Il-GRTU tirrispetta l-opinjoni ta’ kull korp kostitwit specjalment dawk li bhal GRTU jirraprezentaw l-intraprizi Maltin izda thoss li l-FOI u l-Kamra tal-Kummerc ghagglu jikritikaw lil GRTU minghajr ma flew il-fatti sewwa
Il-GRTU tirrispetta l-opinjoni ta’ kull korp kostitwit specjalment dawk li bhal GRTU jirraprezentaw l-intraprizi Maltin izda thoss li l-FOI u l-Kamra tal-Kummerc ghagglu jikritikaw lil GRTU minghajr ma flew il-fatti sewwa.
Il-GRTU tghid li sfortunatament organizazzjonijiet ohra ghadhom ma fehmux sew x’qed jigri f’pajjizna fuq kwistjonijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-Portijiet. Il-verita li harget mill-kwistjoni li l-GRTU ghandha bhalissa dwar il-Freeport turi bic-car
1. li l-Freeport li llum jikkmanda 80% tal-kummerc minn u lejn Malta ma jista’ ghalih hadd
2. li r-Regulatur li suppost qieghed hemm biex jiddefendi l-interessi ta’ dawk kollha – kummercjanti, esportaturi, burdnara, service providers u konsumaturi – li jridu mill-Freeport, hu interessat biss li jiddefendi lil Freeport.
Il-GRTU m’ghandha l-ebda dispute mal-Gvern izda tistenna li l-Gvern jirrimedja ghal dak li qed isir u jsib soluzzjonijiet ghall-inkwiet zejjed li nholoq. Mhux il-GRTU jew il-Burdnara holqu l-inkwiet. L-inkwiet holqu min qabad u impona.
Il-fatti llum juru bic-car li r-rati ghal kull container li l-kummercjanti jridu jhallsu ser joghlew u hi l-GRTU biss, f’isem il-kummercjanti Maltin, li qed tirresisti kontra dan l-abbuz. Kull min irid ikun jaf il-fatti dwar il-hlasijiet facli jkun jaf: ikellem lil Portijiet u ikellem lil agenti tal-vapuri u jkun jaf li dak li qed tghid il-GRTU, hu verita u li haddiehor qed ihawwad jew jithawwad. Il-verita sa llum, hi bil-provi, li r-rati bejn Port u Agenti gholew sew ghal kull container.
Aghar minn hekk izda jidher car li lil Freeport ma jista’ ghalih hadd: il-GRTU ppruvat kollox biex tizgura li l-Freeport, wara li ggarantewlu aktar minn Lm800,000 fis-sena aktar milli qatt dahhal u dan ghas-spejjez tal-kummercjanti, esportaturi u finalment il-konsumaturi u l-haddiema Maltin jaccetta bhala kundizzjoni li joqghod ghal dak li jghidlu l-Gvern fl-interess ta’ kulhadd. Il-GRTU issostni bis-sahha, li l-esigenzi tal-ekonomija Maltija ghandhom jigu l-ewwel, u mhux l-esigenzi tal-kumpanija barranija setghana li tmexxi l-Freeport, mhux importanti. Il-GRTU temmen li anke ghal FOI u ghall-Kamra tal-Kummerc dan hu importanti. Izda filwaqt li haddiehor jitkellem biss, il-GRTU tiehu l-passi.
Il-kwistjoni li qajjmet il-GRTU dwar l-Ufficju tal-Hlasijiet hi konformi mal-politika tal-Gvern, imhabbra mill-Ministru tal-Portijiet Censu Galea, li l-Maritime House fil-Port il-Kbir tkun il-“one stop shop” ghas-servizzi portwali kollha. Meta l-Freeport qabad minn jheddu u bla ftehim ma hadd garr l-Ufficju tal-Hlasijiet lejn Birzebbuga mill-Marsa, il-Freeport sfida mhux biss lil burdnara u lil kummercjanti izda sfida lil Gvern u l-politika dikjarata tal-Gvern.
Il-GRTU avzat minn qabel li din ma kienetx accettabli. Il-GRTU ghamlet Konferenza Stampa nhar is-Sibt l-1 ta’ Lulju u qalet car u tond x’ser ikunu l-konsegwenzi. Il-GRTU ghamlet aktar minn hekk – zgurat li d-Dwana lesta toffri facilitajiet lil Freeport biex sakemm isiru arrangamenti ohra accettabbli l-Ufficju tal-Hlasijiet isir fl-aktar post komdu u sigur possibbli – fl-Ufficini tad-Dwana, ix-Xatt il-Belt. Il-Freeport ghalhekk mhux vera li ma kellux alternattiva: kellu l-ahjar option ta’ “one-stop shop” fiz-zona fejn hemm is-servizzi l-ohra kollha portwali.
Izda hadd fl-awtorita ma ndenja ruhu jghid lil Freeport iregggha kollox lura u l-affarijiet isiru kif suppost li dejjem saru: b’negozjati madwar mejda. Issa ghax il-GRTU ma toqghodx ghal dan il-loghob u lil GRTU ma jintimida hadd u hadet azzjoni kontra l-ingustizzja u l-imposizzjoni, haddiehor qiesu li beda jiccaqlaq.
Il-protesta tal-GRTU ilha sejra mill-1 ta’ Lulju u ghadha sejra. Il-GRTU laqqghet lil Burdnara dalghodu, wara l-Main Gate tal-Freeport u spjegatilhom l-izviluppi u l-alternattiva li tezisti flok l-imposizzjoni tal-Freeport. Il-Burdnara iddecidew li zgur mhux fl-interess taghhom u lanqas tal-klijenti taghhom li l-Freeport jithalla jaghmel li jrid. Il-Burdnara assiguraw lil GRTU li hekk kif tinstab soluzzjoni gusta huma jahdmu bil-lejl u bi nhar biex ix-xoghol fil-Freeport jigi lura ghan-normal fl-inqas zmien possibbli biex kulhadd ikun moqdi, izda l-Freeport irid jibda jaghti kazhom u mhux jghoddos rasu u ma jimpurtah xejn minnhom. Ghalhekk huma ddecidew li ser ikomplu jirrifjutaw li joperaw mill-ufficju l-gdid ta’ Birzebbuga meta tesisti alternattiva semplici fid-Dwana, il-Belt. Huma appellaw lil Gvern biex jindahal direttament u jordna lil Freeport iregggha lura d-decizjoni zbaljata li hadu u li hi l-kawza ewlenija tal-inkwiet li nqala.
Il-GRTU qed terga’ tappella lil Gvern biex ma jhalliex lil Freeport jibqa’ jaqla’ dan l-inkwiet kollu ghall-interessi tieghu. Din li kull tant zmien il-Freeport jaqalghu xi haga gdida li ggib l-inkwiet trid tinqata.
Il-GRTU ssostni li dak li qed jaghmlu l-Burdnara hu fl-interess ta’ kulhadd u mhux taghhom biss. Jekk il-Freeport jithalla jaghmel li jrid bla hadd mhu kapaci jiqaflu u bla ebda Regulatur Pubbliku serju fejn wiehed jista’ jappella allura mhux il-Burdnara u l-Kummercjanti u l-esportaturi biss, izda ahna lkoll nkunu tlifna. Il-GRTU issostni li l-Freeport inghata lil kumpanija barranija izda Malta ghadha taghna u l-Freeport hu parti minn Malta. Il-GRTU ma tiddejjaqx tieqaf b’mod iebes illum biex ghada jkun ahjar anke jekk ikollna nsoffru kritika ngusta minghand min suppost li jaf ahjar.