ tahrig u edukazzjoni bi thejjija ghal hajja tax-xoghol
· Mizuri li jkomplu jifthu l-bibien ta’ Malta ghall-aktar turisti bi ftuh ta’ rotot godda Low Cost
· It-tishieh tal-kampanja pubblicitarja
· Infiq aktar fuq l-prodott turistiku Malti, inkluz infiq aktar fil-lokalitajiet tant ghall-qalb tal-GRTU
· Skemi ghas-setturi mportanti tas-self employed, bhall artigjanat, l-biedja, is-sajd u attivita’ tal-Host families
· Revizjoni fil-bands tat-taxxa
· Tnaqqis fit-taxxa fuq l-ivjaggar bl-ajru
· Hlas lill-dawk li kellhom propjeta’ esproprijata

Dan kollu u aktar li hemm fil-Budget 2007 qed jaghti fiducja gdida lis-sidien tal-intraprizi z-zghar. Il-Gvern mhux biss mhux ser inaqqar aktar mill-Purchasing Power disponibbli ghall-konsumatur, izda bi skemi godda mportanti bhall tibdil fir-rati tat-taxxa, is-sostenn ghall-xiri ta’ propjeta’ minn koppji zghazagh u s-sostenn finanzjarju lill-min irid jixtri apparat domestiku Energy Saving, qed jaghti messagg car li dan l-pajjiz issa dar l-kantuniera u l-ghan l-aktar importanti mhux dak li jingabru aktar t-taxxi izda, li jissahhu dawk kollha li ghandhom il-hila u r-rieda li jwasslu l-Malta biex tigbed aktar xoghol lejha fis-suq kbir Ewropew u bis-sahha taz-zieda fil-produzzjoni lokali johrog gid bizejjed biex joghla l-istandard of living tal-Maltin kollha.

Il-GRTU tilqa dan l-Budget 2007 b’sodisfazzjon ghaliex hu stqarrija cara li dak li sostniet l-GRTU, fl-istudji li ppublikat qabel l-Budget u l-proposti kollha li prezentat lill-Gvern, li kollha kellhom tema wahda li jkunu sostnuti l-Middle Income Groups u jkun msahhah id-Disposable Income ta’ dawk ta’ income baxx, u li johloq atmosfera aktar Pro-Enterprise, aktar Pro ix-xoghol. Kuntrast tal-messaggi b’toma negattiva li kellhom hafna mill-Budgets ta’ dawn l-ahhar ghaxar snin.

Il-GRTU tittama li l-Budget 2007 jkun l-ewwel f’sensiela li jwassal biex Malta fl-iqsar zmien possibli tghalaq id-distakk li jezizti bejn Malta u l-pajjizi l-aktar avvanzati fl-Unjoni Ewropeja.

Pricing Products in Euros and in Malta Lira

GRTU has given Maltese Traders and Retailers and Service providers clear instructions on what they should do to steer away from the problems created by the unnecessary impositions made by NECC on the question of dual-pricing Maltese Lira/Euro.

GRTU is saying that loading any extra charge on the Euro side of dual pricing is wrong and defeats the whole aim of a Euro Changeover without any loading. GRTU contends that the Euro pricing should not be used as an excuse by businesses to recoup losses made as a result of increased costs due to electricity and water surcharge, bank charges or whatever. These charges should be reflected in the Maltese Lira price and not on the Euro price.

GRTU has given Maltese Traders and Retailers and Service providers clear instructions on what they should do to steer away from the problems created by the unnecessary impositions made by NECC on the question of dual-pricing Maltese Lira/Euro.

GRTU is saying that loading any extra charge on the Euro side of dual pricing is wrong and defeats the whole aim of a Euro Changeover without any loading. GRTU contends that the Euro pricing should not be used as an excuse by businesses to recoup losses made as a result of increased costs due to electricity and water surcharge, bank charges or whatever. These charges should be reflected in the Maltese Lira price and not on the Euro price.

The Euro price must be, and seen to be, and easily calculated by consumers, to show an honest exchange based only on the central purchasing rate Euro: Malta Lira without any loading whatsoever. Businesses will save themselves unnecessary questions by consumers and will save themselves the time to explain to any enquiring inspectors the basis of their Euro pricing if they follow GRTU instructions.

If the Euro Changeover is to work and Euro is not to be blamed by consumers for all the price adjustments that retailers and service providers do from time to time, the Euro exchange rate must not be loaded. Any loading if necessary, should go where it ought to go: on the price tag of the product. Dual pricing is costly. Businesses should either disregard it completely or if it is good for their business, make sure the cost is covered in the price of the product and not by topping the exchange rate.

Chamber of Commerce and the FOI disagrees with this. GRTU disagrees with them and strongly advises business owners to follow GRTU advice and save themselves unnecessary trouble. GRTU believes in the Euro as much as Chamber of Commerce and FOI but GRTU does not want the Euro to be blamed for price increases. Price increases occur as a result of many causes. These should appear on the Maltese Lira price of the product and not blamed on the Euro.

Furthermore, certain guidelines and representations made by NECC will cause and stimulate inflation. The NECC is not seeing the whole picture. It is astonishing that Chamber and FOI endorse such attitude.

Nibzghu ghall-Industrija tal-Kostruzzjoni

Din il-gimgha l-GRTU ippublikat studju dettaljat ippreparat mill-Kap tal-Banking and Finance tal-Fakulta tal-Ekonomija tal-Universita, il-Profs Dr Joseph Falzon, fejn il-GRTU uriet bic-car li pajjizna jrid bis-serjeta jfassal pjan li fi snin li gejjin iwassal lil ekonomija Maltija biex tikber b’mod reali. L-istudju ta’ Dr Falzon wera li matul dawn l-ahhar 10 snin, ghalkemm sar hafna progress visibli f’hafna setturi, il-bottom line ekonomiku ta’ pajjizna juri li f’termini reali l-ekonomija Maltija fuq medda ta’ ghaxar snin ma kibritx. Aghar minn hekk l-istudju wera li l-operating surplus li kull investitur jistenna li jkollu, hi x’inhi l-intrapriza tieghu, ma kienx bizzejjed biex ikopri z-zidiet fil-prezzijiet u bhala medja z-zieda fl-operating surpluses koprew biss in-nofs taz-zieda fl-inflazzjoni.

Dan gara wkoll f’hafna setturi fir-rigward tal-pagi. Ekonomija tikber mhux biss ghax ic-cifri juru zieda, tikber izda ghax il-produzzjoni ta’ prodotti u servizzi tikber anke meta titnehha z-zieda fil-prezzijiet. Dan ma garax fis-setturi ewlenin tal-ekonomija.

Il-GRTU ghazlet din it-tema fil-Konferenzi ta’ qabel il-Budget biex issostni il-linja principali li hadet din is-sena: Budget 2007 irid juri it-triq lejn fejn sejra Malta fil-hames, ghaxar snin li gejjin. Kif ser tikber l-ekonomija f’termini reali? Irridu pjan miftiehem mal-imsiehba socjali li bis-serjeta jwasslu ghal tkattir ekonomiku ibbazat fuq l-opportunijiet kbar li fethitilna s-shubija fl-Unjoni Ewropea.

Fil-Konferenza ta’ jumejn ilu, il-GRTU tkellmet fuq l-ekonomija in generali, izda ibbazajna fuq ic-cifri settur b’settur. Illum il-GRTU ser taqbad settur wiehed: dak tal-Kostruzzjoni. Ser naghmlu hekk fil-gimghat li gejjin, niehdu settur, settur ghax il-Pjan irid ikun imfassal fuq is-setturi kollha li jsostnu l-ekonomija Maltija. Il-GRTU ghandha interess qawwi fis-setturi kollha li huma pilastri tal-ekonomija Maltija. Il-GRTU diga tkellmet hafna fuq it-turizmu, u konna l-aktar vociferi dwar il-low cost airlines ghax nemmnu li t-turizmu jista’ jtina rizultati hafna u hafna ahjar u fiz-zmien relattivament qasir. Illum qed nitkellmu fuq il-Kostuzzjoni biex ma jigrix dak li diga gara fit-Turizmu: l-ewwel nehduha for granted, imbaghad nghabbulha taxxi u pizijiet kemm nifilhu, nersqu lejn is-suq qiesna xi pajjiz li jikkmanda u bla ebda pjan serju, imbaghad nghidu “ara x’garalna”.

Fil-Kostruzzjoni qed naghmlu l-istess. Din hi ndustrija li fis-short term qed issostni id-deficenzji li hemm fl-industrija tal-manifattura ghall-esportazzjoni u fit-turizmu. Issa ilna s-snin nghabbulha u l-GRTU illum trid tohrog “a clear warning – hands off the construction industry”. Jekk mhux ser jitfassal pjan intelligenti din l-industrija ser tkun imbuttatha lejn “crash” li Malta qatt ma rat bhalu.

Din hi industrija li thaddem 11, 000 ruh. Din l-industrija zammet dan il-livell ta’ impjieg kostanti matul l-ahhar 10 snin. Din hi Industrija li tikkontribwixxi 5% tal-GDP ta’ Malta. Livell wkoll kostanti ma ta’ l-ahhar 10 snin. Il-valur, mizjud ta’ din l-industrija hu ta’ Lm82 miljun li mieghu trid izzid Lm6 miljuni tal-industrija tal-barrieri. Bejniethom il-barrieri u tal-kostruzzjoni jlahhqu illum mas-7% tal-GDP. Dan hu livell sinjifikanti ekonomikament.

Ghalhekk qed nitkellmu illum:

· Il-Gvern fassal tasassjoni gdida li ghal kemm jghidu li saret b’intenzjoni tajba, l-impatt fuq l-industrija mhu posittiv xejn.
· Il-Gvern biddel il-ligi tal-ippjanar wkoll b’intenzjoni li jilhaq ghanijiet socjali izda ma kejjel xejn l-impatt ekonomiku. Aghar minn hekk fassluha wahedhom bla konsultazzjoni xejn u b’ghaggla esagerata. Illum li l-Pjanijiet Lokali iddahhlu fis-sehh, l-izviluppaturi u dawk li ghandhom propjetajiet li jridu jbieghu qed isib diffikultajiet kbar li min ippjana ma hasibx ghalihom allavolja il-GRTU f’isem l-izviluppaturi fethet ghajn il-Gvern dwarhom minn kmieni.

Dwar dawn jispjega ahjar Sandro Chetcuti u l-izviluppaturi hawn prezenti.

Meta gara dan il-GRTU mal-ewwel fethet tahdidiet mal-Ministru George Pullicino u mal-MEPA dwar dawn il-problemi u wara sieghat twal ta’ tahdidiet illum ahna fiducjuzi li soluzzjonijiet ser jinstabu. U bilfors iridu jinstabu ghax qed iweggghu hafna nies.

Pero kull darba qed immorru ghand il-Gvern nistennewh jirranga xi haga li jkun ga fassal wahdu jew implimenta. Fejn hu l-Pjan? Ghaliex m’hemmx pjan ghall-industrija tal-kostruzzjoni miftiehem mal-portijiet kollha koncernati? Il-GRTU ghandha hafna suggerimenti.

Fil-proposti taghna ghall-Budget 2007 il-GRTU qed tinsisti mal-Gvern li jaghti vantaggi fiskali mhux biss lil min bihsiebu jpoggi propjeta’ fuq is-suq ghall-kiri residenzjali izda wkoll ghal min irid ibiegh bic-cens. In-numru ta’ appartamenti ghall-bejgh li hawn fuq is-suq u li ser ikun hawn fix-xhur li gejjin hu kbir u l-Gvern irid jahseb minn issa biex jittiehdu il-mizuri biex la jaqa’ s-suq u jbatu hafna u lanqas jibqghu jbatu il-kopji li jridu jixtru. Bil-proposta tal-GRTU min ghandu propjeta li jbiegh jkun jista’ jaghtiha kollha b’cens, jew parti minnha, li jkun ifisser li min ser jixtri m’ghandux ghalfejn johrog kapitali kbar mal-ewwel u min qed ibiegh jinghata vantagg fiskali biex ihalli flusu fl-industrija Maltija u ma johroghomx il-barra lejn pajjizi ohra kif hafna diga qed jaghmlu.

L-industrija tal-Kostruzzjoni 20 sena ilu kellha biss 22 % tal-krediti tal-Banek Kummercjali Maltin. Illum ghandha 45 %. Allahares jigrilha xi haga din l-industrija ghax il-banek Maltin jiehdu skussjatura nobis. Min jiftakar is-sebghajnijiet jaf x’gara dakinhar. Il-Gvern wasal biex johrog regolamenti godda biex jikkontrolla din l-industrija. Il-GRTU issaqsi: Sar impatt ekonomiku? Naghmluha cara: Ahna naqblu mar-regolamenti li jsahhu l-ambjent u jwarrbu minn nofs l-abbusiv. Ghalhekk tajna il-kontribuzzjoni taghna. Izda pizijiet bla bzonn m’hemmx lokhom u l-‘enforcement’ irid isir bis-serjeta u mhux skond min int.

Pero ejja nieqfu nghabbu fuq din l-industrija. Irrid pjan ekonomiku serju li jwassalna biex inzidu l-produzzjoni u noholqu tkattir ekonomiku reali gdid. L-industrija tal-kostruzzjoni trid tkun parti integrali min dan il-Pjan. Budget 2007 irid jkun Budget Pro Business. Irid ikun l-ewwel Budget li l-industrija tal-kostruzzjoni jiehu hsiebha u mhux jghabbilha.