Il-Freeport maghluq: Jitkompla x-xoghol tal-Exports

Il-GRTU illum hadet passi mal-awtoritajiet fil-Freeport u mal-Ministru
tal-IT and Investmenti. biex isiru arragamenti halli x-xoghol fil-Freeport ma
jieqafx ghall kollox. Minhabba ragunijiet ta’Health and Safety il-krejnijiet
fil-Freeport jitwaqqfu awtomatikament meta jqum rih qawwi, bhal ma gara
illum.


Il-GRTU issostni li billi il-Freeport Gate hu il ‘gateway’ uniku
ta’ Malta li minnu jghaddi 80% tal-esportazzjoni u importazzjoni ta’ dan
il-pajjiz, ma jistax ikun li x-xoghol jieqaf ghal kollox bhal ma’ gara fl-ewwel
sieghat ta’ dal-ghodu. Wara il-granet tal-Ghid ix-xoghol ghall esportazzjoni
illum il-Gimgha 16 ta’ April kien qawwi hafna u waqfien totali jgib inkwiet kbir
ghall hafna negozji u fabbriki. L-inkwiet jizdied nhar it-Tnejn jekk ix-xoghol
jibqa wieqaf ghall-kollox.

Bis-sahha ta’ negozjati li saru bejn il-GRTU’
f’isem il-Burdnara u kummercjanti u il Freeport Management ser ikun possibbli li
x-xoghol tal-esportazzjoni jibqa ghaddej. Ix-Xoghol ser jitkompla ghada Is-Sibt
skond l-arrangament specjali negozjati mill-GRTU illum.

Il-GRTU qed
tistenna li l-gimgha d-diehla l-Freeport jaghmel sforz hafna ikbar biex jispicca
l-‘backlog’ li diga hemm u biex ma’ jizdidux aktar il-problemi li Burdnara qed
jiffacjaw regolarment fil-Freeport Gate.
Il-GRTU qed tappella
lill-Awtoritajiet halli tinstab soluzzjoni dejjiema ghall-problemi li ilhom
jezistu s-snin u li huma ta xkiel ghat-thaddim efficenti tal-Freeport
Gate.

 

Il-GRTU ma taqbilx mal-Imposizzjoni tad-Data Protection Act

Il-GRTU issostni li l-Ligi tad-Data Protection taqbez il-limitu fejn
tidhol zieda fil-burokrazija. Jew il-gvern, kif ikkommetta ruhu l-Prim Ministru
Dr Lawrenz Gonzi, jrid bis-serjeta jiggieled il-burokrazija jew ser jibqa’
jimponi ligijiet bhad-Data Protection Act.


Il-GRTU taqbel li ghandu jkun
protett l-individwu biex ismu u d-dettalji tieghu ma jintuzawx bla permezz
tieghu. Izda mhux accetabbli li s-sidien tan-negozji jitwikkew bi hlas ta’ kull
sena ta’ licenzji godda talli izommu informazzjoni dwar il-haddiema taghhom u
dwar klijenti registrati maghhom. Din mhiex kwistjoni ta’ kemm hu l-hlas li qed
jintalab taht il-ligi tad-Data Protection. Il-kwistjoni hi li s-sidien
tal-intraprizi jzommu l-informazzjoni li ghandhom tal-impjegati u tal-klijenti
registrati mal-VAT mhux bi pjacir jew ghax iridu, izda ghaliex huma obbligati
bil-ligijiet tal-gvern.

Il-GRTU issostni li ma taghmilx sens li l-gvern
l-ewwel igieghel lis-sidien tan-negozji, b’penalitajiet ta’ multi kbar u ta’
habs biex, ghas-spejjez taghhom, jzommu l-informazzjoni, imbaghad jigu tad-Data
Protection u jitolbu hlas talli s-sidien jaghmlu dak li huma mgieghela jaghmlu
bilfors. Din hija burokrazija zejda u l-hlas qed isir biss biex b’forma ta’
taxxa gdida l-gvern ihallas l-ispejjez ta’ awtorita pubblika ohra li faqqas bla
htiega.

Il-GRTU wkoll toggezzjona bil-kbir li ghal darb’ohra il-gvern qed
jimponi multi (u mhux amendi) li jwasslu ghall-habs. Din li l-gvern ghal kull
xejn qed jghedded lis-sidien tan-negozji Maltin bil-habs trid tinqata’ u l-GRTU
mhux ser toqghod aktar ghaliha. Jew irridu l-investiment jew irridu innaffru u
naqtghu n-nifs lil min irid jinvesti f’pajjizna.

 

Il-GRTU wara l-bidu fis-sehh tal-ismoking ban

Il-GRTU accettat b’sodisfazzjon il-postponiment tal-imposizzjoni ta’
l-ismoking ban fuq il-postijiet tad-divertiment u r-restoranti. Din hi decizjoni
li evitat konfrontazzjoni bla bzonn. Baqa’ izda xi jsir biex il-ligi tkun gusta
ma’ kulhadd.

ï‚· Ghad iridu jkunu stabbiliti l-istandards mill-Malta Standards
Authority biex l-apparat li jintuza jkun konformi ma’ standards approvati.
ï‚·
Ghad iridu jsiru diskussjonijiet dwar kif se jithaddmu l-proceduri ghall-ghazla
ta’ zoni non-smoking u smoking.
ï‚· Ghad ukoll jridu jkunu stabbiliti proceduri
dwar kif ser isiru l-inspections u kif ser ikunu notifikati s-sidien ta’
l-istabbilimenti meta jkun hemm rapporti negattivi.
ï‚· Zgur li ghad iridu
jsiru tahdidiet kif ser tkun emendata l-ligi biex jitnehhew l-penalitajiet
esagerati u titnehha l-oggezzjoni l-kbira tal-GRTU kontra li s-sidien jistghu
jmorru l-habs meta jinqabad xi hadd ipejjep fl-istabbiliment.

Bhala
organizazzjoni li tirraprezenta lis-sidien ta’ l-istabbilimenti milquta, il-GRTU
tistenna li bla aktar telf ta’ zmien tkun tifforma parti mill-kumitat
konsultattiv imwaqqaf taht it-Tobacco Control Act. Dan huwa pass importanti
hafna biex minn issa ‘l quddiem l-affarijiet isiru sewwa u bla argumenti
pubblici zejda.

Il-GRTU wkoll qed tistenna li l-Employment Relations
Board u mhux il-Ministeru tas-Sahha, jistabbilixxi meta u fuq liema proceduri
l-haddiema jkunu jistghu jieqfu mix-xoghol meta jkun hemm theddida reali ghal
sahhet il-haddiem ikkawzata mit-tipjip. Kif inhi l-ligi llum, din il-kwistjoni
mhix cara.

Fl-ahharnett il-GRTU ghadha qed tistenna l-gvern jghid
x’ghajnuna finanzjarja u fiskali ser jaghti biex is-sidien ta’ l-istabbilimenti
jkunu jistghu jikkonformaw mal-ligi minghajr ma jitghabbew bi spejjez kbar ohra.
Il-Ministeru tas-Sahha sal-lum ghadu ma applikax biex jigbed fondi taht
l-assistenza strutturali mill-Unjoni Ewropeja biex jintuzaw ghal dan
il-ghan.

Dawn huma l-punti fundamentali li l-GRTU ressqet lill-Ministru
tas-Sahha fit- tahdidiet li kellha mieghu. Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU hu
konfidenti li b’rieda tajba minn naha tal-gvern dawn il-problemi ghandhom
jirrisolvu ruhhom biex il-ligi tithaddem sewwa fiz-zmien
stipulat.

 

Jerga’ joghla d-diesel b’dannu kbir ghall-Intraprizi Maltin

Filwaqt li qieghed jinghad hafna dwar il-htiega li l-intraprizi ikunu
mghejjuna biex jkunu jistghu jikkompetu ahjar, xhin nigu ghall-fatti, qed isir
ftit li xejn.


Illum it-Tnejn 5 ta’ April 2004 regghet thabbret zieda ohra
fil-prezz tal-petrol diesel u pitrolju. Id-diesel huwa l-aktar fuel li juzaw
l-intraprizi. L-aktar li jhossuha huma dawk bhal burdnara, sidien ta’ coaches
tal-passigieri, sidien ta’ bowsers, u kull tip ta’ trasportaturi, l-industrija
tal-kostruzzjoni u s-sidien tal-barrieri u kif ukoll id-distributuri u
l-wholesalers. Ghal dawn in-nies id-diesel hu spiza rikorrenti u llum mhux
facli, u mhux sewwa, li dawn xi hadd jippretendihom li jaqbdu u jghollu
l-prezzijiet tas-servizzi taghhom.

Il-prezz tad-diesel fi tlett snin
tela’ minn 17c 3mils ghall-29 centezmu il-litru. Anke jekk titnehha l-VAT
iz-zieda tibqa wahda qawwija minn 17.3mils ghall-24.6 centezmu
l-litru.

Dawn iz-zidiet t-trasportaturi ma jifilhuhomx u dawn bilfors
iridu jaraw x’jghamlu biex ikomplu ifendu. Waqt li l-prezz tad-diesel dejjem
tiela l-gvern jibqa’ izomm l-livell gholi ta’ taxxa li hemm fuq il-fuel u
jkompli jdahhal aktar bhala taxxa miz-zieda fil-prezz. Is-suggeriment li l-GRTU
ilha s-snin taghmel biex il-gvern jilqa’ ghaz-zidiet billi inaqqas it-taxxa fuq
il-fuel u jehodha lura meta il-prezz jonqos, imma l-gvern baqa’ qatt ma
acettaha. Ir-rizultat huwa li l-intrapriza kellha tibla’ dawn iz-zidiet
kollha.

Il-GRTU qed tappella lill-gvern li jew jieqaf jghid li jrid jghin
lil intraprizi Maltin jew inkella li jghid, iwettqu billi dawn l-affarijiet
jirranghom. Trid tinqata’ l-kantaliena li bil-kliem jghidu mod u bil-fatti
jghamlu bil-maqlub.

 

Il-GRTU dwar il-Port il-Kbir

Il-Kumitat tal-Burdnara, membri tal-GRTU flimkien mad-Direttur Generali
s-Sur Vincent Farrugia llum urew lis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru
tal-Portijiet u Kompetittivita, s-Sur Edwin Vassallo u s-Segretarju Permanenti
fil-Ministeru, s-Sur Louis Cilia, d-diffikultajiet li qed ihabbtu wicchom
fix-xoghol ta’ hrug u dhul ta’ containers u trailers mid-Deep Water Quay
fil-Port il-Kbir. Dan sar waqt zjara li saret f’din il-parti tal-Port
l-Kbir.


Il-Kumitat tal-Burdnara appella lil Ministeru biex jittiehdu
passi biex isir uzu ahjar mill-Coal Wharf li llum hi fi stat ta’ abbandun.
Il-burdnara qed jitolbu li dan l-Wharf jibda jintuza biex ikunu jistghu
jipparkjaw it-trailers u l-containers li jkunu qed jistennew biex juzaw id-Deep
Water Quay waqt il-hatt u t-taghbija tal-vapuri. L-uzu ta dan il-Wharf inaqqas
id-dewmien li qed isofru l-burdnara minhabba in-nuqqas ta’ spazju. Il-Kumitat
tal-Burdnara wkoll talab lil Ministru biex jinbeda l-process biex
il-facilitajiet, bankini, mollijietu quays u sheds isir uzu ekonomiku ahjar
minnhom. Illum tezizti telqa kbira u uzu mil-anqas tax-sheds f’dan
il-qasam.

Il-GRTU qed tinsisti li din il-parti tal-Port l-kbir tinghata
l-attenzjoni li jixirqilha ghaliex illum qeghda fi stat dekadenti li ma jixraqx
lil pajjiz li jrid jibni lilu nnifsu bhala centru ta’ kummerc
internazzjonali.

 

Il-GRTU kontra l-hlasijiet imposti fuq in-negozji Maltin taht id-Data Protection Act

Din mhix ghajr taxxa ohra fuq in-negozji Maltin u burokrazija ohra imposta bla
ebda konsultazzjoni

1. Il-ligi dwar id-Data Protection hi wahda minn dawk
l-imposizzjonijiet fuq l-intraprizi Maltin li hi assulutament zejda. Il-gvern ra
kif ghamel biex waqt li jwettaq l-obligazzjonijiet li dahal ghalihom jimponi
l-ispejjez kollha fuq is-sidien tan-negozji kollha Maltin. Il-gvern qed igieghel
is-sidien ihalsu ghal xi haga li holoq il-gvern. Din hi ohra minn dawk li
l-burokratici tal-gvern jfasslu wahedhom bla konsultazzjoni ma hadd u jghabbu
n-nefqa fuq is-settur privat.



2. Is-sidien kollha qed ikunu imgieghla
jhallsu taxxa gdida skond in-numru ta’ impjegati li ghandhom ghax izommu
dettalji tal-impjegati taghom u skond kemm izommu informazzjoni tal-klijenti u
l-fornituri taghhom. Din hi informazzjoni li s-sidien tal-intraprizi huma
obligati jzommu bilfors, b’obbligu legali u taht pieni horox, inkluzi habs, jekk
l-informazzjoni ma tinzammx. Dan hu xoghol li s-sidien huma mgieghla jaghmlu
b’xejn ghas-spejjez taghhom u mill-hin misruq mix-xoghol taghhom. Issa il-gvern
qed igeghlhom wkoll ihallsu licenzja talli jghamlu dan kollu. Din hi taxxa gdida
li tibda minn Lm20 fis-sena ghan-negozji z-zghar u self-employed u titla
ghall-mijiet ta’ liri fis-sena skond kemm wiehed ihaddem. Din hi ligi ohra li
timponi multi esagerati sa Lm10,000 u tista twassal ghall-piena ta’ tlett xhur
habs.

3. L-informazzjoni li jigbru s-sidien ma jigbruhiex b’ghazla
taghhom izda hi imposta mill-ligijiet ta’ xoghol u minhabba l-ligijiet dwar hlas
ta’ taxxa tal-impjegati u minhabba l-hlas tal-kontribuzzjonijiet socjali
tal-impjegati u dettalji ohra dwar granet ta’ mard u ta’ leave tal-impjegati u
talbiet ohra skond il-ligi. Din hi kollha nformazzjoni li tingabar bilfors,
iridu u ma jridux is-sidien.

L-informazzjoni li s-sidien izommu dwar
is-suppliers taghhom u dwar il-klijenti taghhom li huma wkoll VAT registered,
tinzamm ukoll minhabba l-ligijiet fiskali ta’ pajjizna hekk jesigu. Issa talli
s-sidien jaghmlu dan kollu b’xejn huma jridu jhallsu licenzja. Din tghodd kemm
ghall-intraprizi kbar kif ukoll ghan-negozji z-zghar u self-employed ta’
pajjizna.

Wara l-weghda li ta l-Prim Ministru l-gdid, Dr Lawrence Gonzi,
li ser jikkumbatti bis-serjeta l-imposizzjoni ta’ burokrazija zejda fuq
is-sidien tal-intraprizi li l-ispejjez bla bzonn li sidien qed ikollhom, ihallsu
tort ta’ din il-burokrazija, il-GRTU issa qed tappella lil Prim Ministru biex
jipposponi t-twettiq tad-Data Protection Act, fejn jidhlu hlasijiet ta’
registrazzjoni. Il-GRTU qed tappella biex jinfethu negozjati
mal-assocjazzjonijiet kollha li jirraprezentaw lis-sidien tal-intraprizi Maltin
kollha biex titfassal ligi miftiehma li taghmel sens. Ma jistax ikun li min
ihaddem jibqa’ jigi ttrattat b’dan il-mod goff u bla sens minn amministrazzjoni
li verament temmen fl-investiment u fix-xoghol.

Il-GRTU qed tappella biex
in-negozji z-zghar ikunu ezentati ghal kollox minn din il-burokrazija zejda u
mill-hlas bla sens mitlub minnhom.

 

Il-Burokrazija Zejda u n-Negozji ta’ pajjizna

Il-GRTU tinnota li
ghalkemm intlahaq ftehim bejn il-GRTU u l-gvern dwar kif ghandha tkun
implimentata l-ligi dwar il-kontroll tat-tipjip f’postijiet pubblici biex
is-sidien tan-negozji z-zghar f’pajjizna jkunu jistghu jlahhqu
mal-obligazzjonijiet imposti fuqhom, xorta wahda baqa’ min aktar biex ifixkel,
milli biex jghin jibqa’ johloq problemi bla bzonn. Hafna qed isemmu x’kien isir
fl-Irlanda. Il-GRTU studjat dak li qed isir fl-Irlanda u kien ghalhekk illi
assigurat li l-hazin tal-Irlanda ma jkunx ripetut f’Malta. Il-GRTU wkoll ghadha
issostni li t-tajjeb tal-ligi tal-Irlanda kellna wkoll naddottawh f’Malta. Punt
importanti fil-ligi tal-Irlanda huwa li din thalli tipjip isir f ‘diversi
postijiet pubblici.


Ukoll il-GRTU tigbed l-attenzjoni li filwaqt li
l-ligi Irlandiza twahhal multa sa 3000 Euro lil min ipejjep, dik Maltija,
twahhal habs u multa, mhux lil min kiser il-ligi bit-tipjip tieghu, izda lis-sid
il-lokal fejn il-ligi tkun inkisret. Aktar minn hekk minflok is-sid jehel emenda
li tkun tista’ tissarraf bhala dejn civili, il-ligi Maltija timponi multi li
jekk ma jithallsux iwasslu bis-sid ta’ stabiliment imur il-habs. Dan fi zmien
meta f’Malta kulhadd idoqq id-diska ta’ kif il-burokrazija qed tohnoq in-negozji
ta’ pajjizna.

Il-GRTU qeghda tiehu din l-opportunita’ biex tfakkar
lill-Gvern li l-mutur ta’ l-ekonomija Maltija dejjem kien in-negozjant iz-zghir,
dak in-negozjant Ii jimpjega inqas minn ghaxra minn nies u dan jammonta ghal
aktar minn disghin fil-mija tal-kummercjanti fil-pajjiz. Il-Gvern ghandu
l-obbligu li jdawwar ir-rotta li qabad f’dan l-ahhar snin, dak li jimponi
processi kriminali u pieni ta’ habs fuq l-imprendituri z-zghar. Dawn il-pieni
ghandhom jigu mnehhija kemm meta dawn japplikaw ghal zbalji jew nuqqasijiet u
wisq aktar meta dawn qeghdin jigu applikati ghal atti maghmula minn persuna
ohra. Il-GRTU qed tistenna li l-gvern jghaddi mill-paroli ghall-fatti.

Il-GRTU mhux qeghda bl-ebda mod taqbez ghal dawk il-wahdiet li jaghmlu
xi attivita’ frawdolenti izda fl-istess hin tinsisti li fejn ikunu zbalji ta’
natura amministrattiva kif ukoll meta jkun hemm ammonti dovuti lill-gvern, dan
ghandu jiehu l-istess passi f’qorti civili biex jigbor l-ammonti dovuti lilu .
Dan huwa l-istess process li n-negozjanti jiehu biex jigbor
flusu.

Il-GRTU tfakkar li meta l-ligi ta’ Malta li tikkontrolla t-tipjip
tikkastiga b’mod esagerat lis-sidien ta’ l-istabbilimenti kif ukoll lis-sidien
tal-postijiet tax-xoghol. Din il-ligi, u mhux biss ir-regolamenti dwar it-tipjip
li nhargu dan l-ahhar, trid tinbidel. Il-GRTU ghalhekk tistenna li z-zewg nahat
tal-Parlament jaghtu s-sapport taghhom biex it-tibdil li hemm bzonn li jsir biex
titnaqqas il-burokrazija zejda u l-penalitajiet esagerati li holqot din il-ligi
jitnehhew malajr biex ikun zgur li jitwettaq il-kliem li qed jinghad b’aktar
insistenza mill-politici Maltin favur is-sidien tal-intraprizi z-zghar. Il-GRTU
temmen li l-principji ta’ salvagwardja tad-drittijiet umani u d-drittijiet ta’
process guridiku gust li thaddan il-Kostituzzjoni ta’ pajjizna jghoddu wkoll
ghas-sidien tan-negozji z-zghar Maltin.

Il-GRTU illum tistenna li
s-sidien tan-negozji li tant hadmu ghall-progress fl-ekonomija Maltija,
m’ghandhomx jibqghu jigu mghobbija wkoll b’pizijiet amministrattivi zejda u li
jkunu ttrattati bhala kriminali jekk dawn il-pizijiet ma jirnexxilhomx ilahhqu
maghhom. In-negozjant m’ghandux ikompli jiddahhal fi sqaq fejn il-mili tal-karti
kif ukoll il-biza li xi darba b’ghemil ta’ haddiehor jista’ jigi mixhut il-habs,
jisirqulu l-kreattivita’ tas-sengha tieghu u bil-maqlub tax-xewqa tieghu, jara
l-intrapriza li ghaliha ikun hadem numru inkalkolabbli ta’ sighat kuljum,
tispicca fix-xejn ghad-detriment tieghu u tal-haddiema.

Issa li donnu
kulhadd qed jirkeb fuq il-barkun li sa ftit ilu kien hemm biss fuqu l-GRTU
wahedha, dak ta’ kontra l-burokrazija li qed tifni lin-negozji z-zghar ta’
pajjizna, ejja f’gieh il-haqq nibdew bis-serjeta innehhu l-ixkil zejjed li qed
jifnina. Izda ma jistax isir hekk bis-serjeta’ jekk il-gvern jibqa’ bil-kliem
jghid haga u bil-fatti jibqa’ jimponi biex jaghti widen lil min hu pront biex
jipproponi regolamenti bla ma jqies xejn l-impatt ekonomiku fuq dawk li hobzhom
u dak tan-nies taghhom iridu jahdmu ghalih huma, ghax m’hemm hadd li jhallashom
dejjem, huma x’inhuma c-cirkustanzi ta’ pajjizna.

Ittra mibghuta lil Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi u lil President Dr Eddie Fenech Adami

Ghaziz Prim Ministru,

F’isimna personali u f’isem il-Kunsill
Ezekuttiv, l-istaff u l-membri tal-GRTU, nilqghu l-hatra tieghek bhala Prim
Ministru ta’ pajjizna b’ferh u b’sodisfazzjon. Inhossuna konfidenti li taht
it-tregija tieghek ghandna nimxu ‘l quddiem aktar fi strategija ta’
amministrazzjoni u ppjanar fuq bazi ta’ ftehim u lil hinn
mill-konfrontazzjoni.



Filwaqt li nawgurawlek kull success fil-hidma
tieghek u tat-team ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari li inti ghazilt,
nappellawlek biex tkun strument ewlieni biex is-settur tal-intraprizi z-zghar
ta’ pajjizna jinghata verament l-ispinta genwina li tohloq il-fiducja mehtiega
fost in-nies rapprezentati minna biex ikomplu jinvestu, jhaddmu u jistinkaw biex
jitkattar il-gid ta’ pajjizna li hu fuq kollox il-bazi ta’ kull politika
ohra.

Mill-gdid nawgurawlek u
nsellmulek.
**************************************************
Ghaziz Dr
Fenech Adami,

F’isimna personali, f’isem il-Kunsill Ezekuttiv u f’isem
l-imsiehba tal-GRTU nirringrazzjawk ta’ dak kollu li wettaqt fil-hidma tieghek
bhala Prim Ministru ta’ pajjizna.

Nirringrazzjawk b’mod partikolari
ghat-twettiq tal-politika ta’ liberalizazzjoni fil-kummerc u r-riforma ekonomika
li hi l-bazi tat-tkattir u tal-firxa tal-gid f’pajjizna. L-imsiehba taghna huma
grati li taht it-tregija tieghek hadmu minghajr tensjoni u konfrontazzjoni
zejda. Sibna fik it-tmexxija li poggiet lil pajjizna fost il-pajjizi li maghhom
naqsmu l-ghanijiet ta’ stabilita politika, liberta kummercjali u gustizzja
socjali fid-demokrazija u l-helsien.

Nawgurawlek li tibqa’ ta’ fejda ghal
pajjizna.

 

Le ghan-negozjant fil-habs

Huwa sew li min ikorrompa u min inqabad jinxtara, jdur fit-toroq. Huwa
sew li min pappiha u hareg flusu ‘l barra, tawh cans igibhom lura. Huwa sew li
lin-negozjant li bid-diffikultajiet kollha li hawn bhalissa jaqa’ lura fil-hlas
tal-VAT, il-qorti ggib ir-raguni ta’ contempt of court biex titfghu l-habs jew
ta’ frankuni.


Min hu responsabbli ta’ dawn l-esagerazzjonijiet ghandu
malajr kemm jista’ jkun jigi mwiddeb. Hadd mhu gustifikat li ma jhallasx taxxi.
Bl-ebda mod l-GRTU mhi qed tiggustifika anke lanqas evazzjoni. Izda meta
l-pajjiz itghabba b’tant dejn nazzjonali u twikkejna b’budget deficit li zgur
mhux tort tas-self-employed, u s-sidien tan-negozji z-zghar li waslu fejn waslu,
ara issa s-sistema ma ddurx ghaz-zghar. Il-miljuni ta’ spalpaljar u s-salarji
mghola s-smewwiet mhux s-self-employed u s-sidien tan-negozji z-zghar
responsabbli ghalihom, u m’ghandhomx ibatu din it-tbatija kollha.

Il-GRTU
ghalhekk tappella bil-qawwa kollha lil min hu responsabbli biex jieqaf minn dawn
l-esagerazzjonijiet. Il-GRTU quddiem din it-theddida serja lis-sidien kollha
tal-intraprizi f’Malta mhux ser toqghod bi kwieta.

 
Malta Chamber of SMEs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.