Wara laqgha Generali msejha apposta mill-GRTU ghall-Burdnara kollha, li saret il-bierah 15 ta’ Gunju Marquis Scicluna Hall it-Trade Fair, il-Burdnara ddecidew hekk:
Wara laqgha Generali msejha apposta mill-GRTU ghall-Burdnara kollha, li saret il-bierah 15 ta’ Gunju Marquis Scicluna Hall it-Trade Fair, il-Burdnara ddecidew hekk:
§ Li l-Gvern naqas serjament meta qabel ma ffirma l-ftehiem ghall- immanigjar tal-Port il-Kbir ma zammx diskussjonijiet mar-rapprezentanti tal-Burdnara bhal ma ghamel ma rapprezentanti ta’ kull settur iehor li ghandu x’jaqsam mal-Port.
§ Li l-Gvern naqas bil-kbir meta intrabat li x-xoghol li illum isir biss mill-burdnara licenzjati, issa ser jibda jsir esklussivament u b’mod ta monopolju mill-kuntrattur il-gdid. Sa llum dan ix-xoghol sar mil-burdnara b’ kompetizzjoni shiha bejniethom u ghall dan ix-xoghol investew eluf kbar ta’ liri. Il-Gvern naqas bil-kbir li ma hasibx fit-telf kbir li ser isoffru l-Burdnara u fil-konsegwenza ta telf ta impjiegi li dan ser igib mieghu.
§ Ic-Chairman tal-Malta Maritime Authority Dr. Mark Bonello naqas bil-kbir meta hedded lil Burdnara bit-tnehhija tal-licenzji specjali taghhom, meta dwar l-kundizzjonijiet tal-Licenzji tal-Burdnara, hemm ftehim mal-Gvern Malti b’ approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropej.
§ Il-Burdnara ghalhekk qed jinfurmaw lil Gvern pubblikament li jekk mhux ser ikun hemm garanzija li dak li gie miftiehem dwar il-licenzji tal-Burdnara jibqa jghodd u li x-xoghol li ghalih investew bil-kbir u li dejjem sar minnhom jibqghu jaghmluh huma, il-Burdnara jibdew programm ta’ azzjoni biex juru l-oppozizjoni taghhom ghad-disprezz li qed isir lejhom u ghat- telf li qed ikunu kostretti li jsofru.
Il-Burdnara ser jergghu jiltaqghu nhar it-Tlieta 20 ta’ Gunju u jiddeciedu dwar l-azzjoni ta’ protesta b’sehh mill-Erbgha 21 ta Gunju 2006.