Wara li
l-GRTU giet infurmata mis-sidien tal-spizeriji li mhux l-agenti kollha li
jimpurtaw u jqasmu l-medicini ghall-bejgh mill-ispizeriji fil-komunita’ kienu
qeghdin jaghtu r-refunds tad-differenza fil-prezz fuq dawk il-medicini, li skond
il-ftehiem mal-gvern kellhom jitnaqqsu, il-GRTU hadet il-passi mehtiega biex din
is-sitwazzjoni titranga fl-ahjar interess ta’ kulhadd.
Fl-laqgha mas-Segretarju Permanenti
fil-Ministeru tal-Kompettivita u l-Kommunikazzjoni, is-Sur Marcel Pizzuto, li
saret illum it-Tnejn 29 ta’ Ottubru, sar qbil fuq pjan
kif dak li gie mifthiem bejn il-gvern u l-importaturi ewlenien tal-medicini
jithaddem biex il-konsumaturi jgawdu mit-tnaqqis fil-prezzijiet ta’ numru ta’
medicini ewlenien sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Novembru. U dan minajr ma jinholqu
problemi zejda lill-ispizeriji
fil-komunita’.
Bis-sahha
ta’ dan l-arrangament issa l-ispizeriji kollha ser jiehdu ir-refunds fuq
il-medicini li huma ghandhom in
stock u li prezz taghhom qed jitnaqqas.
B’rizultat ta’ arrangamenti fuq bazi volontarja li
l-GRTU lehqet mal-agenti u importaturi individwalment, l-ispizeriji issa ser
ikunu jistghu jamministraw il-prezzijiet il-godda bla telf ghalihom. Is-sidien tal-ispizeriji issa qedghin
jinfurmaw b’effett immedjat lil kull agent jew
importatur ta’ medicini l-ammont ta’ stock li kull spizerija baqghala bil-prezz
gholi, biex dawn il-prezzijiet ikunu jistghu jitnaqqsu wara li jkun assigurat
lilhom ir-refund tad-differenza bejn il-prezz l-antik u l-prezz il-gdid. Is-sitwazzjoni kollha
ghandha tkun f’postha sat-3 ta’ Novembru 2007 biex il-konsumaturi/pazjenti ikunu
jistghu jgawdu mill-arrangamenti li lahaq il-Gvern mal-importaturi ghat-tnaqqis
fil-prezzijiet ta’ numru ta’ medicini
ewlenien.