Il-GRTU tinnota li
ghalkemm intlahaq ftehim bejn il-GRTU u l-gvern dwar kif ghandha tkun
implimentata l-ligi dwar il-kontroll tat-tipjip f’postijiet pubblici biex
is-sidien tan-negozji z-zghar f’pajjizna jkunu jistghu jlahhqu
mal-obligazzjonijiet imposti fuqhom, xorta wahda baqa’ min aktar biex ifixkel,
milli biex jghin jibqa’ johloq problemi bla bzonn. Hafna qed isemmu x’kien isir
fl-Irlanda. Il-GRTU studjat dak li qed isir fl-Irlanda u kien ghalhekk illi
assigurat li l-hazin tal-Irlanda ma jkunx ripetut f’Malta. Il-GRTU wkoll ghadha
issostni li t-tajjeb tal-ligi tal-Irlanda kellna wkoll naddottawh f’Malta. Punt
importanti fil-ligi tal-Irlanda huwa li din thalli tipjip isir f ‘diversi
postijiet pubblici.
Ukoll il-GRTU tigbed l-attenzjoni li filwaqt li
l-ligi Irlandiza twahhal multa sa 3000 Euro lil min ipejjep, dik Maltija,
twahhal habs u multa, mhux lil min kiser il-ligi bit-tipjip tieghu, izda lis-sid
il-lokal fejn il-ligi tkun inkisret. Aktar minn hekk minflok is-sid jehel emenda
li tkun tista’ tissarraf bhala dejn civili, il-ligi Maltija timponi multi li
jekk ma jithallsux iwasslu bis-sid ta’ stabiliment imur il-habs. Dan fi zmien
meta f’Malta kulhadd idoqq id-diska ta’ kif il-burokrazija qed tohnoq in-negozji
ta’ pajjizna.
Il-GRTU qeghda tiehu din l-opportunita’ biex tfakkar
lill-Gvern li l-mutur ta’ l-ekonomija Maltija dejjem kien in-negozjant iz-zghir,
dak in-negozjant Ii jimpjega inqas minn ghaxra minn nies u dan jammonta ghal
aktar minn disghin fil-mija tal-kummercjanti fil-pajjiz. Il-Gvern ghandu
l-obbligu li jdawwar ir-rotta li qabad f’dan l-ahhar snin, dak li jimponi
processi kriminali u pieni ta’ habs fuq l-imprendituri z-zghar. Dawn il-pieni
ghandhom jigu mnehhija kemm meta dawn japplikaw ghal zbalji jew nuqqasijiet u
wisq aktar meta dawn qeghdin jigu applikati ghal atti maghmula minn persuna
ohra. Il-GRTU qed tistenna li l-gvern jghaddi mill-paroli ghall-fatti.
Il-GRTU mhux qeghda bl-ebda mod taqbez ghal dawk il-wahdiet li jaghmlu
xi attivita’ frawdolenti izda fl-istess hin tinsisti li fejn ikunu zbalji ta’
natura amministrattiva kif ukoll meta jkun hemm ammonti dovuti lill-gvern, dan
ghandu jiehu l-istess passi f’qorti civili biex jigbor l-ammonti dovuti lilu .
Dan huwa l-istess process li n-negozjanti jiehu biex jigbor
flusu.
Il-GRTU tfakkar li meta l-ligi ta’ Malta li tikkontrolla t-tipjip
tikkastiga b’mod esagerat lis-sidien ta’ l-istabbilimenti kif ukoll lis-sidien
tal-postijiet tax-xoghol. Din il-ligi, u mhux biss ir-regolamenti dwar it-tipjip
li nhargu dan l-ahhar, trid tinbidel. Il-GRTU ghalhekk tistenna li z-zewg nahat
tal-Parlament jaghtu s-sapport taghhom biex it-tibdil li hemm bzonn li jsir biex
titnaqqas il-burokrazija zejda u l-penalitajiet esagerati li holqot din il-ligi
jitnehhew malajr biex ikun zgur li jitwettaq il-kliem li qed jinghad b’aktar
insistenza mill-politici Maltin favur is-sidien tal-intraprizi z-zghar. Il-GRTU
temmen li l-principji ta’ salvagwardja tad-drittijiet umani u d-drittijiet ta’
process guridiku gust li thaddan il-Kostituzzjoni ta’ pajjizna jghoddu wkoll
ghas-sidien tan-negozji z-zghar Maltin.
Il-GRTU illum tistenna li
s-sidien tan-negozji li tant hadmu ghall-progress fl-ekonomija Maltija,
m’ghandhomx jibqghu jigu mghobbija wkoll b’pizijiet amministrattivi zejda u li
jkunu ttrattati bhala kriminali jekk dawn il-pizijiet ma jirnexxilhomx ilahhqu
maghhom. In-negozjant m’ghandux ikompli jiddahhal fi sqaq fejn il-mili tal-karti
kif ukoll il-biza li xi darba b’ghemil ta’ haddiehor jista’ jigi mixhut il-habs,
jisirqulu l-kreattivita’ tas-sengha tieghu u bil-maqlub tax-xewqa tieghu, jara
l-intrapriza li ghaliha ikun hadem numru inkalkolabbli ta’ sighat kuljum,
tispicca fix-xejn ghad-detriment tieghu u tal-haddiema.
Issa li donnu
kulhadd qed jirkeb fuq il-barkun li sa ftit ilu kien hemm biss fuqu l-GRTU
wahedha, dak ta’ kontra l-burokrazija li qed tifni lin-negozji z-zghar ta’
pajjizna, ejja f’gieh il-haqq nibdew bis-serjeta innehhu l-ixkil zejjed li qed
jifnina. Izda ma jistax isir hekk bis-serjeta’ jekk il-gvern jibqa’ bil-kliem
jghid haga u bil-fatti jibqa’ jimponi biex jaghti widen lil min hu pront biex
jipproponi regolamenti bla ma jqies xejn l-impatt ekonomiku fuq dawk li hobzhom
u dak tan-nies taghhom iridu jahdmu ghalih huma, ghax m’hemm hadd li jhallashom
dejjem, huma x’inhuma c-cirkustanzi ta’ pajjizna.