Bhala r-rapprezentanta
tal-maggoranza tas-sidien tal-ispizeriji kollha, Il-GRTU tinsab mhassba u urtata
bl-agir xejn responsabbli
mid-Divizjoni
tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni li qeghda tilhaq ftehim fuq
il-prezzijiet mal-importaturi tal-Medicini
u tigi taqa’ u tqum mill-fatt li
s-sidien ikun ghad baqalhom stokkijiet qawwijin ta’ medicina li jkunu xtrawha bi
prezz hafna ghola.
Illum diversi nies
minn din
id-divizjoni bdew iduru l-ispizeriji, u b’certa arroganza u prepotenza bdew
jordnaw lis-sidien biex ibaxxu il-prezzijiet ta’ dawk il-medicini li s-sidien
kienu xtraw qabel ma sar l-ftehim mal-importatur biex
jorhsu.
Il-GRTU talbet lis-segretarju
permanenti tal-Ministeru
tal-Kompetittivita diversi drabi biex kull meta jintlahaq xi ftehim
mal-importatur, l-Importatur jaghti “refund” ta dak l-istokk li l-ispizerija
jkollha fuq l-ixkaffa. Hafna mportaturi qed jirrifjutaw li jaghmlu dan,
bil-konsegwenza li s-sidien qed ikollhom johorgu d-differenza
minn
buthom.
Ghalhekk,
minn issa
l-GRTU qed taghti direttiva lil kull sid tal-ispizerija biex minnufih ma
jrahhsux bl-ebda mod l-ebda prezz ta’ l-ebda prodott hlief fejn jinghataw
rifuzjoni mill-importatur
ta’ dak il-prodott biex ikun jista jrahhas. Is-sidien ghandhom
ibieghu bil-prezz imrahhas biss meta jispiccalhom
l-istokk l-antik u jibdew jiextru bil-prezz imrahhas
mill-importatur.
Barra
minn hekk,
il-GRTU qeghda minn issa
twissi il-Gvern li lesta tiehu il-passi kollha necessarji biex ma thallix
il-pajjiz jerga jaqa fir-redikolagni taz-zminijiet koroh fejn kien ikun il-Gvern
li jiddetta l-prezz tas-suq. Dawn kienu zmien il-kontroll
tal-prezzijiet a’ la’ Karl Marx u zminijiet tal-hekk maghrufa “Difensuri
tax-Xerrejja”. Dawn il-mezzi antikwati li qed jintuzaw biex jigu kkontrollati
l-prezzijiet juru kemm il-Gvern Malti m’huwiex qed jafda lill-operaturi
ekonomici fil-pajjiz u mhux qed jaghti hin bizzejjed halli tkun il-kompetizzjoni
stess li ggib bidliet fil-prezzijiet. Meta l-Gvern
ikun qed jiftiehem ma xi operator
dominant fis-suq ikun qed jaghmel hekk a skapitu ta’ operaturi ohrajn izghar.
Ikun qed jaghti s-sahha lill-kbir u jdajjef
iz-zghir.
Il-GRTU ghalhekk qeghda twissi li
ser tibqa tiddefendi lill- membri taghha “retailers” kull fejn hemm bzonn minn
dawk il-burokrati u funzjonarji li jhobbu jbaghbsu mas-suq fil-pajjiz minghajr
ma jifhmu ghakka f’dak li qed jaghmlu.