Il-GRTU qiegħda taħdem sabiex tara li l-kummerÄ‹ ikollu l-akbar appoġġ possibbli fl-ibliet u l-irħula Maltin, u li kull żvilupp li jkun qed isir ikollu l-inqas impatt possibbli fuq il-ħwienet f’dik l-istess lokalita’.
Fil-Mosta, din il-ħidma laħqet il-qofol tagħha meta bdew għaddejjin id-diskussjonijiet sabiex isir ix-xogħol meħtieÄ¡ biex tiÄ¡i rranÄ¡ata l-pjazza għal kif inhi llum. Din kienet ħidma ta’ konsultazzjoni li ma waqfet xejn bejn Dipartimenti tal-Gvern, Kunsilli Lokali u sidien tal-ħwienet.

Din il-ħidma wasslet ukoll biex ix-xogħol kollu infrastrutturali li sar fil-Pjazza tal-Mosta jkollu l-inqas impatt negattiv, u biex dan seħħ, il-GRTU organizzat kumitat bejn is-sidien tal-ħwienet fuq livell lokali li seta’ jsegwi u jieħu sehem direttament fil-konsultazzjonijiet meħtieÄ¡a.
Is-sidien tal-ħwienet fil-Mosta issa, la darba x-xogħol fuq il-pjazza tlesta, qegħdin jorganizzaw lilhom infushom aħjar sabiex jaraw li l-Mosta ikollha l-aħjar kumditajiet possibbli għall-klijenti tagħħhom. Għaldaqstant nhar il-Ä imgħa, 8 ta’ DiÄ‹embru, l-istess sidien tal-ħwienet qegħdin iħabbru li ħafna minnhom ser jibqgħu miftuħa sa l-10 ta’ bil-lejl u jixtiequ jinfurmaw lill-klijenti tagħhom b’din l-attivita’.
Din, fil-fatt hija waħda mill-ewwel inizjattivi li qegħdin jittieħdu mis-sidien tal-ħwienet flimkien mal-GRTU.
Fil-futur, il-GRTU qegħda taħseb kif torganizza lilha nnifisha flimkien mas-sidien tal-ħwienet f’lokalitajiet oħra bħalma sar il-Mosta, biex hekk nagħmlu lill-ibliet u l-irħula tagħna aktar kummerÄ‹jalment vijabbli.