Il-Burdnara jergghu jibdew jahdmu fil-Freeport

Waqt laqgha li l-GRTU ghamlet ghall- Burdnara kmieni dalghodu, 7 ta’ Lulju 2006, l-Burdnara ddeciedew li jergghu jibdew ihaddmu s-servizzi taghhom biex fl-inqas zmien possibli jinhareg ix-xoghol kollu maqbud fil-Freeport u jiddahhal ix-xoghol kollu ghall-esportazzjoni.

Aktar tard illum ser issir laqgha mal-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi fejn il-Burdnara gew imweghda li tinstab soluzzjoni ghall-problemi kollha li qed jiffacjaw biex iwettqu xogholhom fl-ahjar interess taghhom u tal-haddiema taghhom u tal-kummercjanti u esportaturi klijenti taghhom u l-haddiema taghhom.

Il-GRTU tispjega dwar il-hlasijiet tal-portijiet u l-kwistjoni tal-Burdnara dwar l-ufficju

Il-GRTU tirrispetta l-opinjoni ta’ kull korp kostitwit specjalment dawk li bhal GRTU jirraprezentaw l-intraprizi Maltin izda thoss li l-FOI u l-Kamra tal-Kummerc ghagglu jikritikaw lil GRTU minghajr ma flew il-fatti sewwa

Il-GRTU tirrispetta l-opinjoni ta’ kull korp kostitwit specjalment dawk li bhal GRTU jirraprezentaw l-intraprizi Maltin izda thoss li l-FOI u l-Kamra tal-Kummerc ghagglu jikritikaw lil GRTU minghajr ma flew il-fatti sewwa.

Il-GRTU tghid li sfortunatament organizazzjonijiet ohra ghadhom ma fehmux sew x’qed jigri f’pajjizna fuq kwistjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-Portijiet. Il-verita li harget mill-kwistjoni li l-GRTU ghandha bhalissa dwar il-Freeport turi bic-car
1. li l-Freeport li llum jikkmanda 80% tal-kummerc minn u lejn Malta ma jista’ ghalih hadd
2. li r-Regulatur li suppost qieghed hemm biex jiddefendi l-interessi ta’ dawk kollha – kummercjanti, esportaturi, burdnara, service providers u konsumaturi – li jridu mill-Freeport, hu interessat biss li jiddefendi lil Freeport.

Il-GRTU m’ghandha l-ebda dispute mal-Gvern izda tistenna li l-Gvern jirrimedja ghal dak li qed isir u jsib soluzzjonijiet ghall-inkwiet zejjed li nholoq. Mhux il-GRTU jew il-Burdnara holqu l-inkwiet. L-inkwiet holqu min qabad u impona.

Il-fatti llum juru bic-car li r-rati ghal kull container li l-kummercjanti jridu jhallsu ser joghlew u hi l-GRTU biss, f’isem il-kummercjanti Maltin, li qed tirresisti kontra dan l-abbuz. Kull min irid ikun jaf il-fatti dwar il-hlasijiet facli jkun jaf: ikellem lil Portijiet u ikellem lil agenti tal-vapuri u jkun jaf li dak li qed tghid il-GRTU, hu verita u li haddiehor qed ihawwad jew jithawwad. Il-verita sa llum, hi bil-provi, li r-rati bejn Port u Agenti gholew sew ghal kull container.

Aghar minn hekk izda jidher car li lil Freeport ma jista’ ghalih hadd: il-GRTU ppruvat kollox biex tizgura li l-Freeport, wara li ggarantewlu aktar minn Lm800,000 fis-sena aktar milli qatt dahhal u dan ghas-spejjez tal-kummercjanti, esportaturi u finalment il-konsumaturi u l-haddiema Maltin jaccetta bhala kundizzjoni li joqghod ghal dak li jghidlu l-Gvern fl-interess ta’ kulhadd. Il-GRTU issostni bis-sahha, li l-esigenzi tal-ekonomija Maltija ghandhom jigu l-ewwel, u mhux l-esigenzi tal-kumpanija barranija setghana li tmexxi l-Freeport, mhux importanti. Il-GRTU temmen li anke ghal FOI u ghall-Kamra tal-Kummerc dan hu importanti. Izda filwaqt li haddiehor jitkellem biss, il-GRTU tiehu l-passi.

Il-kwistjoni li qajjmet il-GRTU dwar l-Ufficju tal-Hlasijiet hi konformi mal-politika tal-Gvern, imhabbra mill-Ministru tal-Portijiet Censu Galea, li l-Maritime House fil-Port il-Kbir tkun il-“one stop shop” ghas-servizzi portwali kollha. Meta l-Freeport qabad minn jheddu u bla ftehim ma hadd garr l-Ufficju tal-Hlasijiet lejn Birzebbuga mill-Marsa, il-Freeport sfida mhux biss lil burdnara u lil kummercjanti izda sfida lil Gvern u l-politika dikjarata tal-Gvern.

Il-GRTU avzat minn qabel li din ma kienetx accettabli. Il-GRTU ghamlet Konferenza Stampa nhar is-Sibt l-1 ta’ Lulju u qalet car u tond x’ser ikunu l-konsegwenzi. Il-GRTU ghamlet aktar minn hekk – zgurat li d-Dwana lesta toffri facilitajiet lil Freeport biex sakemm isiru arrangamenti ohra accettabbli l-Ufficju tal-Hlasijiet isir fl-aktar post komdu u sigur possibbli – fl-Ufficini tad-Dwana, ix-Xatt il-Belt. Il-Freeport ghalhekk mhux vera li ma kellux alternattiva: kellu l-ahjar option ta’ “one-stop shop” fiz-zona fejn hemm is-servizzi l-ohra kollha portwali.

Izda hadd fl-awtorita ma ndenja ruhu jghid lil Freeport iregggha kollox lura u l-affarijiet isiru kif suppost li dejjem saru: b’negozjati madwar mejda. Issa ghax il-GRTU ma toqghodx ghal dan il-loghob u lil GRTU ma jintimida hadd u hadet azzjoni kontra l-ingustizzja u l-imposizzjoni, haddiehor qiesu li beda jiccaqlaq.

Il-protesta tal-GRTU ilha sejra mill-1 ta’ Lulju u ghadha sejra. Il-GRTU laqqghet lil Burdnara dalghodu, wara l-Main Gate tal-Freeport u spjegatilhom l-izviluppi u l-alternattiva li tezisti flok l-imposizzjoni tal-Freeport. Il-Burdnara iddecidew li zgur mhux fl-interess taghhom u lanqas tal-klijenti taghhom li l-Freeport jithalla jaghmel li jrid. Il-Burdnara assiguraw lil GRTU li hekk kif tinstab soluzzjoni gusta huma jahdmu bil-lejl u bi nhar biex ix-xoghol fil-Freeport jigi lura ghan-normal fl-inqas zmien possibbli biex kulhadd ikun moqdi, izda l-Freeport irid jibda jaghti kazhom u mhux jghoddos rasu u ma jimpurtah xejn minnhom. Ghalhekk huma ddecidew li ser ikomplu jirrifjutaw li joperaw mill-ufficju l-gdid ta’ Birzebbuga meta tesisti alternattiva semplici fid-Dwana, il-Belt. Huma appellaw lil Gvern biex jindahal direttament u jordna lil Freeport iregggha lura d-decizjoni zbaljata li hadu u li hi l-kawza ewlenija tal-inkwiet li nqala.

Il-GRTU qed terga’ tappella lil Gvern biex ma jhalliex lil Freeport jibqa’ jaqla’ dan l-inkwiet kollu ghall-interessi tieghu. Din li kull tant zmien il-Freeport jaqalghu xi haga gdida li ggib l-inkwiet trid tinqata.

Il-GRTU ssostni li dak li qed jaghmlu l-Burdnara hu fl-interess ta’ kulhadd u mhux taghhom biss. Jekk il-Freeport jithalla jaghmel li jrid bla hadd mhu kapaci jiqaflu u bla ebda Regulatur Pubbliku serju fejn wiehed jista’ jappella allura mhux il-Burdnara u l-Kummercjanti u l-esportaturi biss, izda ahna lkoll nkunu tlifna. Il-GRTU issostni li l-Freeport inghata lil kumpanija barranija izda Malta ghadha taghna u l-Freeport hu parti minn Malta. Il-GRTU ma tiddejjaqx tieqaf b’mod iebes illum biex ghada jkun ahjar anke jekk ikollna nsoffru kritika ngusta minghand min suppost li jaf ahjar.

Il-Kwistjoni dwar il-hlasijiet tal-Portijiet

1. Il-Burdnara llum ma accettawx li jhallsu l-hlasijiet imposti ghall-portijiet ghax dawn kuntrarjament ghal dak li qalet il-Maritime Authority kienu jinkludu l-hlasijiet tal-agenti kif kienu sal-ahhar ta’ Gunju. Hu ppruvat bl-ircevuti li hargu s-Shipping Agents illi l-figuri li tat il-GRTU fil-konferenza stampa li zammet nhar is-Sibt l-1 ta’ Lulju huma mija fil-mija korretti. Il-GRTU ghalhekk qed tistenna lil Gvern illi jghid x’inhuma r-rati li l-Burdnara f’isem il-kummercjanti u l-esportaturi ghandhom ihallsu ghaz-zewg portijiet u jispjega preciz fejn hu t-tnaqqis.

1. Il-Burdnara llum ma accettawx li jhallsu l-hlasijiet imposti ghall-portijiet ghax dawn kuntrarjament ghal dak li qalet il-Maritime Authority kienu jinkludu l-hlasijiet tal-agenti kif kienu sal-ahhar ta’ Gunju. Hu ppruvat bl-ircevuti li hargu s-Shipping Agents illi l-figuri li tat il-GRTU fil-konferenza stampa li zammet nhar is-Sibt l-1 ta’ Lulju huma mija fil-mija korretti. Il-GRTU ghalhekk qed tistenna lil Gvern illi jghid x’inhuma r-rati li l-Burdnara f’isem il-kummercjanti u l-esportaturi ghandhom ihallsu ghaz-zewg portijiet u jispjega preciz fejn hu t-tnaqqis.

2. Il-GRTU qed tistenna wkoll minghand il-Gvern issa li hu kkonfermat li l-Freeport minn din ir-riforma kollha se jigwadanja vantagg finanzjarju kbir ghax ser jiehu l-hlasijiet li qabel kienu jiehdu l-Cargo Handling u li fuq numru ta’ snin jammontaw ghall-miljuni kbar, li jgieghel lil Freeport jonqos ftit eluf fis-sena biex izomm miftuh ufficju l-Marsa fejn il-Burdnara ikunu jistghu jwettqu l-hlasijiet minghajr ma joqoghdu jitilghu u jinzlu l-Freeport xi hames darbiet kuljum.

3. Ghada t-Tlieta, 4 ta’ Lulju jekk il-Gvern jibqa’ ma jiccaqlaqx ma jkunx hemm hrug u dhul ta’ containers mill-Freeport.

Il-Mexxejja tal-GRTU jiltaqghu ghada fid-9.45am mal-Media quddiem il-Gate tal-Freeport biex jispjegaw is-sitwazzjoni

Il-GRTU tipprotesta kontra r-rati godda ta’ hlas imposti mill-Freeport

Il-Burdnara minn Tnejn 3ta’ Lulju 2006 mhux ser jaccettaw li jhaddmu r-rata ta’ hlasijiet godda.

Il-Burdnara minn Tnejn 3ta’ Lulju 2006 mhux ser jaccettaw li jhaddmu r-rata ta’ hlasijiet godda.

Bis-sistema tat-tariffi kif kienet sa issa, kull importatur kien qieghed ihallas :

Container 20ft : Lm 93.25 bhala terminal handling charges u Lm 38.53 bhala cargo handling charges total ta’ Lm 131.78

Container 40ft : Lm 136.25 bhala terminal handling charges u Lm 77 bhala cargo handling charges, total ta’ Lm213.31

Bit-tariffi l-godda li gew imhabbra l-bierah l-importatur qed jigi jintalab ihallas Lm 92.15 ghal 20ft u Lm 152.79 ghal 40ft.

Il-problema hija li sakemm ma jintlahaqx ftehim mall-agenti, dawn se jibqghu japplikaw l-istess terminal handling charges ta’ Lm 93.25 u Lm136.25 u ghaldaqstant kull container ser jhallas Lm185 u Lm288 ghal 20/40ft

Ghall-esportazzjoni minn Lm74.25 u Lm 127.25, ir-rati li se jithallsu ser jkunu Lm 142 u Lm 226.

Barra minn dan kollu l-burdnara qed ikunu mgeghla jmorru jhallsu fl-Ufficcju l-gdid li nfetah fil-Freeport minflok tal-Marsa.

Din hija nkonvinjenza kbira ghall-burdnara u ghalhekk qed jitolbu li jinfetah immedjatament Ufficcju fil-Marsa li huwa c-centru tal-attivitajiet u hlasijiet marbuta mall-portijiet.

Il-Burdnara jistennew Konferma mill-Gvern dwar il-licenzji taghhom

Fi Press Conference li saret illum fl-ufficini tal-GRTU, il-mexxejja tal-GRTU u l-Kumitat tal-Burdnara (cargo haulers) membri tal-GRTU, spjegaw il-posizzjoni tal-burdnara wara li l-Chairman tal-Malta Maritime Authority habbar li kien ser jibdel l-kriterji li fuqhom huma mhaddma l-licenzji tal-Burdnara.

Fi Press Conference li saret illum fl-ufficini tal-GRTU, il-mexxejja tal-GRTU u l-Kumitat tal-Burdnara (cargo haulers) membri tal-GRTU, spjegaw il-posizzjoni tal-burdnara wara li l-Chairman tal-Malta Maritime Authority habbar li kien ser jibdel l-kriterji li fuqhom huma mhaddma l-licenzji tal-Burdnara.

Il-GRTU spjegat li s-sistema li hi mhaddma illum tilhaqq il-kriterji tal-Unjoni Ewropea u ma tikkostitwixxiex la monopolju fil-garr tal-merkanzija u lanqas “closed shop” ghan-negozjanti li jridu juzaw mezzi taghhom stess u mhux tal-Burdnara. Il-GRTU sostniet ukoll li t-tariffi li jiccargjaw il-Burdnara huma kompettitivi u ma jezisti ebda “cartel” fejn jidhol hlas lill-Burdnara li jgorru l-merkanzija generali. Barra minn dan kull burdnara jista’ jhaddem vetturi u ngenji kemm irid biex tkun sodisfatta d-domanda kollha ghal garr ta’ merkanzija.

In-numru li hu limitat hu dak tal-operaturi professjonali li ghandhom il-pass specjali li johorgu u jdahhlu l-merkanzija mill-portijiet Maltin. Il-GRTU spjegat li dak li jithaddem f’Malta sar bi ftehiem approvat mill-Unjoni Ewropea u mill-Kabinett tal-Ministri u hu fil-kompitu tal-gvern Malti li jhaddem il-kriterji mifthema bla indhil ta’ hadd. Il-Malta Maritime Authority ma tistax taqbad u tibdel dak li gie miftiehem u annunzjat pubblikament mill-gvern qabel ir-referendum ghad-dhul fl-Unjoni Ewropea u l-obligu tal-MMA hu li thaddem dawk il-kriterji u tonorha dawk l-obligazzjonijiet li imponilha l-Kabinett tal-Ministri.

Zewg Ministri tal-Gvern, l-Onorevoli John Dalli – ex-Ministru tal-Finanzi u l-Onorevoli Censu Galea ex-Ministru ta’ Trasport u Portijiet, flimkien ma’ Dr. Simon Busuttil bhala rapprezentat tat-team ta’ Negozjaturi ta’ Malta ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea, is-Sur David Sutton – Deputy Chief Officer tal-ADT u s-Sur Charles Demicoli – Chairman tal-ADT u s-Sur John Mifsud – Direttur Generali tad-Dwana kienu spjegaw dan kollu lill-Burdnara u lill-impjegati taghhom fl-laqgha msejha apposta ghalihom qabel ir-referendum fejn taghhom id-dettalji tal-arrangamenti mifthema u l-operaturi u l-impjegati taghhom kienu gew assigurati li hobzhom u l-investiment taghhom kien garantiti.

Il-GRTU illum ghalhekk issa trid li l-gvern jerga’ jiddikjara li dak li ftiehem dwaru qabel ir-referendum issa ma imbidilx. Il-Burdnara migbura f’Laqgha Generali Straordinarja msejha mill-GRTU ilbierah u li saret fis-Sala Markiz Scicluna, fit-Trade Fair Grounds, Naxxar, qablu li ghalissa ma jiehdu l-ebda azzjoni li b’xi mod tista’ twegga’ jew tostakola lil xi hadd. Dan ghaliex il-burdnara qed jistennew li l-gvern permezz tal-Ministru Censu Galea jirrijaferma l-posizzjoni tieghu kif stabbilita qabel ir-referendum. Dan hu mistenni li jsir fl-laqgha li l-kumitat tal-burdnara ser ikollu mal-Ministru Censu Galea fl-laqgha msejha apposta nhar il-gimgha filghodu wara li l-GRTU irreferiet din il-kwistjoni lill-Prim Ministru.

Il-Burdnara wkoll qed jilmentaw li b’mod ingust l-operaturi l-godda tal-Port il-Kbir qabdu u qatghu x-xoghol li l-Burdnara ghal-ghexiren ta’ snin kienu jaghmlu fuq il-mollijiet tal-Port il-Kbir b’kompetizjoni bejniethom b’rizultat li illum dan ix-xoghol ser isir minn monopolju bla ebda trahhis ta’ tarriffi u b’telf ta’ eluf kbar ta’ liri ta’ apparat mixtri u mhaddem mill-burdnara u li issa ser jintrema. Dan it-telf ta’ xoghol qed igieghel lill-Burdnara jillicenzjaw numru ta’ haddiema esperti f’dan ix-xoghol u l-gvern waqt li indokra l-interessi ta’ haddiehor m’ghamel xejn biex jiddifendi l-impjieg u l-investiment taghhom u tan-nies taghhom.

Il-Burdnara ser jergghu jiltaqghu l-gimgha filghaxija biex jiddeciedu fuq dak li jirrapurtawlhom il-Kumitat taghhom wara l-laqgha mal-Ministru Galea.

Il-GRTU tgiddeb dak li qal Dr. Mark Bonello, Chairman tal-MMA dwar il-Licenzja tal-Burdnara

Wara li c-Chairman tal-Malta Maritime Authority zelaq meta qal lill-burdnara li l-Licenzji taghhom issa m’ghadhomx protetti, issa l-istess Chairman Dr. Mark Bonello rega’ ghaxxaqha aktar meta f’intervista fis-Sunday Times qal affarijiet dwar il-Burdnara (“cargo haulers” u mhux “stevedores”) li huma ghal kollox invenzjoni tieghu.

Wara li c-Chairman tal-Malta Maritime Authority zelaq meta qal lill-burdnara li l-Licenzji taghhom issa m’ghadhomx protetti, issa l-istess Chairman Dr. Mark Bonello rega’ ghaxxaqha aktar meta f’intervista fis-Sunday Times qal affarijiet dwar il-Burdnara (“cargo haulers” u mhux “stevedores”) li huma ghal kollox invenzjoni tieghu.

Il-Ministru Censu Galea li kien il-Ministru responsabbli mit-Trasport waqt in-negozjati ghad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, jaf sewwa li dak li qed jghid Dr. Mark Bonello mhux minnu u hu invenzjoni biss biex johloq l-inkwiet mal-burdnara.

Il-posizzjoni dwar il-licenzji tal-burdnara hi din:

1. Il-Burdnara huma licenzjati mid-Dipartiment tad-Dwana bhala “cargo haulers and forwarding agents” u huma l-agenti licenzjati biex jghaddu d-dokumenti tad-Dwana u jgorru l-merkanzija lejn u l-barra mill-portijiet Maltin.

2. Bhala trasportaturi huma ghandhom licenzja mill-Awtorita’ dwar it-Trasport (l-ADT). Din il-licenzja lil kull burdnar tintitolah, wara kors twil, ghal Operator’s Licence taht id-Direttivi Ewropej.

3. Barra minn dan skond il-ftehiem ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea, il-gvern Malti ezercita d-dritt li ghandu taht it-Trattat ta’ Ruma li jistabilixxi l-ahjar sistema li tizgura s-sigurta’ fil-portijiet Maltin u hareg “special security pass” lill-burdnara li jintitola lilhom biss bhala agenti li johorgu u jdahhlu l-merkanzija mill-portijiet Maltin.

Ghalkemm in-numru ta’ Operator Licences hu limitat ghal 113 u s-security passes huma wkoll marbuta man-numru tal-licenzji, dan bl-ebda modd ma jikkostitwixxi monopolju jew “closed shop” kif qabad u ghaffigha Dr. Mark Bonello, dan ghaliex kull negozjant jista’ juza mezzi tieghu propji biex jghaddi d-dokumenti tad-Dwana u biex johrog u jdahhal l-merkanzija fil-portijiet. Il-ligi tobliga lin-negozjanti biss li jekk jqabbad agent, irid iqabbad agent licenzjat u dan ghal raguni ta’ sigurta’ u professjonalita’ ghaliex il-portijiet Maltin ma jistghux isiru “free for all”.

L-Obbligu ta’ Dr. Mark Bonello bhala Chairman tal-Malta Martime Authority hu li jara li dawn ir-regolamenti jinfurzhom u mhux li jirribella pubblikament kontrihom. Dr. Mark Bonello wkoll zbalja bl-ikrah meta qal li l-burdnara ghandhom “closed shop” fuq il-garr tal-merkanzija u b’li qal ipprova jgiddeb dak li qal in-Negozjatur Ewlieni Malti s-Sur Richard Cachia Caruana lill-Kummissjoni Ewropea. Is-Sur Richard Cachia Caruana f’rapport li ta lill-Kummissjoni qal car u tond li l-burdnara ma jikkostitwixxux monoplju ghaliex l-proporzjon ta’ garr ta’ merkanzija li jgorru l-burdnara taht il-Licenjza taghhom hu proporzjon zghir wisq biex ikun ikkunsidrat monopolju jew “closed shop”. Dan accettatu l-Kummissjoni Ewropea bhal ma accettat wkoll li m’hemm l-ebda restirzzjoni lil ebda burdnar fuq in-numru ta’ ingenji li jista’ jkollu u jista’ jhaddem biex f’suq liberu jikkompeti burdnar kontra burdnar.

Gie wkoll ikonfermat ghas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni Ewropea li f’Malta m’hawnx tariffi imposti minn xi “cartel” tal-burdnara u li t-tariffi huma stabbilliti b’kompetizzjoni gusta bejniethom u li l-hlas li l-burdnara jiccargjaw jirraprezenta prezz xieraq tas-servizz li joffru. Dawn huma l-fatti fejn jidhlu Licenzji tal-Burdnara.

Dr. Mark Bonello ukoll zbalja hafna meta qal li ma iltaqax mar-rapprezentanti tal-burdnara ghax dawn kienu “bidders” ghas-servizzi portwali. Il-GRTU ghandha r-rapprezentanza tal-maggoranza assoluta tal-Burdnara (90 minn 113) u Dr. Mark Bonello kellu l-obbligu li jiltaqa’ mal-GRTU bhal ma iltaqa’ mar-rapprezentanti tal-“istake holders” kollha l-ohra li jahdmu fil-portijiet. Il-GRTU la qatt kienet u lanqas tista’ tkun “bidder” ghal ebda kuntratt u Dr. Mark Bonello ma kellux ihallat ir-rapprezentanza ufficjali tal-GRTU ma kumpanija kummercjali li fiha hemm imdahhla burdnara individwali.

Dr. Mark Bonello issa jew jammetti li zbalja bl-ikrah u jirtira l-kummenti goffi u zbaljati li qal jew jidhol responsabbli personalment ghal hsara li ser jikkawza ghax il-Burdnara mhux ser joqghodu ghaliha li persuna b’kariga ta’ Chairman tal-Maritime Authority jiehu posizzjoni hekk dannuza ghal Malta.

Il-GRTU toggezzjona ghall-ftehim gdid ghall-immanigjar tal-Port

Wara laqgha Generali msejha apposta mill-GRTU ghall-Burdnara kollha, li saret il-bierah 15 ta’ Gunju Marquis Scicluna Hall it-Trade Fair, il-Burdnara ddecidew hekk:

Wara laqgha Generali msejha apposta mill-GRTU ghall-Burdnara kollha, li saret il-bierah 15 ta’ Gunju Marquis Scicluna Hall it-Trade Fair, il-Burdnara ddecidew hekk:

§ Li l-Gvern naqas serjament meta qabel ma ffirma l-ftehiem ghall- immanigjar tal-Port il-Kbir ma zammx diskussjonijiet mar-rapprezentanti tal-Burdnara bhal ma ghamel ma rapprezentanti ta’ kull settur iehor li ghandu x’jaqsam mal-Port.

§ Li l-Gvern naqas bil-kbir meta intrabat li x-xoghol li illum isir biss mill-burdnara licenzjati, issa ser jibda jsir esklussivament u b’mod ta monopolju mill-kuntrattur il-gdid. Sa llum dan ix-xoghol sar mil-burdnara b’ kompetizzjoni shiha bejniethom u ghall dan ix-xoghol investew eluf kbar ta’ liri. Il-Gvern naqas bil-kbir li ma hasibx fit-telf kbir li ser isoffru l-Burdnara u fil-konsegwenza ta telf ta impjiegi li dan ser igib mieghu.

§ Ic-Chairman tal-Malta Maritime Authority Dr. Mark Bonello naqas bil-kbir meta hedded lil Burdnara bit-tnehhija tal-licenzji specjali taghhom, meta dwar l-kundizzjonijiet tal-Licenzji tal-Burdnara, hemm ftehim mal-Gvern Malti b’ approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropej.

§ Il-Burdnara ghalhekk qed jinfurmaw lil Gvern pubblikament li jekk mhux ser ikun hemm garanzija li dak li gie miftiehem dwar il-licenzji tal-Burdnara jibqa jghodd u li x-xoghol li ghalih investew bil-kbir u li dejjem sar minnhom jibqghu jaghmluh huma, il-Burdnara jibdew programm ta’ azzjoni biex juru l-oppozizjoni taghhom ghad-disprezz li qed isir lejhom u ghat- telf li qed ikunu kostretti li jsofru.

Il-Burdnara ser jergghu jiltaqghu nhar it-Tlieta 20 ta’ Gunju u jiddeciedu dwar l-azzjoni ta’ protesta b’sehh mill-Erbgha 21 ta Gunju 2006.

L-NECC ghal darbohra jaghzel li ma jifhimx

L-NECC taf bizzejjed li b’dak li qed jigi propost in-negozju ser ikun suggett ghal spejjez enormi. Mhux hekk biss imma anke l-entitajiet statali ser ikollhom jaghmlu dan u ghalhekk ser ikompli jkun hemm pressjoni fuq il-gvern biex jaghlaq id-deficit finanzjarju u kif ser isir dan? L-NECC issostni li mhux ser ikun spejjez zejda skond l-istqarrija taghha. Wiehed ma jistennix li l-NECC tipprova tqarraq bil-poplu b’dan il-mod u jittama li dan l-istatement kien zbal genwin, sakemm l-NECC ma ddecidiex li jidhol ghall-ispejjez kollha hu. Dak li qed titlob l-NECC mhux possibli jsir minghajr spejjez enormi.

L-NECC taf bizzejjed li b’dak li qed jigi propost in-negozju ser ikun suggett ghal spejjez enormi. Mhux hekk biss imma anke l-entitajiet statali ser ikollhom jaghmlu dan u ghalhekk ser ikompli jkun hemm pressjoni fuq il-gvern biex jaghlaq id-deficit finanzjarju u kif ser isir dan? L-NECC issostni li mhux ser ikun spejjez zejda skond l-istqarrija taghha. Wiehed ma jistennix li l-NECC tipprova tqarraq bil-poplu b’dan il-mod u jittama li dan l-istatement kien zbal genwin, sakemm l-NECC ma ddecidiex li jidhol ghall-ispejjez kollha hu. Dak li qed titlob l-NECC mhux possibli jsir minghajr spejjez enormi.

Bl-istess ammont ta’ flus li ser jintefqu minn naha tal-Gvern wiehed jista jaghmel kampanja tant intensiva li ma jkunx hemm ghalfejn Dual Pricing, anzi l-konsumatur ikun edukat u infurmat ahjar. Izda jidher li l-NECC la qed ihares lejn din il-possibilita u lanqas lejn ic-cirkustanzi partikolari tas-suq Malti. Certu persuni li jriduha li jifhmu dejjem jaghtuna dejjem l-ezempju ta’ pajjizi ex komunisti u jghidulna li ghandna nimxu bhalhom. L-NECC jevita izda li janalizza l-problemi kollha li ffaccjaw il-pajjizi l-ohra li ghazlu li jaghmlu dak li qed jipproponi l-NECC. Malta ghandha opportunita li titghallem mill-izbalji ta’ haddiehor izda donnu l-NECC jipreferi jghaffeg l-istess tahwida u jhawwad l-istess borma. Forsi huwa komdu wisq li tikkopja l-izbalji!

Is-Sur Xavier Durieu, Direttur Generali tal-Euro Commerce , spjega tajjeb immens kif dan jista jsir. Wera l-izbalji li saru f’pajjizi ohra u qal bic-car lil Maltin biex ma jaqghux fin-nassa li waqghu certu pajjizi ohra u li ghandhom ma hargux minna! Izda l-NECC li jinteressah hija hajja semplici fejn jikkopja dak li jaghmlu pajjizi ex komunisti li ma ghandhomx ideja ta’ kif jahdem suq zviluppat u hieles bhal dak Malti.

Ir-realta hija li jekk l-NECC ser jippersisti b’din it-triq ser ikun hawn dizastru fis-suq minhabba spejjez zejda li ma jwasslu mkien. L-appell lill-Gvern jibqa li jirrevedi tajjeb it-tahwid li qed isir fl-NECC u li jaghraf id-dizastru fis-suq li din it-triq ser twasslu ghaliha.

Minhabba li qed jaghfas iz-zmien, il-GRTU tippretendi li din ir-revizjoni ssir mill-aktar fis possibli ghax tiga l-NECC hela bizzejjed hin.

Id-Decizjoni tal-Gvern dwar id-Dual Pricing hi Decizjoni Hazina

Jidher li l-Gvern hu deciz li jibqa’ jisma minn Kumitat li maghmul minn nies li jifhmu f’ kollox barra fil-kummerc. Il-GRTU bis-support ta’ l-aqwa esperti mil-Euro Commerce, l-organizzazjoni ewlenija ewropeja li titkellem f’isem is-settur kummercjali, issostni li s-sistema tad-dual pricing fuq perjodu twil qabel ma nies ikollhom f’idejhom l-Euro u qabel ma n-nies ikunu jistghu jixtru bil-Euro, hi sistema zbaljata.

Jidher li l-Gvern hu deciz li jibqa’ jisma minn Kumitat li maghmul minn nies li jifhmu f’ kollox barra fil-kummerc. Il-GRTU bis-support ta’ l-aqwa esperti mil-Euro Commerce, l-organizzazjoni ewlenija ewropeja li titkellem f’isem is-settur kummercjali, issostni li s-sistema tad-dual pricing fuq perjodu twil qabel ma nies ikollhom f’idejhom l-Euro u qabel ma n-nies ikunu jistghu jixtru bil-Euro, hi sistema zbaljata.

Din hi sistema li kull ma taghmel hu li twahhal f’mohh in-nies s-sistema li ghall kull prezz u ghall- kull haga joqghodu f’ mohhhom isarfu mill-Euro ghall-Lira Maltija.

Dan hu appuntu dak li m’ghandux isir. In-nies trid tidhra fl-aqsar zmien possibli tibda tahdem bil-Euro u tqies bil-Euro bla htiega li kull darba jaghmlu il-kambju. Dan zgur mhux ser isir bis-sistema li ser idahhal il-gvern: Sistema imfassla minn min ma jifhimx biex ihawwad lil min diga jkun imhawwad. Is-sistema li ser idahhal l-Gvern hi sistema li ser igawdu bil-kbir minnha dawk kollha li ser jghoxew jghabbu lin-negozji kollha Maltin, kbar, medji u zghar u lil istess Gvern miljuni ta’ liri li minnhom pajjizna ma jiehu xejn hlief xoghol zejjed, konfuzjoni u gholi tal-hajja.

L-Gholi tal-hajja jigi mhux ghax il-kummercjant jabbuza kif qed jiprova jghid il-Kumitat tas-suppost esperti izda ghliex xi hadd jrid jaghmel tajjeb ghall miljuni ta’ liri li ser jintefqu bla bzonn u li ser iwasslu biss ghall kuntrarju ta’ dak illi suppost hu fid-dmir li jaghmel il-Gvern.

Il-GRTU issostni li l-ahjar sistema hi dik ta’:

Ø Fi zmien qasir qabel tidhol l-Euro, l-Gvern iwettaq kampanja ta’ edukazzjoni biex kulhadd ikun jaf biex ihaddem il-Euro. Dan jista jsir minghajr il-kummidji kollha li l-kumitat tas-suppost esperti qed jipprova jghabbi fuq is-settur kummercjali, u s-settur pubbliku kollu.

Ø Dhul tal-Euro b’tali mod li mal-ewwel kulhadd jibda juza biss l-Euro u jinsa fl-inqas zmien possibli l-Lira Maltija. Dan hu li sar b’mod effettiv fil-Germanja.

Ø Ghajnuna u edukazzjoni lis-sidien tan-negozji kollha halli jkun zgurat li l-prezzijiet bil-Euro jirriflettu l-prezzijiet b’mod korrett.

Ø Ftehim nazzjonali bejn Gvern, Entitajiet Pubblici, banek kummercjali u l-Organizzazjonijiet kollha li jirraprezentaw il-kummerc biex kulhadd jintrabat li ma jgholliex la taxxi, la mizati amministrattivi u lanqas prezzijiet jekk mhux ghal ragunijiet specifici.

Ø Il-Gvern irid iwaqqaf lill Kumitat tan-NECC milli jibqa’ ghaddej qiesu romblu fuq min irid jaghmel il-gid lil pajjizna.

Ø Il-GRTU ma taqbilx li l-Euro ghandu jiddahhal fl-1 ta’ Jannar. Din hi data hazina ghax il-hwienet ikunu ghadhom ghaddejjin bil-bejgh tal-Milied, il-banek ikunu mghaluqin u hafna impjegati jkunu bil-leave. Id-data ghanda tkun imcaqalqa bi ftehiem mal-organizzazjonijiet kollha li pprezentaw kummerc.

Jekk il-Gvern irid iwettaq bis-serjeta Changeover ghall-Euro bla infiq zejjed, bla konfuzjoni zejda u bla piz bla bzonn fuq l-gholi tal-hajja, il-GRTU tassigura lil-Gvern u lill-kulhadd mill-koperazzjoni shiha tal-GRTU u l-imsiehba taghha. Jekk il-Gvern jibqa ghaddej bil-pjan zbaljat li bellalu min suppost jifhem, il-GRTU tkun konstretta li taghti direttivi lis-sidien tan-negozji biex tevithom minn hafna xkiel zejjed u minn hafna akkuzi ngusti u bla bzonn.

Malta Chamber of SMEs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.