L-istat tal-ekonomija llum

GDP June Quarter
L-ahhar rapport ippubblikat mill-Ufficju
Nazzjonali ta’ l-Istatistika (NSO) dwar l-andament ta’ l-ekonomija Maltija hu
dak li jirrapporta ic-caqlieq fil-Prodott Gross Nazzjonali ghall-perjodu li
ghalaq fl-ahhar ta’ Gunju 2002. L-ahbar it-tajba f’dan ir-rapport hi li l-GDP
kiber f’termini reali bi 2.2%. Din hi ahbar tajba ghaliex is-sena l-ohra, l-GDP
kien qed jaqa’ kull tlett xhur, u fil-bidu ta’ din is-sena rega wera caqlieq ta’
1.4%. Jidher ghalhekk li r-ritmu qed jinzamm. Qabel ma jibdew jindaqqu t-trombi
izda, wiehed irid jinnota li t-tkattir sar primarjament ghall-progress
tal-kumpanija ST Microelectronics. Din fiha nniffisha hi ahbar tajba, ghaliex
kuntrarjament ghal li pruvaw jghidu xi analisti s-sena l-ohra li l-ST
Microelectronics mhix tant importanti ghall-andament ta’ l-ekonomija Maltija,
din il-kumpanija fil-fatt hi mportanti ferm ghal Malta. Is-sena l-ohra, meta
l-ST Microelectronics waqghet lura, dawn l-ekonomisti qalu li l-ekonomija kienet
sejra tajba u li marret hazina biss id-ditta l-kbira. Issa li l-figuri juru li
l-ekonomija globalment sejra tajba, mhux qed jghidu li dan il-progress gej ghax
id-ditta l-kbira qed tirpilja.


Il-verita’ hi li l-problemi ta’
l-ekonomija Maltija ghadhom hemm u l-ahhar rapport tal-GDP huwa nkwetanti hafna
ghaliex ikompli jaccenna dawn il-problemi. Dawn il-problemi mall-ewwel jidhru
hekk kif issir analizi bir-reqqa ta’ dak li gara fis-setturi ta’ l-ekonomija
Maltija wiehed wiehed.

-Produzzjoni
Is-setturi li minnhom l-aktar li
tiddependi l-Produzzjoni Nazzjonali huma dawk fejn jinholoq prodott u dan
il-prodott jinbiegh fi swieq barranin, jew li jgib f’Malta qliegh ta’ flus
barranin. L-aktar importanti f’dawn l-oqsma huma s-settur tal-manifattura,
is-settur tal-lukandi u servizzi ohra li naghtu lill-barranin bhal m’huma
t-tiswija tal-vapuri u l-Freeport. Analizi bir-reqqa ta’ l-ahhar rapport tal-GDP
juri li f’dawn is-setturi kompliet it-tendenza li dehret fl-ahhar sentejn.
It-tendenza hi li jonqos il-bejgh, jonqsu l-profitti u jizdiedu l-ispejjez.
Jigifieri, is-setturi li minnhom irridu naqilghu bizzejjed biex inhallsu ghal
dak kollu li nixtru minn barra, mhux talli mhux qed iqallghuna aktar, izda qed
iqallghuna inqas. Aghar minn hekk, m’ahniex nirristrutturaw bil-ghaqal biex
insiru kompetittivi u nfejqu l-pjaga.

Fis-settur tal-manifattura x’hin
tnehhi l-ST Microelectronics, il-kumplament tal-manifattura waqa bi 2%. Izda
aghar minn hekk waqa l-profitt tas-settur u l-profitti waqghu b’rata hafna iktar
qawwija milli waqghu l-ispejjez. Dan juri li s-settur tal-manifattura mhux qed
jirristruttura bizzejjed u mhux dehlin fih l-investimenti godda mehtiega biex
titkattar l-efficjenza u l-produttivita’ li jwaqqghu n-nefqa u jkattru
l-kompettittivita’. Ma dorniex il-kantuniera, u fil-manifattura ghadna fl-istess
triq hazina li qbadna, fejn l-infieq fuq pagi u salarji dejjem tiela, tiela
wkoll l-infieq l-iehor b’rizultat li qed jitnaqqru l-profitti li huma tant
mehtiega biex isir l-investiment mehtieg. Is-settur tal-manifattura qieghed go
gagga u wahdu mhux ser johrog minnha jekk ma jkunx hemm intervent b’sahhtu
min-naha tal-Gvern jew b’xi mod jingiebu fondi minn barra ghal dan is-settur.
Dan hu l-argument kbir li haqqhom qed jitkellmu dwaru l-industrijalisti. Ma
jiswa xejn li Malta tidhol fis-suq Komuni Ewropew li wara t-tkabbir ser ikun suq
ta’ 400 miljun ruh, jekk Malta ma jkollhiex settur tal-manifattura b’sahhtu u
kompetittiv bizzejjed biex jidhol bil-kbir f’dan is-suq hekk qawwi. Ghadna naraw
f’pajjizna, investituri johorgu somom kbar biex jinvestu f’oqsma li llum qed
irendu ftit, u li kollha jiddependu jew mis-suq ckejken ta’ Malta stess, jew
mit-turisti li jigu jzuruna. Il-Maltin mhumiex jinvestu fil-manifattura, u
l-propaganda kollha tal-Gvern dwar l-Unjoni Ewropea mhix tenfasizza li s-sabih
tas-shubija huwa precizament li l-investitur Malti f’dan is-settur ser ikollu
quddiemu suq enormi jekk huwa kapaci jipproduci kompetittivament ghal dan
is-suq. L-MDC, l-IPSE u l-METCO mhux qed jirnexxielhom ihajjru lil Maltin li
ghandhom il-kapital jew li kapaci jmorru fuq l-istock exchange u jigbdu lejhom
il-kapital tal-Maltin biex jinvestu fil-manifattura. Dan jew ghax l-incentivi li
qed ifasslu mhumiex adekwati, jew ghax mohhom aktar biex iduru d-dinja jhajjru
l-barranin jigu Malta meta dawn mhux interessati, jew ghax sempliciment mhux qed
jifhmu x’inhu jigri. Bqajna, ghalhekk, bil-kantaliena ta’ investimenti ta’
l-iljuni f’bini ta’ appartamenti, bini ta’ showrooms, bini ta’ blokki
ghall-ufficini, bini ta’ garaxxijiet, bini ta’ ristoranti, kafeterji u hwienet,
u bini ta’ lukandi ta’ kwalita’ inferjuri, meta dawn mhumiex l-investimenti li
ser isahhu l-qliegh ta’ l-ekonomija Maltija jekk fil-futur qarib Malta ssir
parti minn dan is-suq Ewropew enormi.

Il-problema
Is-setturi li
fit-tieni kwart tas-sena marru tajjeb huma dawk li l-anqas li huma marbuta ma’
valur mizjud gej minn produzzjoni diretta bhalma huma l-banek, il-bejgh ta’
proprjeta’ u s-servizzi fejn fihom hemm l-inqas proporzjon ta’ hlas ta’ pagi.
Is-setturi, bhalma huma dawk ta’ l-assikurazzjoni u setturi ohra ta’ servizzi,
tat-trasport, tal-kommunikazzjoni u tal-lukandi, fejn hemm element qawwi ta’
hlas ta’ pagi u salarji, kollha ma marrux tajjeb. Jigifieri, jidher car li
s-setturi li kapaci jfendu billi jhaddmu lanqas nies u jaghmlu turnover qawwi
bl-inqas spejjez, imorru tajjeb. Is-setturi kollha li jhaddmu hafna nies u li
ghalhekk il-profitt jiddependi mill-produttivita’ tan-nies u min-nefqa tal-pagi
u salarji bhala proporzjon totali tan-nefqa, jmorru hazin. Dawk li fl-oqsma ta’
l-intrapriza jmorru tajjeb minkejja li ghandhom proporzjon gholi ta’ nfieq fuq
pagi u salarji, huma dawk li jaqghu fis-settur pubbliku u li b’xi mod jew iehor
jircievu s-sussidji.

Min jara u jifhem dan kollu, jifhem il-problema
enormi li ghandha l-ekonomija Maltija. Jien nappella lit-trejd unions li din
il-haga jarawha sewwa, ghax jien zgur li jekk mhux se nsibu soluzzjoni ghal din
il-problema, mhux biss ser inkomplu nisplodu d-dejn nazzjonali, izda wkoll ser
inwasslu l-ekonomija biex filwaqt li tkun tghabbiet b’pizijiet zejda u ghaddiet
ukoll minn bidla radikali biex tintrabat mas-suq Komuni Ewropew, ser naslu
mbaghad biex ma jkollniex il-hila ngawdu mill-potenzjal ta’ dan is-suq. Ma jiswa
xejn li nittwebblu li ghandna opportunitajiet kbar meta mbaghad mhux se nkunu
kompetittivi biex dawn l-opportunitajiet naqbduhom. Il-marda hi li kulhadd ghadu
jrid ihares lejn dan l-imbierek suq ckejken ta’ Malta u qisna m’ahniex
nirrealizzaw li d-domanda f’Malta hi dik li l-ekonoomisti jsejjhulha derived
demand. Jigifieri, domanda li tezisti ghaliex in-nies ikollhom il-flus fil-but
li qalghuhom bis-sahha ta’ attivita’ ekonomika ohra, li fil-kaz taghna hi dik
ta’ l-esportazzjoni u tat-turizmu.

Fejn sejrin
Meta wiehed janalizza
l-politika ekonomika li qed inhaddmu b’mod partikolari l-politika industrijali u
dik tat-turizmu, bil-fors li min hu serju jinnervja. Ghaliex kif jista jkun li
l-istatistika turi, per ezempju, li l-lukandi qed inaqqru l-profitti taghhom u
li l-infieq taghhom dejjem tiela, imbaghad ikunu qed izommu l-pozizzjoni taghhom
fis-suq tat-turizmu bi skema bhalma kienet it-TOSS, imbaghad tara lill-Gvern
inehhiha? U dan fi zmien meta s-settur tal-manifattura mhux sejjer tajjeb u
bil-fors il-pajjiz ghandu bzonn li jkattar il-qliegh tieghu mit-turizmu
ghat-telf fil-manifattura waqt li dan is-settur qed jirristruttura. Mhux
titnehha minn fuq is-suq Ingliz kellha t-TOSS, izda tidhol ukoll ghas-suq
Germaniz! Kif tista ma tinnervjax meta tara l-figuri tal-manifattura u tara li
l-policies tar-ristrutturar qed jahdmu biss fejn hemm investituri privati li
akkost ta’ kollox qed jinvestu bil-kbir bhalma qed jigri fis-settur
tal-produzzjon tad-denim u li f’setturi ohra, x’hin taqta l-paroli, ftit li xejn
qed sir biex verament l-investitur Malti jidhol bil-kbir biex jinvesti f’oqsma
godda ta’ manifattura li huma rikjesti mis-suq kbir Ewropew?

Jekk
ir-relazzjoni ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea trid tahdem, din trid tkun imsejjsa
fuq pendament sod ta’ gwadann ekonomiku mill-potenzjal enormi tas-suq kbir
Ewropew. Dan ifisser politika agressiva u pozittiva lejn il-manifattura permezz
ta’ ghajnuna diretta, bini ta’ iktar fabbriki u assistenzi fiskali, u ta’
tahrig, u ta’ kull xorta ohra, li jizguraw li l-Malti ma jibqax iktar jinvesti
fejn ma jrendix u fejn ma jaghtina l-ebda ritorn mill-ftuh li ser ikollna
ghas-suq kbir Ewropew, izda li jitfa flusu bil-kbir fejn hu ta’ l-aktar gwadann
ghall-ekonomija Maltija.

Il-politika ekonomika tal-lum mhix indirizzata
b’mod qawwi lejn din id-direzzjoni. Id-direzzjoni vera hi Ewropa, izda mhux
l-Ewropa li hi ta’ l-aktar gwadann ghalina!

 

Lejn Budget 2003

Is-Sitwazzjoni Llum
Dan zgur li ser ikun il-Budget li jigbed
fuqu hafna attenzjoni. Is-sena d-diehla hi s-sena tad-decizjonijiet. Ghalhekk
importanti li l-Gvern jimpressjona. Iddur kemm iddur dwar il-Budget, hemm fatt
wiehed li ma jista` jahrab minnu hadd: budget jirrifletti l-istat tal-ekonomija.
Fatt iehor: iddur kemm iddur, tkun kreattiv kemm tkun kreattiv, ic-cifri
ekonomici jitkellmu wahedhom. Punt iehor improtanti: llum l-ekonomija Maltija hi
mghassa.


Meta nkun Brussels jolqotni l-fatt li it-teknici ekonomici jafu
jaqraw l-ekonomija Maltija sewwa u lil hinn mill-kummenti pulitici
tal-Kummissarji Ewropej u pulitici barranin li jzuruna, dawn it-teknici jafu
r-realta` dwar Malta hafna u hafna aktar milli jahsbu xi Maltin li jahsbu li
ghaliex dwar l-ekonomija Maltija ipinguh sabih biex jimpressjona, jahsbu li
b’hekk qed jikkonvincu lil min hu istruwit. Zgur izda li qabel ma tghaddi
l-Elezzjoni l-Maltin ser jistordu jisimghu figuri fuq figuri biex
jimpressjonawna li sejrin hadida.

Nghid biss li bhalissa l-accountants
qed jghalqu l-kotba ta` hafna negozji u intraprizi Maltin kbar u zghar. Irrid
insib accountant wiehed biss li bhalissa qed jitbissem. Kollha kelma wahda:
bilanci ta` negozji daqshekk disastruzi ilhom ma jaraw zmien u l-istampa hi
l-istess f’kull settur. L-accountants maqbudin f’morsa. Ghax jew ikunu zeluzi
mal-verita` u jitfghu in-negozji tal-klijenti taghhom f’inkwiet kbir mal-banek
kummercjali hekk kif dawn jaraw l-accounts tal-klijenti b’telf kbir. Jew inkella
jaghtu ftit tal-kulur biex l-istampa tidher tajba u wkoll igibuhom juru profitt,
jifirhu l-banek izda lill-klijenti jkorruhom ma` tat-taxxa. L-accountants bravi
u kreattivi jafu pero` li min irid jaf x’inhu jigri sewwa ghandu jitkellem
mas-sidien tan-negozji Maltin. Mhux ma` dawk li ghandhom xi bicca art mweghdha,
jew xi assistenza mdendla, jew xi permess specjali diga mahdum, izda
mal-proprjetarji serji li n-negozju taghhom imexxuh sewwa u bl-isforzi taghhom
biss. Dawn kollha jafu li l-ekonomija Maltija ghaddejja minn zmienijiet difficli
u li s-sitwazzjoni xejn m’hi titranga.

Ghanijiet Ekonomici
Meta wiehed
ikejjel il-performance tal-ekonomija ta` Malta wiehed iqis kemm qed jirnexxilu
jew le pajjizna jilhaq l-ghanijiet imfassla mill-Gvern. Dawn li l-ghanijiet huma
dawn:

1. L-akwist ta` tkattir ekonomiku sostenibbli u konsistenti u li
jinzamm livell gholi ta` mpjieg li jwassal l-ekonomija Malta biex tilhaq u
tintrabat mal-ekonomija ta` l-Unjoni Ewropeja.

2. Li l-finanzi pubblici
ta` Malta jitrangaw tant li n-nefqa pubblika tkun sostenuta minn dhul bizzejjed
biex id-deficit strutturali jinzel ghal ratio ta` 2% tal-GDP fis-sentejn li
gejjin.

3. Li l-ekonomija Malta tkun tista ssostni lilha innifisha biex
ma jkollhiex zbilanci fil-kontijiet ta` Malta mal-kumpliment
tad-dinja.

Zieda Fil-Produttivita`
Il-Gvern Malti jemmen li t-tnehhija
tal-levies u l-bidliet li qed isiru biex Malta taddotta l-acquis kommunitarju u
r-ristruttura li qed tigi mgeghla tghaddi minnhu l-ekonomija Maltija ser
tirrizulta f’aktar efficjenza ekonomika. Il-Gvern qed jittama, skond l-istudji
li ghandu f’idu, li ser ikun hemm titjib ekonomiku f’oqsma mportanti bhal ma hi
dik tal-produttivita` tal-haddiema Maltin. Il-Gvern qed jittama li dawn
ir-riformi ser igibu zieda fil-produttivita` ta` 0.5% fis-sena.

Hafna
jahsbu li ghalkemm l-ekonomija ma tiddependix tant fuq il-biedja (2.6%) daqs
kemm tiddependi fuq l-industrija (26%) allura mhux tant importanti ghal Malta
jekk il-biedja tickienx jew tikbirx. Dan mhu vera xejn. Il-biedja taghmel parti
mportanti mill-katina li taghqqad l-ekonomija Maltija u jekk tmut il-biedja
partijiet importanti ta` Malta li huma meqjusa bhala rurali, jaqalghu daqqa
kbira. Il-GRTU ma tirraprezentax lill-bdiewa izda ma trid bl-ebda mod tara
l-biedja ssoffri ghax mal-biedja jghixu hafna nies u hi parti mportanti minn dak
li hu Malti. Pero` wiehed irid ikollu saqajh ma` l-art u jipprova jifhem
x’ghandu f’rasu l-Gvern. Gvern, hu min hu jiddeciedi u aktar iva milli le dak li
jwettaq ma jergghax jitnehha Rari nisimghu li xi skema, xi ligi, xi taxxa jew xi
tnehhija ta` protezzjoni terga tiddahhal wara li tkun tnehhiet jew li titnehha
wara li tkun dahlet jekk mhux wara hafna snin u hafna tahbit. Illum l-ghanijiet
tal-Gvern huma li l-biedja tinghata l-ghajnuna kollha biex tikkompeti u
tipproduci prodott tajjeb rikjest mis-suq u kif iridu s-suq u bi prezz
kompetittiv u s-suq ikun liberalizzat. F’kelma wahda l-Gvern jemmen li s-suq
isuq u ma jridx jaf bl-ebda protezzjoni.

Suq Wiehed Ewropew
Dan
ifisser li l-konsumatur permezz tal-bejjiegh tal-haxix u frott ikollu ghazla
wiesgha ta` prodotti lokali u mportati. Il-Gvern jemmen li bi programmi ta`
sapport ghal settur settur, is-suq ikun jista` jinfetah u Malta tkun tista`
tintegra ruhha mas-suq komuni ewropej. Dan hu s-suq bla frontieri li minn
Finland jinzel sa` Malta u mill-Irlanda jasal sal-Bologna jekk it-tkabbir
jirnexxi u jkun suq bla fruntieri ta` erba mitt ruh. L-ghan tal-Gvern hu li
l-ekonomija ckejkna ta` Malta tkun tista tilhaq u tlahhaq mal-kumplament f’dan
is-suq kbir u li l-imprenditur biedwi Malti jkun jista jfendi b’kompetizzjoni
minn u kontra kulhadd. Il-Gvern Malti jemmen li l-impatt ekonomiku fuq
it-tkattir tal-ekonomija nazzjonali u fuq is-suq tax-xoghol ikun posittiv tant
li wara s-sena 2003 l-produttivita` tax-xoghol tal-haddiema Maltin tibda tiela
bir-rata ta` 0.5% fis-sena.

Huma hafna ix-xettici, fosthom jien, dwar
kemm dan ix-xenarju ser jirnexxi. L-indikazzjonijiet illum huma li hafna minn
dak li diga gie pprogettat ma rnexxiex, ir-ristruttura mweghda mhux qed issir,
l-iskemi ta` sapport li l-industrija u li l-biedja mhux qed jahdmu,
il-produttivita` nazzjonali m’hix tiela izda niezla u ghalhekk ma tantx hemm
fiducja li l-miraklu ekonomiku se jirnexxi. Biex wiehed jghid kollox izda,
ir-ristruttura ekonomika mhux facli u tiehu z-zmien. Ukoll l-iskemi tas-sapport
min-naha tal-Gvern jiehdu z-zmien biex jinhaddmu u jitwettqu. Min bhali ghadda
mill-perijodu ta` riforma kbira li rat Malta snin ilu jaf li mhux facli li
tibdel l-istrutturi ekonomici ta` pajjizna u li jkollok success. Din xi haga li
kull min ghadda mill-magna ta` l-esperjenza jafha. Jidher sfortunatament li
hafna li qed jiktbu r-rapport u jfasslu l-projections, din ma
jafuhiex.

Il-Budget Li Gej
Il-Budget 2003 ghalhekk ser jibni qafas ta`
progetti u pjanijiet u skemi diretti ta` intervent min-naha tal-Gvern li ser
ikunu ibbazati fuq dwan l-istudju u dawn il-projections. Il-Ministru tal-Finanzi
ghandu esperjenzi bizzejjed biex jifhem li jkun genn jekk nassumu li kollox ser
imur harir. L-ewwelnett, Malta hi wahda mill-aktar ekonomija miftuha ghal-irjieh
li jolqtu lid-dinja ekonomika. It-tieni nett l-impatt ekonomiku tal-mizuri
jiddependi kemm il-mizuri jkunu mahsuba sewwa u kemm ikunu genwini. Jiddependi
wkoll fuq kemm lil min ser jolqtu jkun lest u ghandu l-abilita` u r-rieda li
jhaddimmhom. Illum ghandna wisq nies b’nifishom maqtugh u mghobbijin isolvu
l-problemi li ghandhom s’issa bil-bidliet li saru, u ghalhekk ftit ghandhom
entuzjazmu li jfasslu pjanijiet godda u jissugraw flushom f’aktar investiment
ghal futur. Il-pjanijiet tal-Gvern jahdmu biss jekk l-investitur privat Malti
jemmen fihom, jinvesti fihom, ihaddimhom u jirnexxi. Dan kollu jissarraf f’kelma
wahda: fiducja.

Imma ejja nkunu posittivi u nghidu li l-Gvern ser
jippjana tajjeb u ser ibiegh tajjeb u li l-investituri jafdawh. Jibqa l-fatt li
l-proposti godda jridu jitilqu mir-realta` ekonomika tal-lum. Din ir-realta`
trid tkun spjegata sewwa. Hu possibli li l-Budget jippresenta analisi ekonomika
li jaqblu maghha anke x-xettici.

Msiehba Socjali
Li jaqblu ukoll
maghha l-korpi kostitwiti u t-trade unions. Hu possibli li l-imsiehba socjali
jaccettaw l-istampa ekonomika bhala vera u reali u l-projections bhal attainable
u jkunu lesti jintrabtu maghhom. Din ser iholl u jorbot ghal dan il-Budget li
gej aktar milli ghal Budgets ta` qabel. Aktar u aktar jekk il-qabza lejn
l-Ewropa Maghquda ssir.

Illum qed nintrabtu u wahedna nergghu nhollu jekk
dak li nfasslu llum ma jirnexxix. Jekk nintrabtu mhux ser ikun tant facli. Ukoll
ir-rabta tfisser li nkunu hattejna dak li kien isostni lill-industija lokali u
l-biedja sal-lum u nkunu ftahna bieb li ma nkunux nistghu nergghu naghlquh.
Ghalhekk ir-riforma trid bilfors tahdem ghax ikun difficli imbaghad li nigbdu
l-habel lura.

Flus
Il-Gvern mill-banda l-ohra jrid ikun sab il-mezzi
finanzjarji li jsostni l-programmi u l-inizjattivi kollha li qed iwieghed
minghajr ma jkompli jifqa l-budget deficit u jonfoh aktar id-dejn nazzjonali.
Anzi l-Ministru tal-Finanzi qed jobsor li l-budget ikompli jittranga, d-dejn
jibda jonqos, it-taxxi jibdew jonqsu u jkollu flus ukoll biex ihallas
ghall-programmi kollha li fasslulu l-ekonomisti tal-IPSE u tal-MDC, tal-MTA u
tal-Ministeru tieghu u dak tal-Prof. Josef Bonnici.

Il-Ministru
tal-Finanzi jittama wkoll li l-ekonomija tad-dinja jghaddilha l-inkwiet li
waqghet fih u li Malta tbiegh aktar fis-swieq barranin u tigbed lejha aktar
turisti. Jekk jahdmu l-projections u kollox imur sewwa ser jghidulna fil-Budget
li gej li kollox ser imur sewwa. L-imsiehba socjali jridu jemmnu u jibqghu
jittammaw. U maghhom il-membri taghhom.

Nippjanaw bis-serjeta

Il-BICC
Bhala membru fundatur tal-Kunsill Konsultattiv
ghall-Industrija tal-Bini (il-BICC) xejn ma jaghtini sodisfazzjoni aktar milli
nara kif dan il-kunsill mexa ‘l quddiem u ghamel volum kbir ta` xoghol. Dnub li
hafna mix-xoghol ta` dan il-Kunsill jibqa` ma jkunx implimentat mill-gvern. Dnub
ukoll li dak li jkun implimentat jiehu tant zmien. Dan hu Kunsill li hadem sewwa
kemm taht l-ewwel Chairman tieghu l-Perit Martin Debono, kif ukoll taht
ic-Chairman tal-lum il-Perit Robert Musumeci. Hu Kunsill Konsultattiv
b’partecipazzjoni ta` dawk is-setturi kollha li ghandhom interess fl-industrija
tal-bini u jirnexxielu jigbor fih idejat u proposti minn setturi differenti
minghajr ma jhalli lill-ebda qasam jiddomina. Jiddependi mill-kontribuzzjoni
volontarja tal-Kunsilliera izda jibni wkoll fuq ix-xoghol professjonali ta’
l-ispecjalisti mqabbda biex ilestu l-volum kbir ta` studji xjentifici li jlesti.
Ihaddem sistema tajba ta` sotto-kumitat specjalizzat u b’rihet t’hekk imexxi
fl-istess zmien diversi progetti.


Pjanijiet Lokali
Fost l-istudji li
jniedi l-BICC hemm dawk dwar il-pjanijiet diversi li tfassal il-MEPA, l-aktar
il-Pjanijiet Lokali. Dan l-ahhar gie analizzat fid-dettal il-Pjan Lokali ta`
Ghawdex u Kemmuna u dak tac-Centru ta` Malta. Mir-rapporti ta` l-esperti li
ghamlu l-analizi johorgu xi osservazzjonijiet li m’humiex tant visibbli ghal min
jara l-Pjan Lokali b’mod generali. Ilum nghid xi haga dwar dak li ntqal dwar
il-Pjan t’Ghawdex.

Il-Pjan t’Ghawdex.
Fil-Pjan t’Ghawdex jissemmew
diversi progetti li ghandhom jitwettqu ghall-gid tal-komunita` izda l-Pjan ma
jghid xejn dwar meta ser isiru dawn il-progetti u dwar min ser ihallas ghalihom.
Il-Pjan isemmi wkoll hafna policies, izda wkoll waqt li f’xi kazi jindika min
ser ikun responsabbli ghat-twettieq ta` dak li jghid il-Pjan, f’hafna kazi
t-twettieq qed jithalla ghal haddiehor li mhux indikat. Bhallikieku ohrajn ser
jindunaw bl-gherf li hemm fil-Pjan u jiehdu inizjattivi minn jeddhom. Min qatt
haddem pjan jaf li dan mhux l-ahjar mod kif tippjana. Il-Pjan ghalhekk jitwaqqa
fuq livell ta` ezercizzju akkademiku lil ‘hinn mir-realta`

Min Ser
Ihallas
Meta jissemmew diversi progetti, ma jinghad xejn dwar jekk il-gvern
ghandux il-flus ghal dawn il-progetti jew kif ser johloq il-fondi mehtiega.
F’kazi fejn ser isiru programmi ta` zvilupp dwar progetti li l-gvern diga
accetta u lest li jikkommetti ruhu dwarhom, dan ghandu jinghad hekk kif il-Pjan
ikun approvat mill-Parlament. Meta pjan ikun approvat mill-Parlament, wiehed
jistenna li l-progetti li jkunu msemmijin fil-Pjan ikunu diga gew approvati
mill-Gvern. Daqstant iehor, il-Ministru tal-Finanzi jkun approva l-fondi
mehtiega ghat-tkomplija tal-progetti. Is-serjeta’ tal-gvern ghandha tinvolvi
l-akwist ta` l-art. Izda dwar dan il-pjan ma nghad xejn.

Din li l-Pjan
ikun gej ghall-approvazzjoni tal-Parlament u jkun jinkludi fih progetti ghal
komunita` li jinvolvu nfieq pubbliku konsiderevoli u wkoll akwist ta` art, u
l-gvern ma jkunx diga` ta l-approvazzjoni tieghu ghal dawn il-progetti u vvota
l-flus ghalihom hi stramba. Dan kollu jaghmel il-Pjan ta` Zvilupp fjakk jekk
mhux wkoll li jisgwida, ghax meta progett ikun jidher fi pjan li jkun approvat
mill-kabinett u wara mill-Parlament, ikun ifisser li l-Ministru tal-Finanzi jkun
inkludih bhala parti mill-progetti tieghu.

L-aktar issa meta l-Ministru
Dalli qed jghid li ser jibda jiehu l-Budgets ta` kull sena bhala wiehed li
jorbot ma ta` warajh u ta` warajh bhala Pjan tan-nefqa pubblika. Jigifieri,
l-Ministru tal-Finanzi ser jillimita il-fakulta` ta` hafna istituzzjonijiet
pubblici bhal MEPA li johorgu bi progetti li dwarhom il-Ministeru tal-Finanzi ma
jkunx ippjana u progetta l-fondi mehtiega.

Finanzi Pubblici
Min jifhem
fil-finanzi jaf li din hi wahda mill-kwistjonijiet li gabet lill-finanzi
tal-pajjiz fil-gwaj. Hija facli li wiehed jippjana u jistenna lill-haddiehor
ihallas. Dwar din il-kwistjoni l-Parlament ghandu jkun car: kull progett li
jissemma f’dawn il-Pjanijiet u li jkun imressaq ghall-approvazzjoni, irid ikun
sar b’mod li l-finanzjament tieghu ikun ippjanat sew minn qabel u jkun
inkorporat fil-multi-budgeting programm tal-gvern. Il-privat imbaghad la jkun
jaf li dawn huma progetti konfermati jkun jista` jaghmel huwa wkoll il-pjanijiet
tieghu u mhux kollox fl-ajru.

Il-pjan ghandu ghalhekk jindika x’livell
ta` responsabbilta’ ser ikollu l-gvern dwar il-progetti msemmijja, kif ser tkun
din ir-responsabbilta’ finanzjarja u fuq liema zmien u fuq liema skala. Jiena
niddubita kemm il-Minsitru John Dalli dahal fihom dawn il-progetti! Kemm
ipprezentawlu pjanijiet ta’ nfieq u kemm haddmulu kif ser jingiebu l-flus dawk
li nizzlu dawn il-progetti fil-pjanijiet? Jekk dan ma jsirx kif jista` haddiehor
jinkorpora bis-serjeta` dawn il-progetti fil-pjanijiet tieghu?

Pajjizna
ma jistax jibqa hekk! Kif jista wiehed ifassal u jippjana minn fejn ser igib
il-flus jekk lanqas hu zgur jekk il-progett huwiex holma jew le?

Meta
Ser Jitwettqu
Il-MEPA wkoll trid tibda li f’dawn il-Pjanijiet taghti
indikazzjoni ta` meta l-progetti li ssemmi ser jaslu ghat-twettieq. Kif jista`
jkun li jissemma progett li jkun ser jibdel zona shiha u jibqa mdendel fl-arja u
hadd, jew kwazi hadd ma jkun jaf meta jew jekk hux ser isir? Possibli dawk li
jfasslu dawn il-Pjanijiet ma jafux bl-incertezzi u bid-diffikultajiet li joholqu
sitwazzjonijiet bhal dawn. U xi pjan hu jekk mhux pjan ta kif, fejn u meta u
minn min?

Spinta Ekonomika
Wiehed mil-ghanijiet ta` Pjan hu li jaghti
spinta lill-izvilupp u li jinholqu opportunitajiet godda. Pjan ghalhekk ghandu
jaghti gwida cara u jindika l-incentivi biex zviluppaturi jimxu fuq il-linji
tal-pjan u mhux mod iehor u biex jattira l-interessi tal-izviluppaturi lejn
l-opportunitajiet li jkun irid min iniedi l-Pjan. L-incentivi jistghu jkunu ta`
natura fiskali, assistenza diretta jew sempliciment billi l-affarijiet ikunu
ccarati u iffacilitati biex zviluppatur ikun imhajjar aktar.

Gholi ta`
Bini
Il-Pjan jitkellem dwar policies ta’ gholi ta` bini izda mhux car dwar
kif din ser tahdem. X’ser jigri? Ser nibqghu bis-sistema fejn bini jkun ta` tant
sulari u ta` haddiehor aktar jew anqas? Inkella ser immorru bis-serjeta` ghal
zoni shah fejn l-gholi jkun wiehed u mhux nibqghu imharbta bhal m’ghamilna
s’issa! Il-pjan jindika li hu possibbli li fejn hemm il-limitazzjoni fuq l-gholi
dan jista` f’certi kazi jinqabez! U jekk sal-lum din kienet wahda mil-mardiet
kbar li harbtet il-pjanura t’Ghawdex, issa allura ser nipprogettaw l-istess
diffikulta` ghall-futur?

Postijiet Vojta
F’Ghawdex hemm propozjon
gholi ta` proprjeta` li hi vakanti. Il-MEPA ghalhekk qed tghid li mhux ser
tiftah aktar art ghal zvilupp waqt iz-zmien tal-operat tal-Pjan. Illum diga hemm
art fabbrikabbli disponibbli li fuqha jistghu jitilghu 5,500 dar. Jigifieri
l-fatt li mhux ser tizdied l-ammont ta` art ghal bini mhux ser izzomm tant
l-izvilupp u mhux ser issolvi xejn il-problema li c-centru ta’ l-ibliet u
l-irhula Ghawdxin qed jitmermru minhabba nuqqas serju ta` zvilupp.

Il-MEPA ghandha taghmel flimkien mal-Gvern dak li jsir barra u toffri
pakketti ta` ncentivi fiskali u mod iehor biex dak li jkun jithajjar jiehu djar
qodma u zoni fic-centri u jirrangahom skond il-kriterji tal-MEPA. Bla
inkoraggament dak li jkun imur jinvesti fejn hemm inqas xkiel. Ghalhekk
ic-centri storici qed jitmermru u l-bini qed johrog ‘il barra f’zoni fejn seta`
ma sar bini xejn!

Garaxxijiet
Il-Pjan ta` Ghawdex jirrikonoxxi
l-htiega kbira li hemm f’Ghawdex ghal aktar spazji ghal bini ta` garaxxijiet
ghall-intraprizi z-zghar. Tinhass anke l-htiega li dawn il-postijiet ikunu
ntegrati mac-centri tal-komunita`. Il-MEPA izda hawn ukoll mhux tindika liema
huma l-kriterji dwar kwistjonijiet ta` hsejjes, trabijiet u rwejjah li jistghu
jnaffru lir-residenti. Lanqas ma stipulat x’incentivi ser jinghataw biex dawk li
jridu jibnu f’certi zoni jkunu nkoraggiti jhaddmu s-sistema
mixtieqa.

Impact Assesment
Illum fl-Unjoni Ewropeja ma tistax tfassal
aktar Pjan bi progetti kbar minghajr ma jkun sar l-Environment Impact Assessment
li jikkwalifika li dawn il-progetti jidhlu fil-Pjan. Il-Pjan innifsu hu progett
kbir li jinvolvi t-thaddim u l-uzu ta` hafna artijiet u hafna rizorsi. Fih
innifsu, meta jitwettaq, ibiddel l-ambjent li ghalih il-Pjan ikun tfassal. Barra
minn dan il-Pjan jinvolvi, kif diga ghidna, uzu ta` fondi pubblici kbar u
holqien ta` inizjattivi ekonomici privati fuq skala kbira.

Kif allura
meta wiehed jipprezenta progett uniku l-MEPA tinsisti li jkun hemm Environment
Impact Assessment u mbaghad l-istess MEPA tfassal Pjan ghal lokal shih li jkun
jinkludi fih numru sostanzjali ta` progetti kbar bla ma tfassal Environment
Impact Assessment dwar il-Pjan kollu u dwar il-Progetti imsemmija
fil-Pjan?

Impatt Ekonomiku
U xi nghidu ghal Business Impact
Assessment? Issa fl-Unjoni Ewropeja progetti kbar iridu wkoll ikunu akkumpanjati
minn Business Impact Assessment ghaliex x’ikun jiswa li jittiekel aktar
l-ambjent, tintuza aktar energija u jsir uzu ta` rizorsi, meta finalment ma
jizdiedx il-gid u l-opportunaitajiet ghax effettivament issir haga gdida u
skapitu ta` ohra?

Pajjizna llum wasal fi stat fejn ir-rizorsi taghna huma
limitati. F’Ghawdex aktar minn Malta! Bilfors li l-ippjanar ma jistax jibqa
aktar akkademiku. Izda l-ippjanar irid isir dejjem aktar konkret u mzejjen
b’rapporti ta’ l-impatti kemm ambjentali kif ukoll ekonomici. Li naghmlu minn
issa l’hemm irridu nippjanawh sewwa u mhux sempliciment biex nghidu li ghandna
Pjan.

 

L-ekonomija wara l-gwerra

Bhalissa huma hafna l-ekonomisti li qed jippruvaw jikkalkulaw x’jista` jkun
l-effett fuq l-ekonomija tad-dinja u tad-diversi pajjizi wara gwerra ohra bejn
l-Istati Uniti u l-allejati taghhom kontra l-Iraq. Dawn l-argumenti zdiedu aktar
wara d-diskors qawwi tal-President Bush lill-Assemblea Generali tal-Gnus
Maqghuda fejn wera bic-car li l-Istati Uniti lesta ghall-gwerra jekk l-Iraq ma
jaccettax il-kundizjonijiet kollha li l-President Bush indika lill-Gnus
Maqghuda.


L-ekonomisti qed jirragunaw li wara dak kollu li intqal li ser
jigri lid-dinja ekonomika u l-pronostici tant negattivi li ntqalu sena ilu wara
l-attakk fuq ic-Centru Dinji tal-Kummerc f’New York u li jidher li ma garax issa
li qed jitkejjlu bil-fatti x’kien l-effett reali, il-biza` ta` impatt negattiv
ghall-ahhar ta` gwerra ohra mhux qieghed tant jittiehed b’serjeta`. L-analisti
qishom li wara li qiesu li r-ricessjoni li laqtet lill-pajjizi l-kbar matul din
is-sena, kienet fil-fatt mhux kbira u ta` hajja qasira, mhumiex tant imwerwrin
li gej disastru ekonomiku jekk tfaqqa gwerra ohra. L-Ingilterra, li hafna bassru
li ser tbghati hafna ekonomikament bil-gwerra ta` l-Afganistan, lanqas biss
hassitha r-ricessjoni.

Jigifieri, qed jghidu l-analisti, jekk l-iskop
ta` dawk li fasslu l-qerda tac-Centru Dinji tal-Kummerc kien li jwaqqghu
lid-dinja sinjura fl-akbar ricessjoni li qatt grat, dan il-pjan falla.
Il-verita` hi li l-konsumaturi fil-pajjizi ewlenin, l-aktar fl-Istati Uniti u
fir-Renju Unit, wrew rezistenza qawwija ghall-biza li t-tragedja tal-11 ta`
Settembru, seghtet waqqghethom fiha u baqghu jixtru u jinvestu fuq livell gholi,
tant li l-mewga negattiva ma damitx wisq u l-qerda ekonomika malajr trazznet.
Il-gwerrra tal-Afganistan ma gabitx maghha d-dizastru ekonomiku kbir li
l-pessimisti kienu bassru.

Swieq Finanzjarji
L-aktar li waqghet dalma
matul din is-sena kien fis-swieq tal-ishma. Is-swieq ewlenin fil-fatt ghadhom,
illum, sena wara, daqs 20% taht il-livell li kienu qabel il-11 ta` Settembru,
2001. Issa li l-biza dwar gwerra gdida hi qawwija, l-ekonomija globali qed
tlesti ghax-xokk. Jidher li Saddam Hussein lest biex jisfida lill-Istati Uniti
ghax ma tantx hu possibli li Saddam jaccettaw l-lista twila ta` kundizzjonijiet
li ghamlulu l-Istati Uniti, u l-amministrazzjoni Bush tidher deciza li jekk
Saddam ma jhallix l-investigaturi internazzjonali jidhlu fl-Iraq u jmorru fejn
iridu biex jizguraw li l-Iraq m’ghandhiex hazniet u produzzjoni ta` armamenti
qerrieda, allura l-Istati Uniti jattakkaw lill-Iraq akkost ta` kollox. Ftit
jahsbu li l-gwerra tista` tigi evitata u l-gwerra ghalhekk tidher realta`.
Jidher ukoll li jekk tibda, din tkun gwerra fit-tul!

Impatt
Ekonomiku
L-ewwel effett ikun zgur li l-prezzijiet taz-zejt jisparaw ‘il fuq.
Zgur ukoll li tizdied it-tensjoni fil-Lvant Nofsani. Jista` jkun li jinholoq
argument serju bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti li zgur li lanqas Tony Blair ma
jirnexxielu jirranga. Impatt iehor ikun li hafna decizjonijiet ekonomici u ta`
kummerc ta` importanza kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Ewropa u fil-pajjizi
ohra ewlenin jitwarrbu, u hafna jistennew biex jaraw kif ikunu ser jizviluppaw
l-affarijiet qabel jipprocedu. Fin-negozju, perjodu ta` ncertezza u waqfien ta`
decizjonijiet ikollu mal-ewwel riperkussjonijiet ekonomici.

Il-Ministru
tal-Finanzi Ingliz, Gordon Brown, huwa bezghan ferm biz-zieda fl-infieq li
gwerra li tinvolvi mill-gdid lill-Ingilterra jista` jkollha, wara li huwa diga
ikkommetta ruhu fl-ahhar Budget Ingliz ghal infieq qawwi min-naha tal-Gvern
tieghu biex isalva s-servizzi socjali, jtaffi t-tbghatija ta` hafna nies u
jgholli l-livell tas-servizzi pubblici. Jigifieri diga qed jara li l-infieq
il-gdid ta` gwerra gdida u z-zidiet fl-ispejjez ikkawzati mill-impatt tal-gwerra
jista` jgieghluh jibdel ir-rotta ekonomika u socjali li fassal il-Kabinett
Ingliz.

Ministri ohra tal-Finanzi fl-Ewropa li qed ihaddmu ekonomija
nazzjonali li, jew waqqfet tikber, jew li qed tikber bil-mod wisq, jew anke li
miexja b’lura, huma nkwetati ferm li l-ekonomija taghhom ma tiflahx skusjatura
ekonomika kbira ohra bhal ma jigri jekk tfaqqa l-gwerra. Rapport ippublikat dan
l-ahhar mil-kumpanija finanzjarja Barclay Capital jghid li t-theddida tal-gwerra
zgur li ggib waqfien ta` decizjonijiet ta` nvestimenti godda u ta` nfieq gdid
bil-konsegwenza li gwerra twaqqa lura t-tkattir tal-ekonomija. Dan hu fil-fatt,
dak li gara hekk kif faqqghet il-gwerra tal-Golf. Il-paragun ta` gwerra ohra fuq
l-Iraq hija ma` dik tal-Golf u mhux ma` dik ta` l-Afganistan.

Ippreparati
Ahjar
Analisti llum izda qed ighidu li l-Gwerra tal-Golf kellha dak l-impatt
ghaliex l-ekonomiji kemm dik Amerikana kif ukoll dik Ingliza, kienu diga
f’ricessjoni hafna qabel ma faqqghet il-gwerra. Jigifieri llum qed jinghad li
l-Gwerra tal-Golf mhux veru li gabet dak l-impatt negattiv kollu li hafna qalu
li gabet. Li kien zgur izda hu li l-prezzijiet taz-zejt splodew u maghhom gabu
hafna nkwiet lil hafna ekonomiji. Din id-darba l-ekonomisti qed jistennew li
l-gvernijiet ikunu aktar ippreparati ghall- impatt. Qed jittamaw li l-pajjizi
produttivi taz-zejt huma lesti biex izidu l-produzzjoni taghhom biex jaghmlu
tajjeb ghat-telf tal-produzzjoni tal-Iraq. B’hekk, iz-zidiet fil-prezzijiet ma
jkunux esagerati.

Meta l-prezzijiet taz-zejt jgholew, l-ewwel impatt ikun
li d-ditti fil-qasam tal-manifattura jgibu diffikultajiet kbar ghax jizdidulhom
l-ispejjez. Dan ikun ifisser li pajjizi li jiddependu hafna mill-produzzjoni
industrijali jbghatu hafna. F’dinja fejn il-problemi jghollu l-prezzijiet, dan
ikun ifisser waqa fil-progetti u waqa fl-investiment u fl-impjiegi. Dan
jaffettwa mall-ewwel lill-pajjizi l-kbar. Jaffetwa wkoll lill-pajjizi ohra
tat-tielet dinja li jiddependu mill-pajjizi l-kbar. Pajjizi kbar izda tghallmu
jilqghu ghal dawn id-diffikultajiet. F’dawn l-ahhar snin, dahlet is-sistema
fil-pajjizi mportanti li waqt perjodu fejn l-infieq tal-industrija u
tal-intrapriza jkun qed jghola minhabba zidiet fil-prezzijiet taz-zejt u ta`
materja prima, il-Banek Centrali jzommu r-rati tal-interessi tas-self mill-Banek
baxx biex l-industrija tkun tista` tirpilja u tbghati mill-anqas. Dan hu
differenti ferm minn dak li kien gara fi zmien il-gwerra tal-Golf meta
l-prezzijiet gholjin taz-zejt flimkien ma` l-interessi gholjin tal-banek kienu
gabu diffikultajiet enormi lill-industrija.

Wara l-gwerra tal-Golf,
il-Banek Centrali u l-Banek kummercjali huma llum aktar ippreparati biex jilqghu
ghad-daqqa hazina li gwerra ggib maghha u jidhru decizi li din id-darba ma
jhallux lill-industrija tbghati u tnizzel maghha setturi ohra. L-esperjenzi
qarsa tal-gwerra tal-Golf, jigifieri, jista` jkun li ghallmet hafna biex din
id-darba l-hsara tkun hafna anqas.

Gwadann
Xi analisti bhal dawk
tal-Credit Suiss First Boston qed jargumentaw li gwerra ohra tista` anke tkun
ta` vantagg ghaliex il-Lvant Nofsani u l-Iraq b’mod partikulari, tant joffru
theddida kontinwa lid-dinja li jekk gwerra effettiva jirnexxila tnaqqas il-biza
li tirrenja llum, fil-fatt dan jista` jgib mieghu fiducja gdida u mewga ta`
nvestimenti godda li kapaci jaghtu spinta gdida lill-ekonomija dinjija.
L-Amerikani jemmnu li Saddam hu t-theddida ewlenija ta` nkwiet fir-regjun kemm
direttament minnu kif ukoll mit-terroristi mhallsa minnu. Huwa wkoll ta`
theddida kontinwa lid-dinja u huwa htija li l-ekonomija industrijali qed tikber
bil-mod. Dawk li jitkellmu bla pessimizmu li gwerra ohra tkun success
ghall-Istati Uniti u l-allejati taghhom jghidu li din fija nnifisha tnehhi
l-qtugh in-nifs li jezisti llum.

Ftit huma dawk izda li qed jikkalkulaw
x’jista` jkun l-impatt jekk l-affarijiet ma jmorrux kif qed jippjanaw
l-Amerikani. Gwerra wara kollox, hi gwerra, jsostnu l-pessimisti u qatt m’int
zgur li l-affarijiet imorru sewwa u mhux hziena. Jidher li jekk il-gwerra mhux
ser tkun evitata, li ta` l-anqas tkun success skond kif jarawha l-Amerikani. Dan
ikun ifisser li ma jkunx hemm riperkussjonijiet mhux mistennija.

Skusjatura
Il-biza l-kbira tibqa izda li gwerra ohra ggib skusjatura
ekonomika li hafna pajjizi ma jkunux jifilhu ghaliha. Barra l-pajjizi l-kbar li
ghandhom illum strutturi finanzjarji avvanzati u ppreparati ghal li jista`
jinqala`, hemm hafna u hafna pajjizi li m’humiex tant sofistikati u li ghalhekk
jew m’ghandhomx ir-riservi finanzjarji li jghinuhom johorgu malajr minn krizi
jew addirittura, diga mghobbijin tilja dejn u problemi ekonomici li zgur li
jkissruhom jekk id-dinja tghaddi minn skosjatura ohra.

L-ekonomisti
ewlenin izda huma ottimisti li din id-darba l-ekonomiji l-kbar ma jbghatux wisq
u jirpiljaw malajr. Ghalhekk il-pajjizi l-ohra ma jkollhomx it-tkissir ekonomiku
li r-ricessjoni fil-pajjiz il-kbir iggib fuq il-kumplament tad-dinja. Ghal min
il-gwerer ma jarax fihom hlief ghawg, dan hu ottimizmu zejjed, izda tajjeb li
wiehed jaghmel ftit kalkoli qabel ma jaqa` f’disperazzjoni. Wara kollox
aspettativa negattiva fiha nnifisha ggib l-inkwiet waqt li wahda mhux tant kerha
hi ta` vantagg ghax ma twerwirx lill-investituri u
lill-konsumaturi.

Jidher li l-President Bush mhux qed ihalli l-argumenti
ekonomici jinfluwenzawh wisq. Qisu li jrid jisma aktar lil dawk li ghandhom
messagg posittiv aktar milli negattiv. Issa jew ghax l-Amerikani ppreparati sew
anke mill-latt ekonomiku u mhux biss militari, jew inkella ghax hemm tmexxijja
wisq tipo Texas. Li hu zgur hu li l-vuci tal-paci tidher imdamdma taht it-tnabar
tal-gwerra!

 

Il-Battalja Kbira Nazzjonali

Strutturi
Min jghid li l-ekonomija Maltija m’ghandiex
problemi serji ma jafx x’inhu jghid! Fl-ekonomija Maltija hemm numru ta`
zbilanci li ma jistghux jitrangaw mil-lum ghal ghada ghaliex huma kawza
tas-sistemi u l-istrutturi li ghandna fl-ekonomija taghna. Dawn huma strutturi
li nbnew matul is-snin biex isolvu problemi partikolari li Malta kellha
fil-passat. Facli li llum jinbtu nies li joqoghdu jikkritikaw x’gara fil-passat
minghajr ma jifhmu sew il-kuntest li fih iddahhlu l-istrutturi u s-sistemi li
kellna il-bierah.

 


Protezzjoni
Illum is-sitwazzjoni hi differenti
f’haga wahda importanti: il-kompetittivita`. Il-bierah ukoll ridna nikkompetu
mal-kumplament tad-dinja, izda kellna wkoll l-ghazla li noholqu strutturi li
bihom nipprotegu lill-ekonomija, Maltija biex waqt li konna qed nitghallmu kif
inkunu aktar efficenti fil-biedja, fis-sajd, fil-kostruzzjoni, fil-manifattura,
fil-catering, fis-servizzi u f’hafna oqsma ohra, ma hallejniex lill-haddiehor
jidhlilna f’pajjizna jekk mhux bhala turist. Hloqna regim ta` tariffi, kwoti,
dazji u licenzji li jaghmluha difficli biex prodotti barranin jidhlu f’Malta,
jekk mhux bhala materja prima jew bzonn.


Illum dan kollu qed jinbidel
b’mod mghaggel. Ir-regolamenti tal-kummerc fid-dinja qed jinbidlu u ahna zghar
wisq biex inwaqqfu dawn l-izviluppi. Ir-rizultat ta` dan kollu huwa li
l-ekonmija Maltija llum hi wahda mill-aktar ekonomiji miftuha ghal dak li jsir
fid-dinja. Jekk inharsu lejn il-figuri insibu li 92% ta` dak kollu li ghandna
bzonn f’pajjizna – energija, materja prima, prodotti ta` l-ikel, prodotti
tal-konsum, prodotti ghall-industrija u l-kummerc, prodotti u servizzi ohra –
huma kollha importati. L-ekonomija taghna mbaghad biex tfendi tesporta 89% ta`
dak kollu li tipproduci bhala prodotti u servizzi (turizmu, servizzi
finanzjarji, tbahhir, avjazzjoni, skambji kummercjali).

Il-Bidla
Dan
kollu jfisser illi ma nistghux ahna f’Malta noqghodu nharsu biss lejn dak li
jaqbel lilna internament. Ghadna sfortunatament f’pajjizna nahsbu li hemm gvern
li ghandu xi hadd warajh li lest biex jghamillu tajjeb jekk ma jkollux mezzi
bizzejjed biex ihallas il-kontijiet tieghu. Ghadna nahsbu li hemm industrija li
tista` taghbbilha kemm trid spejjez ghax xorta wahda tista` tibqa` tesporta u
tikkompeti. Ghadna nahsbu li t-turisti naghmlulhom x’naghmlulhom u nghollulhom
kemm ngholluhom il-prezzijiet, jibqghu jigu Malta ghax nahsbu li lilna jqisuna
helwin aktar minn haddiehor.

Din il-mentalita` fejn waslitna? Waslitna
biex Malta m’hix tindokra bizzejjed il-kompetittivita` taghha fis-swieq
internazzjonali. Fil-qasam tat-turizmu, per ezempju, li jiggenera ma` l-40%
tal-gid nazzjonali, Malta qed tbghati ferm biex tikkompeti. Inutli li noqghodu
nsemmu figuri kontra figuri. Il-fatt jibqa li meta ahna nqabblu l-istruttura
taghna ma` dik ta` pajjizi ohra kompetituri taghna, ahna nsibu li qed naqghu
lura u mhux naqdfu ‘l quddiem! L-istruttura ta` l-infieq go kull stabbiliment
fil-qasam tat-turizmu, illum qed tinqaleb u ssir dejjem aghar. Ghaliex
il-Corinthia Group qed jinvesti tant miljuni f’pajjizi godda u mhux qed jinvesti
wisq aktar f’Malta? Ir-risposta hija semplici – ghax jaqbel aktar tinvesti
f’pajjizi fejn in-nefqa ta` l-investiment originali u n-nefqa kurrenti ta`
stabbiliment huma anqas u jaghmlu aktar sens.

F’Malta llum trid tohrog
kapitali enormi, esagerati, b’paragun ma` dak li investitur jonfoq f’pajjizi
ohra. Imbaghad biex tiftah u tmexxi negozju f’pajjizna, is-sistema burokratika u
ta` indhil tkissrek. Meta mbaghad tibda` tiffunzjona, ghandek martirju regolari
ta` glied u argumenti ma` l-awtoritajiet u ma kull min imiss mieghek ghax
tirrenja l-mentalita` f’pajjizna li l-investitur qieghed hemm biex jerda. Din hi
mentalita` li qed teqridna. Vera li hawn il-ftit kapitalisti li jabbuzaw, imma
l-abbuziv mhux f’kull qasam jezisti? Li ma nistghux nifhmu izda huwa li dan
l-imbierek pajjiz taghna jrid mill-investitur, minn tmexxija manigerjali dejjem
aktar efficjenti u minn haddiema dejjem aktar produttivi.

Kompetittivita`
Din hi li tfisser kompetittivita`! Tfisser li
l-investitur trid thallilu l-entuzjazmu, l-flessibilita` u l-kapacita` li jaqla`
fuq l-investiment tieghu ritorn xieraq. Meta l-investitur ikollu ritorn xieraq,
huwa jkollu l-mezzi biex jixtri u jhaddem l-aqwa teknologija biex ikun dejjem
pass ‘il quddiem aktar mil-kompetituri tieghu. Ikun jista jibdel u jhaddem
sistemi ta` tmexxija dejjem aktar efficjenti. Ikun jista` jharreg u jincentiva
lill-impjegati tieghu biex jipproducu aktar u bi prezz orhos.

Kompettivita` ma jfissirx li wiehed jaqbad u jqaccat il-prezzijiet. Hekk
qed jigri fil-qasam tat-turizmu din is-sena wara decizjoni zbaltjata li titnehha
t-TOSS. Il-lukandiera qed iqacctu l-prezzijiet biex ikunu jistghu jimlew
il-lukandi skond il-prezzijiet li qed jaghtuhom l-operaturi tat-turizmu. Meta
l-prezz jitqaccat biex ikun jista jinbieghu, dak ma jfissirx li qed issolvi
l-problema tal-kompetittivita`! Ifisser biss li l-industrija qed tghabbi lilha
nnifisha b’aktar problemi.

Kompetittivita` tfisser illi negozjant ikun
irristruttura s-sistema tieghu b’tali mod li b’zieda fl-efficenzja u
fil-produttivita`, jkun kapaci jzomm il-prezzijiet li kellu jew li jzidhom
b’rata anqas milli qed jizdiedu l-prezzijiet tal-kompetituri tieghu.
Kompetittivita` tfisser li l-entrepreneur ikun ha tant vantagg mill-efficjenzi
li dahhal, li jkun jista jnaqqas il-prezzijiet u jzid
fil-profitti.

Turizmu
Meta entrepreneur inaqqas il-prezzijiet u ma
jzidx l-efficjenzi, jkun qed idahhal lilu nnifsu, l-intrapriza tieghu,
l-haddiema tieghu u l-fornituri tieghu go inkwiet kbir. L-istorja tal-Priceclub!
Facli tnaqqas il-prezzijiet. Trid tara izda bi prezzijiet anqas tibqax tfendi.
Meta industrija tkun sfurzata tqaccat il-prezzijiet minghajr ma zzid
l-efficjenzi, din tkun fil-fatt qed tizra z-zerriegha tar-ricessjoni. Dan hu li
qed jigri fit-turizmu din is-sena. Din hi l-problema kbira li ghandna f’Malta
llum. L-industrija tat-turizmu qed tqaccat il-prezzijiet minghajr ma zzid
l-efficjenzi. Mhux qed issir aktar kompetittiva. Hija biss kompetittivita`
ibbazata fuq efficjenza u produttivita` aktar li taghmel sens. Din hi
l-kompetittivita` li trebbahlek is-swieq u thallilek il-profitti biex tibqa`
tinvesti u tibqa` kompetittiv.

It-TOSS kienet iddahhlet biex filwaqt li
l-lukandiera qed jirristrutturaw, izidu l-efficjenzi, jkattru l-profitti u jkunu
jistghu jibqghu jikkompetu konsistentament fis-swieq internazzjonali. Jien ma
rajt xejn li jikkonvincini li dan qed isir tant li kien jiggustifika it-tnehhija
tat-TOSS. Il-problema fit-turizmu hija l-kompetittivita`. M’ahniex nirbhuha u
gew gwaj kbir. Sakemm tintrebah din il-battalja, l-industrija tat-turizmu trid
tkun mghejjuna b’xi mod. Ma jistax ikun li l-gvern jibqa jghabbilha t-taxxi u
l-pizijiet kollha li jsallbuha, fl-istess hin inehhilha s-sapport li kellha, u
l-pajjiz jibqa ma jaghmel xejn biex isolvi l-problemi li qed iwasslu biex
l-istrutturi finanzjarji ta` l-istabbilimenti fil-qasam tat-turizmu dejjem
sejrin lura.

Sal-lum dawn l-istrutturi inzammu ghaliex il-valur
tal-proprjeta` kien dejjem tiela` u dan il-gwadann kapitali kien qed jahbi
n-nuqqasijiet ta` l-infieq fl-operat tan-negozji. Is-settur tat-turizmu llum qed
jiffaccja r-realta`: l-istrutturi taghna mhumiex kompetittivi. Is-settur ma
jistax isolvi din il-problema wahdu. Inutli jinkitbu studji u rapporti. Jekk
mhux se nsibu mezz kif innehhu hafna drawwiet u sistemi li ddahhlu matul
iz-zmien u l-gvern jaqtaghha li ma jibqax jghabbi aktar pizijiet fuq dan
is-settur, nibqghu sejrin lura.

L-MTA
Ic-Chairman tal-Malta Tourism
Authority, l-MTA jaghmel sewwa hafna illi isir l-espert tal-kompetittivita`
fil-qasam li huwa responsabbli ghalih. Din hi bicca xoghol iebsa hafna.
Ic-Chairman tal-MTA irid ikun lest li mhux biss jidentifika xjentifikament
x’inhuma l-problemi, z-zoni, u l-istrutturi li qed itellfu z-zieda kontinwa
fil-kompetittivita` f’kull qasam li ghandu x’jaqsam mat-turizmu, izda jrid ikun
lest li jikkumbatti kontra hafna awtomatizmi li jezistu fis-settur imposti minn
ftehim kollettiv, kuntratti, sistemi ta` xiri u sistemi ta` promozzjoni li
qeghdin kontinwanment inaqqru l-abilta` ta` min imexxi li jdahhal teknologiji u
sistemi godda li jzommu l-investiment fuq livell gholi sew.

Ic-Chairman
tal-MTA irid ikun ukoll lest li jikkumbatti lis-settur pubbliku, inkluzi
l-awtoritajiet fiskali u monitarji, kif ukoll lill-fornituri importanti bhal ma
huma dawk ta` l-energija, ta` l-ilma, tas-servizzi marittimi, ta` l-amjent, ta`
l-avjazzjoni u tat-trasport biex dawn ma jibqghux jaghbbu pizijiet godda fuq
l-industrija tat-turizmu u jibdew minflok jaraw kif ser izidu l-incentivi.
Fl-istess waqt, ic-Chairman tal-MTA irid jimbotta lis-sistema pubblika centrali
u lokali, biex il-prodott turistiku Malti jibqa dejjem ta` l-oghla livell:
it-telqa, it-tkissir ta` toroq, it-tharbit tal-kampanja, it-telqa tal-postijiet
storici, ix-xtajtiet. taghnaIl-glieda tal-kompetittivita` fis-settur tat-turizmu
hi kbira mmens. Ghajb jekk nitilfughha.

Industrija
Dawn l-argumenti
jghoddu wkoll ghall-industrija. Ic-Chairman il-gdid li se jmexxi l-istituzzjoni
l-gdida li ser tghaqqad l-MDC, il-METCO u l-IPSE, irid ikun bniedem ta` kuragg
li lest biex jitkellem mal-gvern, ma` l-awtoritajiet kollha, mal-banek u
mat-Trade Unions b’sahha. Mhux post ta` min hu ghajjien. Il-battalja
ghall-kompetittivita` fl-industrija hija kbira hafna. L-industrija
tal-manifattura ghandha problemi kbar. Ir-restructoring mhux qed tahdem
bizzejjed u l-pajjiz ser jiffacja gwaj serju jekk il-problemi li ghandna ma
nirbhuhomx.

Servizzi
Dan kollu jghodd ukoll ghas-settur tas-servizzi.
Ghad ghandna wisq inefficjenzi u pretenzjonijiet zejda li qed joholqu
sitwazzjoni fejn il-prezzijiet li l-konsumaturi, kemm il-house-holds kif ukoll
is-setturi kummercjali u industrijali, qed ihallsu huma gholjin wisq. L-ufficju
ta` l-istatistika ppublika analizi ta` kif il-prezzijiet taghna jikkomparaw ma`
ta` pajjizi ohra. Dan l-istudju juri bic-car li ghandna problemi serji. Inutli
dak li jkun jahseb li la dejjem hekk hadem, jista jibqa jahdem hekk ghal dejjem.
Illum biex tikkompeti fil-qasam tas-servizzi, trasport, negozju, bejgh,
distribuzzjoni, importazzjoni u servizzi ingenerali, trid kontinwament tkun
aktar efficjenti.

F’dan is-settur ghad ghandna wisq drawwiet u
ingranaggi li qed nbaghtu biex nibdluhom. Huma l-konsegwenza ghaliex tant
negozji f’dawn l-oqsma qed isibuha tant bi tqila biex ifendu f’suq li qed
jickien. Ghax hawn ukoll, hemm wisq nies li jahsbu li d-domanda se tibqa dejjem
tikber. Ma jifhmux li jekk id-domanda ghat-turizmu u ghall-esportazzjoni ma
tikbirx, id-domanda ghas-servizzi taghhom lanqas ma tikber. Ghalhekk
l-efficjenzi jridu jizdiedu fl-oqsma kollha ghax l-ekonomija Maltija
katina.

Is-Settur Pubbliku
Is-Settur Pubbliku jibqa l-ikbar qasam
f’Malta. Aktar minn 40% ta` dak kollu li jaqla l-pajjiz, il-GDP, jittiekel
mill-Gvern. Bil-fors ghalhekk li l-Gvern irid iktar efficjenza fit-thaddim ta`
l-infieq pubbliku u fis-servizzi li jaghti lill-industrija u l-kummerc. Il-Gvern
ukoll irid ikun aktar kompetittiv. Meta l-Gvern ma jkunx efficjenti, l-piz
tieghu isallabna wkoll. Ma jiswa xejn li l-privat jirristruttura jekk tal-Gvern
jibqghu ggranfati mas-sistemi tal-bierah.

Dejn Nazzjonjali
X’jigri
meta l-battalja tal-kompetittivita` ma nirbhuwiex? Ma jaghlqux il-kontijiet
tas-settur privat u ma jaghlqux il-kontijiet tal-Gvern. Jiddejjen aktar
il-privat u jiddejjen aktar il-Gvern. Il-buzzieqa kbira ta` dejn li ghandu
pajjizna llum gej mill-fatt li m’ahniex insolvu l-problemi kbar li ghandna biex
inkunu dejjem aktar kompetittivi. Dejjem nahsbu li hi problema ta haddiehor:
tal-Gvern, tas-sidien, ta` min imexxi, tal-haddiema. Kulhadd iwahhal
f’haddiehor. Il-problema hi taghna lkoll. Jekk dan is-salib m’ahniex ser
nerfghuh, ser inkomplu nitmermru.

Jekk nirbhu l-battalja
tal-kompetittivita`, ilkoll inkantaw
Vittorja!

 

Produttivita Nazzjonali

Labour Force Survey
Mill-Labour Force Survey li giet
ippublikata l-gimgha l-ohra johrog li n-numru ta` nies jahdmu f’Malta issa huwa
ta` 143,885. It-total ta` nies f’eta li jistghu jahdmu hi ta` 318,393 jigifieri
174,508 ta` eta` ta` aktar minn 15-il sena f’Malta ma jahdmux. Dan ifisser li
45.2% biss ta` dawk li kapaci jahdmu qeghdin fil-fatt jaghtu xoghol f’pajjizna.
Mit-total kollu ta` nies disponibbli 3.8% kienu jfittxu x-xoghol. Izda 51% huma
nies bla xoghol u inattivi. Il-fatti jigifieri juru li 45.2% ta` dawk il-fuq
minn 15-il sena qed jahdmu ghall-55% l-ohra. Dan barra it-tfal ta` taht il-15-il
sena!

 


Zbilanc
Wiehed hawn malajr jigbed l-ewwel konkluzjoni: dawk li
jahdmu, anke jekk huma l-aktar produttivi fid-dinja, ghandhom piz enormi fuq
daharhom. Jezisti zbilanc qawwi bejn min jahdem u min ma jahdimx f’pajjizna.
B’dak li jaqilghu dawk li jahdmu jridu jsostnu aktar nies mhux attivi milli
attivi. Malajr allura wiehed jibda jifhem ukoll x’uhud mill-problemi enormi li
ghandna f’pajjizna, kemm dawk ekonomici, kif ukoll dawk socjali. Kif jistghu 45%
tan-nies b’eta ta` aktar minn 15-il sena jaqilghu bizzejjed biex izommu l-livell
ta` l-ghixien taghhom stess dejjem tiela, u jhallsu wkoll bizzejjed taxxi u
kontribuzzjonijiet socjali biex jinzammu l-isptarijiet b’xejn, l-iskejjel u
is-servizzi governattivi kollha li jinghataw bla hlas, jithallsu l-pagi kollha
tal-haddiema tal-Gvern, jinghataw is-sussidji lill-bdiewa, lis-sajjieda,
lit-Tarzna, lil Freeport, llil-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma, tinzamm
l-Universita` kollha b’xejn, jinbnew progetti godda, u t-toroq jinzammu f’livell
tajjeb, ikun indukrat sewwa l-patrimonju nazzjonali, inzommu d-difiza tal-pajjiz
u jkunu kumbattuti l-kriminalita`, il-mard u l-abbuzi. Dan kollu meta fl-istess
waqt ikunu sostnuti wkoll is-servizzi socjali kollha u s-sistema
tal-penzjonijiet taz-zewg terzi. U dan minghajr ma nkomplu nonfhu d-deficit
tal-budget tal-pajjiz u minghajr ma nkomplu nisplodu d-dejn nazzjonali.

Meta nisma` lil xi nies jghidu li m’ghandniex problema meta li suppost
jafu hafna aktar x’inhuma l-problemi tal-pajjiz, nibda verament nahseb li jew
certi nies jghixu fil-qamar jew li s-sens ta` responsabbilta` farfruh ghal
kollox. Din li 143,885 ruh iridu jzommu pajjiz b’popolazzjoni adulta ta` 318,393
hi problema li jehtieg tinghata l-importanza li jisthoqqilha!

X’Cans
Ghandha Malta
Tfisser allura li m’ghandniex cans? Dazgur li ghandna! Dan izda
jekk il-problemi niffacjawhom bis-serjeta` ilkoll kemm ahna Gvern, sidien,
haddiema, u s-socjeta` civili ingenerali. L-ewwelnett l-produzzjoni nazzjonali
f’termini ekonomici illum ma tiddependix biss mill-produttivita` tan-nies
tax-xoghol. Pajjiz jista` jkun sinjur f’rizorsi ohra u dan jaghmel tajjeb
ghan-nuqqas ta` nies u ghan-nuqqas ta` produttivita`. Dan izda mhux il-kaz ta`
pajjizna. Ir-rikkezza ewlenija ta` pajjizna hi li n-nies tieghu. Mela kull
sistema jew arrangament li tohloq sitwazzjoni fejn haddiema jistghu jiskappaw
ikunu produtturi, hu ghal kollox inaccettabbli. Zgur li hu att bla sens.
Ghalhekk ma jista qatt ikun iggustifikat f’pajjizna li Gvern, haddiema u sidien
jaccettaw sitwazzjoni fejn jigi ppremjat l-ghazz u tkun iggustifikata l-hela
tar-rizorsi umani taghna, ghax ladarba rridu min-nies u nies bizzejjed bhala
proporzjon li jahdmu m’hawnx bizzejjed, ikun ifisser li kull meta xi wiehed
mill-143,885 ma jahdimx, jiskarta, jew itellef, l-ohrajn iridu jaghmlu tajjeb
ghalih b’zieda mal-174,508 l-ohra li diga mhux qed jikkontribwixxu ekonomikament
dawk li jkunu fil-fatt qed jahdmu u jipproducu. Kull wiehed minna jaf li
b’postijiet tax-xoghol fejn x’uhud jahdmu u ohrajn jiskartaw. Din hi problema
ohra kbira tal-pajjiz. Min hu serju jaf li pajjizna ma jistax jaffordja dan
it-telf ta` produttivita` aktar u aktar jekk qed inhallsu ghalih mit-taxxi
taghna.

Teknologija Ahjar
Nerga nghid li produzzjoni mhux tal-haddiema
biss trid tkun. Pajjiz jehtieg fuq kollox investiment gdid kontinwu u tigdid ta`
li ghandu, ghax illum il-qofol tal-produttivita` nazzjonali m’hix biss il-hila u
l-produttivita` tal-haddiem izda, fuq kollox il-livell u l-kapacita` teknologika
ta` l-apparat u l-makkinarju, kif ukoll il-hila ta` min imexxi u l-kapacita`
organizzattiva tal-post tax-xoghol. Illum jista jkollok produttivita` gholja bi
ftit li xejn nies. Ghalhekk hu mpoprtanti, f’pajjizna forsi aktar milli
f’pajjizi ohra, li nibdlu u nzommu nvestimenti tal-oghla livell f’kull qasam.

Ma nistghux ahna nittolleraw li l-investituri taghna ma jkunux il-hin
kollu imhajra, mhegga u sostnuti sewwa mis-sistema kollha biex ikomplu jinvestu
u jghollu kontinwament l-livell tat-teknologija u ta` tmexxija imhaddem fil-post
tax-xoghol taghhom. Ghalhekk jien dejjem nishaq li r-retorika l-antika ta`
haddiema fuq naha, u tas-sidien fuq in-naha l-ohra, f’pajjizna trid tispicca.
Din ta` ahna u huma trid tinqata`. Ahna ghandna problema kbira. M’ghandniex nies
bizzejjed, bhal proporzjon ta` nies, li lesti biex jahdmu halli wahidhom izommu
pajjiz modern bil-livell ta` rikezza li jixraqlu. Din id-deficenza trid tissewwa
billi nkunu aktar efficjenti u nhaddmu teknologiji dejjem oghla u management
ahjar.

Investiment
Hemm barra m’hemm hadd; la Unjoni Ewropea u l-ebda
forza ohra li ser toqghod tibghatilna l-flus biex nghixu sew bla ma nahdmu u
nghollu kontinwament il-livell tal-produttivita` taghna. Il-haddiem wahdu,
biezel kemm hu biezel, mhux se johloq post tax-xoghol wiehed. Il-Gvern ma jista`
qatt jibqa johlom li jonfoq qisu m’hemmx qiegh. Id-dejn nazzjonali ma jistax
jibqa jikber bir-rata li qed jikber. It-tragedja ghal pajjizna hi li spiccajna
b’tant nies minn kull nazzjonalita` – Korejani, Filippini, Nigerjani, Tunezini,
Sirjani, Egizzjani, Jugoslavi, Albanizi, Rumani, Libjani u ohrajn li jahdmu
f’pajjizna ufficjalment u anke b’mod illegali meta fl-istess waqt ghandna 12,000
Maltin disponibbli ghax-xoghol u m’ghandhomx xoghol!

Ma nistghux nibqghu
f’pajjizna nisimghu lil min irid jinvesti u johloq ix-xoghol igerger u jaqta`
nifsu, meta pajjizna jiddependi aktar u aktar mill-investituri privati, kemm
il-ftit kbar, u wisq u wisq izjed l-eluf zghar. Zgur li ma nistghux nibqghu
sejrin b’din il-hela kollha ta` rizorsi, specjalment fis-settur pubbliku – dak
is-settur li flusu jridhom minn fuq l-ohrajn li jahdmu ghall-esportazzjoni u
ghall-qliegh minn barra. Irridu bil-fors aktar produttivita`; l-ewwel u qabel
kollox tan-nies taghna. Kieku ahna rridu nafu bis-serjeta` norganizzaw
il-postijiet tax-xoghol taghna u ma jkollniex bzonn dawn il-barranin kollha li
diga hawn f’pajjizna. Hawn la l-haddiema u lanqas min imexxi ma jistghu jahdmu
wahidhom. Bil-fors flimkien.

Produttivita`
Il-problema ta`
l-immigrazzjoni qed ingibuha b’idejna stess ghax f’pajjizna hloqna wisq fsied.
Ta` dan il-fsied qed inhallsu qares u ghada ser ikollna spluzjoni socjali bla
qies. Dan kollu ghax fil-bidu tas-seklu 21 ma kellniex il-hila nsolvu l-ftit
problemi li ghandna. Jekk wiehed jigbed ‘l hawn u l-iehor ‘l hemm,
il-produttivita` u l-organizzazzjoni fil-postijiet tax-xoghol taghna ma tizdied
qatt! Bla zieda fil-produzzjoni nazzjonali l-ghawg se jibqa` jikber u nghaddu
l-problemi ghall-futur. Irridu zgur fuq kollox hafna aktar investimenti u hajra
ghat-tkattir tat-teknologija u ghall-uzu dejjem ahjar tal-facilitajiet li
ghandna. Ghandna wisq spazji u facilitajiet bi produzzjoni baxxa jew b’uzu
hazin. Meta r-rizorsi taghna ma nuzawhomx sewwa, ma jkollniex cans li nghollu
l-produttivita` nazzjonali. Ghandna fuq kollox htiega kbira ta` aktar tahrig u
ta` iktar incentivi biex kull min hu kapaci jahdem, jahdem.

Pajjizna
jixraqlu ahjar. Jista` jkun ahjar. Izda baqa` hafna u hafna xi
jsir!

 

Aktar dwar it-tnehhija tat-TOSS

TOSS
Kienu hafna li kitbuli jew kellmuni wara l-kummenti
tieghi dwar id-decizjoni tal-Gvern li jwaqqaf it-Tour Operator Support Scheme
(TOSS) u l-impatt hazin li din id-decizjoni kellha u ser tkompli jkollha fuq
it-turizmu. Biex inwiegeb ghal mistoqsijiet li saruli u li zgur huma ta` nteress
ghall-ohrajn li ma kellmunix, illum ser inkompli fuq dan is-suggett. Ghal min
mhux midhla tat-turizmu mhux facli li jifhem l-importanza tat-TOSS u ghaliex
l-ekonomija Maltija ser issofri konsegwenzi hziena bit-tnehhija ta` din
l-iskema.

 


Kif Tahdem
It-TOSS kienet tahdem billi mhux lakemm
l-operatur jghid li baghat it-turisti f’Malta u jaghti r-rata li jkun hallas
biex qaleb il-Lira Ingliza ghal Lira Maltija u jippretendi d-differenza minghand
il-Gvern Malti bhala sapport biex izomm il-prezz tal-vaganza lit-turisti Inglizi
baxxa. It-talba ghall-hlas lura tad-differenza fil-kambju kienet issir wara
sottomissjoni kompleta u dettaljata u li seghtet tkun ivverifikata.
L-awtoritajiet Maltin kienu jaghmlu tajjeb ukoll li jizguraw li l-hlasijiet li
dwarhom kienet issir it-talba, kienu jkunu sostenuti b’ircevuti fiskali li jkunu
jistghu jigu verifikati mid-Dipartiment tal-VAT. Interessanti wkoll, li
l-mekkanizmu li kien jithaddem biex ikun assigurat li l-hlas tas-sapport
mill-Gvern Malti kien isir biss wara li s-suppliers lokali jkunu thallsu.
Ghalhekk jien insostni li kienet skema li minnha l-lukandier Malti mhux biss
kien igawdi ghax timlielu l-lukanda u mieghu jgawdi kull min jaqla` mit-turisti
li jigu Malta, izda wkoll kienet skema li tizgura li l-Malti jithallas fiz-zmien
stipulat.

Is-sistema tat-TOSS kellha wkoll mekkanizmu nteressanti li
nbena b’esperjenza ta` kif jahdem is-suq tal-vjaggi fil-Mediterran.
Il-mekkanizmu kien jizgura li l-pjanijiet u li l-operaturi tat-turizmu kienu
jaghtu qabel jaccettaw li jippartecipaw fl-iskema kienu fil-fatt ser jirnexxu.
Din kienet tghin lill-awtoritajiet tat-turizmu, kif ukoll lill-awtoritajiet
monetarji biex ikunu jafu fejn huma dwar is-suq Ingliz. Ghalhekk jien kont
nemmen li aktar milli titnehha kellha tinhadem skema simili ghas-swieq l-ohra
barra dak Ingliz fejn ukoll l-operaturi tat-turizmu kellu problema ta` prezz
gholi ikkawzata mir-rata tal-kambju tal-Lira Maltija.

FBR
L-iskema
tat-TOSS zviluppat mill-bidu bikri tal-Forward Buying Rate (FBR) fl-1985 u giet
zviluppata b’mod pjuttost sofistikat wara l-esperjenza kollha li giet akkumulata
matul is-snin. M’hemm l-ebda dubju li l-introduzzjoni tal-FBR, u wara tat-TOSS,
kienet l-unika mossa vera strategika u ntelligenti li tat spinta immensa
lit-turizmu Malti. Zvilupp sostenibbli tat-Turizmu Lokali mhux possibbli jekk
is-settur ma jaghmilx profitt. Hu l-profitt li hu l-akbar mutur ghal aktar
investiment, kemm fil-bini, f’impjanti, f’tahrig u f’reklamar u zvilupp ta`
prodott aktar sofistikat. L-iskema tat-TOSS kienet tintuza biex, mhux biss jigu
aktar turisti, izda wkoll biex l-intraprizi Maltin, lukandi u kull min jaghmel
mit-turizmu jaghmel profitt.

U ejja ma noqghodux nargumentaw dwar numri
u kwalita`. Dan argument tal-klassi tal-iskola biss! Ir-realta` ekonomika ta`
pajjizna tiddettalna li waqt li nizguraw li s-settur jaghmel profitt bizzejjed
biex jibqa jigbed lejh investiment li jgholli l-kwalita` biex ihajjar dejjem
aktar turisti ta` kwalita` jigu Malta, naraw ukoll li l-operaturi tat-turizmu
jibqghu jibghatu numru kbir bizzejjed ta` turisti biex is-suq kollu lokali
jgawdi. Ghadna lura milli nghidu li f’Malta wasalna f’xi punti krucjali fejn
jidhol it-turizmu. Dan hu argument akkademiku. Min imiss mal-hajja tax-xoghol
jaf li irridu kemm in-numru kif ukoll it-tkattir kontinwu tal-kwalita`.
M’ghandniex ninhlew nargumentaw qisu li wahda teskludi lill-ohra, ghax mhux
il-kaz!

Kompetittivita`
Meta kienu ser iwaqqfu l-FBR l-ewwel darba,
jien kont ghamilt studju li ghin biex id-decizjoni nbidlet. Dan ghamiltu ghal
darba, darbtejn, kull meta kien hemm caqlieqa biex l-FBR titnehha. Meta twaqqfet
l-FBR u ddahhlet it-TOSS ukoll kont argumentajt u tlabt spjegazzjoni. Il-Profs
Josef Bonnici, li kien il-Ministru responsabbli mit-Turizmu, aktar bhala habib
milli f’kapacita` ufficjali, spjegali x’kienet l-intenzjoni u kif kienet ser
tahdem is-sistema u kien ukoll fdali d-dettal ta` kif kienet ser topera. Jien
bqajt insegwi l-izvilupp u stajt ninnota li t-TOSS kienet qed tigi zviluppata
f’sistema pjuttost kumplessa izda b’mekkanizmu li jahdem sewwa u jaghmel sens.
Is-sens kien gej mill-fatt li kuntrarjament ghal hafna skemi ohra li kultant
jipproponu entitajiet pubblici Maltin b’hafna daqq ta` trombi u li wara jmutu
mewta naturali bla ebda rizultati basta jkunu ntefqu somom enormi ta` flus (bhal
xi skemi tal-MDC, ETC, tal-IPSE u tal-Banek), is-sistema tat-TOSS kienet
ibbazata fuq figuri xjentifici maghrufa. L-ghan taghha kien wiehed u car daqs
il-kristall: dak li jzomm lit-turizmu Malti kompetittiv. Dan l-FBR/TOSS kienet
taghmlu bl-aktar mod semplici: billi tistudja l-prezzijiet fuq il-brochures
ewlenin ta` kemm tiswa` vaganza fil-Mediterran u kienet kontinwament tirranga
l-prezzijiet ta` Malta biex dejjem ikollha vantagg kompetittiv. Inbaghti ferm
biex xi hadd jikkonvincini li dan ma kienx mod mill-aktar intelligenti kif lil
Malta nzommuha mimlija bit-turisti bil-vantaggi enormi li dan ikollu fuq
l-ekonomija kollha Maltija. Inbaghti hafna ghalhekk biex inkun konvint li
d-decizjoni li tinqatel it-TOSS ma kinitx ghal kollox
gennata.

Rizultati
Il-figuri tat-turisti li jigu f’Malta mis-suq
Ingliz, kategorija b’kategorija, fuq perjodu differenti ta` vaganzi u fi
zminijiet differenti tas-sena, juru b’mod car li t-TOSS kien irnexxiela zzomm
is-suq Ingliz milli jitkisser. L-analizi tal-figuri turi bl-aktar mod car kif
fiz-zmien li thaddmet it-TOSS, is-suq Ingliz irpilja u ssahhah izda waqa` lura
hekk kif tnehhiet. U nerga nghid, sena ohra nkunu nistghu naraw l-impatt car fuq
is-suq Ingliz tat-tnehhija tat-TOSS. J’alla dak li qed nistenna ma jigrix. Hadd
ma jiehu pjacir jara s-suq Ingliz jitkisser. Sfortunatament izda jekk ix-xejra
fit-turizmu kif murija minn studji ippublikati tkompli, Malta minghajr TOSS
is-sena d-diehla tkompli ghan-nizla fuq is-suq Ingliz u n-nizla tkun b’rata
aktar mghaggla. U nerga nghid ukoll, mhix kwistjoni ta` aktar rekalamar. Biex
tbiegh tridhom it-tnejn: l-ghajta u l-prezz. Tghajjat kemm tghajjat, jekk
il-prezz ikun hazin ma tbieghx. Aktar u aktar jekk il-kwalita` tal-prodott tkun
qed tehzien. Kull min qatt dahal go hanut li jbiegh il-vjaggi u ra lin-nies kif
tixtri l-vaganzi jaf li l-prezz hu fundamentali. It-TOSS kienet tizgura li fuq
l-aqwa suq ghal Malta, dak Ingliz, Malta kienet konsistentament
kompetittiva.

Emorogija
Meta jien dhalt Chairman u Chief Executive
Officer tat-Turizmu fl-ahhar ta` l-1984 iggennint meta rajt kif is-suq Ingliz,
li naturalment kien aktar importanti proporzjonalment ghal Malta milli hu llum,
kien kwazi tkisser. Il-figuri li kelli f’idi kienu tal-genn. Meta l-Ministru ta`
dak iz-zmien, Joe Grima, qabbadni nistudja u nitkellem ma` l-operaturi
tat-turizmu kollha biex tinstab soluzzjoni u ndawwru r-rotta, l-konkluzjoni
tieghi kienet wahda: Malta biex tibqa` kompetittiva u fl-istess waqt izzomm
il-munita nazzjonali b’sahhitha bizzejjed biex issostni l-ekonomija Maltija u
tevita l-konsegwenzi ta` l-izvalutar tal-Lira u wkoll tizgura li l-operaturi
Maltin ikollhom il-qliegh xieraq mehtieg biex l-investiment jibqa` konsistenti,
bilfors li riedet thaddem sistema ta` sapport lill-operaturi
tat-turizmu.

Id-dhul tal-FBR fl-1985 waqfet l-emorogija tal-bidu
tat-tmeninijiet u tat lil Malta gid kbir. Id-dhul tat-TOSS fl-1996 waqqfet
it-tmermir tas-suq Ingliz li kien rega beda fil-bidu tad-disghinijiet u rega ta
lil Malta spinta gdida ta` gid ekonomiku.

Issa it-tnehhija tat-TOSS
fis-sena 2002 ser terga titfghana fil-limbu.

Iz-zmien jaghtina
parir!

Decizjonijiet Zbaljati fit-Turizmu

Settembru 11
It-Turizmu mhux sejjer tajjeb. Li nwahhlu
kollox f’Settembru 11 hu zball kbir. Illum hu stabbilit ufficjalment
mill-Istatistika Mondjali ppublikata (Official Airline Guide Figures) dwar
in-numru ta` vjaggi bl-ajru li din is-sena hemm 4% biss anqas nies li vjaggaw
bl-ajru mis-sena l-ohra s’issa jigifieri li meta tqis li certa pajjizi ewlenin
ghandhom l-ekonomija f’ricessjoni, li d-dinja ta` l-ivvjaggar giet ghan-normal.
Ghalina dawn huma cifri mportanti ghaliex it-Turizmu ta` pajjizna jiddependi fuq
l-immaniggjar bl-ajru. Aktar importanti ghalina izda l-figura li harget
mill-Awtoritajiet ta` l-Ajru Ingliz li turi li s-suq Ingliz ta` l-ivvjaggar huwa
biss 2% anqas.


Ghalhekk f’Malta rridu niefqu nitkellmu fuq dak li gara
f’Settembru 11 u nibdew nitkellmu bis-serjeta` fuq il-problemi tat-Turizmu
f’pajjizna. Il-problemi tat-turizmu ta` Malta ilhom gejjin u dan jafu kull min
josserva sewwa. Malta m’hiex tikkompeti. Il-prodott taghha mhux jizviluppa
bizzejjed. It-Turist m’ghadux jiehu good value for money. Ghandna problemi serji
u jekk ma nfasslux l-istrategiji taghna sewwa u niffukawhom biex insolvu
l-problemi identifikati, mhux ser nalsu.

Il-Pjan tal-MTA
Fl-ahhar
Pjan Strategiku tal-Malta Tourism Authority wiehed kien jistenna li jsib l-ewwel
u qabel kollox analisi xjentifika ta` dak li mar tajjeb u mar hazin fil-Pjan
Strategiku ta` qabel. Hekk naghmlu fil-settur privat. L-ewwel nanalizzaw sewwa
dak li ghamilna u mbaghad nipproponu strategiji skond il-performance u skond
il-htigijiet u l-izviluppi godda fis-suq. Il-Pjan Strategiku l-gdid tal-MTA hu
fl-opinjoni tieghi xott wisq f’dik li hi analisi u ghalhekk l-istrategiji
mweghda mhux zgur li jorbtu.

Id-diskussjoni dwar x’irid isir hi wkoll
imtappna ghaliex ghad hawn wisq min jipprova jipproponi strategiji li jaqblu
lilu u lis-settur li l-aktar li hu qrib tieghu, milli lill-Malta kollha.
It-Turizmu u ta` Malta hu l-magna li trid tigbed warajha l-kumplament. Tnehhi
l-industrija ta` l-esportazzjoni , ftit ghanda aktar. Ghalhekk ma nistghux
niehdu xi falza stikka kbira fejn jidhol it-Turizmu.

Falza
Stikka
It-tnehhija tat-TOSS fl-opinjoni tieghi kienet falza stikka kbira.
Hekk kif ma nibqghux inwahhlu kollox fuq il-mewga hazina ta` wara Settembru 11,
u l-figuri nibdew nifluhom sewwa, nibdew naraw b’aktar carezza xi prezz qed
inhallsu ta` dan l-izball. Il-logika tat-TOSS u ta` l-iskema ta` qabel,
il-Forward Buying Rate kienet cara. Malta mhux tikkompeti. Ghalhekk sa ma nirbhu
lura l-kompetittivita` fis-swieq taghna, it-Tour Operator kien ser ikun mghejjun
biex Malta ma titlifx is-suq. L-iskema kollha titnehha meta l-istrategiji l-ohra
immirati biex jaghmlu lil Malta aktar kompetittiva jirnexxu. Izda fejnhom dawn
l-istrategiji u liema minnhom irnexxew tant li jgeghluhom li ma nzommux aktar
skemi bhal Tour Operator Support Scheme. M’hemm l-ebda dubju li Malta illum hi
anqas u mhux aktar kompetittiva fis-swieq.

Jekk niehdu s-swieq
tal-Mediterran biss insibu li Malta tnaqqritilha aktar il-kompetittivita` kwazi
f’kull qasam. Jien kont nistenna li qabel ma titnehha t-TOSS, l-MTA kellha
taghmel u tippublika ghad-disskussjoni analizi dettaljata. Il-fatt li din
l-analizi ma saritx, jew hekk saret ma gietx ippublikata, turi wahda minn zewg
affarijiet: jew it-tnehhija tat-TOSS saret b’mod azzardat jew inkella saret meta
l-figuri kienu juru li kienet decizjoni hazina izda li giet imposta fuq
is-settur. Ghaliex nghid dan? Ghaliex l-ewwel nett it-TOSS ma kienetx ghajr
support lill-Hotels Maltin. Aktar milli Tour Operator Support Scheme, hi kienet
Local Hoteliers Support Scheme. Hotelier li ma kienx jista` u ma kienx jaqbillu
jnaqqas l-prezzijiet ghax ma kienx kompetittiv wicc’mb’wicc ma kompetizzjoni
minn hotelier f’Cipru jew fi Spanja, kien fil-fatt jinghata fondi mill-Gvern
biex lit-Tour Operator itieh prezz ahjar u s-suq ma jintilifx.

Ghajnuna
Lil Hotels
It-TOSS kienet skema intelligenti li biha Malta ma setghet titlef
qatt: konna nzommu l-Hotels mimlijin ghax izzomm kontinwament bi prezzijiet
ahjar minn ta` haddiehor. It-TOSS ma setghet qatt tkun mibdula ma sempliciment
advertising budget, ikbar ghaliex ir-rikklamar u l-FBR/TOSS huma ghodod
differenti immirati biex isovu problemi differenti. Il-wahda mhix sostut ghal
ohra. Flimkien iva. Wahda minghajr l-ohra le. Talanqas sakemm nibqghu mhux
kompetittivi.

Il-Lira Maltija
U mhu vera xejn li l-kaxxa ta` Malta
kienet qed taghmel tajjeb ghal dan. L-ewwelnett it-TOSS u l-iskema li wellditha,
l-FBR, iddahhlu bhala kontro-partita ghal politika monetarja tal-awtoritajiet
Maltin li fl-interess nazzjonali jzommu l-valur tal-Lira Maltija gholi. Dan isir
ghax Malta timporta kollox energijia ikel, materja prima ghal industriji,
materjali ohra ghal biedja, konsum generali w industrija. Meta l-Lira tkun
gholja jfisser li nixtru b’irhas. Jekk per ezempju issir devaluation jghola
kollox. Tghola zgur l-energija u l-prodotti tal-ikel u Malta taqla daqqa kbira
f’dik li hi kompetittivita` ghax malajr jghola kollox. Mela biex Malta tgawdi
minn Lira Maltija iebsa, l-Gvern Malti kien dahhal l-iskema tal-FBR ghat-Turizmu
u anke Exports Support Scheme biex l-esportatur ma jbaghtix minn Lira Maltija
iebsa. Meta nehhejna tal-esportaturi batejna u Malta bhala post attraenti
ghall-investiment fil-manifattura ghal-esportazzjoni, tilfet hafna u hafna.
L-ebda sforz tal-MDC u tal-METCO ma rnexxielu jaghmel tajjeb ghal din it-telfa.

Il-KAZ TAT-TURIZMU KIEN U GHADU AKTAR SERJU. It-turist jixtri l-pakkett
turistiku Malti f’kompetizzjoni diretta ma pakketti f’pajjizi ohra bhal Spanja,
Italja, Tunizija, Cipru, Rodi, Egittu, il-Gzejjer Balerici, Grecja u Portugal.
Min jahseb li l-prezz mhux importanti ghandu, fl-opinjoni tieghi, zball kbir. Hi
x’inhi l-klassi tat-Turizmu, l-prezz jibqgha importanti. Importanti wkoll
l-kwalita tal-prodott, izda l-kwistjoni tal-kwalita` tiggrava u mhux tnaqqas
l-impatt tal-prezz. Jigifieri jekk ikollna prodott gwapp, pajjiz mizmum tajjeb,
monumenti, muzewijiet, hwienet, divertiment, pajsagg u fuq kollox xtajtiet u
bahar mill-aqwa, inkunu nistghu nzommu prezzijiet iebsin ghax il-value for money
ikun b’sahhtu, izda meta l-prodott ma nibzghux ghalih u l-value for money
jonqos, imbaghtu ferm biex inbieghuh bi prezzijiet gholjin. Din xi haga li llum
nistghu nistudjawha bil-figuri:

Analizi
Dawn il-Gvern irid
jipprovdihom biex nifhmu ahjar x’inhu jigri:
 Kemm qed jigu turisti f’Malta
b’paragun ma destinazzjonijiet ohra
 Kemm qed jonqos l-proporzjon ta`
turisti inglizi li jigu Malta b’paragun mal-porzjon tas-suq, ingliz li jmur
f’pajjizi ohra fil-Mediterran
 Kif tnaqqar is-suq ingliz ghal Malta
mill-1994 ‘l hawn
 Kif jikkompara l-Cost Price Index ta` Malta, sena wara
sena, b’paragun mal-kompetituri taghna
 Kif jikkomparjaw ir-ratios
tal-infieq tal-Hoteliers f’Malta b’paragun mal-Hotels f’pajjizi kompetituri
perezempju Cost of Labour u l-Cost of Materials
 Kif sejrin bhala return
fuq l-investment u profitabilita tal-lukandi f’Malta b’paragun ma haddiehor

Fuq kollox kif nikkumparaw fil-prezzijiet taghna ma` ta` pajjjizi ohra jekk
nibbazaw fuq perezempju l-prezzijiet ta` Thomson.

Il-Kompetituri hi xi h
aga li titkejjel u l-Gvern jaghmel tajjeb li jzomm lis-settur, investituri u
haddiema, konxji ta` kif qed nikkumparaw ma` haddiehor. Trid titnehha
l-mentalita` li ahna special u nghollu kemm nghollu u nnaqsu kemm nnaqsu
l-efficjenza, it-turist jibqa jigi xorta.

Responsabbilta`
Din
l-analizi trid issir wkoll ghas-suq Germaniz. Kont forsi inkun konvint li
t-Tnehhija tat-TOSS m’hiex gennata kieku l-figuri juruni li Malta imxiet ‘il
quddiem sew fil-kompetittivita` taghha fis-suq. Li Malta m’ghadx ghandha bzonn
tas-support. Izda fejnhom dawn il-figuri? Nerga nghid: fuq liema bazi xjentifika
tnehhiet it-TOSS? Min hu l-espert ekonomiku li ha responsabbilta ta` din
ir-rakkomandazzjoni? U min hada d-decizjoni?

Wiehed ukoll irid izomm
quddiem ghajnejh u din ma tohrogx tant cara mill-Accounts tal-MTA, li llum
it-thaddim ta` Skema ta` Forward Buying ta` munita barranija saret xjenza. L-MTA
jigifieri seghtet hadmet b’aktar ghaqal u mhux tnehhi l-iskema tat-TOSS messha,
izda thaddem b’mod li fil-waqt li tnaqqas l-hrug ta` flus fuq l-iskema, taqla`
bizzejjed biex issostni l-Budget tar-Reklamar. Ghax li jkollok aktar flus
ghar-reklamar hu tajjeb. Izda aktar reklamar bi prezzijiet mhux kompetittivi hu
biss traqqiegh. Iz-zieda fir-reklamar riedet issir izda mhux ghas-spejjez
tat-TOSS izda bi thaddim dejjem aktar efficjenti u xjentifiku tat-TOSS.

Jien nippretendi li dwar dan wara dan is-sajf ghandu jkun hawn dibattitu
shih u bil-figuri kollha ippublikati. Irridu nkejlu l-hsara, naraw fejn sejrin
hazin, nissuggerixxi skemi biex infejqu l-hazin u fl-istess waqt, inhaddmu skemi
biex ma nibqghux nitkaxkru. U d-diskussjoni trid issir b’oggettivita` u
fl-interess nazzjonali u mhux ta` dan jew ta` l-iehor.

Jekk ma nghamlux
hekk sena ohra tkun aghar.

 

Tal-barrieri u t-tragedja tal-ambjent Malti

Xoghol il-Gebla Maltija
Fost in-nies l-aktar li gew
ikkalunjati f’Malta f’dawn l-ahhar snin, zgur li fuq nett tal-lista hemm
is-sidien tal-barrieri. Tisma` nies li qatt ma nizlu f’barriera u qatt ma
tkellmu ma` sid ta` barriera jitkellmu qishom professuri f’dan il-qasam. Taqra
rapporti miktuba min-nies li ghax ghandhom degree f’xi qasam tax-xjenza jew
l-inginerija allura jahsbu li huma esperti f’kollox, li x’hin taghsarhom
wahidhom johorgulek il-mistoqsijiet: imma min qallhom? kif iddeciedewha din? ma`
min tkellmu dawn? Ghax jitfasslu strategiji, jinhargu stqarrijiet, jitkellmu
Ministri; izda ma` tal-barrieri ma jitkellmux.

 


Il-verita` hi li pajjizna
minn dejjem ta` dejjem kellu l-barrieri u ghal eluf ta` snin dawn mhux biss
m’ghamlu l-ebda hsara, izda kienu l-bazi tal-holqien tal-ghegubijiet kbar ta`
pajjizna; it-tempji neolitici, is-swar, l-ibliet storici ta` pajjizna, bhal
tal-Kottonera, tal-Mdina, tal-Belt Valleta, ic-centri urbani taghna f’kull belt
u rahal, il-portijiet, l-imhazen, il-knejjes u l-kattidrali, l-palazzi, d-djar
tal-Maltin, l-eghluq tal-widien, it-toroq, kull bini civili u kull m`ghandna.

Griehi
L-antik kien jaf kif iqatta`, minn fejn iqatta`, u kif igorr
bla hsara ghall-ambjent. Kien jaf ihaffer u jerga jimla. Kien jiddisinja
l-bliet, l-irhula, l-palazzi u l-knejjes b’mod illi l-gebla tinqata` u tintuza u
l-gerha ma tibqax. Morru dawra ma` Malta u Ghawdex u araw issibux il-gerha li
minna nqata` l-blat biex inbniet il-Kottenera, l-Belt Valletta,
l-kostruzzjonijiet il-kbar bhal knejjes, teatri, palazzi u blokki ta` bini kbar.
Mur fittex il-griehi ta` dak kollu li nbena f’pajjizna sa tletin, ghoxrin sena
ilu. Mijiet ta` snin ta` qtugh ta` blat u ta` bini, u griehi fl-ambjent ma
kellniex!

Imbaghad wasal il-Malti tal-lum. Waslu l-hafna li jifhmu
fl-ippjanar, fil-bini, fl-ingenerija civili u fis-sistemi moderni. Mhux
l-inginerija u periti li bnew l-edificji u sebbhu lill-pajjizna u li nitpaxxew
niftahru bihom mat-turisti li jzuruhom. Le…Id-disinjatur u l-inginier li bena
dak li tela fl-ahhar 30 sena. U waslet wkoll l-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Duru
dawra ma` Malta u taraw il-griehi li ghandna llum. Meta suppost li sirna bravi
fl-ippjanar, issa mlejna lil Malta bil-griehi. U wehlu s-sidien tal-barrieri!

Min Hu Responsabbli
Insaqsi: s-sidien tal-barrieri kienu responsabbli
li ta` qabilna qattghu u bnew fuq li bnew minghajr ma hallew griehi? Jew min
fassal il-politika ta` l-ippjanar u tal-bini u min kien inkarigat mil-progetti u
mill-bini, kien iwettaq strategiji li jaghmlu s-sens. Sens li rrizultqa f’bini
sabih, ippjanar ta` bliet li jaghmel sens, u fuq kollox fornitura ta` gebel u
zrar li ma kerrhux lill-pajjiz, u politika ta` thaffir u mili ta` hofor u qtugh
ta` blat li ma kerrahx l-ambjent. U jekk illum ghandna l-griehi, dawn verament
responsabbli ghalihom is-sidien tal-barrieri? Jew responsabbli min ifassal
il-politika tal-ippjanar ta` pajjizna, min ifassal l-ibliet u l-irhula taghna,
min ifassal u jwettaq ir-regolamenti tal-bini? Is-sid tal-barriera huwa “prime
mover” jew jirrispondi ghad-domanda tas-suq? U d-domanda ghal aktar bini ta`
djar, ghal aktar bini ta` toroq, ghal aktar bini ta` skejjel, sptarijiet,
lukandi, fabbriki, appartamenti u kull xorta ta` xoghol ta` kostruzzjoni, dawn
is-sidien tal-barrieri joholquhom, jew bil-maqlub, dawn jirrispondu ghad-domanda
li johloq haddiehor? U l-politika li tigwida, thajjar jew tiskoraggixxi x’tip
ta` bini jsir, fejn isir, x’materjali jintuzaw, x’gholi ta` bini jkun hawn,
x’ammont ta` thaffir u fond isir, min jaghmilhom? Zgur mhux sid
il-barriera?

Nahsbu Ftit
Meta l-intelligenti jieqaf u jahseb jinduna
li jekk il-kwistjoni kollha tal-griehi li jhallu l-barrieri u jekk l-problema li
qed tinholoq bil-Mghatab u bit-tunnellati fuq tunnellati ta` materjal
tal-kostruzzjoni mormi trid tinqata`, allura jkun inutli li nibqghu nattakkaw
lis-sidien tal-barrieri u nitkellmu fuqhom qishom xi razza ta` nies inferjuri.
Dawn huma nies li jahdmu u jistinkaw is-sena kollha, jhaddmu maghhom numru kbir
ta` nies li minghajr ix-xoghol taghhom kieku la ghandna bini ta` djar, ta`
postijiet tad-divertiment, u lanqas tal-postijiet kollha tax-xoghol li fihom
jahdmu l-Maltin l-ohra. Kieku s-sid privat ma ssugrax hiltu, flusu, u f’numru
ta` kazi gismu u hajtu, kieku kien ikollu jiftah u jhaddem l-barrieri
l-gvern.

Bla Kliem
Issa x’ghamlu u x’inhuma jaghmlu l-awtoritajiet?
Nghidha ghax jien forsi l-aktar li nafha: zgur li l-awtoritajiet m’humiex
jitkellmu mas-sidien tal-barrieri. Pjanijiet, studji, stqarrijiet ta` Ministru
wara Ministru fuq it-TV jghid kif ser isolvu l-problemi tal-Maghtab, izda ma`
tal-barrieri ma jitkellmux. Laqghat ta` Bordijiet isiru, izda laqghat ta`
tahdidiet serji xejn. Ghalfejn? Anke jghidu li s-sidien tal-barrieri ser
jitfghulhom ir-radam u z-zibel fihom. Stabbilew ukoll il-prezz tar-radam li ser
jigbrulhom talli jitfghu z-zibel fil-proprjeta` taghhom. Izda mas-sidien
tal-barrieri ma jitkellmux!

Immaginaw li xi hadd jghid, “Isma, ghandna
problema bir-refugjati u ma nafux x’ser naghmlu bihom, allura ddecidejna li nigu
u nehdulek il-kmamar vojta li ghandek f’darek, inpoggu fihom ir-refugjati,
imbaghad ingieghluhom ihallsu tant kulljum u meta nigbruhom innaqqsu l-ispejjez
taghna u li jifdal naghtuhulkom.” Mhux cara kieku r-risposta: “Jekk ghandek
problema bir-refugjati l-ewwel ara li ma jidhlux aktar, u jekk trid
takkomodahom, akkomodahom fil-proprjeta` tieghek, u mhux tigi taqbad u
timponihom f’dari”.

Hekk zgur li jirragunaw il-Maltin kieku xi hadd
jaghmlilhom xi proposti strambi ta` x’irid jaghmel bi hwejjighom. U allura, mhux
l-istess ghall-barrieri? Din x’bicca hi li jigi Ministru jghid, “Ara f’Ghawdex
ghandhom hafna skart u ma jafux x’ser jaghmlu bih, mela allura ser ingibu
z-zibel tal-Ghawdxin f’Malta, inhaltuh maz-zibel tal-Maltin u nehduh
fil-barrieri tal-Maltin.” L-ewwel nett il-Ministru jinsa li l-barrieri qeghdin
fil-lokalitajiet immexxija minn Kunsilli Lokali eletti. U liema Sindku u Kunsill
Lokali f’sensih ser jaccetta li z-zibel tal-Maltin u wkoll tal-Ghawdxin jghaddi
mit-toroq tal-lokal tieghu?

Rijabilitazzjoni
Mela hawn xi Sindku
li ma jafx li hekk bdiet il-Mghatab u t-tragedja ta` Wied Fulija? Dawn suppost
kienu progetti tar-rijabilitazzjoni ta` barrieri u ta` xaghri biex isiru art
ghar-raba`. Bdew b’intenzjoni tajba kieku. Izda ara x’gara. Minn mili ta` vojt,
saret muntanja. Minn ghelieqi fertili, saru roqa enormi ta` tniggis u gass
velenuz. Is-sabiha hi, li meta tal-barrieri thallew wahidhom u ma gennuhomx
jigru wara permessi li ma johorgu qatt, il-barrieri kienu jitqattghu kif
ghandhom jitqattghu u wara kienu jimtlew u jsiru raba u hadd ma kien jinduna.
Duru ma` Malta u Ghawdex ha taraw il-hafna rqajja ta` raba li qabel kienu
barrieri. U issa ghax tkellem il-Ministru, lis-sid tal-barriera min ser imur
jaqbad u johodha l-proprjeta` tieghu jimlihilhu biz-zibel u r-radam? U dawk
kollha li kienu jargumentaw tant kontra r-requisition orders, issa saru favur?

Il-barrieri ser jahtfuhom b’requistion orders? U kif ser timla barrieri
li ghadu jsir qtugh minnhom meta llum art ghall-barrieri ma baqghax, u permessi
godda qajla johorgu? U l-industrija tal-kostruzzjoni t’ghada x’ser taghmel?
Ingibu l-gebel u z-zrar minn barra bhal ma qed jissuggerixxi min m’ghamel l-ebda
kalkolu x’effett ser ikollu dan kollu fuq iz-zieda enormi ta` spejjez, li
mbaghad ikollna biex nibnu d-djar, toroq u l-htigijiet taghna? U n-nefqa zejda
tal-Budget Deficit, il-Ministru minn fejn ser isibhom?

Politika
Zbaljata
U dan kollu ghalfejn? Biex nibqghu b’politika ta` bini li ggieghel
lil min jibni jqatta` l-isfel kemm jista` akkost li johloq muntanja ta` skart
ghax permess biex jibni l-fuq ma jtuhx? Biex nibqghu bil-politika dizastruza li
l-gebla Maltija tithalla tintrema ghaliex nibqghu nsostnu li mhux tajba biex
nimlew u nibnu biha t-toroq taghna? Biex flok nahsbu f’politika serja ta`
konservazzjoni li tohrog minn djalogu haj mas-sidien tal-barrieri u ma` min
verament jifhem, nibqghu inwebbsu rasna u nfasslu strategiji li ma jahdmux,
imfassla min-nies li ma jifhmux.

Ma baqax pajjiz iehor hlief Malta fejn
ix-xoghol tal-Kostruzzjoni jiddependi mill-materjal skavat lokalment li lanqas
biss ghandha istituzzjoni kwalifikata bhal ma hu dipartiment ta` Geological
Survey u Institute of Quarrying. L-aqwa li nwahhlu fis-sidien tal-barrieri,
nweghdu u noholmu.

F’dan il-qasam, jien insostni li ghadna lanqas biss
bdejna. Issa meta tassew naxxquha, nistenbhu. Bhal
dejjem!