SME Chamber

L-Irrabjati

Imtlejna bihom. Kif tejd xi haga li ma togghobhomx, johorgu ghalik qishom klieb ta’ l-ghassa. Fil-politika u fil-hajja Pubblika issa drajnijhom. Jew tejd li jghodd ghall-widnejhom jew jikxfu sninhom ghalik

Jikteb Vince Farrugia

Imtlejna bihom. Kif tejd xi haga li ma togghobhomx, johorgu ghalik qishom klieb ta’ l-ghassa. Fil-politika u fil-hajja Pubblika issa drajnijhom. Jew tejd li jghodd ghall-widnejhom jew jikxfu sninhom ghalik.

Jien drajthom. Il-bierah kienu n-Nazzjonalisti u ma nafx x’ ma qalux dwari. Illum il-Laburisti. Ara kif tista, min hu bhali, toqghod tikkalkula l-hin kollu x’ser jejd dak jew l-iehor ghall-kull frazi li tlissen? Ghad hawn min jahseb li jikmanda l-imhuh. Ghawn min ma jistax jifhem li l-mexxejja tal-korpi kostitwiti mhuma suggetti ghall-ebda iddettar ta’ l-ebda ras kbira fil-Politika. Iblah il-mexxej li jkun ikkundizjonat minn dak li ser jghidu l-Politici. Sfortunatament l-intimidar tal-Politici izomm lill- hafna milli jersqu l-quddiem u jiehdu pozizzjoni determinanti fit-tmexxija tal-korpi kostitwiti u tas-socjeta civili. Hafna ihossuhom intimidati minn dawn l-irrabjati.

Hemm min ir-rabja juriha b’mod dirett u qawwi bhall ma gara fl-episodju ta Bormla li wassal ghall-krizi tal-Gvern fl-1997. Izda hemm ohrajn u okkazzjonijiet ohra fejn ir-rabja tibqa mistura u tinhass biss mil-azzjoni li tinfirex. Ghax iqabbdu lil haddiehor iwassal il-messagg tar-rabja.

In-Nazzjonalisti huma experts ta din it-tattika. Thossha mal l-ewwel. Icempel xi Segretarju, jistidnuk ghall xi café, jew iqabbdu lil xi hadd qrib tijek iwassallek messagg u dejjem l-istess; irrabjat ghalik. Itini d-dahk meta nara xi Ministru jew xi ras kbira tipprova tintimidani b’ dan il-moghod. Possibli, nejd jien, li dawn in-nies ghadhom ma ndunawx li min izomm pozizzjoni bhali, u ilhu li waqghet f’zokortu, ma tindimidahx? U kieku min hu fil-pozizzjoni tieghi jkun suggett ta l-intimidazzjoni, tahsbu li ser isaddad fil pozizzjoni tieghu? Jaghmlu gurnata wahda biss mieghi u jkunu jafu kemm in-nies li nirraprezenta jien huma attenti ghal kull ma jsir.

Semmuhom lis-Segretarji Generali jew lid-Diretturi Generali ta’ l-Unions jew tal-Korpi Kostitwiti li damu s-snin fil-pozizzjoni taghhom u li qatghu figura, u araw jekk kienux jibzghu jew jaccettaw li jkunu intimidati? Liema organizzazjoni Nazzjonali b’sahhita trid li jkolla l-ghola ufficjal taghha suggett ghat-tigbid ta l-ispaga?

Il-gimgha l-ohra fil-programm ta Dr. Georg Sapiano, Doksa, f’intervista ckejkna editjata mid-Dottor. Sapiano, ddeskrivejt lil Alfred Sant bhalha rrabjat. Angry Man – sejjahtlu. Mamma Mia x’rabja qajjimt. Bdew it-telefonati mill- inkarigati forsi jintimidawni naghmel stqarrija u “Nbengilha”. Meta s-sur Jason Micallef ma rnexxilux, kessksuli lil Manwel Cuschieri fuq Super One. Cuschieri nqeda b’wiehed miskin li sa ftit ilu kien fil-Kunsill tal-GRTU. Dan ma kienx kapaci jifhem ir-responsabbilita’ tieghu bhala membru ta’ l-Ezekuttiv ta Korp kostitwit Nazzjonali ewlieni u litteralment kakka f’qalzietu, u uza l-gideb, mizinformazzjoni u hmerijiet li qal dan l-individwu biex jippruvaw jintimidawni. Il-messagg kien car: Naqalawlek balla nkwiet, halli tkun taf min ahna Sur. Direttur Generali.

Issa, ghawn xi hadd li jrid ibellahhili li Manwel Cuschieri ddecieda minn jeddu li jiftah attakk sfrenat fuq l-GRTU? Mela hasbuna tan-nuna?

X’ taghmillek ir-rabja! Il-logika tejdlek li biex tirbah trid izzomm l-ahjar imhuh on board. Imma f’ attakk ta’ rabja llum titlef wiehed kapacissimu, ghada titlef iehor, pit ghada iehor. U tibda tirrabja inqas. Ghax li jibqalek madwarek jew poodles jew klieb ta’ l-ghassa. Tibqa ma tindunax bil-hsara li tamillek ir-rabja u ssarrafha f’nuqqas serju ta tolleranza ghall- oppinjoni ta min mhux mieghek u mhux kontrik u tibda tintimida. Imma possibli ser nibqghu b’din il-marda, f’pajjizna? Ghax allura m’hemmx cans li nitfejqu. Is-soluzzjoni hi wahda: min irid imexxi l-pajjizna jrid jifhem illi it-tolleranza twassal ghall-rizultati ahjar.

Il-ferh tiji hu kemm illum huma dawk fil-poter li jafu jahdmu bla rabja. Nahdem maghhom bil-qalb, jaccettaw il-fehmiet tieghi u l-proposti tieghi b’genwinita’ u flimkien insibu soluzzjonijiet ghall- hafna problemi li jdawruna. Ghax verament pajjizna m’ghandux problemi insormontabbli. Pero, l-problemi ma ssolvihomx bir-rabja.

L-irrabjati ma jibnu relazzjonijiet tajbin ma hadd. U biex tmexxi trid relazzjonijiet tajbin ma hafna. Ghalekk l-irrabjati, tellifa.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).