Il-Kummissjoni Ewropea harget Green Paper fejn wara snin ta’ diskussjonijiet bejn l-imsiehba socjali fl-ahhar qed tindika ‘l fejn trid timxi f’dak li jirrigwardja l-ligijiet li jirregolaw ix-xoghol.
Il-Kummissjoni Ewropea harget Green Paper fejn wara snin ta’ diskussjonijiet bejn l-imsiehba socjali fl-ahhar qed tindika ‘l fejn trid timxi f’dak li jirrigwardja l-ligijiet li jirregolaw ix-xoghol.
L-Ewropa maghquda llum maqbuda f’morsa. U qed tbati biex tohrog minnha. Ir-raguni hi, li din l-Ewropa, li tal-Labour f’Malta li kien ghalihom bqajna barra minnha, hi Ewropa Socjalista. Socjalista fis-sens li l-intrapriza u min ihaddem hu dejjem ghat-telgha. Jekk tifli d-dokumenti kollha li tohrog il-Commission, jew id-dokumenti li jkunu diskussi fil-Parlament u dak kollu li jersaq fil-Kumitat Ewropew Socjali u Ekonomiku (ECOSOC), issib li hu aktar immirat biex jipprotegi lil haddiema u biex jipprotegi l-industrija stabbilita fejn il-ftehim kollettiv jiddomina u s-servizzi socjali u s-servizzi statali u municipali li jinghataw b’xejn, aktar milli politika favur l-intraprizi u favur l-investiment li johloq ix-xoghol.
Insibu, kwazi kullimkien, bhal ma nsibu f’Malta, id-Dipartiment tax-Xoghol, id-Direttur tax-Xoghol. L-enfazi fuq il-kelma Xoghol. Imma fil-verita l-kelma xoghol saret tfisser haddiem, anzi protezzjoni tal-haddiem. Id-Direttur tax-Xoghol hu veru direttur responsabbli mix-xoghol? Kieku hekk hu l-akbar protettur tal-intrapriza ghax l-intrapriza tohloq ix-xoghol. Imma fil-verita dan hu Direttur, u mieghu d-Dipartiment kollu, li xoghlu hu li jipprotegi l-haddiem u l-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema. Ghad irrid nara l-inspectors tal-Labour Office imorru jaraw kif jghinu lil min irid johloq ix-xoghol u mhux biex jaraw jekk hemmx sidien li mhux jimxu mal-punt u l-virgola tal-ligi tax-xoghol. Jigifieri l-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Malti ghandhom bias irrispettivament minn dak kollu li jghidu u jaghmlu. U dan il-bias zgur mhux favur is-sid tal-intrapriza. Minhiex nghaddi gudizzju, qed nghid stat ta’ fatt.
Imbaghad nitkellmu fuq l-Agenda tal-Lisbona. Jigifieri x’irid isir biex tikber il-produzzjoni, jizdiedu l-postijiet tax-xoghol, joghla l-valur mizjud, settur b’settur, u pajjiz imsieheb b’pajjiz imsieheb, u kif il-haddiema jzidu l-kapacita taghhom bis-sahha ta’ aktar tahrig, aktar teknologija u aktar flessibilita. L-istrategija tfasslet meta l-Ewropa stenbhet ghall-fatt li b’paragun mar-regjuni ekonomici l-ohra fid-dinja – l-Amerika, l-Asja, l-Awstralja, New Zealand, ic-Cina u l-Indja – l-Ewropa kienet qed taqa’ lura, u filwaqt li t-tkattir ekonomiku fir-regjuni l-ohra hu persistentament akbar, u meta jaqa’ lura malajr jerga’ jirpilja, fl-Ewropa r-rata ta’ tkattir ekonomiku dejjem titbaxxa jew tisparixxi. Meta r-rata ta’ tkattir ekonomiku tkun negattiva, l-Ewropa tbati dejjem aktar biex tirpilja.
L-analisti ekonomici kollha jaqblu li r-raguni ewlenija hi li l-pajjizi tal-Ewropa huma aktar rigidi u huma l-aktar li huma mghobbija b’nuqqas serju ta’ flessibilita’ fis-suq tax-xoghol. Hadd ma jrid ikisser il-mudell socjali ewropew fejn il-protezzjoni tal-haddiem u s-sigurezza socjali huma prijorita, imma zgur ma tistax l-Ewropa timmira lejn l-istrategija ta’ Lisbona li trid twassalna biex sa ghaxar snin ohra inkunu l-aktar regjun avvanzat ekonomikament fid-dinja, meta fl-istess waqt ma jibdlux b’mod realistiku l-ankri u s-sarimi li zammewhom lura bhala regjun. Malta tghodd mal-ohrajn. Malta mhux naqset l-ixkiel lil intrapriza imma zdiedet b’burokrazija dejjem akbar u aktar imponenti fuq l-intrapriza. Malta mhux hfiefet biex nigru aktar imma tqalna hafna aktar biex issa hafna sidien qed jippreferu jtuha ghall-ispekulazzjoni tal-proprjeta milli jidhlu ghall-intraprizi li jhaddmu hafna nies. Ghalhekk ahna bhala GRTU instigajna rapport ekonomiku li wasal biex isaqsi l-mistoqsija: minn fejn ser jigi t-tkattir ekonomiku li jrid isostnina fi snin li gejjin u li jtina l-istandard u kwalita ta’ hajja li irridu ahna bhala Maltin Ewropej.
Ghax facli nghidu rridu nibdlu. Aktar u aktar meta nghidu li rridu nibdlu l-ligijiet tax-xoghol biex insiru aktar flissibli. X’flessibilita? Fejn? U jekk ahna kull fejn nippruvaw indahhlu l-flessibilita qiesna qed insemmu l-antikrist, kif ser naslu?
L-istudju taghna wera li s-setturi fejn hemm flessibilita, u dawn mhux b’kumbinazzjoni imma huma dawk fejn it-trade unions tal-haddiema ghandhom lanqas sahha u fejn id-Direttur tax-Xoghol lanqas li jindahal, huma dawk li l-aktar li qed jispandu. Huma l-aktar li qed joholqu impjiegi. Huma l-aktar kompettitivi. Huma dawk li jaghtu l-ahjar kumpens lil haddiema. U fuq kollox huma dawk li fejn il-valur mizjud ekonomiku, kemm bhala settur kif ukoll b’relazzjoni ma’ dak li jithallas lil haddiema, hu l-oghla.
L-industrija fejn ir-rigidita tirrenja qed titlef l-impjiegi, l-istabilimenti qed jaghlqu u l-kontribuzzjoni tas-settur lejn il-Prodott Gross Domestiku qed jaqa’. Harsu x’inhu jigri fil-fabbriki u fil-lukandi.
Issa qed niddiskutu din il-Green Paper tal-Unjoni Ewropea: Nimmodernizzaw il-Ligijiet tax-Xoghol biex nilqghu ahjar l-Isfidi tas-Seklu Wiehed u Ghoxrin.
L-argument f’pajjizna bdejnieh. Bdejna nitkellmu fuq il-htiega ta’ aktar flessibilita. S’issa bhas-soltu, bdejna b’salt paroli. Xbajt u xbajt nattendi laqghat ta’ paroli biss u fatti xejn.
Qatt ma jtuna l-ewwel stampa statistika u bil-figuri mahduma sew ta’ fejn ninsabu llum u fejn irridu mmorru. Jien inbati ferm biex nifhem. Jien tini l-figuri halli nkun naf fejn jien. Tini t-targets ta’ fejn irrid nasal fuq perjodu ta’ zmien. U nahdem ma’ min trid biex infasslu l-policies u l-ghodod biex dak li niftehmu dwaru ta’ fejn irridu naslu nwettquh. Semplici Watson. Imma ghal Malta din difficli. Basta nparlaw. Issa naraw fuq din tar-riforma tal-ligijiet tax-xoghol fejn ha naslu. Il-bidu diga mnellah.