Wara li c-Chairman tal-Malta Maritime Authority zelaq meta qal lill-burdnara li l-Licenzji taghhom issa m’ghadhomx protetti, issa l-istess Chairman Dr. Mark Bonello rega’ ghaxxaqha aktar meta f’intervista fis-Sunday Times qal affarijiet dwar il-Burdnara (“cargo haulers” u mhux “stevedores”) li huma ghal kollox invenzjoni tieghu.
Wara li c-Chairman tal-Malta Maritime Authority zelaq meta qal lill-burdnara li l-Licenzji taghhom issa m’ghadhomx protetti, issa l-istess Chairman Dr. Mark Bonello rega’ ghaxxaqha aktar meta f’intervista fis-Sunday Times qal affarijiet dwar il-Burdnara (“cargo haulers” u mhux “stevedores”) li huma ghal kollox invenzjoni tieghu.
Il-Ministru Censu Galea li kien il-Ministru responsabbli mit-Trasport waqt in-negozjati ghad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, jaf sewwa li dak li qed jghid Dr. Mark Bonello mhux minnu u hu invenzjoni biss biex johloq l-inkwiet mal-burdnara.
Il-posizzjoni dwar il-licenzji tal-burdnara hi din:
1. Il-Burdnara huma licenzjati mid-Dipartiment tad-Dwana bhala “cargo haulers and forwarding agents” u huma l-agenti licenzjati biex jghaddu d-dokumenti tad-Dwana u jgorru l-merkanzija lejn u l-barra mill-portijiet Maltin.
2. Bhala trasportaturi huma ghandhom licenzja mill-Awtorita’ dwar it-Trasport (l-ADT). Din il-licenzja lil kull burdnar tintitolah, wara kors twil, ghal Operator’s Licence taht id-Direttivi Ewropej.
3. Barra minn dan skond il-ftehiem ta’ Malta mal-Unjoni Ewropea, il-gvern Malti ezercita d-dritt li ghandu taht it-Trattat ta’ Ruma li jistabilixxi l-ahjar sistema li tizgura s-sigurta’ fil-portijiet Maltin u hareg “special security pass” lill-burdnara li jintitola lilhom biss bhala agenti li johorgu u jdahhlu l-merkanzija mill-portijiet Maltin.
Ghalkemm in-numru ta’ Operator Licences hu limitat ghal 113 u s-security passes huma wkoll marbuta man-numru tal-licenzji, dan bl-ebda modd ma jikkostitwixxi monopolju jew “closed shop” kif qabad u ghaffigha Dr. Mark Bonello, dan ghaliex kull negozjant jista’ juza mezzi tieghu propji biex jghaddi d-dokumenti tad-Dwana u biex johrog u jdahhal l-merkanzija fil-portijiet. Il-ligi tobliga lin-negozjanti biss li jekk jqabbad agent, irid iqabbad agent licenzjat u dan ghal raguni ta’ sigurta’ u professjonalita’ ghaliex il-portijiet Maltin ma jistghux isiru “free for all”.
L-Obbligu ta’ Dr. Mark Bonello bhala Chairman tal-Malta Martime Authority hu li jara li dawn ir-regolamenti jinfurzhom u mhux li jirribella pubblikament kontrihom. Dr. Mark Bonello wkoll zbalja bl-ikrah meta qal li l-burdnara ghandhom “closed shop” fuq il-garr tal-merkanzija u b’li qal ipprova jgiddeb dak li qal in-Negozjatur Ewlieni Malti s-Sur Richard Cachia Caruana lill-Kummissjoni Ewropea. Is-Sur Richard Cachia Caruana f’rapport li ta lill-Kummissjoni qal car u tond li l-burdnara ma jikkostitwixxux monoplju ghaliex l-proporzjon ta’ garr ta’ merkanzija li jgorru l-burdnara taht il-Licenjza taghhom hu proporzjon zghir wisq biex ikun ikkunsidrat monopolju jew “closed shop”. Dan accettatu l-Kummissjoni Ewropea bhal ma accettat wkoll li m’hemm l-ebda restirzzjoni lil ebda burdnar fuq in-numru ta’ ingenji li jista’ jkollu u jista’ jhaddem biex f’suq liberu jikkompeti burdnar kontra burdnar.
Gie wkoll ikonfermat ghas-sodisfazzjon tal-Kummissjoni Ewropea li f’Malta m’hawnx tariffi imposti minn xi “cartel” tal-burdnara u li t-tariffi huma stabbilliti b’kompetizzjoni gusta bejniethom u li l-hlas li l-burdnara jiccargjaw jirraprezenta prezz xieraq tas-servizz li joffru. Dawn huma l-fatti fejn jidhlu Licenzji tal-Burdnara.
Dr. Mark Bonello ukoll zbalja hafna meta qal li ma iltaqax mar-rapprezentanti tal-burdnara ghax dawn kienu “bidders” ghas-servizzi portwali. Il-GRTU ghandha r-rapprezentanza tal-maggoranza assoluta tal-Burdnara (90 minn 113) u Dr. Mark Bonello kellu l-obbligu li jiltaqa’ mal-GRTU bhal ma iltaqa’ mar-rapprezentanti tal-“istake holders” kollha l-ohra li jahdmu fil-portijiet. Il-GRTU la qatt kienet u lanqas tista’ tkun “bidder” ghal ebda kuntratt u Dr. Mark Bonello ma kellux ihallat ir-rapprezentanza ufficjali tal-GRTU ma kumpanija kummercjali li fiha hemm imdahhla burdnara individwali.
Dr. Mark Bonello issa jew jammetti li zbalja bl-ikrah u jirtira l-kummenti goffi u zbaljati li qal jew jidhol responsabbli personalment ghal hsara li ser jikkawza ghax il-Burdnara mhux ser joqghodu ghaliha li persuna b’kariga ta’ Chairman tal-Maritime Authority jiehu posizzjoni hekk dannuza ghal Malta.