Il-GRTU tigwida lin-negozji Maltin u Ghawdxin fuq id-Direttivi Ewropej dwar immaniggjar ta’ l-iskart

Il-GRTU nhar il-Gimgha 2 ta'
Novembru organizzat l-ahhar konferenza minn sensiela ta’ erba konferenzi, fejn
spjegat lin-negozjanti x’obbligi ghandhom taht id-Direttivi Ewropew dwar
il-gbir, riciklagg u rekupru ta’ skart bhall-kartun, gablo, metal li jaqaw taht
id-Direttiva fuq skart ta’ l-ippakketjar u skart iehor bhal fridges, kukers,
towsters, radji, televisjonijiet, u affarijiet ohra li jaqghu taht id-Direttiva
dwar l-iskart ta’ tamir elettriku u elettroniku 
(WEEE: Waste of Electrical and Electronic
Equipment)

 

 

Il-Konferenzi kienu
indirizzati minn Dr. Joanna Drake – kap tar-rapprezentanza tal-Kummissjoni
Ewropeja f’Malta, Vincent Farrugia- Direttur generali tal-GRTU, Joe Attard u
Marcel Mizzi, zewg ufficjali tal-GRTU inkarigati li jiehdu hsieb hwejjeg
relatati ma' l-ambjent, kif ukoll min Kevin Mercieca, ufficjal mill-MEPA.

 

Barra prezentazzjoni
dettaljata dwar x’tghid il-ligi u x’ghandu jaghmel in-negozjant, waste-carrier, jew riciklatur biex ikunu
konformi mal-ligi, il-kelliema spjegaw wkoll xi skemi qed tintroduci l-GRTU biex
tnehhi minn fuq dahar in-negozjant ir-responsabilitajiet li huma iebsin wisq
biex jingarru minn kull negozju individwali. Il-GRTU qed tniedi fuq inizjattiva
taghha, skema biex tamministra l-obligazzjoniet li n-negozjanti ghandhom taht
id-Direttivi dwar l-WEEE. Il-GRTU infatti qeda tappella lil importaturi
tal-prodotti ta' l-EEE biex jirregistraw ma' l-iskema tal-GRTU. Il-GRTU waqfet
socjeta` kummercjali non-profit, jisimha GREEN.MT, biex thaddem din l-iskema.
L-imprendituri li jirregistraw ma' GREEN.MT jkollhom imbaghad ir-registrazzjoni
taghhom imdahhla fir-registri tal-MEPA.

 

Dwar l-ippakketjar il-GRTU
wkoll hadet l-inizjattiva li wara konsultazzjoni twila mal-membri u
mal-awtoritajiet kif ghamlet fil-kaz tal-WEEE, tfassal skema, li wkoll tiehu
minn fuq dahar n-negozjanti ir-responsabilitajiet ewlenin taht il-ligi. Dwar din
l-iskema l-GRTU lahqet ftehim mal-Kamra tal-Kummerc, mal-Federazzjoni ta’
l-Industrija u mal-Malta Hotel and Restaurants Association biex l-iskema
tal-ippakketjar ihaddmuha l-erba korpi li jirraprezentaw l-industrija, l-kummerc
u it-turizmu flimkien.

 

Il-laqghat li zammet il-GRTU
biex tispjega dwar l-iskema u l-obbligi taht id-Direttivi Ewropej saru fil-Fair
and Convention Centre ta’ Qali, ohra fil-Hilton, ohra go Dar il-Mediterran u
l-ahhar wahda fil-hotel ta’ Cenc gewwa Ghawdex. Dawn l-konferenzi kienu possibli
bil-kontribuzzjoni u l-assistenza ta’ l-ufficju tar-rapprezentazzjoni
tal-Kummissjoni Ewropeja f'Malta.   

 

 

Il-Kwistjoni tal-Prezzijiet tal-Medicini

Wara li
l-GRTU giet infurmata mis-sidien tal-spizeriji li mhux l-agenti kollha li
jimpurtaw u jqasmu l-medicini ghall-bejgh mill-ispizeriji fil-komunita’ kienu
qeghdin jaghtu r-refunds tad-differenza fil-prezz fuq dawk il-medicini, li skond
il-ftehiem mal-gvern kellhom jitnaqqsu, il-GRTU hadet il-passi mehtiega biex din
is-sitwazzjoni titranga fl-ahjar interess ta’ kulhadd. 

 


 

Fl-laqgha mas-Segretarju Permanenti
fil-Ministeru tal-Kompettivita u l-Kommunikazzjoni, is-Sur Marcel Pizzuto, li
saret illum it-Tnejn 29 ta’ Ottubru, sar qbil fuq pjan
kif dak li gie mifthiem bejn il-gvern u l-importaturi ewlenien tal-medicini
jithaddem biex il-konsumaturi jgawdu mit-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ numru ta’
medicini ewlenien sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Novembru.  U dan minajr ma jinholqu
problemi zejda lill-ispizeriji
fil-komunita’.

 

Bis-sahha
ta’ dan l-arrangament issa l-ispizeriji kollha ser jiehdu ir-refunds fuq
il-medicini li huma ghandhom in
stock u li prezz taghhom qed jitnaqqas. 
B’rizultat ta’ arrangamenti fuq bazi volontarja li
l-GRTU lehqet mal-agenti u importaturi individwalment, l-ispizeriji issa ser
ikunu jistghu jamministraw il-prezzijiet il-godda bla telf ghalihom.  Is-sidien tal-ispizeriji issa qedghin
jinfurmaw b’effett immedjat lil kull agent jew
importatur ta’ medicini l-ammont ta’ stock li kull spizerija baqghala bil-prezz
gholi, biex dawn il-prezzijiet ikunu jistghu jitnaqqsu wara li jkun assigurat
lilhom ir-refund tad-differenza bejn il-prezz l-antik u l-prezz il-gdid.  Is-sitwazzjoni kollha
ghandha tkun f’postha sat-3 ta’ Novembru 2007 biex il-konsumaturi/pazjenti ikunu
jistghu jgawdu mill-arrangamenti li lahaq il-Gvern mal-importaturi ghat-tnaqqis
fil-prezzijiet ta’ numru ta’ medicini
ewlenien.

 

 

 

 

 

Il-Prezzijiet tal-Medicini mill-Ispizeriji

Bhala r-rapprezentanta
tal-maggoranza tas-sidien tal-ispizeriji kollha, Il-GRTU tinsab mhassba u urtata
bl-agir xejn responsabbli 
mid
-Divizjoni 
tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni li qeghda tilhaq ftehim fuq
il-prezzijiet mal-importaturi tal-Medicini 
u tigi taqa’ u tqum  mill-fatt li
s-sidien ikun ghad baqalhom stokkijiet qawwijin ta’ medicina li jkunu xtrawha bi
prezz hafna ghola.

Illum diversi nies
minn din
id-divizjoni bdew iduru l-ispizeriji, u b’certa arroganza u prepotenza bdew
jordnaw lis-sidien biex ibaxxu il-prezzijiet ta’ dawk il-medicini li s-sidien
kienu xtraw qabel ma sar l-ftehim mal-importatur biex
jorhsu.

 

Il-GRTU talbet  lis-segretarju
permanenti  tal-Ministeru
tal-Kompetittivita diversi drabi biex kull meta jintlahaq xi ftehim
mal-importatur, l-Importatur jaghti “refund” ta dak l-istokk li l-ispizerija
jkollha fuq l-ixkaffa. Hafna mportaturi qed jirrifjutaw li jaghmlu dan,
bil-konsegwenza li s-sidien qed ikollhom johorgu d-differenza
minn
buthom.

 

Ghalhekk,
minn issa
l-GRTU qed taghti direttiva lil kull sid tal-ispizerija biex minnufih ma
jrahhsux bl-ebda mod l-ebda prezz ta’ l-ebda prodott hlief fejn jinghataw
rifuzjoni mill-importatur 
ta’
dak il-prodott biex ikun jista jrahhas. Is-sidien ghandhom
ibieghu bil-prezz imrahhas biss meta jispiccalhom
l-istokk l-antik u jibdew jiextru bil-prezz imrahhas
mill-importatur.

 

Barra
minn hekk,
il-GRTU qeghda
minn issa
twissi il-Gvern li lesta tiehu il-passi kollha necessarji biex ma thallix
il-pajjiz jerga jaqa fir-redikolagni taz-zminijiet koroh fejn kien ikun il-Gvern
li jiddetta l-prezz tas-suq. Dawn kienu zmien il-kontroll
tal-prezzijiet a’ la’ Karl Marx u zminijiet tal-hekk maghrufa “Difensuri
tax-Xerrejja”.
  Dawn il-mezzi antikwati li qed jintuzaw biex jigu kkontrollati
l-prezzijiet juru kemm il-Gvern Malti m’huwiex qed jafda lill-operaturi
ekonomici fil-pajjiz u mhux qed jaghti hin bizzejjed halli tkun il-kompetizzjoni
stess li ggib bidliet fil-prezzijiet.
Meta l-Gvern
ikun qed jiftiehem ma xi operator
dominant
fis-suq ikun qed jaghmel hekk  a skapitu ta’ operaturi ohrajn izghar.
Ikun qed jaghti s-sahha lill-kbir u jdajjef
iz-zghir.

 

Il-GRTU ghalhekk qeghda twissi li
ser tibqa tiddefendi lill- membri taghha “retailers” kull fejn hemm bzonn minn
dawk il-burokrati u funzjonarji li jhobbu jbaghbsu mas-suq fil-pajjiz minghajr
ma jifhmu ghakka f’dak li qed jaghmlu.

 

 

 

It-Tragedja tal-Parking fil-Belt Valletta tkompli tiggrava

Hadd
mill-Gvern ma jrid jiehu responsabbilta ta’ dak li qed isir fil-Belt
Valletta
fir-rigward tal-parking.

 

Fil-Belt
illum wara dak id-daqq ta’ trombi kollu meta ddahhlet
ic-CVA spazju ghall-ipparkjar bil-hlas ghal min irid jinqeda, ftit li xejn hemm
u li hemm disponibbli m’huiex qrib ic-centru.

 


 

 

 

 

  • Il-pjazza
    ta’ Bieb il-Belt issa hi kkapparata minn
    tal-monti

 

  • Il-vojt
    tat-Teatru Rjal mwaqqa ikkappar is-sena kollha bil-hadid u s-siggijiet biex
    kultant jintuza ghall- xi haga u issa store tal-haddiema
    tal-Gvern
  • L-ispazju
    fi Triq Ordinanza, z-zewg nahat Triq ir-Repubblika ghamluhom ‘no
    parking’.
  • Triq
    il-Merkanti kollha issa m’hemmx parking u fejn hemm, jew ghall tal-monti, jew
    ghar-residenti
  • Il-Pjazza
    ta’ quddiem il-Palazz qiesa fortizza militari, kollha pulizija u hadid u kwazi
    kollha vojta ghax l-Membri tal-Parlament ihossuhom superjuri u privilegjati fuq
    kulhadd u ghalhekk kkapparrawha ghalihom.
  • Il-pjazzez
    ta’ quddiem Kastilja kollha riservati u quddiem ic-Central Bank ghall-maghzulin
    biss
  • L-ispazji
    fit-toroq ewlenin huma mimlijin kaxxi hodor, kaxxi blu, kaxxi sofor u l-kaxxi
    bojod ikkapparrati mir-residenti tal-Belt u min kull min ghandu permess
    jipparkja b’xejn.
  • Is-sidien
    tal-hwienet, professjonisti u servizzi li jaqalghu l-ghixien taghhom mill-Belt
    Valletta

    assulutament ma jifilhux aktar ghall din l-arroganza u abbuz ta’ poter. Illum
    kullhadd jahseb kif igorr n-negozju tieghu jew l-ufficini l-barra
    mill-Belt

 

L-ghar
haga hi li hadd fil-Gvern ma jrid jiehu
r-responsabbilta.
Is-Sindku tal-Belt jghid li mhux hu responsabbli. L-ADT li suppost hi r-Regolatur Pubbliku bi dmir li taqbez
ghall-user u l-konsumatur, hi
mcappsa bis-CVA, sistema abbuziva li tisraq lin-nies kuljum u hi mhaddma
bl-iktar mod inkompetenti u insensittiva fil-konfront ta’ kullhadd. Il-Ministeru tal-Informatika u Investiment li fassal is-CVA issa
hasel idu. Il-Ministeru tat-Transport mifxul
ghall-ahhar. Il-Parlament dabbar rasu u hasel
idu. U kastilja gallarija ghax il-pampaluni ta’
kastilja l-Ufficju tal-Prim Ministru u l-kbar tac-Civil u tal-Ministeri kollha
moqdija.

 

Il-GRTU
mhux ser tieqaf.

 

Tibqa
tipprotesta pubblikament sakemm xi hadd iqum u jaccetta r-responsabbilta u jsib
tarf tal-problemi enormi li jezistu u li nholqot bis-sensiela ta’ decizjonijiet
zbaljati u konfuzi.

 

Fost
il-problemi li ghandha Malta,
illum l-aktar wahda koatika u mignuna hi din tal-Parking tal-Belt
Valletta.

 

Triq il-Merkanti

Il-progett
tal-paviment ta’ Triq il-Merkanti, Pjazza San Gwann u t-toroq  tal-madwar biex
tinholoq, flimkien ma Triq ir-Repubblika, zona pedonali li tkopri c-centru
kummercjali u storiku ewlieni ta’ pajjizna, hu progett li l-GRTU ilha tirsisti
ghalieh 30 sena.

 

l-GRTU mill-bidu tal-progett ta’
Triq il-Merkanti, laqqghet lis-sidien tal-hwienet u negozji ohra u holqot Forum ta’
konsultazzjoni strutturata mal-Ministeru ta’ Ninu Zammit, u mal-esperti tieghu u
l-periti responsabbli mill-progett biex ikun assigurat li l-progett jitwettaq
fl-anqas zmien possibli u bl-aktar mod efficjenti u konsultazzjoni shiha mal-istakeholders
kollha.

 

Qatt l-GRTU ma bassret li l-Forum
ta’ konsultazzjoni li hoqot l-GRTU ma kienx ser jintuza mill-Ministeru hlief
darba wahda biss bir-rizultat, li kulhadd waqa
fil-ghama. Issa l-Ministru qed jghid li
l-GRTU ma tafx x’inhu jsir. Affarjiet
tar-redikolu. Min kien obbligat li jikkunsulta u jghid b’mod formali u
strutturat  uminn fuq wehel min gie mcahhad  mill-informazzjoni u
mill-konsultazzjoni.
regolari naqas li jaghmel dmiru, u

 

Il-GRTU ghandha fiducja li fl-ahhar
mill-ahhar il-progett isir sewwa. Imma dak li sar s’issa kien deficenti hafna u batew
ghalieh hafna nies, l-aktar s-sidien tan- negozji fi Triq il-Merkanti u Pjazza
San Gwann u t-toroq tal-madwar,  li halsu
qares u minn buthom tort tal-inkompetenza ta’ min hu responsabbli. Kull project
manager ta’ l-affari tieghu jaf li qatt ma ghandu jibda jwaqqa u
jaqla jekk m’ghandux pjan lest bir-rizorsi u l-materjali assigurati kollha fi
zmien adatt biex l-progett jitwettaq sewwa u
f’waqtu.

 

Triq
il-Merkanti setghet tlestiet sa l-ahhar ta’ Settembru u mhux ser tibqa tkaxkar
sa Dicembru  kieku
l-materjal tal-paviment kien
ordnat kif suppost u l-progett kien imfassal
bil-ghaqal.

 

Il-Kaxxa
ta’ Malta
issa sofriet telfa ohra ta’ flus tal-Ewropa wara dak li gara
fit-Turizmu.
Meta
l-Gvern, tort ta’ min naqas minn
dmiru, kien sfurzat johrog x-xiri tal- paviment b’direct order,
Malta
tilfet ic-cans li tiehu l-flus, li bi dritt huma taghha mill-Unjoni Ewropeja, u
issa tilfithom. Ghax l-Unjoni Ewropeja ma taghmilx tajjeb
ghad-direct
orders.

 

Il-Ministru
ghajjar l-GRTU li ma tafx x’inhi tghid.
Nafu x’ahna nghidu: min hu responsabbli jaghmel tajjeb jekk jaqdi dmiru u ma
jibqax jghaddi n-nies biz-zmien.

 

 

 

 

 

 

Il-GRTU issostni li c-CVA falliet ghax hi kompletament mismanaged

Il-GRTU
tappella lil Prim Ministru jiccaqlaq

Kull min jidhol kuljum il-Belt jaf
li s-sistema tal-Controlled Vehicle
Access (CVA) tal-Belt Valletta hi sistema falluta. Ghalhekk li l-GRTU ddikjarat li ma jridx ikollha x’taqsam
maghha.


 

*

 

 

L-iskop
tas-CVA kien li jidbattlu l-ispazji tal-ipparkjar fit-toroq u pjazzez tac-centru
tal-Belt mill-karozzi li jikkapparraw dawn l-ispazji l-gurnata kollha, biex
jinholqu postijiet ta’ parkegg disponibbli ghal min irid jinqeda fis-servizzi u
hwienet tal-Belt. Ic-CVA kellha wkoll tara li r-residenti fit-toroq
residenzjali jkollhom fejn jipparkjaw wara l-eghluq tal-hwienet. L-iskema twaqqfet bil-hlas biex taghmel tajjeb ghall-Park &
Ride li nbniet il-Blata l-Bajda u kellu jibqa qliegh bizzejjed biex
wara li jinqatghu l-ispejjez amministrattivi l-flus imorru biex jinholqu
facilitajiet godda biex il-Belt Valletta titgawda ahjar
u tissebbah.

 

Illum din is-sistema saret farsa
shiha ghax jidher car li hadd mhu responsabbli minnha. Min
waqqafha u kien responsabbli ghaliha issa hasel idu u jghid li m’ghandux
x’jaqsam. Il-Ministeru tat-Transport u l-ADT, li legalment huma
responsabbli, bil-kemm jafu x’inhu jsir u ma jafux bid-decizjonijiet strambi li
jittiehdu minn haddiehor barra l-awtorita
tas-CVA. Per ezempju min qabad u ta rigal ta Lm700 fis-sena free parking lil
tal-Monti (Lm70,000) fis-sena telf ghas-CVA).Min qabad
u ta l-Pjazza San Gorg b’xejn 7×24 hours lill- membri parlamentari u lil
privilegjati (telf ta’ Lm100,000 sa Lm200,000 fis-sena (lis-CVA)). Min jaqbad u
jaghlaq Pjazza Helsien ghall-kull fettuqa li tigieh f’rasu u jaghlaq toroq ohra
u spazji fil-Belt tajbin ghall-parkegg qiesha l-Belt tieghu (telf ikkalkulat ta
aktar minn Lm 100,000 fis-sena ghas-CVA).
Fejn hu l-Business Plan
tas-CVA?

 

Fejn hi
d-dixxiplina biex jkun assigurat li is-CVA ma
tfalliex? Possibli hadd mhu
reponsabbli? Hemm xi hadd fil-Gvern li jippretendi li
l-GRTU jkollha x’taqsam ma dan it-tahwid kollhu? U meta se jqum xi hadd u jaccetta responsabbilta ta’ dan
it-tahwid kollu?

 

Ghal darb ohra l-GRTU tappella lil
Prim Ministru li jara li s-CVA tkun riveduta u li jkun hemm min b’mod vizibbli u
b’awtorita jkun responsabbli minnha u mhux kull min jahseb li hu b’sahhtu jordna
u jimponi u minn fuq jghabbi u jsallab lic-
cittadin u s-sidien tan-negozji:Ghax facli ggieghel
lid-dghajjef jhallas u jbghati l-konsegwenzi koroh.  Ghall- GRTU din m’hiex ghajr inkompetenza
istituzjonalizzata.

 

 

TODAY GRTU MEETS MAYOR AND LOCAL COUNCIL OF VALLETTA

TODAY
GRTU MEETS MAYOR AND LOCAL COUNCIL OF
VALLETTA
TO DISCUSS THE SERIOUS PROBLEMS AFFLICTING THE
CITY

 

GRTU
NATIONAL EXECUTIVE COUNCIL AND REPRESENTATIVES OF
VALLETTA
BUSINESSES MEET DR. PAUL BORG OLIVIER AND LOCAL COUNCILLORS TODAY
AT 13.00 
AT GRTU
EXCHANGEBUILDING
REPUBLIC
STEET VALLETTA

 

THE
MEDIA IS INVITED TO REPORT THE OPENING PART OF THE
MEETING

 

 

 

 

 

 

Jintlahaq ftehim bejn l-GRTU u l-Ministeru tas-Servizzi Rurali u Ambjent dwar l-Bicciera


Illum fil-biccerija tkomplew it-tahdidiet bejn il-Ministeru tas-Servizzi Rurali u Ambjent immexxija minn Dr Philip Von Brockdorff is-segretarju permanenti u Dr Anthony Gruppetta l-kap tas-servizzi veterinarja u l-management tal-biccerija minn naha tal-Gvern, u l-Bicciera privati mmexxija mid-Direttur Generali tal-GRTU,Vincent Farrugia

 

Iz-zewg
nahat iddiskutew fid-dettall kif ser jahdem l-apparat l-gdid dik li qabel kienet
l-marketing
hall u kif dan l-apparat issa ser jithaddem ghas-sodisfazzjon
tal-bicciera u skond 
il-kriterji stabbiliti mil-Unjoni Ewropeja. Id-diskussjonijiet ukoll irreferew ghall-metodi li ghandhom
jithaddmu biex ikun assigurat li s-suq lokali ghall-bejgh tac-canga
mill-biccerija jissahhah ghas-sodisfazzjon kemm tal-bejjiegha u tax-xerrejja u
kif ukoll ghar-rahhala.

 

Fl-ahhar
tad-diskussjonijiet intlahaq ftehim biex b’effett mill- 15 ta’ Ottubru jibda
jithaddem l-programm meftiehem tar-riformi kollha mehtiega biex ix-xoghol fuq
ic-canga jsir skond il-kriterji tad-direttivi
Ewropej.

 

 

 

Il-GRTU u l-Gvern ma jiftehmux dwar il-Biccerija

Illum
it-Tnejn 8 ta’ Ottubru mhux ser issir qatla tac-canga wara li l-Ministeru
tal-Biedja habbar li fil-15 ta’ Ottubru il-Gvern kien se jimponi sistema gdida
ta’ kif isir ix-xoghol tat-tqattiegh u bejgh ta’ bhejjem maqtula fil-Marketing
Hall tal-biccerija. Dan l-management tal-biccerija iddecieda li jimponih
bla ma kien lahaq ftehiem mal-GRTU li tirraprezenta l-bicciera
(slaughterers/middlemen). Illum tkomplew it-tahdidiet, imma  ftehim ma
ntlahaqx ghax il-Gvern baqa’ jinsisti fuq sistemi li l-bicciera jsostnu li
effettivament joqtlu is-suq ghac-canga friska lokali.





ll-bicciera huma negozjanti  li jixtru minghand ir-rahhala li jrabbu
l-baqar u l-ghoggiela u dawn l-annimali wara li jittellghu l-biccerija jinqatlu
u wara li l-annimali maqtula jitpoggew ghal  ghazla tas-sidien tal-hwienet
tal-laham u xerrejja ohra, jitqattghu skond l-ordnijiet ta’ min jixtri u wara
jingarru direttament ghand ix-xerrejja.


Il-Ministeru tal-biedja bi ftehiem mal-bicciera ghaddej b'sensiela ta’
riformi u investiment biex il-livell ta’ operat jitranga u joghla l-livell ta’
igene fil-biccerija ghal-livell mitlub mid-direttivi Ewropej. ll-bicciera
instigati mill-GRTU investew u ikkoperaw bis-shih biex l-ghola livell ta’ igene
ikun assigurat. Il-Gvern issa izda qed imur oltre u bis-sistemi li jrid idahhal
fil-15 ta’ Ottubru jrid ikisser l-istruttura kompettiva tas-suq u jagmilha impossibbli
li l-bicciera jbieghu x-xoghol li jkunu xtraw minghand ir-rahhala jekk
mhux  b'telf kbir ghalihom.


Is-suq ghac-canga friska llum hu miftuh u barra l-kompetizzjoni tal-laham
tal-friza impurtata hemm wkoll il-kompetizzjoni  tal-laham frisk impurtat.
Daqs nofs it-total li kull gimgha johrog frisk mil-biccerija illum jingieb minn
barra u x-xerrej ghandu ghazla kompetittiva min fejn jixtri.


Filwaqt li l-kompetitur privat tal-biccerija jaghti lix-xerrej l-facilitajiet
kollha biex il-hwienet u resellers ohra li jixtru il-laham impurtat jkollhom
cans jaraw u jaghzlu u mhux jixtru  fil-ghama. ll-management tal-
biccerija issa qed jipretendi li jimponi fuq l-bicciera li  dawn ma
jibqghux ihallu lix-xerreja jaghzlu u jiddeciedu huma  xi jridu jixtru
wara li jkunu raw x'inqatel, izda li jixtru fl-ghama.


Is-sistema il-gdida timponi wkoll kundizzjonijiet li jaghmluha impossibbli
ghal-bicciera li jahdmu ghax la huma u lanqas il-biccerija m’ghandhom l-ingenji
u l-facilitajiet li jaghmluha possibbli li x-xoghol isir kif qed ikun iddettat.


Il-problema m'hiex wahda ta’ igene, issostni l-GRTU, ghax dwar dan il-bicciera
lesti biex jaddottaw regolamenti ta’ ilbies u proceduri, imma ta’
regolamenti  li m’humiex applikabbli ghas-suq zghir Malti fejn ma
jinbieghx annimal shih lix-xerrej imma bicciet skond id-domanda li kull hanut
ghandu. Hu ghalhekk  bilfors li jrid isir wiri u tqattiegh li normalment
f'bicceriji kbar ma jsirx.

Il-GRTU qed taghmel kull sforz biex twassal lil bicciera ghal ftehim imma
f'nuqqas ta’ ftehim il-GRTU kienet kostretta biex b'effett mil llum it-Tnejn 8
ta’ Ottubru l-bicciera ma jixtrux bhejjem minghand ir-rahhala u ghalhekk mil
llum 8 ta’ Ottubru mhux ser issir qatla tac-canga fil-biccerija.







Dan l-GRTU mhux qed taghmlu
b'disprezz lejn ir-rahhala li lejhom minn dejjem kellha l-akbar rispett imma bi
protesta kontra l-imposizzjoni ta’ regolamenti li, bl-iskuza tal-igene, qed
ikissru l-istruttura kompettiva tas-suq u jkissru ix-xoghol tal-bicciera.