Jien naqbel ma’ min jghid li l-Prim Minsitru Lawrence Gonzi ma setghax kien aghar milli kien fil-Konferenza Stampa ta’ nhar il-Hadd filghaxija. Gonzi ma fehem xejn ghalija. Dan mhux Lawrence Gonzi li naf jien. Gonzi li naf jien hu umli u onest. Gonzi ta’ nhar il-Hadd kien qiesu t-tifel li jrid jipprova jixbah lil papa. Ghax l-ironija hi li kien Eddie li kellu l-attitudni li ddemostra Gonzi nhar il-Hadd. Ghax Eddie kien jista’ jaghmel kwazi li jrid. Anke meta kien jichad il-verita il-maghrufa u jichad ir-realta. Kien jibqa’ jippoppa sidru, qiesu rebah. Anke wara it-tisbita tal-1996 baqa’ xorta.
Imma Eddie kellu vantagg kbir li Lawrence Gonzi zgur m’ghandux. Eddie kellu vantagg u kien jirkiblu. Kellu storja warajh ta’ success fil-glieda li l-maggoranza tal-Maltin ghamlu kontra dak li kienu konvinti li kienet theddida serjissima ghad-demokrazija. Kellu quddiemu r-rebha li l-Maltin riedu jaghmlu biex jidhlu fl-Unjoni Ewropeja. Kellu kull fejn thares frott tal-politika tolleranti u liberatrici li wettaq il-Gvern tieghu. Dan kollu taht superjorita enormi. Anke meta jitkessah, il-Maltin kienu jahfrulu. Ghax riduh jirbah l-battalja li kien imiss, dik tal-Ewropa. Issa li l-battalji il-kbar intrebhu u aktar u aktar wara li assigurajna ruhna mill-Ewropa, il-Maltin mhux ser jahfruha lil hadd aktar li jigi quddiemhom b’rasu mghollija zzejjed.
Nemmen li Dr. Gonzi nhar il-Hadd kompla tilef aktar u aktar voti. In-Nazzjonalisti li qaghdu d-dar u marru jivvutaw inharqu aktar bil-kliem li ghazel li jllissen Dr. Gonzi. Mela dawn qaghdu d-dar ghax bezghu mix-xita? Min beza mix-xita, min kien hareg fil-pjazzez fiz-zmien li kien sogru li tohrog ghan-nofs? Hekk qed jistmawhom lin-nies li qasmu minn ghomor jivvutaw labour biex tellghu u zammew lin-nazzjonalisti fil-Gvern ghax tal-Labour kienu qazzuhom. Lil dawn in-nies li kapaci jahsbu b’mohhhom u ma jinxtrawx bit-tijatrini, issa bil-kliem fil-vojt qed jahseb Gonzi u shabu li ser igibuhom lura?
Il-wake–up call kienet is-sena l-ohra. Dak inhar Gonzi kellu jaqbad u jiehu passi u jbiddel. Ghax in-nies kienu ga ghaddewh il-messagg. In-nies iddejqu jaraw l-istess nies, l-istess tip ta’ propaganda, l-istess attitudni. Kif jista’ jkun li Gonzi li kien ifisser il-bidla ma fehemx u flok biddel inbidel huwa. Il-messagg kien u ghadu car: il-bidla jew jaghmilha l-PN jew inkella n-nies kienu ser ihabbtu bieb iehor. Issa sena wara hafna diga marru band ohra. Eluf ohrajn ghadhom jahsbuha. Imma jekk Gonzi u shabu mhux ser jibdlu bil-girja, dawk li nhar is-Sibt ma vvutawx, jitilqu wkoll.
Dr. Sant dan il-messagg qrah sew. Ghalhekk dawn il-programmi kollha ta’ x’ser jaghmel u kif meta jkun fil-Gvern. Ghax induna li n-nies riedu bidla u riedu jkunu jafu haddiehor x’inhu joffri. Il-bidla mhux tant fil-Partit, ghax hafna u hafna ma tantx saru jhabblu rashom dwar Partiti: il-bidla li jridu l-Maltin, ghandhom u m’ghandhomx ragun, hi fl-attitudni. Fl-imgieba. Fir-rispett. In-nies xebghu jaraw Ministri u l-entourage taghhom qieshom paguni: jafu kollox, arani u la tmisniex. Xebghu bil-manipulazzjoni tal-media. Jien nghix qrib il-media u nitkellem ma’ kulhadd. Tal-biki l-istejjer li nisma: certi gurnalisti saru qieshom qhab. L-aktar li jiddispjacini ghan-nies serji li baqa’ fil-PBS. Qed jumiljawhom kuljum.
Qed jigri l-istess ma’ hafna nies ohra. Il-Gvern sar immuffat bil- privileggi. Ghogobni u ntik. Dejjaqni u nabbandunak. Issefsfulek f’widnejk: ma hadux pjacir bik taf. Intimidazzjoni bil-pulit. Hekk sewwa? Mhux argument li tan-naha l-ohra hekk jaghmlu u ser jaghmlu jekk ikunu jikkmandaw huma. In-nies xebghu bil-mod kif qed isiru hafna u hafna affarijiet. Anke jekk m’ghandhomx ragun, iddecidew li s-sistema kif inhi llum xebbathom. Min irid jibqa’ fil-Gvern mhux jghidilhom injuranti jrid imma jirrimedja. Jien nahseb li anke jekk igibulhom id-deheb jisfen, numru enormi ta’ Maltin issa iddecidew.
Fil-politika mhux tant dak li taghmel jghodd, imma dak li n-nies jifhmu li qed taghmel. Illum in-nies qed jifhmu li dan hu Gvern li wasal fl-ahhar. Hafna qed jarmu dak kollu li sar u jimmiraw lejn il-bidla. Dan il-Gvern qed jaghmel u ghamel hafna u hafna tajjeb u dnub li l-arroganza tal-ftit ser tgharraqhom ilkoll.
Min qed jirribella mhux qed jirribella ghax morna lura. Ma nahsibx. Imma min qed jirribella qed jara l-attitudni, qed jara il-klikek, qed jara lil min ma kien xejn isir alla, qed jara li ta’ gewwa, gewwa u ta’ barra, barra. Mhux hekk kullimkien. Allahares. Imma mur ikkonvinci lil min hekk iddecieda. U min iddecieda mhux mignun. L-ambjentalisti mhux imgienen. Il-bdiewa mhux imgienen. In-nies fil-lokalitajiet taghna mhux imgienen. Xi haga goffa hawn li ggieghel lil dawn n-nies jirribellaw, jivvutaw kontra, jew joqghodu d-dar.
In-nies qed turi d-dwejjaq, Partit li waqa’ fil-popolarita minn 52% ghal 43% f’affari ta’ ftit snin, ghandu problemi serjissimi.
In-nies iridu jaraw lil Gonzi jkun umli. Li jammetti. Li jnehhi l-attitudni ta’ fiducja ghamja u truxa.
Il-messagg tan-nies nhar is-Sibt kien car: Jekk trid tisma sew, Prim Ministru isma. Ara x’ser taghmel, hekk qed jghidulek. In-nies iridu l-bidla. Ghandek problema kbira. Zgur li l-pajjiz ma jistghax jitmexxa ghal zmien twil meta 57% tal- Maltin, b’mod jew iehor, qed juruk li mhux kuntenti.
Id-decizjoni f’idejk Dr. Gonzi. Ibqa’ ghaddej kif int u titlef zgur. Ibdel. Aghti tama gdida. Uri li qed taghti kaz. Jekk ma tistax, saffar.