Fabian Demicoli

L-ekonomija wara l-gwerra

Bhalissa huma hafna l-ekonomisti li qed jippruvaw jikkalkulaw x’jista` jkun
l-effett fuq l-ekonomija tad-dinja u tad-diversi pajjizi wara gwerra ohra bejn
l-Istati Uniti u l-allejati taghhom kontra l-Iraq. Dawn l-argumenti zdiedu aktar
wara d-diskors qawwi tal-President Bush lill-Assemblea Generali tal-Gnus
Maqghuda fejn wera bic-car li l-Istati Uniti lesta ghall-gwerra jekk l-Iraq ma
jaccettax il-kundizjonijiet kollha li l-President Bush indika lill-Gnus
Maqghuda.


L-ekonomisti qed jirragunaw li wara dak kollu li intqal li ser
jigri lid-dinja ekonomika u l-pronostici tant negattivi li ntqalu sena ilu wara
l-attakk fuq ic-Centru Dinji tal-Kummerc f’New York u li jidher li ma garax issa
li qed jitkejjlu bil-fatti x’kien l-effett reali, il-biza` ta` impatt negattiv
ghall-ahhar ta` gwerra ohra mhux qieghed tant jittiehed b’serjeta`. L-analisti
qishom li wara li qiesu li r-ricessjoni li laqtet lill-pajjizi l-kbar matul din
is-sena, kienet fil-fatt mhux kbira u ta` hajja qasira, mhumiex tant imwerwrin
li gej disastru ekonomiku jekk tfaqqa gwerra ohra. L-Ingilterra, li hafna bassru
li ser tbghati hafna ekonomikament bil-gwerra ta` l-Afganistan, lanqas biss
hassitha r-ricessjoni.

Jigifieri, qed jghidu l-analisti, jekk l-iskop
ta` dawk li fasslu l-qerda tac-Centru Dinji tal-Kummerc kien li jwaqqghu
lid-dinja sinjura fl-akbar ricessjoni li qatt grat, dan il-pjan falla.
Il-verita` hi li l-konsumaturi fil-pajjizi ewlenin, l-aktar fl-Istati Uniti u
fir-Renju Unit, wrew rezistenza qawwija ghall-biza li t-tragedja tal-11 ta`
Settembru, seghtet waqqghethom fiha u baqghu jixtru u jinvestu fuq livell gholi,
tant li l-mewga negattiva ma damitx wisq u l-qerda ekonomika malajr trazznet.
Il-gwerrra tal-Afganistan ma gabitx maghha d-dizastru ekonomiku kbir li
l-pessimisti kienu bassru.

Swieq Finanzjarji
L-aktar li waqghet dalma
matul din is-sena kien fis-swieq tal-ishma. Is-swieq ewlenin fil-fatt ghadhom,
illum, sena wara, daqs 20% taht il-livell li kienu qabel il-11 ta` Settembru,
2001. Issa li l-biza dwar gwerra gdida hi qawwija, l-ekonomija globali qed
tlesti ghax-xokk. Jidher li Saddam Hussein lest biex jisfida lill-Istati Uniti
ghax ma tantx hu possibli li Saddam jaccettaw l-lista twila ta` kundizzjonijiet
li ghamlulu l-Istati Uniti, u l-amministrazzjoni Bush tidher deciza li jekk
Saddam ma jhallix l-investigaturi internazzjonali jidhlu fl-Iraq u jmorru fejn
iridu biex jizguraw li l-Iraq m’ghandhiex hazniet u produzzjoni ta` armamenti
qerrieda, allura l-Istati Uniti jattakkaw lill-Iraq akkost ta` kollox. Ftit
jahsbu li l-gwerra tista` tigi evitata u l-gwerra ghalhekk tidher realta`.
Jidher ukoll li jekk tibda, din tkun gwerra fit-tul!

Impatt
Ekonomiku
L-ewwel effett ikun zgur li l-prezzijiet taz-zejt jisparaw ‘il fuq.
Zgur ukoll li tizdied it-tensjoni fil-Lvant Nofsani. Jista` jkun li jinholoq
argument serju bejn l-Ewropa u l-Istati Uniti li zgur li lanqas Tony Blair ma
jirnexxielu jirranga. Impatt iehor ikun li hafna decizjonijiet ekonomici u ta`
kummerc ta` importanza kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fl-Ewropa u fil-pajjizi
ohra ewlenin jitwarrbu, u hafna jistennew biex jaraw kif ikunu ser jizviluppaw
l-affarijiet qabel jipprocedu. Fin-negozju, perjodu ta` ncertezza u waqfien ta`
decizjonijiet ikollu mal-ewwel riperkussjonijiet ekonomici.

Il-Ministru
tal-Finanzi Ingliz, Gordon Brown, huwa bezghan ferm biz-zieda fl-infieq li
gwerra li tinvolvi mill-gdid lill-Ingilterra jista` jkollha, wara li huwa diga
ikkommetta ruhu fl-ahhar Budget Ingliz ghal infieq qawwi min-naha tal-Gvern
tieghu biex isalva s-servizzi socjali, jtaffi t-tbghatija ta` hafna nies u
jgholli l-livell tas-servizzi pubblici. Jigifieri diga qed jara li l-infieq
il-gdid ta` gwerra gdida u z-zidiet fl-ispejjez ikkawzati mill-impatt tal-gwerra
jista` jgieghluh jibdel ir-rotta ekonomika u socjali li fassal il-Kabinett
Ingliz.

Ministri ohra tal-Finanzi fl-Ewropa li qed ihaddmu ekonomija
nazzjonali li, jew waqqfet tikber, jew li qed tikber bil-mod wisq, jew anke li
miexja b’lura, huma nkwetati ferm li l-ekonomija taghhom ma tiflahx skusjatura
ekonomika kbira ohra bhal ma jigri jekk tfaqqa l-gwerra. Rapport ippublikat dan
l-ahhar mil-kumpanija finanzjarja Barclay Capital jghid li t-theddida tal-gwerra
zgur li ggib waqfien ta` decizjonijiet ta` nvestimenti godda u ta` nfieq gdid
bil-konsegwenza li gwerra twaqqa lura t-tkattir tal-ekonomija. Dan hu fil-fatt,
dak li gara hekk kif faqqghet il-gwerra tal-Golf. Il-paragun ta` gwerra ohra fuq
l-Iraq hija ma` dik tal-Golf u mhux ma` dik ta` l-Afganistan.

Ippreparati
Ahjar
Analisti llum izda qed ighidu li l-Gwerra tal-Golf kellha dak l-impatt
ghaliex l-ekonomiji kemm dik Amerikana kif ukoll dik Ingliza, kienu diga
f’ricessjoni hafna qabel ma faqqghet il-gwerra. Jigifieri llum qed jinghad li
l-Gwerra tal-Golf mhux veru li gabet dak l-impatt negattiv kollu li hafna qalu
li gabet. Li kien zgur izda hu li l-prezzijiet taz-zejt splodew u maghhom gabu
hafna nkwiet lil hafna ekonomiji. Din id-darba l-ekonomisti qed jistennew li
l-gvernijiet ikunu aktar ippreparati ghall- impatt. Qed jittamaw li l-pajjizi
produttivi taz-zejt huma lesti biex izidu l-produzzjoni taghhom biex jaghmlu
tajjeb ghat-telf tal-produzzjoni tal-Iraq. B’hekk, iz-zidiet fil-prezzijiet ma
jkunux esagerati.

Meta l-prezzijiet taz-zejt jgholew, l-ewwel impatt ikun
li d-ditti fil-qasam tal-manifattura jgibu diffikultajiet kbar ghax jizdidulhom
l-ispejjez. Dan ikun ifisser li pajjizi li jiddependu hafna mill-produzzjoni
industrijali jbghatu hafna. F’dinja fejn il-problemi jghollu l-prezzijiet, dan
ikun ifisser waqa fil-progetti u waqa fl-investiment u fl-impjiegi. Dan
jaffettwa mall-ewwel lill-pajjizi l-kbar. Jaffetwa wkoll lill-pajjizi ohra
tat-tielet dinja li jiddependu mill-pajjizi l-kbar. Pajjizi kbar izda tghallmu
jilqghu ghal dawn id-diffikultajiet. F’dawn l-ahhar snin, dahlet is-sistema
fil-pajjizi mportanti li waqt perjodu fejn l-infieq tal-industrija u
tal-intrapriza jkun qed jghola minhabba zidiet fil-prezzijiet taz-zejt u ta`
materja prima, il-Banek Centrali jzommu r-rati tal-interessi tas-self mill-Banek
baxx biex l-industrija tkun tista` tirpilja u tbghati mill-anqas. Dan hu
differenti ferm minn dak li kien gara fi zmien il-gwerra tal-Golf meta
l-prezzijiet gholjin taz-zejt flimkien ma` l-interessi gholjin tal-banek kienu
gabu diffikultajiet enormi lill-industrija.

Wara l-gwerra tal-Golf,
il-Banek Centrali u l-Banek kummercjali huma llum aktar ippreparati biex jilqghu
ghad-daqqa hazina li gwerra ggib maghha u jidhru decizi li din id-darba ma
jhallux lill-industrija tbghati u tnizzel maghha setturi ohra. L-esperjenzi
qarsa tal-gwerra tal-Golf, jigifieri, jista` jkun li ghallmet hafna biex din
id-darba l-hsara tkun hafna anqas.

Gwadann
Xi analisti bhal dawk
tal-Credit Suiss First Boston qed jargumentaw li gwerra ohra tista` anke tkun
ta` vantagg ghaliex il-Lvant Nofsani u l-Iraq b’mod partikulari, tant joffru
theddida kontinwa lid-dinja li jekk gwerra effettiva jirnexxila tnaqqas il-biza
li tirrenja llum, fil-fatt dan jista` jgib mieghu fiducja gdida u mewga ta`
nvestimenti godda li kapaci jaghtu spinta gdida lill-ekonomija dinjija.
L-Amerikani jemmnu li Saddam hu t-theddida ewlenija ta` nkwiet fir-regjun kemm
direttament minnu kif ukoll mit-terroristi mhallsa minnu. Huwa wkoll ta`
theddida kontinwa lid-dinja u huwa htija li l-ekonomija industrijali qed tikber
bil-mod. Dawk li jitkellmu bla pessimizmu li gwerra ohra tkun success
ghall-Istati Uniti u l-allejati taghhom jghidu li din fija nnifisha tnehhi
l-qtugh in-nifs li jezisti llum.

Ftit huma dawk izda li qed jikkalkulaw
x’jista` jkun l-impatt jekk l-affarijiet ma jmorrux kif qed jippjanaw
l-Amerikani. Gwerra wara kollox, hi gwerra, jsostnu l-pessimisti u qatt m’int
zgur li l-affarijiet imorru sewwa u mhux hziena. Jidher li jekk il-gwerra mhux
ser tkun evitata, li ta` l-anqas tkun success skond kif jarawha l-Amerikani. Dan
ikun ifisser li ma jkunx hemm riperkussjonijiet mhux mistennija.

Skusjatura
Il-biza l-kbira tibqa izda li gwerra ohra ggib skusjatura
ekonomika li hafna pajjizi ma jkunux jifilhu ghaliha. Barra l-pajjizi l-kbar li
ghandhom illum strutturi finanzjarji avvanzati u ppreparati ghal li jista`
jinqala`, hemm hafna u hafna pajjizi li m’humiex tant sofistikati u li ghalhekk
jew m’ghandhomx ir-riservi finanzjarji li jghinuhom johorgu malajr minn krizi
jew addirittura, diga mghobbijin tilja dejn u problemi ekonomici li zgur li
jkissruhom jekk id-dinja tghaddi minn skosjatura ohra.

L-ekonomisti
ewlenin izda huma ottimisti li din id-darba l-ekonomiji l-kbar ma jbghatux wisq
u jirpiljaw malajr. Ghalhekk il-pajjizi l-ohra ma jkollhomx it-tkissir ekonomiku
li r-ricessjoni fil-pajjiz il-kbir iggib fuq il-kumplament tad-dinja. Ghal min
il-gwerer ma jarax fihom hlief ghawg, dan hu ottimizmu zejjed, izda tajjeb li
wiehed jaghmel ftit kalkoli qabel ma jaqa` f’disperazzjoni. Wara kollox
aspettativa negattiva fiha nnifisha ggib l-inkwiet waqt li wahda mhux tant kerha
hi ta` vantagg ghax ma twerwirx lill-investituri u
lill-konsumaturi.

Jidher li l-President Bush mhux qed ihalli l-argumenti
ekonomici jinfluwenzawh wisq. Qisu li jrid jisma aktar lil dawk li ghandhom
messagg posittiv aktar milli negattiv. Issa jew ghax l-Amerikani ppreparati sew
anke mill-latt ekonomiku u mhux biss militari, jew inkella ghax hemm tmexxijja
wisq tipo Texas. Li hu zgur hu li l-vuci tal-paci tidher imdamdma taht it-tnabar
tal-gwerra!

 

What we can do for you

INFORMATION POINT

BUSINESS SERVICES

MEMBERSHIP BENEFITS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

B2B NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

FUNDING ASSISTANCE

COURSES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).