Il-bombi ghal wara



Id-Dejn NazzjonaliIc-cifri ufficjali tad-dejn nazzjonali
ppublikati mill-Gvern huma biss cifri tad-dejn tal-Gvern Centrali ta` Malta.
Illum skond ic-cifri tal-Bank Centrali, dan id-dejn nazzjonali hu ta`
Lm1,049,600,000. Din ic-cifra sa Gunju kienet zdiedet Lm75,500,000 ohra fuq
is-sena ta` qabel, jigifieri zieda ta` 7.8%.



Nerga nghid, dan hu biss
id-dejn tal-Gvern! Jekk inzidu ma` dan id-dejn kollu d-dejn
tal-korporazzjonijiet u kumpaniji li jaghmel tajjeb ghalihom il-Gvern, inkluzi
t-Tarzna, l-Enemalta, il-Freeport, l-Universita, l-awtoritajiet u
l-istutituzzjonijiet kbar u zghar, il-Kunsilli Lokali, u maghhom inzidu wkoll
il-garanzija li ta l-Gvern fuq hafna rabtiet kuntrattwali tieghu stess u
tal-korporazzjonijiet tieghu, il-figura twassal ghal wahda tal-genn. Huwa stmat
li t-total tad-dejn Nazzjonali vera jaqbez sew dak kollu li Malta ddawwar
f’sena. Malta llum iddawwar aktar minn elf u hames mitt miljun fis-sena. Id-dejn
kollu ta` Malta jizboq din il-figura.

Is-Settur Privat
Issa jekk
mad-djun enormi li ghandu s-settur pubbliku nzidu wkoll id-dejn kollu li
ghandhom il-banek u s-setturi privati, il-figura tkun wahda li tistordik. Dan hu
meta jien nghid, sfurtunatament, li qed nghixu fuq buzzieqa enormi ta`
dejn!

Mhux biex ingennen lin-nies u nbezza lil min irid jinvesti, imma
biex forsi f’dan il-pajjiz tinholoq kuxjenza li pajjizna ma jistax ikollu futur
jekk jibqa ghaddej qisu mhux qieghed jiddejjen bl-addocc basta nsoddu it-toqob
tal-lum imbaghad ghada naraw.

X’Gara Band’Ohra
Min kien l-Argentina
sa ftit tas-snin ilu jaf x’qed nghid. Kont tara l-gid kullimkien. L-izvilupp ta`
bini u progetti u n-nies li ddawwar il-flus kienet tiffanfra bir-rikezzi.
Negozji jifthu u jarmaw u d-djar jizzejnu aktar u l-vjaggi u l-vaganzi jizdiedu.
Kollox kien harir, hlief li l-qafas ta` kollox kienet muntanja ta` dejn li bdiet
dejjem aktar tintefah. Is-sid ta` l-Argentina mhux gennen biss lil Argentina
izda wkoll lid-dinja. Il-flus ghal aktar djun bdew gejjn minn kullimkien. Anke
minn Malta u Ghawdex! Min gennen lil Maltin ma nafx, li naf hu li min kien
isegwi l-ekonomija internazzjonali u jaqra r-rapporti xjentifici li jircievi
kull Broker f’Malta u kullimkien, zgur li kien jaf li l-inkwiet kien wara
l-kwinti. Din tal-flus tal-Maltin fl-Argentina ghadni ma nafx kif ma gietx
investigata sew. Basta f’Malta ghanda r-Regolaturi! Inkredibbli kif
fil-Parlament taghna nitkellmu fuq kollox u dwar din il-kwistjoni kwazi
xejn.

Id-Dejn tal-Maltin
Nerga nigi ghal kaz ta` Malta. Malta tista` u
ghandha tiddejjen biex tkabbar prodott gross nazzjonali u tkattar l-investiment
u l-izvilupp. Allahares ma naghmlux hekk ghax bi flusna tal-lum biss kieku ma
naslux. Izda taghmel hazin meta tiddejjen mhux biex issostni l-investiment ghal
futur izda biex thallas l-infieq kurrenti. Hi ngustizzja kbira mal-poplu Malti
li ma jifhimx u jafda fil-politici li suppost jifhmu. Hi ngustizzja kbira ma’
l-anzjani li jkunu haddmu sewwa ghomorhom kollu u jkunu qed jistennew li
jirtiraw u jgawdu il-penzjoni ghal snin twal u li wara jsibu li flus m’hemmx, u
l-penzjonijiet daqshekk huma garantiti, u l-isptarijiet u servizzi b’xejn
m’hemmx minn fejn. Hi ngustizzja kbira maz-zghazagh li m’ghandhomx sehem u
lanqas jimpurtahom. Li qed isir hu li l-politici tal-lum jiddejnu biex
iz-zghazagh tal-lum ihallsu huma ghada. Il-movimenti taz-zghazagh qishom reqdin
ghal kollox fuq din il-kwistjoni. Messhom ilhom qed johorgu fit-toroq kontra
generazzjoni ta` politici li qed tisraqhom.

Bomba Tal-Hin
Id-dejn
nazzjonali ufficjali llum jixrob Lm72 miljun fis-sena bhala hlas ta` imghaxx.
Din ic-cifra li dejjem tikber trazznet ftit dan l-ahhar, mhux ghax naqas id-dejn
izda ghax naqsu l-imghaxxijiet bhala rata. Issa li l-imghaxxijiet regghu bdew
telghin, dawn il-hlasijiet ser jirdoppjaw – wahda ghax in-nefqa ta` l-imghax
tizdied, u l-ohra ghax id-dejn tal-Gvern dejjem jikber. Jekk niehdu mad-dejn
tal-Gvern, id-dejn l-iehor kollu ta` Malta li llum hu kalkolat li hu ta` 170%
tal-GDP ta` Malta, in-nefqa kollha li l-ekonomija Maltija qed thallas kull sena
biex tpatti ghad-dejn kollu akkumulat, twassal ghal cifra li ggennek. Jigifieri
meta jsemmulna fuq zieda fil-GDP rridu il-hin kollu inkejjlu kemm minn din
iz-zieda qed tmur biex taghmel tajjeb mhux biex thallas lura l-kapital li
ttiekel waqt li pajjizna kien qed jipproduci l-istess GDP, lanqas biex jaqta`
mid-Dejn li ghandu, izda biex jaghmel tajjeb ghaz-zieda biex ikun ikkumpensat
id-dejn. U jekk mhux bomba tal-hin li qed nistennew li tisplodi mela x’inhi
din?!

U ara ma jigix xi hadd jghid li ser tigi xi Kummisjoni Ewropeja
issolvihielna din? Mela ghamilna GDP li mhux vera li qed jikber: ma jistax
jikber bl-istrutturi tal-ekonomija li ghandna llum. Jekk mhux ser issir
restrutturar bis-serjeta` bl-istrutturi li ghandna mhux se naslu. Dwar din
haqqhom tkellmu u ftehmu l-kapijiet tal-Unions u tas-Sidien, u mhux jekk
jistrajkjawx ta’ l-ambulanzi. Il-krizi vera li qed tiffaccja Malta hadd ma jrid
jitkellem dwarha. Il-marda qeghda hemm, qed tikolna l-hin kollu, izda hadd ma
jrid isemmieha. Il-bomba tal-hin dejjem ittektek.

Krizi
X’inhi din
il-krizi? B’rata ta` zieda fid-dejn nazzjonali kollu ta` aktar minn Lm100 miljun
fis-sena jfisser li sa hames snin ohra l-ekonomija Maltija bilfors li tfalli. Xi
jfisser dan? Ifisser li xi hadd kbir minn barra ser igeghlna niehdu passi li
l-ebda Gvern Malti mhu kapaci jiehu jekk mhux ghax imgieghel. Bhal ma qed jigri
fl-Argentina. Kieku l-Argentini hadu l-passi min jeddhom, kieku ma kienx hemm
il-Fond Monetarju Internazzjonali, il-Bank Dinji u Banek Mondjali li jgeghluhom
jiehdu l-mizuri kiefra li hadu. U kiefra hi l-kelma gusta, ghax l-Argentini issa
ftaqru.

Wara L-Elezzjoni
Issa ghal wara ir-Referendum u ghal
wara l-Elezzjoni. Ikollna wahda minnn zewg xenarji.

Gvern Nazzjonalista:
Il-Gvern sa l-Elezzjoni mhux ser iross ic-cintorin. Mhux ser jirnexxielu jieqaf
milli jgholli l-pagi u jroxx u jonfoq aktar u jiddejjen aktar. Jekk jerga jitla`
mela ser isib problemi akbar. Idahhal lil Malta fl-Unjoni Ewropeja. Il-Gvern
Malti jkollu sentejn biex jintroduci l-Ewro. Il-Gvern ikun irid jaddotta
l-kriterji ekonomici ta` Maastricht. Ikollu sentejn biss biex jaghmel
l-impossibli. Ikollu jiehu bilfors mizuri tal-wahx.

Gvern Laburista: Jew
l-Unjoni Ewropeja tkun qaghtet qalbha li l-gvern Malti jkun ser jirnexxielu
jrazzan id-dejn nazzjonali u n-nefqa pubblika u d-deficit pubbliku u allura
tal-Kummissjoni Ewropea jkunu qalu lil Gvern Malti li ghalissa l-gvernijiet
tal-Ewropa Maghquda ma jridux jitwikkew b’Malta sakemm il-Gvern Malti wahdu
jirbah il-battalja ekonomika tieghu. Jew inkella d-decizjoni johodha Gvern
Laburista Gdid billi jirtira l-kandidatura ta` Malta. Il-Gvern Laburista issa
jrid jiffacja l-problema. L-IMF zgur li timponi fuq il-gvern gdid Laburista
kundizzjonijiet tal-wahx. U ahna zghar wisq biex nevitaw jew ninnegozjaw xi haga
ahjar.

Il-Morr
U x’inhuma kundizzjonijiet tal-wahx?
 Tnaqqis
fis-salarji u pagi tal-haddiema kollha tal-Gvern.
 Privatizazzjoni bla
kundizzjonijiet ta’ l-Enemalta, il-Maltacom u korporazzjonijiet ohra.

Eghluq tat-Tarznari.
 Hlasijiet fuq servizzi ta` sptarijiet.
 Qtugh
fis-servizzi socjali.
 Qtugh fil-penzjonijiet.
 Htif ta` ammonti bhala
taxxa ta` darba mill-kontijiet fil-banek.
 Zieda fl-income tax.
 Zieda
fil-VAT

Dan kollu biex fi zmien stabbilit ta` sentejn jew tlett snin
l-ekonomija Maltija tigi f’taghha u terga tibda tirranka.

Hekk tahdem
id-dinja tal-lum. Jew tiddeciedi int jew jiddeciedu ghalik.

Malta ‘l
hemm miexja. Il-bidla fid-direzzjoni trid issir
illum.

 

Ghal Wara L-Elezzjoni

Ekonomija Marida
Kull min hu serju u jaf xi haga
dwar l-ekonomija, jaf li Malta ghandha problemi serji. Kull min minna jitkellem
car u bla tlaqliq, il-magna propagandistika tal-gvern, tipprova ccekknu. Il-fatt
hu izda li l-problemi qeghdin hemm, flok jickienu qed jghin jikbru, u meta
jidhru li qed ifiequ fil-fatt ma jkunu ifiequ xejn, ikunu biss naqsu ghal ftit
is-sintomi tal-marda.

 

Il-marda ewlenija hi wahda u cara: Malta mhux
tipproduci bizzejjed biex tlahhaq ma dak kollu li tehtieg. Min ma jaqlax
bizzejjed jiddejjen u jiddejjen. Malta illum qed tghix fuq buzzieqa kbira ta`
dejn. Nittamaw li ma tisplodix bhal ma gara fl-Argentina.

Tigbid
Li
hu zgur ukoll hu li qed isir hafna tigbid biex is-sitwazzjoni mifqughha ta` dejn
twassal sa l-Elezzjoni Generali li jmiss. Minn issa sar-Referendum
il-propogandisti jghattu l-hazin anke b’argumenti tat-tfal, filwaqt li jonfhu
b’kull mod dak kollu li jidher li hu posittiv. Hi tal-misthija li f’din
il-kampanija ta` qerq qed jippartecipaw sezzjonijiet tal-media li suppost huma
serji.

Censura
Illum f’pajjizna ghandna censura li twahhax. Mhux
ic-censura diretta u stupida ta` gvern totalitarju, izda c-censura ta` sistema
ta` gvern fejn jekk iharsu lejk bl-ikrah l-awtoritajiet, maghmula tieghek, ghax
tinqata` ‘l barra minn kollox, jiccensurawk, iwarrbuk u f’certi kazi jaslu
f’estremita` li lanqas il-bozza tat-triq tieghek ma jibdluklek u jhallulek
it-triq kollha toqob. Jien mhux nghid li din hi l-politika tal-kapijiet
tal-Gvern Malti, pero`, s-sistema` llum tant hi mizghuda b’nies ta` ftit
intelligenza izda li tawhom hafna sahha, li qed iwettqu affarijiet li lis-serju
mhux biss jahsduh izda jtellfulu l-fiducja f’pajjizna. Il-Ministri, specjalment
dawk intelligenti, ghandhom jaraw li lil dawn il-papri jwarrbuhom minn
maghhom.

Fiducji
Din hi l-pjaga l-kbira l-ohra tal-lum: kemm hu vera
li l-Maltin ghad ghandhom fiducja f’pajjizna? Jissemmew il-Lm200 miljun li
l-Maltin gabru minn barra biex jiffrankaw it-taxxa wara li kienu harguhom jew
hallewhom barra bil-mohbi. Hadd ma jaf kif kienu barra, jekk hux flus maqlugha
bix-xoghol izda mwarrba biex tkun evitata t-taxxa, jew humiex flus
tal-korruzzjoni jew ta` qliegh kriminali. Kollox jista` jkun! Dawn il-flus
ingiebu ghax il-gvern ghandu bzonnhom. Inqdew it-tnejn.

Il-gvern qed
idahhal il-flus ta` taxxi extra li tant ghandu bzonn bhalissa. L-istess waqt li
c-cifri tal-Accounts Nazzjonali qed juru li dehlin flus aktar il-gewwa lejn
Malta, dawn il-flus mhux flus li jirriflettu zieda fil-produttivita` nazzjonali
jew li juru li Malta saret aktar attrajenti ghal investiment barrani. Izda min
jara l-Accounts Nazzjonali jsib li d-dhul ta` investimenti lejn Malta zdiedu u
b’hekk ikun jidher li kiber il-Prodott Gross Nazzjonali ta` pajjizna.

Dan illum hu mportanti hafna, specjalment fil-kuntest ta`
l-applikazzjoni ta` Malta biex tissieheb fl-Unjoni Ewropea. Il-figuri ta`
l-ekonomija nazzjoni huma mportanti hafna f’dan
il-kuntest.

Likwidita`
Is-sitwazzjoni fid-dinja finanzjarja tal-llum
ghenet ukoll biex nies li kellhom flus f’Bonds barranin sarfuhom fi zmien li
l-prezz tal-Bonds kien tajjeb. Meta dawn il-flus ingiebu Malta, rrangaw ukoll
zewg problemi ohra li ghandna f’pajjizna llum. L-ewwelnett, is-sitwazzjoni
finanzjarja tal-Banek. Sikwit nisimghu bl-eluf ta` miljuni ta` liri li hemm
fil-Banek Maltin. Lil min hu ntelligenti dan il-kliem ma jimpressjonah xejn ghax
li l-aktar importanti ghal Banek Kummercjali hi l-likwidita` – jigifieri kemm
ghandhom flus xi jhaddmu bi qliegh. Din is-sitwazzjoni bid-dhul ta` flus minn
barra tintlaqghet pozittivament miz-zewg nahat; min-naha wahda ghax in-nies
ikunu qed jaqilghu dejjem aktar u ghalhekk jizdiedu d-depositi; u min-naha
l-ohra, meta l-ekonomija tkun sejra tajba u l-Bank ikun jista` jislef aktar u
b’aktar qliegh, ikollu wkoll anqas kontijiet li jkorrulu ta` ditti li jfallu u
fl-istess waqt jikbru wkoll id-depositi tad-dinja tan-negozju.

Meta
l-ekonomija tkun sejra hazin ikunu aktar in-nies u n-negozji li jzidu d-dejn
taghhom mal- Banek u jkun hemm inqas minn dawk li jzidu d-depositi. Il-bank
ikollu jnaqqas ir-rati tal-imghax meta, fil-fatt ikun irid aktar qliegh u kollox
ma` kollox il-Bank jinholqulu problemi ta` likwidita`.

Jigifieri meta
l-Maltin igibu l-miljuni lura Malta jpaxxu wkoll lill-Banek. Jidhru li qed
ipaxxu wkoll lin-negozji l-kbar li ghandhom problemi ta` likwidita` u meta
l-Bank waqfilhom hargu fuq is-suq bil-Bonds – forma ta` dejn iehor, izda minflok
mill-banek jiddejnu minghand il-pubbliku.

Inxifna
X’hin taqta` l-flus
tal-Maltin li gew lura Malta izda, ftit li xejn issib li hemm progress fic-cifri
ta` l-ekonomija Maltija. Mhux hekk biss – qed jigri lill-Gvern dak li qed jigri
lill-Banek Maltin. Meta l-ekonomija tkun sejra hazin ihossuha anke l-Banek – u
issa mhux biss il-ftit kummentaturi ekonomici Maltin li jitkellmu bla tlaqliq
qed jghiduha, imma wkoll il-kummentaturi esperti mondjali. Daqstant iehor,
il-gvern imur hazin.

Ic-cifri tal-Gvern juru li d-dhul qed jinxef u
l-infieq u d-dejn tilghin ghax hu minn awl id-dinja li l-ewwel il-gvern ghasar u
rass lil kulhadd biex gabar illum dak li ma gabrux ta` qabblu fis-snin li
ghaddew. Matul dawn l-ahhar ftit snin li ghaddew il-gvern iddandan bil-flus li
gabar darba wahda – ghax rass kemm felah biex min kellu jaghti ta. Issa barra
l-ftit li baqalu x’jigbor minn tal-bierah, l-gvern ftit baqalu fuq xhiex
idur.Ghalhekk issa l-Gvern waqa` f’din in-nixfa: ghax jew bilfors jaqta`
bil-kbir n-nefqa pubblika jew izid it-taxxi fuq il-poplu, jew inkella jibqa`
jkabbar il-ferita tad-deficit u jkompli jonfoh il-buzzieqa tad-dejn nazzjonali.

It-Taxxi fuq il-Maltin
F’Malta llum mhux facli li l-gvern izid aktar
taxxi fuq il-Maltin. Il-Maltin diga huma fost l-aktar intaxxati fl-Ewropa.
Kulhadd; haddiema, sidien u min imexxi. Dan jixhduh il-figuri u t-tax compliance
rates ta` Malta li llum huma fost l-ghola fid-dinja. Min insista biex il-Maltin
jitnixfu minn flushom issa ghandu biex jifrah. Li ntaxxaw lil dawk li qatt ma
hallsu taxxa kien pass ghaqli, izda illum tnixxef kulhadd.

It-taxxi li
llum qed jigbor minn fuq il-Maltin huma d-doppju li kien idahhal il-gvern sitt
snin ilu. Suppost li issa l-gvern kellu jibda jnaqqsilna t-taxxi – hekk qalulna
– ser jiehdu minghand min qatt ma hallas biex lil min dejjem hallas jibdew
inaqqsulu. Il-pjan kien li sa l-Elezzjoni jibdew inaqqsu t-taxxi wara li jsolvu
l-problema tad-deficit. Dan il-pjan izda jidher li
sfaxxa.

L-ekonomija
Biex il-gvern inaqqas it-taxxi, l-ekonomija trid
tkun sejra tajjeb. Meta l-ekonomija tkun sejra tajjeb, in-nies ikollha aktar
flus fil-but, tonfoq aktar, iggemma aktar, tixtri aktar u r-ritmu ekonomiku
dejjem jikber. Meta l-affarijiet ikunu sejrin hziena, ic-cirku jahdem
bil-maqlub! Il-gvern illum ma jistax izid il-qliegh mit-taxxi meta tant negozji
qed jitilfuh. Meta l-bejgh niezel u l-VAT marbuta mal-bejgh. Meta
l-importazzjoni niezla u d-dazju marbuta mal-importazzjoni. Meta l-esportazzjoni
niezla u z-zieda fil-pagi marbuta ma zieda fl-esportazzjoni u bla zieda fil-pagi
m’hemmx zieda fit-taxxi. It-taxxi izzidhom minn fuq in-nies li qed jaqilghu
aktar u minn fuq negozji li jaqilghu mhux minn fuq min qed jaqla` anqas kif qed
isir illum. Tiftakruha “There’s a hole in the bucket”? Hekk tahdem
l-ekonomija.

Issa Ghall-Elezzjoni
In-nefqa kull sena fuq id-dejn
nazzjonali dejjem tizdied u n-nefqa pubblika qed tkompli dejjem tesplodi,
bil-konsegwenza li d-dejn nazzjonali bhala total qieghed ikompli jikber biex
jaghmel tajjeb ghall-Budget Deficit, li dejjem jitwessa. “It’s the economy,
stupid!” kienu qalulu lill-president Clinton. Jigifieri hu hsieb l-ekonomija u
l-kumplament jigi wahdu. Hu hsieb l-ekonomija u l-problemi l-ohra jsolvu ruhhom.

Pero` issa cara daqs il-kristall: inwasslu sa l-Elezzjoni u wara l-bombi
– miskin hu min ikun Prim Ministru u Ministru tal-Finanzi fis-sena 2004.

Il-Gwerra l-kbira li d-dinja qed titlef

Barcellona 2002
Il-Gimgha saret laqgha internazzjonali
importanti hafna fejn xjentisti, ricerkaturi u attivisti iltaqghu f’Barcellona,
Spanja fl-International AIDS Conference. Fl-20 sena li din il-marda giet
rikonoxxuta diga mietu 20 miljun ruh. Il-Conferences fuq l-AIDS huma fil-fatt
Kunsill tal-Gwerra iktar milli laqghat xjentifici. Din ta` Barcellona kienet
l-14 il-Kunsill ta` Gwerra dwar din il-marda qerrieda.

 


Dinja
Mifnija
Aktar minn 40 miljun ruh huma infettati bl-HIV, il-virus tal-marda
qerrieda AIDS. Kif ghidt, aktar minn 20 miljun, diga mietu. Ma 3 miljun ruh ser
imutu fit-12 il-xahar li gejjin. Dan ifisser li 9,000 ruh, mewta kulljum – tlett
darbie aktar milli mietu fl-attak fuq il-World Trade Centre f’Settembru li
ghadda. Kull jum li jghaddi, 15, 000 ruh ohra qed ikunu infettati. Jekk mhu ser
isir xejn bis-serjeta`, dawn kollha jmutu wkoll. L-AIDS hi marda li tahsad
lin-nies fl-aqwa ta` hajjithom aktar milli fl-ahhar
tax-xjuhija.

Il-bniedem malajr iwiegeb ghall-imwiet u l-hruxija ikkawzati
mill-qerda u l-kefrija tal-bnedmin. Hekk gara wara l-hruxija li rajna
fl-ex-jugoslavia u wara l-imwiet tat-Twin Towers. Izda meta l-imwiet ikunu
ikkawzati minn natura ir-reazzjoni tkun kawta u tiehu fit-tul. Min jemmen li
l-bnedmin kollha huma mahluqa indaqs, ghandu wkoll jara lil-bnedmin kollha wkoll
ghandu dritt li jghixu u kull mewt li tista` tigi evitata ghandha tkun evitata.
L-AIDS qed toqtol tant nies u l-fatti li l-figuri dejjem jikbru, jidher bic-car
li azzjoni serja biex tintgheleb din il-marda kiefra ghanha ma
ttiehditx.

Lill-Fqar tad-Dinja
L-AIDS toqtol l-aktar fil-pajjizi
l-aktar fqar tad-dinja. Il-Gvernijiet tal-pajjizi l-fqar bilfors li jridu
jghamlu hafna u hafna aktar biex jeqirdu dan il-mingell kiefer tal-mewt
f’pajjizhom. Dinn il-qerda ma tintghelibx billi dawn il-pajjixi jitkarrbu biss
ghal aktar ghajnuna minghand is-sinjuri. L-ghajnuna tiswa, izdal-isforz il-kbir
irid isir minnnhom. Il-pajjizi sinjuri jridu bilfors jizguraw li l-medicini
jaslu lil dawn il-pajjixi bil-prezzijiet li jistghu jaffordjawhom. Pero` mhux
kwistjoni biss ta` medicina. Kieku fil-pajjixi li l-aktar li jaffordjaw
medicini, l-AIDS inqerdet. Fil-verita` anke f’dawn il-pajjizi l-qerda qed
tizdied.

L-Ghar
L-aktar pajjizi infettati llum huma fl-Afrika. F’certi
pajjizi sa 30% tal-popolazzjoni hi nfettata, f’x’uhud minnhom anzi lahqet l-40%
ta` l-adulti u r-rata dejjem qed tizdied. Biza bhal din li baqa` nies fid-dinja
sinjura tal-punent li mhux qed ihabblu rashom, anzi qishom qatghu mill-Afrika.
Pero` l-problema hi enormi wkoll fic-Cina, fl-India, fl-Indonisja u fir-Russja.
X’ser jaghmlu dawn il-pajjizi sinjuri, jaqtghu jieshom wkoll minnn dawn
il-pajjizi? Qiesu jistghu ma jezistux aktar.

Fil-Fond
Fost
il-pajjizi mgarrba bil-kbir hemm dawk bl-akbar popolazzjoni fid-dinja. Fl-India
biss qisu li hemm 4 miljuni infettati. Fic-Cina hemm aktar. Fl-Indonesja
l-prostituzzjoni hi l-karru ta` l-infezzjoni. Fir-Russja it-titqib tad-droga.
Fir-Russja jikkalkulaw li hemm 5 miljuni infettati u 4 miljuni minnhom ghandhom
l-AIDS. X’uhud minnn dawn il-pajjizi bi tragedja ta` dan il-qies ghadhom lanqas
stenbhu ghall-problema enormi li ghandhom u ghat-theddida li qed joffru
lid-dinja. Ma jistghux jiggildulha b’determinazzjoni jekk lanqas biss ghadhom
ammettew l-kobor tal-ghadu li ghandhom f’nofshom. Din hi wkoll problema
mondjali. Ghad hawn wisq pajjizi li qishom jibzghu jammettu li ghandhom problemi
u li l-marda qed tirkbilhom proporzjon dejjem ghola tal-proporzjon
taghhom.

Fond Mondjali
Dan l-ahhar inholoq Fond Mondjali bil-ghan li
din il-marda tkun kumbattuta ahjar. Ghal darb’ohra dan il-Fond jiddependi
l-aktar mill-Amerika li hi l-akbar kontributur. Il-USA thallas bhala proporzjon
dak li hu dovut minnhom skond il-proporzjoni ta` rikkezza li ghandha b’paragun
mal-pajjizi l-ohra imbaghad isegwi l-linja tal-Amerika. Jigifieri jekk l-Amerika
toghlli l-proporzjon tal-GDP li titfa fil-fond l-ohrajn jghollu taghhom wkoll.
Zgur li biex tintrebah din il-gwerra huma bzonn ta` fondi kbar
immens.

Infieq
L-importanti izda li l-infieq isir sewwa. Din hi
problema kbira tal-fondi kollha immirata biex isolvu l-problemi li qed tiffacja
l-umanita` fil-bidu tat-tielet millenju. Iridi isir hafna u hafna infieq
bil-ghaqal specjalment fost it-tfajliet fil-pajjizi l-aktar milquta biex ikun
hemm edukazzjoni, l-aktar ekukazzjoni sesswali hafna akbar milli jezisti illum.
Irid isir hafna u hafna infieq aktar u b’hafna efficjenza fuq l-istrutturi
tas-sahha b’aktar bini ta` klinici, apparat ghat-tobba u l-holqien ta` strutturi
biex jitwasslu l-medicini. Irid isir aktar infieq fuq kollox biex tinstab
is-soluzzjoni ta` vaccin effettiv. Il-pajjizi l-foqra fuq kollox iridu jaghmlu
bhal ma ghamel il-Brazil. Dan il-pajjiz qabez il-kartelli mondjali tal-medicini
u beda jixtri medicini b’irhis minn fejn beda jsib. Ma baqghax marbut mal-hafna
patients li kien qed izomm il-prezz tal-medicini m’ghola s-smewwiet. Dan waqt li
n-neies kienu qed imutu ghax ma kienux jaffordjawhom. Il-Brazil ta ezempju
lill-kapitalisti li jiddominaw il-medicini li l-hajja tigi
l-ewwel.

Gwerra
Fid-dinja nisimghu b’hafna gwerrer. Isir hafna storbju
fuq spluzjoni l’hawn u spluzjoni l’hemm. Wara t-tragedja tat-Twin Towers
l-Amerika nefqet il-biljuni bla kontrol biex fethet gwerra lit-terrorizmu.
Il-mingel tat-terrorizmu hu kiefer u qerried. Izda hdejn il-mingel tal-AIDS mhu
xejn. Id-dinja ghad baqghala flagelli kbar ohra li jeqirdu l-miljuni bhal
taberculosis u l-malaria. Izda l-qerda l-kbira hi l-AIDS. Aktar minn nofs l-10,
000 miljun dollaru li kull sena jidhlu fil-Fond Mondjali jmorru fil-gwerra
kontra l-AIDS. Xorta wahda l-gwerra m’hiex tintrebah. 3 miljuni qed imutu
fis-sena. Il-flus li qed jintefqu mhux bizzejjed ghax din il-figura flok li
tonqos qed tizdied. Id-dinja taffordja twarrab aktar flus biex din il-gwerra
tintrebah. Iz-zmien hu kontrina. Din hi gwerra li n-nies tad-dinja jridu jirbhu
aktar milli l-gvernijiet. Ta` fuq dejjem jehilsuha. L-istess is-sinjur. Huma
l-fqar tad-dinja , dawk li jridu minn haddiehor li jlaqtuha l-aktar. Izda marda
li ssir pesta jekk ma tintrebahx tirbah hi, fuq kullhadd. Ghalhekk
l-urgenza.

 

Is-Sidien Inkwetati

Katina Wahda
Dan l-ahhar qamet kontroversja gmielha dwar
il-proposti li nghataw pubblicita` u li originaw mill-ghaqdiet ta` min ihaddem.
Tajjeb forsi li nharsu lejn il-qafas li dwarhom tkellmu dawk li jirraprezentaw
lis-sidien.

 


L-employers l-ewwelnett ghamluha cara li hadd mill-ghaqdiet
ufficjali li jirrapprezentaw lis-sidien mhu kontra li ‘l haddiema jitkattrulhom
il-kundizzjonijiet tax-xoghol u l-istandard of living taghhom u dan bhala
process kontinwu. Il-bicca l-kbira tal-intraprizi Maltin iridu lkoll mis-suq
lokali u zgur li ma jistghux jimmaginaw illi jkollhom anqas flus fil-but jew
anqas ambizzjonijiet jew anqas hajra li jghollu l-istandard of living taghhom.
L-ekonomija hi katina. Is-sid irid jirsisti u jrid jkun kompettitiv, inkella ma
jimxix. Izda l-haddiem irid imexxi x-xoghol u eventwalment hu l-individwu li
jrid isostni l-ekonomija. Jekk dan ic-cirku ma jahdimx, ekonomija moderna
tistghagna. Dan li jfisser ekonomija tas-suq – rota li trid tibqa` ddur bla hadd
ma jzommha – produzzjoni – qliegh ta` flus – bejgh – xiri – infiq – tfaddil –
investiment – produzzjoni, u nergghu bl-istess ciklu.

Stharrig

L-ahhar stharrig li sar mill-European Foundation fuq il-kundizzjonijiet
tax-xoghol fil-pajjizi kandidati ghas-shubija fl-Unjoni Ewropea wera li
l-kundizzjonijiet tal-haddiem Malti huma ahjar minn dawk tal-pajjizi applikanti
l-ohra. Hafna minn dawn il-pajjizi hargu minn sistemi kommunisti fejn suppost
il-haddiem kien jigi l-ewwel. F’Malta min ihaddem u t-Trade Unions ghandhom
ihossuhom sodisfatti li, bin-nuqqasijiet kollha u l-limitazzjonijiet kollha
taghna, pajjizna ghandu biex ikun sodisfatt. Min ihaddem jirraguna li l-qofol
ta` aktar progress hija l-produttivita` tal-Maltin.

Il-Ligi l-Gdida
tax-Xoghol
L-aktar li ssemmiet din il-ligi hi ghal fatt li l-Unions qed
ihossuhom tnaqqsilhom id-dritt li jezercitaw il-waqfien mix-xoghol tal-haddiema
meta dawn ikunu qed isegwu kwistjoni li tolqot l-ghixien jew il-kundizzjonijiet
tax-xoghol taghhom. Il-Unions qed isostnu li dak li qed isir f’Malta mhux
konformi ma dak li huwa accettat mill-Organizazzjoni Dinjija tax-Xoghol
l-ILO.

Mill-banda l-ohra, min ihaddem aktar qed ihares lejn it-tieni
parti tal-ligi. Il-ligi l-gdida tghaqqad flimkien dik li qabel kienet il-Ligi
dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali ma` dik li kienet il-Ligi li tirregola
l-Kundizzjonijet tax-Xoghol. Min ihaddem qed isostni li l-Ligi li tirregola
l-Kundizzjonijiet tax-Xoghol qed tghabbi wisq pizijiet ohra fuq min ihaddem u li
setghu gew evitati. Il-GRTU, li ghal fini tal-Ligi, kif inhi u kif ser tibqa`,
ma tistax hlief tirregistra bhala ghaqda tas-sidien, issostni li n-negozji
z-zghar qed jigu trattati daqs il-kbar u ghalhekk tghid li l-Ligi tax-Xoghol
il-Gdida hija ahbar hazina ghall-intraprizi z-zghar Maltin.

Il-GRTU u
l-Ligi l-Gdida tax-Xoghol
Il-GRTU ssostni li meta l-ligi titfa fl-istess
keffa lil ST Microelectronics u lill-hanut zghir li fih jahdmu r-ragel, martu u
bintu, mhix qed tkun gusta. Pajjizi ohra jiddistingwu b’mod car bejn intrapriza
tal-familja, jew entrapriza zghira, u l-intrapriza l-kbira fejn hemm numru ta`
haddiema suggetti ghal ftehim kollettiv. It-Taljani ghadhom kemm qablu li l-ligi
tax-xoghol tibqa` tezenta lill-intraprizi z-zghar. Dan fid-dawl ukoll
tac-Charter Ewropew tal-Intraprizi z-Zghar.

Izda mhux f’Malta. Il-GRTU
ssostni li l-Ministru Gonzi injora ghal kollox il-proposti tal-GRTU qisu
l-Kabinett li minnnu jaghmel parti hu mhux l-istess wiehed li rattifika
d-dikjarazzjoni ta` l-Unjoni Ewropea ta` Feiera (2000) u dik ta` Maribor (2002)
dwar in-negozji z-zghar. Dwar dan, il-GRTU, diga qed taghmel lobbying fi
Brussell biex dak li ntrabat mieghu l-Gvern Malti, jwettqu u mhux jiffirma haga
u jaghmel ohra.

Il-Proposti tas-Sidien
Il-pakkett tal-proposti li
mieghu qablu l-ghaqdiet kollha li jirraprezentaw lis-sidien, kbar u zghar u minn
kull settur, mhux xi babaw. Wiehed jifhem li l-Unions harsu lejn x’uhud minn
dawn il-proposti bl-ikrah, izda ohrajn m’humiex ta` barra minn hawn. Forsi kien
jaghmel aktar sens li kieku s-sidien u t-trade unions resqu ghand il-Gvern
b’talba komuni biex filwaqt li jdahhal ir-riformi, johloq ukoll il-fondi u
l-kotroproposti biex l-intrapriza ma titghabbiex b’pizijiet zejda li johonquha.
F’pajjizna sfortunatament izda hekk ghadna, immorru ghas-superlattiv, fejn
nistghu nghidu ma joghgobnix, nghidu, disastru. Flimkien, fi front wiehed naslu
aktar biex insalvaw l-intraprizi Maltin. Bil-konfront ma zgur

Naraw ftit
x’inhu jinghad.

Occupational Health & Safety
Min ihaddem jaqbel li
l-istandards tas-sahha u s-sigurta` fuq il-post tax-xoghol ghandhom joghlew. Li
ma jaqblux fuqu hu dwar min ser ihallas il-prezz. Min ihaddem, ma jridx li
jhallas kollox hu. Is-sidien ighidu li hafna milli qed jigi propost m’hemmx
bzonnnu u m’ghandniex f’pajjizna nikkupjaw dak kollu li jghodd ghal barra fejn
ic-cirkustanzi huma ferm differenti.

Min ihaddem isostni wkoll li certi
spejjez ikunu koperti meta intrapriza tista` tifrex il-kont fuq firxa wiesgha
ta` klijenti. Izda f’Malta, f’hafna cirkostanzi, s-suq hu ckejken wisq u n-nefqa
qed tkun proporzjonalment ghola milli hi fuq intrapriza barra minn Malta fejn
is-suq hu ikbar. Ir-risposta li min ma jiflahx ghaz-zieda fl-ispejjez ghandu
jaghlaq jew jaqbad linja ohra, mhix gusta la mas-sid ta` l-intrapriza li jkun
investa flusu, li f’hafna kazi jkun l-uniku xoghol li l-familja tieghu dejjem
ghamlu. Mhux facli li jaqbad u jaghlaq u jiftah xi negozju iehor, u lanqas mhi
gusta mal-haddiema ta` l-intrapriza. Mhux facli ghall-haddiema, li f’hafna kazi
jkun ilhom jahdmu ma` sidhom is-snin u jkun ukoll l-uniku xoghol li jafu
jaghmlu, meta l-intrapriza taghhom tigi mgieghla taghlaq, li jsibu xoghol iehor,
l-aktar meta jkunu haddiema ta` certa eta`. Wiehed ghalhekk jaghmel zball li
dwar jghaggel u jasal malajr ghal konkluzjoni dwar is-sahha u
s-sigurta’.

Jien rajt hafna postijiet tax-xoghol fejn l-affarijiet vera
mhux qeghdin sewwa. Izda bi ftit ghajnuna dawn ikunu jistghu jitrangaw, minghajr
ma jsiru l-investimenti godda li hafna drabi jkunu mposti milll-esperti, inkella
l-intrapriza tigi mgieghlha taghlaq. Jien dejjem insostni li min jifhem kemm hu
difficli li tohloq post tax-xoghol f’pajjizna m’ghandu qatt igieghel li jintilef
anke post wiehed tax-xoghol.

Riforma fis-sigurta’ socjali
Min ihaddem
jitkellem wkoll dwar ir-riformi fis-sigurta’ socjali li issa ilna nitkellmu
dwarhom snin, izda li qatt ma sar xejn fuqhom. Waqt li mhu qed isir xejn,
id-differenza bejn dak li jdahhal il-Gvern biex ikopri is-servizzi socjali u
l-programmi tas-sigurta’ socjali u skemijiet ohra, u dak li johrog bhala
hlasijiet, qieghed dejjem jikber. Il-ligi l-gdida tax-xoghol mhux talli ma
tissugerixxi xejn kif din id-differenza tinghalaq, talli qed tkompli twessa`
il-ferita.

Kontro-Proposti
L-ghaqdiet ta’ min ihaddem ghamlu numru
ta` proposti kif in-nefqa li ser igorru s-sidien b’rizultat tal-Ligi l-Gdida
tax-Xoghol tonqos. Is-sidien jitkellmu dwar il-kwistjoni tal-festi pubblici li
jaqghu fil-weekends. Min ihaddem isostni li Malta tinsab fl-ghola livell
fl-Ewropea, bi 38 gurnata btala, li jigbru fihom il-btajjel pubblici u
l-l-granet l-ohra intitolati ghalihom il-haddiema skond il-ligi. L-unika pajjiz
li jgawdi l-istess numru ta’ btajjel huwa l-Awstrija. Madanakollu, meta wiehed
iqabbel iz-zewg pajjizi, zgur li Malta mhix sinjura daqs l-Awstrija. L-Olandizi
ghandhom biss 28 gurnata. L-istess l-Inglizi. L-Irlanda ghandha 29 gurnata ,
il-Belgju 30, u ahna 38 jum.

Meta Jittiehed il-Leave
Min ihaddem
joggezzjona li meta wiehed jiehu zmien fit-tul barra mix-xoghol, bhal fi
kwistjonijiet ta’ studju, paternita’ jew maternita’, mard fit-tul u cirkostanzi
bhal dawn, il-leave intitolat bil-ligi m’ghandux jibqa` fis-sehh. Min ihaddem
isostni li l-leave hu biex wiehed jaqta` mir-rutina tax-xoghol u mhux biex izid
mal-granet li jkun barra mix-xoghol. Dawn problemi jkissru lill-intraprizi,
aktar u aktar, dawk zghar. Ghax meta haddiem ikun wiehed minn elf, il-post
tax-xoghol ma tantx ihossu, izda meta haddiem ikun wiehed minn tnejn jew tlieta,
l-intrapriza tissallab. Ghalhekk wiehed ried jara l-proposti xi jfissru u mhux
issir generalizazzjoni b’daqqa ta` pinna.

Pizijiet Fuq
l-Intraprizi
Port u Trasport: Min ihaddem isostni li l-Gvern kellu jkejjel
il-piz li qed jaghbbu fuq l-intraprizi u jaghmel tajjeb ghal dawn l-ispejjez
zejjieda billi jintroduci wkoll riformi ohra li ghandhom l-intraprizi. Fost
il-pizijiet li jkiddu l-intraprizi hemm dawn; fil-kaz tan-negozji li jesportaw
din in-inefqa jehluha darbtejn; meta jimpurtaw l-materja prima u meta
jesportawha.

Dawl u Ilma: Il-kontijiet ta` l-intraprizi Maltin huma
esagerati hdejn dawk ta’ kompetituri barranin.

It-Taxxi: Il-piz tat-taxxi
fuq l-intraprizi u d-domandi kontinwi mill-awtoritajiet tat-taxxi ghal hlasijiet
minn quddiem issa saru enormi. L-istatistka turi li l-piz fuq is-sidien qieghed
dejjem joghla u dan meta l-profitti, settur b’settur, dejjem nezlin. Sar sew li
l-evazjoni bdiet tigi miggielda ghax ma kienx sewwa li min ihallas u min jevadi.
Pero r-rati gholjin li kellna qabel kienu hekk ghax il-Gvern kien jikkalkula li
mhux ser idahhal kollox. Issa li l-compliance hu ta` livell gholi hafna,
it-taxxi fuq l-intrapriza ghandhom jitnaqqsu.

Sidien
Imdejqa
Is-Sidien illum ihossu li l-Gvern mhux qed jaghti kashom.
Decizjonijiet ma jittiehdux u t-talbiet taghhom huma injorati. Pajjiz li ghandu
l-ekonomija tieghu ghan-nizla ma jistax ikollu sidien ta` l-intraprizi mghaffgin
u mdejqin. Il-prezz ta` dan ser inhallsuh ilkoll jekk min jikmanda ma
jistenbahx.

Jehzienu r-Relazzjonijiet Bejn Malta u l-Amerika


 

Wara l-Indipendenza
Bhalissa r-relazzjonijiet ta` Malta ma’
l-Amerikani huma probabilment fl-aghar livell li qatt kienu fi tletin sena.
Verament l-uniku perjodu li r-relazzjonijiet kienu ta` l-ghola livell kien fi
zmien Dr George Borg Olivier fl-ewwel snin ta` wara l-Indipendenza. F’dak
iz-zmien Malta, ghalkemm indipendenti, kienet ghadha bazi ta` l-Inglizi u
tan-NATO, bin-NATO jokkupaw l-Ewropa Center il-Furjana u jmexxu
l-operazzjonijiet militari fil-Mediterran minn Malta. L-Amerikani effettivament
kellhom l-uzu tal-facilitajiet ta` Malta fic-centru tal-Mediterran b’xejn.
Il-vapuri navali Amerikani kienu jnizzlu l-bahrin l-art bl-uniformi u ghalihom
Malta kienet qisha bazi taghhom. Mhux ta` b’xejn li kienu ferhanin. Illum
l-istampa hi hafna u hafna differenti. L-Amerikani qeghdin kwazi jhossu li Malta
saret ostili ghalihom. Dan meta Malta ghandha fil-gvern politici ferm u ferm
differenti minn dawk ta` tletin sena ilu.




Zmien Mintoff
Ma jfissirx li
illum qeghdin aghar minn zmien l-ewwel snin ta` Dom Mintoff. Dakinhar zgur konna
hazin f’ghajn l-Amerikani. Mintoff kien baghat ‘il barra minn Malta lill-General
Birindelli, kap tan-NATO f’Malta, kecca lill-Gvernatur Generali Ingliz li kien
il-kustodju tal-ftehim bejn Malta u l-Ingilterra li kien jaghti d-drittijiet
lill-Inglizi u lin-NATO li juzaw il-facilitajiet kollha ta` Malta. Waqqaf wkoll
il-kuntratt li d-ditta Amerikana Westinghouse kellha mal-Gvern Malti ghal
fornitura ta` mpjanti ta` disalinazzjoni ta’ l-ilma bahar. Kien hawn ukoll
problemi li wasslu ghall-gheluq tal-kumpanija b’investiment Amerikan Phoenix li
kienet topera barra l-Mosta. L-Amerikani ma dahhlux aktar bastimenti f’Malta
matul il-perjodu kollu li dam il-partit Laburista fil-Gvern, ghaliex l-uzu
tal-bazi militari f’Malta u l-facilitajiet Maltin kienu ristretti biss
ghall-Inglizi. Wara l-1979, imbaghad, il-bazi inghalqet u d-dhul tal-militari,
twaqqaf.

Investiment Amerikani
L-attivita` Amerikana ta` natura
kummercjali li ngieghbet f’Malta fi zmien Dr. Borg Olivier kienet tikkonsisti
fil-licenzji tal-Hilton Hotel u tax-Sheraton Hotel, li dak iz-zmien kienu
pilastri ewlenin fil-qasam tal-lukandi. Dawn taw lil Malta hafna prestigju
fil-qasam tat-Turizmu. Mill-industrija tal-jeans giet id-ditta tar-Wrangler.
Wara infethet f’Malta l-Iskola Amerikana li ghal bidu kienet l-American
University of Cairo. Sar arrangament interessanti li bih kienu jingiebu
l-Amerikani li jahdmu fil-kumpaniji taz-zejt fl-Iran li kienu jigu hawn fejn
kienu jghixu l-familji taghhom waqt li l-irgiel kienu l-Iran jew fuq ir-rigs ta`
thaffir ghaz-zejt.

Matul il-perjodu tal-Gvern Laburista saru hafna sforzi
biex jingieb investiment Amerikan f’Malta u kienu hafna l-Amerikani ta` origini
Maltija li rritornaw f’Malta u nvestew f’pajjizna. Izda investiment barrani
dirett mill-Amerika ma giex. Fethet fabbrika ta` sidien Amerikani izda ghaddew
minn band’ohra. Probabbli li kieku gew bhala investiment dirett amerikan kienu
jkunu skoraggati. Kellna wkoll il-miljuni li nefqu f’Malta mill-kumpaniji kbar
bhal Texaco li hadu licenzja ghat-thaffir taz-zejt u hafna xoghol kummercjali
importanti ta` tiswijiet fit-tarzna. Intrebhu kuntratti kbar u fit-tul ghal
industrija tal-esportazzjoni li gawdew mill-pakket specjali ta` helsien
mid-dazji fis-swieq Amerikani.

Accettazjoni
Hekk kif beda ghaddej
iz-zmien, l-Amerikani accettaw ir-rwol ta` Malta bhala pajjiz newtrali
fil-Mediterran li nehha l-entuzjazmu lejn in-Nato, l-Amerikani u Izrael li kienu
jezistu fiz-zmien ta` Dr Borg Olivier. Dahal minflok realizmu gdid li kien
accettat mill-Amerikani, izda mhux b’entuzjazmu. Ghall-Amerikani Malta
effettivament kienet mitlufa. In-nuqqas ta` entuzjazmu mill-Amerikani lejn Malta
deher kontinwament, kien min kien fil-Gvern. Kien hemm arrangament dwar ghajnuna
teknika u provediment ta` apparat lill-forzi armati u lill-Ministeru
tal-Kostruzzjoni. F’certu zmien kien hemm anke assisstenza ta` ikel. Izda
verament, jekk tiehu l-perjodu kollu minn Mintoff sa Dr Fenech Adami,
l-Amerikani ftit ghamlu f’Malta aktar mill-minimu necessarju. Il-Gvern ta` Dr
Fenech Adami biddel ftit l-orjentament u dan kien apprezzat. Izda, rizultati
ftit rajna. Regghu bdew jigu l-vapuri Amerikani, saru xi nvestimenti zghar, bdew
dehlin aktar cruiseliners, zdiedu bi ftit it-turisti, izda bidla verament kbira
li wiehed seta` jiftahar biha, xejn. Ghall-Amerikani, Malta newtrali ma kinitx
ta` interess.

Il-Vapuri Amerikani
F’dawn l-ahhar snin l-Amerikani
qishom ippruvaw jaghmlu aktar. Il-wasla tal-vapuri navali Amerikani ghat-tiswija
fit-tarzna kien pass importanti. L-Amerikani izda qishom hassew li wara li
l-Gvern Malti intefa` b’ruhu u b’ gismu biex jirbah is-shubija fl-Unjoni
Ewropeja billi joghgob lill-Unjoni Ewropeja f’kollox, lill-Amerikani il-Gvern
Malti tilef l-interessi fihom u ma tantx tahom importanza. Wara l-hafna storbju
u daqq tat-trombi meta dahal il-vapur navali USS La Salle ghat-tiswija
fit-tarzna, dahal it-tieni wiehed. Izda dan zammewh tista tghid sotto-voce. Din
ma tantx nizlet tajjeb ma` l-Amerikani ghax qisu ta` haddiehor ifuh u taghhom
le. Fuq kollox izda l-Amerikani wkoll inhassdu mhux ftit meta nbiegh il-Mid Med
Bank. Kien bank Amerikan ewlieni c-Chase Manhattan Bank li fassal l-istrategija
ghal Malta ghal liberalizazzjoni finanzjarja f’Malta u ghat-twaqqif tac-Centru
Finanzjarju. Izda meta l-Gvern Malti gie biex jipprivatizza l-akbar bank
kummercjali f’Malta, l-Amerikani thallew barra. Il-bejgh lill-HSBC sar baxx baxx
u minn wara dahar kullhadd qisu li ma jmurx johrog xi bank Amerikan joffri aktar
u jehodulhom. Din halliet toghma qarsa hafna fic-Centri Finanzjarji Amerikani
ghax hi mgieba li tixbah aktar lil dik ta` gvern tat-tielet dinja milli ta`
pajjiz b’reputazzjoni bankarja gholja bhal ma hi dik ta` Malta.

L-Amerikani illum jibzghu li l-Bank of Valletta jispicca l-istess.
Jinbiegh jigifieri baxx baxx u mhux lill-Amerikani. Il-kustjoni tal-Posta
taghthom gewwa wkoll . X’jigifieri l-Posta Nazzjonali ta` Malta tinbieh bla
avviz internazzjonali? L-Amerikani qed jithassbu wkoll dwar il-Free Port. Qed
jinghad hafna dwar il-Free Port izda jidher li l-Amerikani m’humiex ippreferuti.
Jidher l-istess ghal Maltacom u ghall-Go Mobile. Ta` l-ahhar ma tistghax tkampa
bla strategic partner izda l-ghazla m’hiex immirata lejn l-USA.

L-aktar
li taghthom gewwa izda kienet l-kwistjoni tal-Malta International Airport. F’dan
il-kaz mhux biss sar diskors ma ditti Amerikani; izda saru n-negozzjati u
l-Amerikani intaghzlu. Wara sabu li tintghazel f’Malta ma jfisser xejn. Xorta
wahda l-Gvern Malti jista jaqlibilek. Titkellem ma min titkellem mill-Amerika u
li gej mill-qasam tan-negozju jew tal-finanzi, kollha jghidulek li
r-reputazzjoni ta` malta hadet diskata nobis. Isemmu wkoll lin-nies li f’Malta
jikkmandaw u jqisuhom responsabbli ta` dan kollu.

Ciao Boeing
Izda dak
li jitfa` r-relazzjonijiet ta` Malta fil-friza hu dak li gara fl-Air Malta.
L-Air Malta sa mill-bidu nett kienet meqjusa bhala Boeing Company. Air Malta
speccjalizzat fil-Boeing sa mill-bidu tat-twaqqif taghha u kienet storja ta`
success. Il-Gvern Malti beda jdawwar ir-rotta izda hekk kif in-namur ma`
Brussels kien qed jizdied. Kien jidher car it-thaddim ta` pjan li jizloga l-Air
Malta b’xiri ta` ajruplani Ewropej meta kull parir li kellha kien jghid li
strategikament ma kienx jaghmel sens li kumpanija zghira bhall-Air Malta jkollha
tahlita ta` ajruplani ghax l-ispejjez jitilghu mmens.

L-istrategija
kienet cara izda li l-ewwel inaqqru ftit ftit u fl-ahhar jaqilbu mill-Amerikani
ghal Ewropej. L-Amerikani hassewha gejja din.

Ghall-Amerikani
specjalment ghall-Gvern tal-President George W Bush, l-Boeing mhux sempliciment
kumpanija ohra Amerikana, izda qisha bicca mill-patrimonju nazzjonali Amerikan.
Kienet miktuba u grat. Wara li l-Gvern Malti inkiena quddiem Brussels u xtara
numru ta` ajruplani mill-Ewropa u pprefera li jghati l-Ajruport Internazzjonali
lill-Ewropej kien jidher car li issa kien imiss li tinqala ‘l barra d-ditta
Boeing. Dan meta mill-Unjoni Ewropeja ghadna ma hadna xejn. L-Air malta issa
habbret li ser tabbanduna lil Boeing. Din bla dubju hi l-akbar daqqa li l-USA
laqtet f’Malta minn Mintoff ‘l hawn.

Reazzjoni
Il-mistoqsija hi meta
qed jitkellmu fuq globalizazzjoni, investiment dirett barrani u rwol
internazzjonali ghal pajjizna, nistghu minn issa nibdew nisfnu b’mod daqshekk
car ghad-daqq ta` Brussels? Jezistu l-argumenti sodi ekonomici u politici li
jiggustifikaw il-mod kif pajjizna qed jitratta lill Amerikani? Il-Gvern Malti hu
zgur li l-gvern tal-President George W Bush ma jirritaljax bhal ma ghamel
kullimkien kull fejn l-interessi tad-ditti l-kbar Amerikani intrifsu.

Jew jezisti disinn iehor, ndahhlu lil Malta fl-Unjoni Ewropeja l-ewwel u
mbaghad lura ghal zmien Borg Olivier? U l-Amerikani jitilfu llum u jgawdu
ghada?

 

Creative Accounting

L-ekonomija Maltija
Min jghid li f’Malta ghandna nghatu
importanza massima lill-ekonomija nazzjonali ghandu ragun. Jekk mhux
ghas-spejjez ta` argumenti ohra importanti dik kwistjoni ohra. Li hi zgur izda
li hu l-istat tal-ekonomija qed jigrava hafna s-sitwazzjonijet finanzjarji
tal-kumpaniji kummercjali u dawk li jhaddmu l-progetti l-kbar. Ghandna ekonomija
li ilha sejra lura fl-oqsma l-aktar importanti: finanzi, dejn nazzjonali,
turizmu, inflazzjoni u ekonomija interna. Il-kreditu ta` Malta ma` barra waqa
f’livell baxx u baqa` hemm. Investiment dirett minn barra li verament igib
mieghu l-bidla, mhux gej u l-investituri lokali mhux qed jespandu. Qed naraw
intraprizi kbar f’inkwiet kbir u n-numru ta` intraprizi fl-inkwiet ser jikber.

 


Jien nistieden lil min hu serju li jifli sewwa l-kontijiet tal-kumpaniji
l-kbar, inkluzi dawk statali, u jaraw sewwa x’inhu jsir. Din hi responsabbilta`
kbira tal-MFSC li hi l-gwardjan taghna f’dan il-qasam. Niddubita hafna kemm dan
il-gwardjan hu mqajjem l-hin kollu. Ma nemminx li tal-Price Club kienet tigri
kieku min suppost qieghed hemm biex jghasses kien qed jaqdi dmiru sewwa.
L-istess tad-Daiwoo.

Kreattivi
Kellu ragun il-boss tal-HSBC f’Malta,
Tom Robson, u jien kont wiehed mill-ftit li qbilt mieghu: hafna negozji ewlenin
f’Malta, (statali u privati) huma esperti fil-creative accounting. Din mhux
f’Malta biss issir bhal ma forsi ta wiehed x’jifhem Robson. Issir kullimkien.
Dak li rajna jissuciedi fil-kumpanija kbira Amerikana WorldCom hu ezempju car
ta` creative accounting. Din hi marda li twasssal ghal inkwiet kbira hekk kif
l-ekonomiji jmorru bir-reverse. L-ekonomija taghna ilha sejra bir-reverse u
l-kumpaniji li jezercitaw il-creative accounting issa qed jiffacjaw
diffikultajiet kbar. Ghax sakemm l-ekonomija tkun qed tespandi b’rata sabiha u
konsistenti ftit jinduna bil-kreattivita` imdahhla f’certi balance sheets. Izda
hekk kif l-affarijiet jihzienu jibda l-isqueeze. L-ewwel li qed iross,
specjalment wara l-kritika ta` Tom Robson, huwa il-Bank.

Meta l-Bank
Jaghfas
Iz-zewg Banek Kummercjali ewlenin Maltin huma inkwetati ferm. Jafu li
l-ekonomijia m’hijiex tespandi. Jafu li hafna mill-progetti Maltin finalment
huma marbutin mal-proprjeta. Jafu li jekk in-negozji Maltin joghtru jkun inutli
li l-Bank jigbed lejh bis-sekwestri l-proprjeta li tkopri d-djun tal-kumpaniji
ghax is-suq diga` hu mifqugh u jkompli jinfaqa. Jafu l-banek, l-aktar il-Bank of
Valletta, x’jigri meta bank li jkollu kollox marbut mal-proprjeta` x’jigrilu
meta l-ekonomija tieqaf tespandi, n-negozji ma jkunux jifilhu jghattu l-hofra
ta` djun li jkunu dahhlu ghaliha u l-Bank, f’att ta` paniku, jibda jghalaq
il-kontijiet. L-ammont ta` proprjeta li tintefa fuq is-suq twaqqa s-suq kollu.

Illum diga ghandna suq ta` proprjeta mifqugh. Biex taxxaqha, l-progetti
kollha li jissemmew kemm mill-privat kif ukoll mill-gvern: Kottonera, Tigne`,
Manoel Island, Cruiseliner Terminal, Port Tomaso, Chambrai u numru kbir ta`
progetti izghar privati mifruxa ma` Ghawdex u Malta kollha huma l-istess: bini
ta` appartamenti, restoranti , kafeteriji u hwienet. Ma nafx liema ekonomista
qed jghati l-pariri ghal dawn it-tipi ta` progetti.

Il-Bonds
X’jigri
imbaghad meta l-Banek Kummercjali jibdew jinsistu biex id-dejn jibda jithallas u
biex il-promotori jibdew jinvestu aktar kapitali? Il-Bank, li jaf jidhol
fl-Accounts tan-negozji aktar minn haddiehor, meta jxomm l-ghawg, iwaqqaf
l-espansjoni tas-self u jibda jesigi li l-promotturi tal-progetti jgibu
investimenti godda li ma jkunux huma wkoll jiddependu mid-dejn. Il-promotori li
ma jkollhomx mezzi godda jbieghu jew jidhlu f’mergers. Ohrajn idahhlu jdejhom
fil-but jew igibu flus minnn barra minnn Malta. Izda ohrajn li l-progetti
taghhom jsibuha bi tqila li jigbdu lejhom fondi godda, jghazlu toroq godda.
Imorru ghand il-pubbliku. Is-soluzzjoni magika hi “ohrog Bond”.

Issa
sakemm l-accounts tal-kumpaniji jkunu analizzati sewwa u l-progetti jkollhom
prospetti sbieh, flus investiti f’Bond jaghmlu sens, mhux biss ghal investituri,
izda wkoll ghal-pajjiz, ghax il-flus tan-nies imorru direttament ghall-izvilupp
u tonqos id-dipendenza li l-ekonomija Maltija ghandha fuq il-Banek Kummercjali.
Izda meta l-Bonds jinhargu ghax haddiehor ikun beza` jkompli jippompja il-flus u
meta dawk li ghandhom jiehdu l-flus mill-kumpanija jkunu bdew jaqtghu qalbhom u
minnflok jipprefereu jixtru Bonds fl-istess kumpanija bit-tama li jissarfu milli
jibqghu b’xejn jekk il-progett, jinqatel allura min hu serju ghandu jdoqq
l-alarm. Mhux kullhadd kapaci jghazel Bond minn iehor izda l-istock broker
professjonali jaf. Huwa dmirhom li lill-investituri jtuhom parir sewwa. Huwa
dmir ukoll tar-Regolatur f’dan il-kaz, l-MFSC, li jitkellmu. Qed jigri izda li
min jinvesti jaqa` ghal propaganda li tkun qed issir min-nies imhallsa biex
progett jidher sabih u genju. Gieli jigri li tkun hemm irmontatura biex jinheba
il-creative accounting. Investitur intelligenti m’ghandux f’dawn il-kazi jkun
lest li jiehu riskju. Xi hadd izda jrid jiftahlu ghajnu u mhux wara m’hu t-tort
ta` hadd.

Vittmi
Dak li jixtri l-Bonds bla parir ta` nies li jafu
jiflu l-kontijiet sew li jindunaw mal-ewwel bil-creative accounting jkun qed
jaghmel gennata. Ikun effetivatment qed ipoggi flus friski u godda f’negozji
fejn il-promoturi jkunu jgebbdu ghall-ahhar u bil-flus il-godda jkunu jistghu
jiehdu n-nifs, jhallsu lilhom infushom u l-kredituri taghhom, il-Managers jkunu
wkoll jistghu jzommu posthom bil-pagi u l-intricci fenominali li normalment
imorru mal-creative accounting ivvintat minnhom stess biex specifikament jghixu
ta` rejiet minn fuq il-progetti l-kbar, lill-Bank ikunu literalment saddewlu
halqu, ghax flus godda jkunu ngiebu. Id-differenza izda tkun li l-gwaj ikun
ghadda minn fuq l-ghatba tal-promotori, tal-kredituri, tal-managers u tal-Bank u
jkun ghadda fuq dar dawk li jkunu xtraw l-Bonds.

Is-soluzzjoni izda
b’daqshekk tkun instabet u l-progett ikun salv? Dazgur li le. Jekk il-problema
kienet wahda ta` progett li inbena f’hafna fantasiji, u min dawn illum f’Malta
ghandna hafna, u jkun imsawwar fuq business plan u marketing plan tal-fantasija,
l-ghawg mhux telaq jkun izda zdied. Il-buzzieqa tad-dejn tkun zdiedet u
d-djufija tal-progett tkun baqghet hemm. L-income li jkunu ipprogettaw ma jigi
qatt u d-djun originali li fuqhom jkun inbena l-progett ma jibdewx jithallsu u
d-dejn ghalhekk jisplodi. Hawn jidhlu l-genji tal-creative accounting. Verament
dawn ikunu hemm mill-bidu ghax certi pjanijiet li rajt ikunu diga` ma radda
tas-salib, opri tal-kreattivita`. Imma meta l-affarijiet jihzienu,
l-kreattivita` tirrenja. Kif?

Cifri Minfuha
Ghax ghal min ma jifhimx
kliem bhal reserves, goodwill u anke cash ifissru haga izda ghal accountant
jfissru haga ohra. Meta investituri jghidulu li l-kumpanija qed iddawwar hafna
flus, allura jifhem li l-affarijiet sejrin tajjeb. Jigri li meta wiehed
janalizza l-balance sheet ikun fil-fatt jidher li hekk hu u wiehed jista` jghid
li kollox sewwa. Il-verita` izda tista` tkun hafna differenti. Dan ghalhiex
il-flus kontanti ma jkunux jidhru fil-balance sheet flimkien mad-dejn
tal-kumpanija u ghalhekk la ma johorgux flimkien ma jkunx hemm tnaqqis ta`
figura mill-ohra, biex dak li jkun ma jarax l-bilanc attwali.

Issa
l-bicca l-kbira tal-kumpanija li jkunu fil-gwaj ikunu hekk precizament ghaliex
il-proporzjon ta` loans u overdrafts ikun kbir wisq. Issib kumpaniji kbar li
juru figura sabiha ta` cash balance. Izda ma juruwx fl-istess tabella c-cifri li
jirreferu ghad-djun tal-kumpanija li f’certi kazi jkunu d-doppju, jew aktar ta`
flus li ma jkkunux gejjin minn loans u overdrafts. Dan punt wiehed. Imbaghad
ikun hemm il-mod kif isiru certi valutazzjonjiet ta` assi l-aktar ta` proprjeta
u xogholijiet biex igibu r-rizultat jidher sabih. Il-Banek illum huma ghassa u
ftit jibilghu business plans tal-kreattivita` u ma jaccettawx kontijiet
kreattivi malajr, izda l-genji tal-kontabilita` donnhom li jghaddu biz-zmien
anke lill-Bank Managers. Jien nahseb li fil-kaz fejn jibilghuhom, aktar iva
milli le, jkun jew ghax imgeghla jew ghax xi hadd ikun serjament naqas minn
dmiru. Ghalhekk f’Malta graw l-kazjijiet tad-Daeiwoo u tal-Price Club. Ghalhekk
dawn kellhom ikunu investigati sewwa.

Creative Accounting
Qed nilqghu
ghal din il-problema tal-creative accounting f’Malta? Le, le u le. J’Alla
f’Malta ma jigrix bhal ma qed jigri fl-Amerika u bhal ma gara bi kbir
fl-Argentina fejn ghoddsu kumpaniji kbar u gabu maghhom stragi shiha. Semmejtha
u nerga nsemmiha akkost li jerghu jaghjruni perikuluz: Malta qed tghix fuq
buzzieqa enormi ta` dejn. Il-pajjiz hu midjun wahda nobis. Il-Gvern, il-
progetti l-kbar u hafna intraprizi huma mifqugha fid-dejn. Hafna minn dawn qed
jistahbew taht il-creative accounting.

Ara ma nistembhux meta jkun too
late. Tkun saret ingustizzja kbira mall-hafna u hafna proprjetarji ta` negozji,
haddiema u familji Maltin li l-affarijiet jaghmluhom sewwa u d-dejn jibzghu
minnu. Dawn in-nies ghandhom fiducja li fil-pajjiz hemm min dmiru hu li jara li
l-kreattivita` ma tirrenjax. Dawn jkunu responsabbli jekk dmirhom ma jaghmluhx u
f’Malta tigri xi wahda. Ghalhekk is-serjeta` titlob azzjoni
llum.

 

Politika Ekonomika ta’ Disintegrazzjoni

Politika
Iebsa din, izda l-verita` hi li l-pajjiz jew
jimxi fuq politika ta` integrazzjoni ekonomika jew wahda ta disintegrazzjoni.
Mhux disintegrazzjoni ghal pjacir. Ma nahsibx li ghandna politici li ser jaghmlu
hekk. Izda disintegrazzjoni ekonomika mwettqa ghax ikunu jemmnu li l-konfini
nazzjonali m’ghadhomx aktar jaghmlu sens u jkun ahjar li jimmiraw lejn orizzonti
akbar. Ha nispjega.

Strategija
Pajjizna, mill-Indipendenza ‘l
hawn, imma l-aktar mill-1971 sal-1992, haddem politka ekonomika ibbazata fuq
l-integrazzjoni. Malta ghazlet oqsma importanti li fihom setghat tahdem u
minnhom setghat l-aktar taqla` flus barranin u l-politika ekonomika
tal-gvernijiet Maltin kienet immirat lejn dawn is-setturi. F’dawn is-setturi
Malta nhass li ghandna l-vantaggi kollha possibli ekonomici u ghalhekk tajnihom
il-vantaggi kollha possibbli skond dak li Malta kienet taffordja. Dawn l-oqsma
huma:
 It-tarznari – kemm bini u aktar u aktar tiswija ta` vapuri

It-turizmu
 Il-Freeport, l-aktar it-transhipment u l-warehousing

L-ajruport nazzjonali
 L-bunkerins taz-zejt
 Ic-centru finanzjarju

L-industrija tal-esportazjoni
 U fuq kollox l-kummerc internazzjonali

Ippruvajna wkoll nestendu s-servizzi edukattivi u dawk tas-sahha biex
inhajru barranin juzawhom bi qliegh. L-ghan jigifieri kien li fejn il-posizzjoni
u l-hila tal-Maltin, flimkien ma` dik ta` l-investituri u managers ta` hila
barranin, setghu jintuzaw biex nisfruttaw l-vantaggi ta` Malta bhala gzira
f’nofs ta` bahar b’temperaturi tajbin, portijiet fondi, storja u nies ta` hila,
dan ghandna ntuh priorita` fil-politika tal-Gvern Malti. Kien ukoll l-ghan ta`
din il-politika li meta dawn l-oqsma jaqilghulna l-flus barranin mehtiega biex
nixtru l-bzonnijiet taghna minn barra kemm dawk ghall-konsum kif ukoll dawk
ghall-industrija u t-turizmu, dawn il-flus kien kemm jista` jkun inzommuhom u
nhaddmuhom f’Malta u mill-Maltin. Hekk allura l-biedja u s-sajd kienu protetti
biex l-ikel kollu li kapaci nipproducu ahna stess ma jkunx importat. L-istess
ir-restoranti u l-hwienet biex il-bidwi, il-haddiema tat-tarzna u tal-fabbriki u
l-lukandi flushom jonfquhom ghand il-Maltin.

Ghalhekk kien hawn wkoll
protezzjoni shiha fuq il-bicca l-kbira tas-servizzi u kummerc marbut
mal-ekonomija lokali. Mhux ghal skop ta` idjologija jew dogma kif sikwiet hawn
min jghid, izda ghax gvern, wiehed wara l-iehor, dejjem hass li Malta tkun
moqdija ahjar jekk nisfruttaw kemm nifilhu dak li jqallana l-flus barranin u li
naraw kif inzommu l-ekonomija maghquda b’politika ta` integrazzjoni ekonomika
interna li tizgura li l-flus barranin li jidhlu jibqghu kemm jista` jkun
fil-bwiet tal-Maltin.

Liberalizazzjoni
Il-politika ekonomika ibbazata
fuq il-liberalizazzjoni ma taccettax din l-istrategija bhala l-perm tal-politika
ekonomika nazzjonali. Jien m’inhix nghid li dan hu tajjeb jew li hu hazin, qed
nghid dan bhala fatti. Il-politika ta` liberalizazzjoni tghid li meta titlaq
il-politika ta` integrazzjoni kull operatur ekonomiku jkun jista` jiftah jew
jaghlaq l-intapriza tieghu skond jekk jahsibx jiflahx jew le ghall-isfida ta`
kompetizzjoni gejja minn fejn gejja. Strategija ta` liberalizazzjoni ssostni li
m’ghandux ikun hemm limitu jekk bicca xoghol issirx mill-Maltin jew
mill-barranin jew jekk il-prodott jew servizz ikunx importanti jew hux mahdum
mill-Maltin. Din l-istrategija tghid li bil-liberalizazzjoni titnehha s-sonza
zejda fl-ekonomija, tizdied il-kompetizzjoni u b’hekk jizdied il-gid. S’intendi
l-gid jizdied jekk Malta tkun kompetittiva bizzejjed biex tikkompeti
mall-barranin kemm barra minn Malta fis-swieq barranin kif ukoll f’Malta fis-suq
Malti. Ghalhekk li l-bazi ta` politika ta` liberalizazzjoni hi
l-kompetittivita`. Skond din l-istrategija l-bidwi Malti, is-sid tal-hanut
Malti, s-self-employed Malti, garaxx tar-riparazzjoni, produzzjoni, hotel,
restaurant, travel agent, shipping agent, nightclub, hu x’inhu n-negozju, irid
ifendi s-sena kollha minghajr ghajnuna u bla protezzjoni u lest ghal kull
kompetizzjoni. Anke meta jkun jaf li x’hin xi hadd isib prodott irhas jista`
jigi jifqaghlu s-suq u jeqirdu.

Disintegrazzjoni
Issa ghaliex allura
qed nghid li Malta illum miexja b’politika ekonomika ta` disintegrazzjoni? Ghax
f’Malta biex izzomm stabiliment ta` certu qies li jinvolvi certu kapital u meta
taf kemm hu limitat is-suq taghna d-dumping jeqirdek. Jekk, biex naghti ezempju,
inti ftaht farm kbir tat-trobbija tal-fniek –ghandna numru zghir minnnhom
f’Malta li fihom ghaxqa bil-hila u l-organizazzjoni taghhom – tkun trid tfendi
s-sena kollha ghax ma tistax tiftah illum u taghlaq ghada u terga tiftah
il-pitghada. Trid fuq kollox li meta s-suq ikun tajjeb li ma ssibx min johodulek
ghax jekk titlef l-istagun li jkun fih il-qliegh, tkun tlift sena xoghol ghax
it-trobbija trid tibqa` ghaddejja. Issa bla protezzjoni jigri li meta jkun
l-istagun it-tajjeb, fil-kaz ta` Malta s-sajf, dan ikun il-perijodu li fi
Sqallija l-produtturi ma jkollhomx suq u jkunu jridu jbieghu hu x’inhu l-prezz.
Malta ghalhekk tkun dumping ground idejali ghall-isqallin. Il-produttur Malti la
jitlef s-suq tas-sajf jkun tilef s-sena kollha u ma jkunx jaqbillu jinvesti
aktar fuq il-livell tal-llum. Dan ikun ifisser li l-mara tad-dar u r-restaurants
minflok fenek Malti jibdew iservu fenek Sqalli. Il-liri li l-espotatur u
l-hotelier jgib lejn Malta jergghu johorgu ‘l barra. Dan l-argument li jghodd
ghal produzzjoni lokali kollha – majjal, tjur, halib, canga, bajd , hxejjex u
frott, tadam, kunserva, artigjanat, sajd u ghal hafna u hafna xoghol iehor.
Tfisser li dawn kollha jzarmaw? Le. Allahares. Izda jkunu jridu jfendu mod hafna
differenti milli jfendu llum, ghax dejjem hemm lesta d-daqqa tal-mannara.
Ghalhekk qed nghid li din hi politika tad-disintegrazzjoni ghax m’hemmx aktar
rabta bejn attivita` ekonomika u ohra bla priorita` nazzjonali. Jien ma nahsibx
li dan il-punt qed inkun spjegat sewwa. Lanqas ma nahseb li l-gvern bis-serjeta`
qed jibni alternattiva li tfendi.

X’ser naghmlu
Allura x’ser naghmlu?
Din hi xi haga li l-Maltin iridu jiddeciedu. Il-Gvern iddecieda skond l-istudji
li ghandu u skond pariri li qed ituh il-hafna Ministri barranin u Kummissarji li
gejjin izuruna, wiehed wara l-iehor, li b’politika immirata lejn is-swieq
barranin u mhux aktar lejn il-Malti, li Malta ggib aktar investiment u li
jizdied il-gid. Li hu fatt hu, izda li dan s’issa mhux qed jigri. Il-politika
ta` disintegrazzjoni s’issa gabet hafna u hafna intraprizi f’xifer ta`
falliment; investiment gdid fl-industrija tal-manifattura mhux qed isir;
fit-turizmu ahna l-aktar pajjiz li tlifna fil-kompetittivita` meta mqabbla ma
kompetituri kbar taghna bhal Spanja, l-gzejjer Ballerici, it-Tunizija,
it-Turkija, il-Kroazja, il-Grecja ul-Egittu; fl-gholi tal-hajja ahna waqajna
lura meta mqabbla ma kompetituri bhal Cipru, Italja, Portugal, Tunezija, Grecja
u Spanja; fit-Tarzna qed nitilfu suq wiehed wara l-iehor; l-Enemalta li kienet
taqla` mill-bankerins illum qed titlef; is-settur pubbliku suppost li sar aktar
efficjenti izda illum qed jonfoq dejjem aktar.

Suppost li
l-liberalizazzjoni gabitlna aktar efficjenza, aktar kompetizzjoni u rohs.
Suppost li sirna aktar kompetittivi fid-dinja. Ir-rizultat izda juri li fejn
ghandna suppost li sirna hfief u kompetittivi halli nzidu l-ordnijiet fil-fatt
sejrin lura: sejrin lura fl-esportazzjoni; sejrin lura fit-turizmu u sejrin lura
fit-tarznari u fil-Freeport u fic-centru finanzjarju.

Mela qed immermru
s-suq intern u l-operaturi fuq is-suq Malti u qed nitmermru wkoll fis-suq
internazzjonali. Din is-sitwazzjoni ma tistax tkompli. Ghalhekk hemm bzonn ta`
decizjoni bikrija. Ma nistghux nibqghu hekk.

 

Save The Last Dance For Me.

IZ-ZIFNA
Dwar l-Ewropa lill-poplu Malti qed iziffnuh wahda
sewwa. U x’inhi z-zifna? Kieku hemm zifna wahda forsi hafna kienu jmiddu l-pass.
Izda illum zifna mod, u ghada zifna ohra. Naha ddoqq mod, u tistenna li n-nies
jizfnu ghad-daqqa taghhom. In-naha l-ohra ddoqq mod iehor. Lanqas id-daqq mhu
dejjem intunat sewwa. Aktar iva milli le, dwar l-Ewropa nisimghu hafna zarzir.
Mhux sewwa dan, la ghall-pajjizna u lanqas ghalina bhala individwi. Zgur mhux
tajjeb ghalina bhala nies tan-negozju. Meta s-sid tal-intrapriza jithawwad ma
jistax jippjana. Ma jissugrax. Ma jkabbarx. Jekk dawk li setghu jaghmlu pass ma
jaghmluhx, hazin ghalina wkoll. Ghalhekk halli jkun hemm zifna, imma ejja
nifhmuha u nizfnuha flimkien u mhux min sieq l’hawn u min sieq
l’hemm.

 


X’INHU JSIR
Jien ma nafx kemm minn dawk li jikkummentaw
fil-media u kemm mill-politici u kummentaturi ohra, jafu verament x’inhu jsir
dwar l-Ewropa. Il-GRTU li nirraprezenta jien, hadet decizjoni minn kmieni, minn
meta l-Kummissjoni Ewropea ddecidiet li tibda tinnegozja mal-Gvern Malti d-dhul
ta` Malta, li dwar l-Unjoni Ewropea nitghallmu kemm nifilhu dwar dak li kien sar
u hemm bzonn li jsir u li nippartecipaw fil-process kollu ta` konsultazzjoni.
Jien kelli nfluenza kbira f’din d-decizjoni, ghaliex kellna ahna wkoll min qabel
ma ra l-fatti u ma kienx f’pozizzjoni li jivvaluta sewwa, kien diga` riedna li
niddeciedu favur jew kontra. Id-decizjoni li ttiehdet kienet illi s-sitwazzjoni
tista` tkun cara, wiehed ikun jista` jiddeciedi sewwa biss meta l-fatti kollha
jkunu maghrufa. Min, bhali, kellu esperjenza diretta ta` l-izviluppi ekonomici
li graw f’Malta matul dawn l-ahhar 30 sena, jaf li l-bidliet li jsiru
fil-pajjiz, l-aktar dawk li jolqtu s-Settur ekonomiku, rari jew qatt ma jigu
mregga lura. Dak li l-Inglizi jghidulu “ratchet-effect”: ic-cuqlajta li ddur
dejjem fuq naha wahda u qatt lura. Meta jien spjegajt lil shabi u fehmuha, li
l-ghazla ahharija jekk nidhlux fl-Unjoni Ewropea jew le, jaghmilha l-poplu
Malti, izda l-bidliet jaghmilhom l-Gvern, allura kullhadd fehem li xogholna hu
li naraw x’inhuma l-htigijiet tal-membri taghna, nifhmu x’inhu possibli li jsir
fuq l-esperjenza ta` pajjizi ohra li dahlu fl-Unjoni Ewropea bhal perezempju
l-Portugal, u ninsistu mal-Gvern ghall-ahjar pakket ta` kundizzjonijiet
possibli. Kien jidher mill-bidu nett li l-Gvern Malti kien deciz li jibdel dak
kollu li kien mehtieg li jinbidel biex Malta tkun accettata bhala membru
tal-Unjoni Ewropea u li ghalhekk kien importanti li ahna, f’isem is-setturi li
nirraprezentaw inkunu hemm.

SINGLE PROGRAMMING DOCUMENT
Sal-llum,
il-Gvern Malti qadef kemm felah biex Malta tiddahhal fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta`
Jannar, 2004. Il-Gvern malti illum wasal fl-istadju l-aktar krucjali li jfassal
dak li jissejjah is-Single Programming Document (SPD). Dan hu l-aktar dokument
importanti li hadem fuqu il-Gvern Malti mill-1971 l’hawn.
Malta ghandha biss
tmintax-il xahar biex tfassal programm li jinkludi l-htigijiet kollha ekonomici,
socjali, ambjentali, komunitarji, istutizzjonali u amministrattivi, u
tidentifika l-progetti kollha li tenhtieg u tikkwantifikhom biex ikunu
accetabbli ghall-fondi strutturali, reggjonali u ta` integrazzjoni socjali. Dan
irid ikun dokument mhux imfassal biss mill-Gvern u mill-esperti tieghu izda jrid
ikun dokument li jitfassal bl-akbar partecipazzjoni u li jkun hemm ftehim dwaru
fuq il-Kunsill Malti Ekonomiku u Socjali (MSCD). Dan id-dokument, jekk Malta
tidhol fl-Unjoni Ewropea, jkun il-pjan li fuqu jinghataw il-fondi mill-Unjoni
Ewropea. Il-Budgets tal-Gvern Malti jkunu mbaghad miktuba madwar dan il-pjan
ghal perijodu ta` tlett snin jekk Malta ma ddahhalx il-bzonnijiet kollha ma` dan
il-pjan, tkun imbaghad trid tistenna round iehor biex l-Unjoni Ewropea tkun
tista` tiddedika fondi ghall-izvilupp ta` Malta. L-Unjoni Ewropea, illum, tahdem
qisha magna u la Malta, u la hadd mill-pajjizi applikanti mhu ser jibdlu l-mod
kif tahdem l-Unjoni Ewropea. U ghalhekk li l-GRTU qed twiddeb lill-Gvern f’kull
okkazzjoni biex l-SPD jitfassal sewwa u b’kooperazzjoni
massima

Il-KRITERJI
Il-Kriterji tas-shubija tfasslu mill-Prim
Ministru tal-Membri ta` l-Unjoni Ewropea u huma cari. Dawn huma inkluzi f’dik li
tissejjah il-“Copenhagen declaration”. Il-punt krucjali huwa li pajjiz irid
ihaddem id-demokrazija u l-ghazla hielsa; ikun jemmen fis-suq hieles, johloq
il-makkinarju kollu biex jithaddmu l-erba` drittijiet fundamentali li fuqu hu
msejjes is-suq hieles: caqliq bla xkiel ta` persuni; caqliq bla xkiel u
stabbiliment ta` servizzi; caqliq bla xkiel ta` kapital; u caqliq bla xkiel ta`
merkanzija. Biex dan kollu jsehh, pajjiz applikant irid jaddotta l-acquis
communautaire. Dan l-acquis hu l-akkumulazzjoni ta` ligijiet, regolamenti,
standards, direttivi, dikjarazzjonijiet, sistemi u stituzzjonijiet li
l-Kummisjoni Ewropea zviluppat mill-1957 sal-llum biex dak li gie miftiehem
fit-Trattat ta` Ruma li bih twaqqfet l-Unjoni Ewropea, ikun jista` jitwettaw
fil-prattika.

X’SAR
Mela la l-Gvern Malti kellu mandat li japplika
biex jidhol fl-Unjoni Ewropea wara l-Elezzjoni tal-1987, il-Gvern kellu s-sahha
li japplika fl-1990. Meta l-Gvern ha mandat b’maggoranza akbar fl-1998 li
jinnegozja, ghamel sew ukoll li beda jinnegozja hekk kif il-Kummisjoni Ewropea
accettat li tinnegozja. Kif ghidt il-kundizzjoni biex tidhol hi l-acquis. X’seta
jsir? Il-Gvern kellu mandat biex jibda jibdel li kien jezisti qabel u minfloku
jdahhal l-acquis? Min kien intelligenti beda jsaqsi jekk wara li l-bidliet isiru
kollha jekk Malta kienx ser jibqalha altenattiva. Kemm ser tibqa` Malta
f’pozizzjoni li ssostni lilha nnifisha indipendentament mill-Unjoni Ewropea?
Jigifieri, hekk kif il-pajjiz qed jigi mgieghel jaddotta l-acquis b’rata dejjem
aktar mghaggla u l-Gvern qed ifassal l-istrategiji kollha tieghu ma` dawk ta`
l-Unjoni Ewropea u fejn l-izvilupp ta` Malta ser ikun jiddependi minn dak li ser
ikun imfassal fis-Single Programming Document, kemm verament Malta qed thalli
spazju ghal strategiji alternattivi.

Jekk is-shubija ma tirnexxix,
jigifieri, kemm se tkun preparata l-amministrazzjoni pubblika li ssostni u
twettaq strategija alternattiva? Jista` jkun li b’dak kollu li qed iwettaq
il-Gvern b’mod rapidu u b’nefqa hekk kbira, il-Gvern qed johnoq l-alternattiva.
Issa ghal dan il-Gvern ghandu mandat? Gie ccelingjat il-Gvern dwar dan? Jien
nahseb li le. Issa ghalhekk ghandna stat ta` fatt fejn l-aqcuis qed isir l-bazi
tas-sistemi amministrattivi, legali, istutizzjonali u kompetittivi f’Malta u
r-rizultat qed ikun li Malta, qabel tiddeciedi tidholx jew le, fil-fatt ser tkun
saret parti mill-Unjoni. Kull ma jkun jonqos tkun l-ghoqda, izda d-dipendenza
ta` Malta fuq l-Unjoni Ewropea ser tkun effettiva sas-sena 2004. L-SPD hu
d-dokument li fil-fatt jikkonferma li l-bidliet kollha kienu saru, li Malta tkun
addottat l-acquis u li ghalhekk tikkwalifika ghal fondi skond kif elenkati f’dan
id-dokument. L-accettazzjoni ta` l-SPD minn naha tal-Kummisjoni Ewropea ikun
fil-fatt l-ghoqda tas-shubija.

IR-REALTA`
Mela ghalina li rridu
niffacjaw r-realta`, din hi l-verita`. Hu ghalhekk li, bilfors, min irid izomm
ruhu up-to-date, infurmat u lest biex jiddeciedi kemm ghalih innifsu u aktar u
aktar ghal haddiehor li jrid ikun involut kontinwament u f’kull livell. Mhux
bizzejjed li tkun infurmat b’mod generali u superficjali. Mhux kwistjoni li
tidhol fl-internet u taqra dokument. Li tifhem kif tahdem l-Unjoni Ewropea u li
thaddem il-mekkanizmu ta` l-Unjoni Ewropea favur Malta, hi bicca xoghol
professjonali u tirrikjedi hafna xoghol ghaqli. Mhux post id-dilettant u
l-kummenti sparati bl-addocc. Le, trid tkun involut. Kull min ma kellux
l-esperjenza tal-MEUSAC u tan-numri bla qies ta` tahdidiet, seminars,
konferenzi, workshops, tahrig u esperjenzi diretti f’Malta u f’barra u kuntatti
kontinwi ma` firxa wiesgha ta` konsulenti w istituzzjonijiet ser isibha bi tqila
biex jiggwida.

Illum Malta ghandha strutturi li diga` huma hafna u hafna
differenti minn dawk li kienu fl-1998. Illum Malta ghandha nies imharrga li huma
wisq aktar istruwiti u teknikament kapaci milli kellna qabel. Il-mentalita` ta`
min jahdem fis-Settur Pubbliku hi diversa hafna. Ilum l-istrutturi huma
influenzati u mhaddma mill-“acquisti”. Ifisser li nbidel kollox? Le. Pero`
l-bidliet li qed jidhlu u dak li qed isir, hu kollu f’direzzjoni wahda: dak ta`
l-integrazzjoni ta` Malta ma` l-Unjoni Ewropea.

GHAZLA
Din hi sfida
kbira li qed tiffacja d-demokrazija Maltija illum. Il-poplu dalwaqt ser jintalab
jghazel meta jidher li l-ghazla diga` saret. In-nies qed jisimghu hafna slogans
u hafna bicciet dwar l-Unjoni Ewropea, kemm dawk favur kif ukoll kontra, izda
hafna nies mhumiex jghatux kas. Is-sabiha hi, li z-zewg nahat ta` l-argument
dwar l-Unjoni Ewropea, konvinti li qed jikkonvincu u li ser jirbhu.

Nahseb li mhux kullhadd qed jifhem li l-aktar importanti hu x’inhu
l-ahjar ghalina bhala Maltin, bhala Malta. Min imexxi jahseb li kullhadd hareg
jizfen. Nahseb li ghandhom zball. Huma hafna li ghadhom ma hargux. Huma dawn li
fl-ahhar jiddeciedu. Huma dawn li lill-politici qed jghidulhom: “Save the last
dance for me”.

 

Immigrazzjoni

Emigrazzjoni
Wahda mill-problemi l-kbar
li fis-snin li gejjin rridu niddiskutu fuq skala nazzjonali u naslu fi ftehim
dwarha bilfors, hi dik ta` l-immigrazzjoni. Fil-passat Malta dejjem ibbazat fuq
l-emigrazjoni, l-hrug tal-Maltin ‘il barra. Mhux bhala vaganza, izda l’hemm ghal
kollox. Il-Passaport Brittaniku kien tana ftuh importanti u eluf ta` Maltin
emigraw lejn l-Amerika, l-Ingilterra, l-Awstralja, l-Kanada u anke New Zealand.
Fil-hamsinijiet u s-sittinijiet Malta tkissret bl-emigrazzjoni.

 


Fis-sebghinijiet ir-rota bdiet iddur u sa` ma waslu t-tmenijiet bdew
aktar jigu Maltin lura milli jemigraw. Mat-tluq tal-Inglizi minn Malta fl-1979,
konna bdejna nhajru aktar Maltin, mhux biss nies irtirati, izda anke nies
fl-eta` tax-xoghol u tas-sengha, biex jigu Malta u jgibu maghhom f’pajjizna
s-sengha, t-tahrig u l-kapacitajiet kollha li kienu tghallmu fil-pajjiz barrani.
Kien infatti d-dhul ta` hafna Maltin minn barra li ghen mhux ftit biex f’Malta
nfethu hafna negozji godda inkluzi hwienet, restoranti, garaxxijiet, servizzi
tat-trasport u servizzi ohra, kif ukoll inghatat spinta kbira fl-industrija
tal-kostruzzjoni u l-kummerc fil-proprjeta`. Ghaz Malta bhala pajjiz zghir b’suq
limitat, minn zmien ghal zmien, tkun tehtieg injezzjoni ta` nies, ideat u
oppprtunitajiet godda biex l-ekonomija tibqa` tespandi u r-ritmu ta` l-izvilupp
jibqa` ghaddej.

Espansjoni Ekonomika
Malta ma setghetx tkompli tifrex
u tkattar il-gid billi thaddem lil Maltin ta` Malta biss ghax l-ammont ta`
investimenti li kien jehtieg u l-esperjenza ta` teknologiji godda u ta` swieq
kbar barranin wahedna ma stajniex naghmluhom. Bdejna ghalekk inhajjru
investituri kbar barranin jifthu l-fabbriki f`Malta u jgibu maghhom Managers u
Teknici biex jghollu l-livell tal-Maltin. Ghamilna l-wisa` ghall-Maltin li riedu
jigu lura lejn art twelidhom jew twelid missierhom biex jifthu negozji u
jittantaw xortijhom f’pajjizna. Din il-forma t’immigrazzjoni zdiedet matul
l-ahhar ghoxrin sena hekk kif il-fortuna ta` hafna Maltin barra ma tantx bdiet
tmur ahjar milli seghtet matrret f’pajjizna.

Hafna huma l-industri
z-zghar li rajna jitwieldu bis-sahha tal-Maltin ta` barra. Il-Maltin li gew minn
barra u nvestew flushom f’pajjizna taw spinta kbira lit-tkabbir tal-indutrija
lokali. Biex jinkuragixxi aktar immigrazzjoni – dhul ta` nies il’ gewwa lejn
pajjizna – il-Gvern ta wkoll id-dritt lill-barranin, kif niesa kif ukoll irgiel,
li jizzewgu Maltin, li jkunu jistghu jabitaw u jahdmu f’pajjizna. Il-Gvern matul
l-ahhar snin sar ukoll hafna aktar laxk fil-hrug tal-Working Permits
lill-barranin. Jigifieri politika ta` immigarazzjoni, il-gvernijiet Maltin
zviluppaw.

Limitazzjonijiet
Ir-raguni li xi tip ta` politika ta`
immigrazzjoni bilfors irid ikollna gejja mill-fatt li pajjizna ghandu
limitazzjonijiet ekonomici li malajr nilhquhom. Illum ghandna l-qaghad, jghaddi
ftit zmien u nibdew ingergru li m’ghandniex nies bizzejjed. Ikollna wkoll, bhal
ma ghandna bhalissa, sitwazzjoni fejn il-qaghad tiela u fl-istess waqt ghandna
hafna jobs li jibqghu bla haddiema addattati. Ukoll kif jonqos il-qaghad,
mal-ewwel tibda` l-pressjoni fuq zieda fil-pagi.

Ghax is-suq tax-xoghol
jiffunzjona bhal kull suq iehor. Meta jkun hemm iz-zejjed il-pressjoni fuq
il-prezzijiet tkun baxxa, meta jkun hemm in-nieqes il-prezzijiet joghlew. Hekk
ukoll jghamlu l-pagi. Fil-Kaz taghna dan isir aktar malajr ghax it-Trade Unions
Maltin huma b’sahhithom hafna.

Labour Paricipation
F’pajjizna l-labour
participation rate ghadha baxxa meta wiehed iqabbilha ma` ta` pajjizi li huma
zviluppati u ghandhom standard of living ghola minn taghna. Jigifieri jekk ahna
nghollu r-rata tal-GDP ta` pajjizna lejn il-livelli ta` pajjizi ohra fl-Ewropa
bilfors li il-gid nazzjonali rridu nkabbruh. Nistghu nkabbruh b’aktar
investimenti kapitali, b’teknologiji aktar avvanzati u b’efficjenza u
b’produttivita` nazzjonali hafna aktar gholja milli ghandna illum, izda la
r-rizors ewlieni ta` pajjizna huma l-haddiema, bilfors ukoll li l-labour
participation rate ta` pajjizna trid tghola u tghola fuq zmien qasir.

Ghal kull mitt haddiem disponibbli ghax-xoghol, nghidu ahna fl-Amerika,
fl-Olanda, fl-Izvezja u fl-Ingilterra, hemm proporzjoni gholi ta` aktar minn
sebghin fil-mija li fil-fatt jahdmu u jghinu aktar fit-tkattir tal-gid. F’Malta
minn mitt ruh disponibbli, l-proporzjon ta` dawk li jahdmu hu inqas minn sittin
fil-mija. Dan ifisser ukoll li fuq dahar kull persuna li tahdem hemm aktar piz
ta` nies ma jahdmux milli hemm fil-pajjizi avvanzati. Dan hu hekk ghall-diversi
ragunijiet. L-eta` tal-pensjoni taghna hi baxxa b’paragun ma` ta` haddiehor.
Ghandna anqas nisa jahdmu u ghandna aktar nies ta` eta tax-xoghol li ghal raguni
jew ohra ma jahdmux u dan mhux biss ghax hawn il-qaghad. Ifisser li waqt li qed
jizdied in-numru ta` dawk li qed jiehdu l-penzjonijiet u l-beneficji, mhux qed
jizdied b’rata akbar in-numru ta` nies li jahdmu w ihallsu l-kontribuzzjonijiet
socjali. Din hi sitwazzjoni serja hafna.

Haddiema vs haddiema
F’Malta
wkoll ghandna sitwazzjoni stramba hafna. F’Malta ghandna zewg klassijiet ta’
haddiema. Hemm dawk li jahdmu fis-settur privat li m’ghandhom l-ebda garanzija
tal-impjieg.

Mhux hekk izda ghall-klassi kbira ta’ Maltin f’pajjizna,
dawk li jahdmu fis-settur pubbliku. Dawn huma bhal speci ta’ klassi oghla
mill-haddiema l-ohra. Meta l-affarijiet imorru hazin fis-settur pubbliku ma
jkunx hemm friza fuq zidiet fil-pagi, ma jkunx hemm four-day weeks u
redundancies. Meta l-affarijiet jihzienu l-post tax-xoghol ma jaghlaqx u n-nies
jispiccaw barra. Jekk jinaghalaq tinstab alternattiva.

Suq
Maghluq
X’inhu l-effett ta’ dan kollu? L-effett hu li s-suq tax-xoghol
f’Malta mhu hieles xejn. Hu suq li effettivament hu maghluq ghax eluf kbar ta`
Maltin mhumiex disponibbli ghax-xoghol ghax impjegati ghal ghomorhom. Is-suq hu
hieles ghal nofs il-haddiema. Il-moviment mis-settur pubbliku ghal privat hu
ftit li xejn. M’hemm l-ebda motivazzjoni u ncentiva biex in-nies jibqghu
jitharrgu anke ta’ eta kbira biex jibqghu dejjem disponibbli ghax xoghol li
jinqala. La m’hemmx theddida why bother. Kieku nsibu soluzzjoni ta` din
il-problema, il-htiega ta` l-immigrazzjoni tkun bil-bosta anqas.

Nuqqas
ta’ Haddiema
Il-verita` izda hi, li llum u fis-snin li gejjin, li f’pajjizna
ghandna hafna jobs li l-Maltin mhux interessati li jaghmluhom aktar. Ghalhekk
ghandna setturi shah fejn mhux qed isibu nies bizzejjed: certu xoghol
fil-lukandi, fir-restaurants, fix-xoghol tat-toroq, fil-barrieri u
fil-kostruzzjoni, f’certi fabbriki, fl-ifran, fit-trasport, fil-hwienet,
fil-biedja u fis-sajd. Hemm xoghol iehor bhal ma huwa fil-qasam ta`
l-elettronika u f’certi oqsma teknici u specjalizzati, u f’oqsma ohra ta` lingwi
u servizzi godda f’oqsma relatati mal-leisure li ukoll m’ghandniex Maltin
disponibbli ghalihom. Din il-problema dejjem tikber. X’ser naghmlu? Innaqsu
r-rata ta` l-izvilupp? Noqoghdu minghajr certa servizzi? Nibqghu nghidu kif qal
xi hadd dan l-ahhar li ghandna problema ta` over-trading? Sa` llum kulhadd
jitfaghha din il-problema taht it-tapit.

L-Isfida
Ghandna imbaghad
il-problema kbira li ghax is-suq limitat, mela ghandna oqsma fejn il-hlas ta`
pagi ghola wisq u dan qed inaqqar il-kompetittivita` ta` Malta b’zewg modi:
il-hlas dejjem jghola u l-produttivita` dejjem niezla. Ghax m’hemmx sfida.

Jien nara hafna postijiet tax-xoghol. Qed tinkwitani bil-kbir li nisma’
kwazi kuljum l-istess diska: ma jridux jahdmu; dahhalt il-barranin, irrangajt
biex sibt gang minn Sqallija; r-ristorant hallejtu f’idejn koppja barranija, u
issa x-xoghol miexi. Mhux il-ligijiet izommu l-immigrazzjoni l’barra minn Malta,
izda l-hila, il-produttivita` u r-rieda tal-haddiema Maltin li
jahdmu.

Il-Problema
Pajjiz ma jaqdifx ‘il quddiem meta jaqa’ lura
fil-produttivita’. Hafna Maltin, fil-fatt, qed jibzghu mill-immigrazzjoni, ghax
qed jibzghu mill-kompetizzjoni. Din tghodd xorta wahda kemm ghas-sidien
tal-hwienet u ghas-self-employed, kif ukoll ghall-haddiema. Ir-risposta izda
mhix li nibzghu mill-barranin. Ir-risposta rridu naghtuha billi nsiru aktar
produttivi u nsiru aktar kompetittivi. Min ibezza` bil-kompetizzjoni, ikun biss
negattiv u ma jkunx verament qed jahseb fil-futur ta` pajjizna fejn
il-popolazzjoni trid tkattar aktar il-prosperita` meta diga ghandna problemi
kbar ta` djun nazzjonali u ta` tmermir tal-gid nazzjonali.

Illum nibza’
li kif jinfetah il-bieb ghall-barrani, hafna Maltin jaqalghuha. Mhux dawk li
hobzhom mahbuz, dawk li hemm il-kaxxa ta’ Malta taghmel tajjeb ghalihom, imma
dawk li dejjem bla garanzija, dawk li jiddependu fuq is-suq li ma jahfirha lil
hadd.

X’ser naghmlu?
Ser nibqghu nharsu? Irridu u ma rridux ser
ikollna nibdew nitkellmu bis-serjeta’ dwar l-immigrazzjoni f’qasam ta` politika
dwar ix-xoghol u l-entrapriza li taghmel s-sens ghall-pajjizna. L-Unjoni Ewropea
ghandha l-istess problemi. Qed jahsbu l-ewwel biex jizdied il-proporzjon ta’
zghazagh fil-kamp tax-xoghol billi jiddahhlu fl-Unjoni pajjizi bhal Polonja,
Bulgarija, r-Rumanija u ohrajn li ghandhom popolazzjoni bi proporzjon gholi ta’
zghazagh li lesti jfittxu x-xoghol band’ohra. Izda qed jahsbu wkoll
fl-immigrazzjoni. Fil-Germanja biss ser ikollhom bzonn 3.6 miljun haddiem iehor
fis-sena min issa sas sena 2050. Franza tkun trid 1.8 miljun immigrant fis-sena.
L-Amerika diga ghaddiet u ghadha ghaddejja minn din il-bidla.

Tfisser li
jekk ikollna politika intelligenti u miftehma dwar l-immigrazzjoni ser
jinvaduna? Jew ifisser li mmorru ahjar b’politika ragjonata. Li ma nifilhux zgur
hu li din il-kwistjoni issir ballum politiku iehor bejn iz-zewg partiti.
Il-poplu Malti ma jixraqlux aktar din l-attitudni. L-aghar zgur ikun jekk din
il-kwistjoni tissarraf fl-lingwagg b’doza qawwijja ta` razzizmu.

Pajjizna jrid jiffacja r-realta` b’logika u b’intelligenza. Illum qabel
ghada!

 
Malta Chamber of SMEs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.