Qed nibghatlek kopja tal-istqarrija li giet ipprezentata lil Partit Laburista mill-GRTU bhala kumment ghall-Abbozz ta’ Pjan dwar il-Kundizzjonijiet tax-xoghol tal-Haddiema Maltin u Ghawdxin bhala parti mill-pjan Laburista Bidu Gdid.
Id-Delegazzjoni tal-GRTU kienet immexxija minn Ms Sylvia Gauci, membru tal-Kunsill tal-GRTU u rapprezentanta tal-employers Maltin fuq l-European Economic & Social Committee fi Brussels. Id-delegazzjoni kienet tinkludi wkoll lil Ms Carmen Borg, id-direttorat generali tal-GRTU, lil Ms Grace Borg, membru tal-Kunsill tal-GRTU. U lil Ms Rosanne Galea.
Qed nibghatlek kopja tal-istqarrija li giet ipprezentata lil Partit Laburista mill-GRTU bhala kumment ghall-Abbozz ta’ Pjan dwar il-Kundizzjonijiet tax-xoghol tal-Haddiema Maltin u Ghawdxin bhala parti mill-pjan Laburista Bidu Gdid.
Id-Delegazzjoni tal-GRTU kienet immexxija minn Ms Sylvia Gauci, membru tal-Kunsill tal-GRTU u rapprezentanta tal-employers Maltin fuq l-European Economic & Social Committee fi Brussels. Id-delegazzjoni kienet tinkludi wkoll lil Ms Carmen Borg, id-direttorat generali tal-GRTU, lil Ms Grace Borg, membru tal-Kunsill tal-GRTU. U lil Ms Rosanne Galea.
Il-policy tal-GRTU dwar dan is-suggett giet imfassla skond l-esperjenza tal-GRTU u fl-isfond tal-membership tal-GRTU. Il-GRTU tirraprezenta 7,000 membru li bejniethom ghandhom 10, 000 negozju. Il-bicca l-kbira m’ghandhomx haddiema unionized. Il-GRTU tirraprezenta lil intrapriza zghira u medja fuq l-European Economic and Social Council fi Brussels, fuq l-MCESD, fuq il-Bord tal-Malta Enterprise, u fl-Employment Relations Board.
Il-GRTU tavvicina dan is-suggett bis-suq tax-xoghol bhala l-perm tal-argument. Il-GRTU trid suq tax-xoghol l-aktar flessibli bl-akbar availability ta’ persuni disponibbli biex jahdmu u bl-akbar facilita biex intraprizi zghar u medji jkunu jistghu jhaddmu in-nies bl-anqas xkiel. Il-GRTU taqbel mas-sistema Amerikana fejn intraprizi zghar m’ghandhomx l-istess xkiel fil-“fire and hire” li ghandha intraprizi kbar dan ghaliex intrapriza li ghandha qed tikber ikollha aktar “ups” and “downs” minn intrapriza kbira u stabilita.
L-istudju li l-GRTU inkarigat taghmel qabel tfassal Budget 2007 hargu dawn il-punti importanti:
· L-ekonomija Maltija kienet anqas miftuha fl-2005 milli fl-2002 u dan hu kawza tal-performance registrata fis-setturi ewlenin bhal industrija ghal esportazzjoni u t-turizmu. L-analazi tal-GDP turi:
· Value added tal-manifattura hu 28.03%
· Value Added tas-settur turistiku hu 46.05%
· Il-Value Added tal-esportazzjoni bhala persentagg tal-GDP waqa’ minn 15.38% fl-2002 ghall-12.33% fl-2005
· Il-valur mizjud ekonomiku tas-settur tas-servizzi ghall-esportazzjoni waqa’ minn 13.17% fl-2002 ghall-11.90% fl-2005
· Il-Valur mizjud tal-esportazzjoni kemm prodotti kif ukoll servizzi waqa’ minn 28.55% tal-GDP fl-2002 ghall-24.23 fl-2005.
Dan kollu jfisser li llum Malta tiddependi aktar fuq l-ekonomija lokali milli fuq is-swieq barranin u dan meta dhalna fl-Unjoni Ewropeja biex inkunu parti mis-Suq Enormi Ewropew u mhux niddependu fuq is-suq ckejken ta’ Malta.
L-istudju tal-GRTU wera wkoll li l-employment fil-manifattura waqa’ minn 30,942 fl-1995 ghal 24,492 fl-2005, telf ta’ 6,450 impjieg jew 20.84%.
Jekk niehdu s-settur tal-manifattura u s-settur tat-turizmu (hotels and restaurants) l-impjiegi naqsu minn 30.27% fit-total ta’ nies jahdmu fl-1995 ghall 24.04% tan-nies jahdmu fl-2005.
L-istudju tal-GRTU wkoll analizza dak li sar matul l-ahhar 10 snin fir-rigward tal-pagi u salarji u fir-rigward tal-operation surpluses li baqghalhom l-intraprizi Maltin.
Ma’ din l-parti ta’ l-analazi hareg li ghalkemm l-haddiema in generali hadu zidiet li jikkorrespondu mal-gholi tal-hajja, ghalkemm b’varjazzjoni settur wiehed minn iehor, in generali iz-zidiet li hadu l-haddiema ma koprewx il-valur mizjud li kull intrapriza kienet tistenna wara nfieq fuq il-haddiema.
L-istudju tal-Professur Falzon analizza l-valur mizjud ekonomiku settur b’settur u ghall-ekonomija kollha u minn dan hareg li;
· Iz-zidiet fil-pagi li l-haddiema hadu matul l-ahhar 10 snin koprew terz tal-valur mizjud ekonomiku li ggeneraw aktar
· Iz-zidiet li baqalhom is-sidien tal-intraprizi bhala operating surpluses koprew biss 50% taz-zidiet fil-prezzijiet matul dawn l-ahhar 10 snin. Is-sidien tal-intrapriza, f’ termini reali naqsulhom l-profitti u ma kellhomx f’idejhom is-surpluses mehtiega biex jinvestu u jaghmlu tajjeb ghaz-zidiet fil-pagi li kienu qed jaghtu lil haddiema taghhom.
Din ix-xena tas-suq tax-xoghol li l-GRTU ilha taccena fuqha fl-MCESD izda issib persistentament l-oppozizzjoni tar-rapprezentanti tal-haddiema ghaliha. Il-GRTU mhiex tghid li l-haddiema qed jithallsu zzejjed. Il-GRTU qed tghid li jrid ikun hemm aktar incentivi lis-sidien tal-intraprizi biex ghal kull lira zejda huma jiehdu lura minghand il-haddiem l-ekwivalenti f’zieda fil-valur mizjud u li dan ikun jirrifletti wkoll fiz-zidiet fl-operating profits tan-negozji. Ma jistax ikun il-GRTU ssostni li s-sidien tal-intraprizi permezz tal-GRTU jipprezentaw din il-karba sostnuta mill-fatti fuq cifri tal-istess NSO u l-Partiti Politici fil-pjanijiet taghhom jibqghu ma jindirizzawhiex.
Li sfortunatament haddiehor ma jifhimx f’dak li nghidu ahna hu dan:
· Tajjeb li nzidu aktar fil-kundizzjonijiet statutorji tal-haddiema u tajjeb wkoll li nzidu il-pagi b’mod konsistenti. Zgur, li mhux ser tkun l-GRTU li toggezjona ghall dan ghaliex l-bicca l-kbira tal-imsiehba tal-GRTU barra li huma employers, huma wkoll imexxu negozji li jridu mill-konsumatur Malti u hu importanti ghalhekk li l-haddiema jkollhom aktar flus x’jonqfu
· Izda l-GRTU ssostnew persistentament li z-zidiet jridu jirriflettu zidiet li kull settur jirregistra fil-valur mizjud u mhux sempliciment jirrifletti z-zidiet fil-prezzijiet.
Il-GRTU ghalhekk lesta biex tippartecipa f’kull diskussjoni li twassal biex il-problemi fis-suq tax-xoghol ta’ pajjizna jkunu ndirizzati bis-serjeta lil hinn mill- fsied li l-partiti politici huma obligati li jesprimu lejn il-massa l-kbira tal-votanti li huma haddiema bil-paga jew salarju.
Il-GRTU tilqa d-dokument tal-Partit Laburista bhala pass fid-direzzjoni t-tajba, izda temmen li dwar din l-analizi l-pjan irid ikun ukoll car u jindirizza soluzzjonijiet. Fil-parti kbira tieghu dan hu abbozz ta’ pjan li jindika linji li dwarhom il-GRTU taqbel u ohrajn li dwarhom ghad trid issir aktar diskussjoni.
· Naqblu, per ezempju mal-miri tal-pjan fuq medda taz-zmien qasir. Maghhom nixtiequ inzidu wkoll li jinghataw incentivi fiskali biex l-intraprizi z-zghar jkunu assistiti jhaddmu aktar nies maghhom ghax kif inhuma issa l-kundizzjonijiet il-lavur Malti mhux protett u hafna ntraprizi tradizzjonali Maltin qed ibatu. Dwar dan il-GRTU fasslet diga progett li s’issa baqa’ jkun injorat mill-gvern.
Il-GRTU trid wkoll incentivi u mezzi konkreti biex l-intraprizi l-kbar u l-Gvern stess ikunu mhajjra jiehdu “back-office work” fil-lokalitajiet taghna biex b’hekk jissahhu l-istrutturi kummercjali fil-komunita u niffacilitaw l-impjieg ta’ nies, l-aktar nisa, li ma jaffordjawx jehlu hin u zgombru biex jittraviljaw ghax-xoghol, l-aktar jekk jahdmu hinijiet imnaqqsa jew “flexi”.
· Naqblu wkoll mal-miri fuq medda twila taz-zmien. Inzidu hawn ukoll, li ghandu jkun mira fit-tul li jkun inkoraggut is-sid ta negozju zghir f’oqsma differenti, billi l-Gvern jkun dispost li xoghol li jista’ jkun “farmed out” b’inqas infieq ghas-settur pubbliku jsir, u jinghataw incentivi biex inprendituri zghar jkollhom l-facilita’ ta tahrig u access ghall-finanzjament biex huma wkoll jfendu ghal rashom b’success.
Il-GRTU temmen li l-ispirtu tal-intrapriza hu karatteristiku importanti tal-Maltin u ghandu jkun ghan tal-Partiti Politici li jaghmlu lil Malta aktar “enterprise driven” u lil Maltin aktar inprenditarjali biex l-individwu jkollu l-ghazla vokazzjonali vera ta’ jekk jsirx haddiem tal-paga jew inprenditur.