Hafna nies, anke f’Malta, ghadhom jew ma tawx kaz ta’ dan l-argument kbir dwar il-“Global Warming” jew inkella bhall hafna mwebbla mill-President Amerikan George W. Bush, hadu din it-twissija biz-zufjett.
Id-dinja kif nafu qiesa ballun. Qiesa ballun li madwaru ghandu skorca zebgha li mhiex iebsa bizzejjed u ghalhekk l-arja tghaddi miz-zebgha. Jigri izda li jekk l-ballun jtuh xi zewg passati zebgha zejda l-arja kollha tinqatgha l-barra u l-ballun jkollu mieghu skorca iebsa. L-istess paragun jghodd ghall-qafas tal-atmosfera li biha hi mdawwra d-dinja. Ghall-miljuni ta’ snin dan il-qafas ma kienx iebes tant li ma jhallix id-dhul tar-raggi tax-xemx l-aktar qawwija u penetranti milli jghaddu lejn id-dinja biex izzommu lid-dinja shuna u wara li jaghmlu l-effett taghhom jerghu johorgu l-barra mil-atmosfera, process ta’ dhul u hrug li ma jieqaf qatt u mkien. L-effett ta’ dan jkun li r-raggi jidhlu u jghatu lid-dinja s-shana li tenhtieg fid-dozi li jzommu l-ekwilibrju li jzomm ic-cirku tal-hajja u dak ambjentali kif ilna nafuh ghal eluf ta’ snin fl-istess waqt li raggi ohra jkunu bhal-qiesu ibbawnsjaw lura l-barra mill-atmosfera.
Dan il-process ta’ dhul u hrug tar-raggi li jsahhnu bis-sahha tal-qafas ta’ atmosfera li mhiex iebsa u hoxna jisgura li ir-raggi bsahhithom tax-xemx jsahhnu lid-dinja u ma jibqghux gewwa taht l-iskorca tal-atmosfera bir-rizultat li ir-raggi jidhlu il-gewwa biss u jibqu jsahhnu d-dinja bla serhan ghax jibqghu kollha taht l-iskorca tal-atmosfera. L-atmosfera hi dik li zomm lid-dinja b’temperaturi bejn jum u lejl u bejn xitwa u sajf fl-livelli li l-bniedem u l-hlejjaq l-ohra jzommna nghixu komdi f’din id-dinja. Bla atmosfera id-dinja jigrilha bhal qamar, ma tkunx abitabbli. Fuq il-qamar m’hemmx atmosfera u ghalhekk it-temperaturi fuq il-qamar ftit jinbidlu matul is sena u bi nhar tkun 107 centigradi u bil-lejl tiksah ghal 153 centigradi taht iz-zero. L-atmosfera kif dejjem il-bniedem sabha, hi l-fenomenu li lilna zommna nghixu fid-dinja b’mod relattivament pjacevoli. Meta ghalhekk it-traskuragni tal-bniedem taghmel hsara lil atmosfera li jigri hu li jkun ipperikolat l-mod li jghix l-bniedem kemm ilu fuq din d-dinja.
Li qed jigri issa, u b’mod rapidu li dejjem jaccellera, hu li d-dinja qed tipproduci l-gassijiet u dhahen b’volum kbir u fi kwantitajiet dejjem akbar hekk kif id-dinja tizviluppa aktar u n-nies dejjem iridu kumditajiet ohra u b’mod esagerat. Dawn il-gassijiet johorgu minn power stations, fabbriki, impjanti ta’ kull tip u hruq ta’ zjut bla waqfin f’tant u tant attivita industrijali mad-dinja kollha inkluzi maghhom wkoll id-dhahen u gassijiet kollha li johorgu mill-karozzi taghna u l-apparat kollu li nhaddmu fid-djar u l-postijiet ta’ abitazzjoni u divertiment ghall-kumdita taghna. Dan il-volum ta’ gassijiet tant qed jikber sena wara sena fil-kwantita’ u fil-hsara tieghu li l-atmosfera li ticcirkola d-dinja mhux jirnexxiela issaffiha kollha l-barra biex b’hekk volum dejjem akbar ta’ gassijiet milli d-dinja tenhtieg qed jinqabad kollu taht din l-iskorca ta’ atmosfera bla ma johrog l-barra. Ir-rizultat ta’ dan l-izvilupp hu li din l-ispeci ta’ skorca madwar d-dinja tant hxienet u bbieset li qabdet lid-dinja bhal qiesu f’morsa. Issa r-raggi b’sahhithom tax-xemx jidhlu u ftit li xejn jirnexxielhom johorgu u qed jibqghu maqbuda taht l-atmosfera. Ir-rizultat hu li dawn ir-raggi issa qed jibqghu b’sahhithom taht l-atmosfera bla ma jerhu bir-rizultat li d-dinja qed tishon dejjem aktar (ghall-spjega aktar teknika ara http://www.junkscience.com/greenhouse)
U iva hafna, jghidu. Mhux hekk dejjem kienet id-dinja. Ikun hemm perjodi ta’ kesha kbira li gieli fl-istorja tad-dinja damu s-sekli u jkun hemm perjodi ohrajn ta’ shana kbira. Dawk li jahsbu li dan l-argument kollu dwar il-“Global Warming” hu xi fettuqa tal-Amerikani u tal-pajjizi avvanzati li wara li hamgu d-dinja bl-industrijalizazzjoni taghhom issa qed itihom paniku meta jaraw l-impatt tal-hsara li ghamlu waqt li kienu qed jistghanew huma u issa jridu jzommu lil pajjizi foqra milli jizviluppaw u jhammgu d-dinja huma wkoll, ghandhom argument mhux le. Ghax il-pajjizi sinjuri, aktar milli l-foqra, jahtu ghal din il-hsara kollha. Imma issa la l-hsara saret jekk ma titrangax mhux il-hati biss iwegga’,anzi dawk probabbli jkollhom il-mezzi biex idabbru rashom imma l-vittmi ser jergghu jkunu l-vittmi tal-bierah. Ahna l-Maltin hammigna bhal ma hammeg u ghadu jhammeg haddiehor ghalkemm il-volum taghna hu zghir hdejn ta’ haddiehor,imma l-piena tal-hsara li qed issir lid-dinja mhux ser tkun icken minn ta’ haddiehor.
Fortunatament id-dinja kollha qed tistenbah ghal din il-biza’ kbira. U din biza’ rejali mhux bhal tal-millenjum bug li gennewna biha tmin snin ilu. Il-fatti li jipprezenta Al Gore f’dan il-film lecture (An Inconvenient Truth – Paramount Classics and Participant Productions) huma impressjonanti u ftit li xejn tista’ targumenta kontrihom. Il-film juri kif f’6500 sena qatt ma gara dak li qed jigri b’mod rapidu f’dawn l-ahhar ftit snin. Jigifieri matul l-istorja ta’ dawn l-ahhar 6500 sena kien hemm perjodi keshin u perjodi ta’ shana kbira u perjodi ta’ tibdiliet fil-klima lill’hinn min-normal,imma qatt qabel ma kien hemm tibdiliet ta’ proporzjon hekk kbir u hekk persistenti bhal ma qed jigri fid-dinja issa. U din mhux kwistjoni ta’ din is-sena ta’ klima stramba u mhux kwistjoni biss ta’ temperaturi aktar gholjin tant li qed idewweb is-silg tal-antartiku li suppost ma kellu jdub qatt u li qed idewweb is-silg tal-muntanji mad-dinja kollha u jnixxef il-widien u x-xmajjar, izda kwistjoni hafna u hafna serja aktar minn hekk. Dan ghaliex li qed isir hu fuq ritmu dejjem akbar u li dejjem jaccellera sena wara sena bir-rizultat li hekk kif id-dinja dejjem tishon aktar qed tizdied l-evaporazzjoni u ghalhekk jinholqu tempesti urugani u tinbidel l-formazzjoni tal-irjieh u t-temp in generali bir-rizultat li partijiet kbar tad-dinja diga bdew u ser ikomplu b’mod aktar mghaggel ibatu minn tempesti li qatt qabel ma raw bhalhom. Ir-rizultat ser ikun li l-livell tal-bahar f’hafna partijiet tad-dinja jghola fuq medda ta’ mhux aktar minn hamsin sena u dan l-impatt diga beda jigri, tant li partijiet kbar tad-dinja jgherqu u jsiru bahar. Mijiet ta’ miljuni ta’ nies jkollhom ghalhekk ihallu pajjizhom. Anke l-ghexiren ta’ eluf li rajna jkunu zgumbrati waqt tragedja ta’ urugani u tsunami li rajna f’dawn l-ahhar holqu katastrofi enormi ahseb u ara mewga ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ nies imbuttat il-barra minn djarhom u pajjizhom minhabba tragedji ikkawzati mil-ghibien taht il-bahar ta’ zoni shah madwar id-dinja kollha x’terrur bla qies johloq.
L-effett fuq in-natura diga beda jinhass gmielu hekk kif l-pjanti, sigar u insetti u hafna hlejjaq ohra qed jithawdu bit-tibdiliet li diga qed jinhassu u hekk kif ir-Rebbiegha qed tasal kmieni f’hafna partijiet tad-dinja. Effetti ohra huma z-zieda u l-firxa akbar ta’ mard ikkawzat mis-shana, ic-caqlieq u l-emigrazzjoni ta’ hlejjaq lill’hinn mill-pajjizi li jsiru aktar shan lejn ohrajn aktar friski u l-impatt fuq in natura ta’ taht il-bahar hekk kif it-temperatura tal-ilma tal-bahar tkompli tinbidel u dan bl-impatt enormi fuq l-industrija tas-sajd u fuq l-ambjent marittimu. Ma dawn jizdiedu il-maltempati u xita ta’ qies li ma rajniex bhalhom u tempesti tas-silg akbar minn dak registrat u gharghar ta’ qisien gganteski. Mill-banda l-ohra bnadi ohra tad-dinja jsofru minn nixfiet ta’ tul dejjem akbar u hsarat minn nirien fuq skali akbar minn qatt qabel.
Vera tal-biza u xieraq li lkoll nistembhu ghal din ir-realta. It-tajjeb hu li hafna mill-hsara li saret u li qed tibqa issir hi riversibbli u l-process ta’ hsara jista’ jew jitwaqqa jew jitnaqqas. Ahna lkoll nistghu naghmlu xi haga. Il-Gvernijiet tal-pajjizi l-kbar jistghu jaghmlu hafna. Hu ghajb kbir izda li zewg pajjizi kbar u avvanzati u sinjuri bhal l-Amerika ta’ Bush u l-Awstralja ghadhom jahsbuha jekk jinghaqdux mal-kumplament tad-dinja u jiehdu din il-kwistjoni bis-serjeta. Ghidt l-Amerika ta’ Bush ghax l-Gvern Amerikan ghadu jwebbes rasu, imma l-poplu Amerikan u hafna Stati Amerikani mhux talli stembhu izda huma minn ta’ quddiem ghall-mizuri li qed jiehdu biex itaffu l-impatt tas-shana globali ikkawzata mid-dannu li l-bniedem qed jikkawza lil ambjent.
Il-mizuri li pajjizi serji inkluzi ahna l-imsiehba tal-Unjoni Ewropeja qed jiehdu huma hafna. Min irid ikun jaf aktar isib hafna materjal fuq l-internet u jara kif l-Unjoni Ewropeja qed tipprova tiffaccja din l-isfidam tal-Global Warming. Mhux qed isir bizzjjed ha nkun car. Talanqas l-esperti serji hekk qed jghidu u hekk qed jghid Al Gore fil-kampanja mondjali sfrenata li qed jaghmel biex jikkonvinci aktar politici, industrijalisti u nies li jikkmandaw u l-popli li jridu jimbuttaw lil min imexxihom. L-iskejjel fil-pajjizi avvanzati inkluzi wkoll taghna qed jaghlmu lit-tfal taghna hafna dwar dan. Imma id-dinja in generali ghadha ma stembhitx ghal din it-theddida hekk serja u hekk vicina. Jekk irridu li Malta tkun ezempju ta’ x’jista’ jsir irridu nistenbhu ahna lkoll. L-ewwel pass hu li ninfurmaw ruhna. It-tieni li niddeciedu ahna bhala individwi u bhala familja x’ghandna naghmlu. Ghax din mhux kwistjoni biss ta’ gvernijiet. Il-kbar jistghu jaghmlu hafna izda l-individwi u l-familji flimkien jistghu jaghmlu bizzejjed biex jaghmlu d-differenza. Ghax ahna mhux nibdlu d-dinja irridu imma rridu naghmlu bidliet marginali li kollha f’daqqa jkollhom impatt bizzejjed biex irazzan il-hsara u jibda’ jirriversja l-hsara li saret qabel. Lkoll ghalhekk irridu naghmlu s-sehem taghna. Tajjeb ghalhekk li nizguraw li nkunu infurmati u llestu biex nwettqu taghna.
Allavolja poplu zghir, l-effett taghna jghodd wkoll. B’rieda minn miljun ta’ nies mad-dinja kollha l-hsara tista’ titwaqqaf u tista’ tibda titreggha lura. Jekk le taghli d-dinja u naghlu ahna.
Ftit fatti:
• In-numru ta’ urugani tal-kategorija 4 u 5 irduppjaw matul l-ahhar 30 sena
• Il-malarja li qabel kienet tolqot biss lill-pajjizi baxxi ghax in-nemusa ma tghix fl-gholi fejn it-temperaturi huma baxxi, issa qed tolqot bliet kbar fejn l-klima sahnet u l-mikrobu issa jghix u jinfirex. L-istess qed jigri ghall-mard infettiv iehor.
• L-ilma li johrog meta l-blokki tas-silg ta’ Greenland idubu rdoppja f’dawn l-ahhar 10 snin
• Mill-anqas 279 tipi ta’ pjanti u annimali sparixxew miz-zoni fejn kienu minn dejjem u emigraw f’zoni eqreb fin-north u s-south pole
• L-imwiet mill-“Global Warming” jirduppjaw fuq mhedda ta’ 25 sena, jigifieri aktar minn 300,000 fis-sena
• Il-livell tal-bahar fid-dinja jghola b’20 pied hekk kif aktar silg ta’ Greenland u tal-Antartika jdub u hafna postijiet fuq il-kosta mad-dinja kollha jispiccaw taht il-bahar
• L-irjiehat shan u qawwija jkunu aktar frekwenti u aktar b’sahhithom
• In-nixfa li tolqot zoni kbar fid-dinja u l-hrug u nirien li jirrizultaw jizdiedu bil-kbir u jkunu aktar frekwenti
• Sas-sena 2050 miljun ta’ holqien mad-dinja kollha jintemmu ghal kollox
Nistghu ma naghtux kaz.