Bugibba Agunija

Bugibba tbikkik. Min jahdem fil-privat jaf li mhux kemm tahdem jghodd imma r-rizultat. Min ghandu negozju jaf li meta jmur il-bank inutli jghidlu kemm stinka, il-manager tal-bank il-kont ikun irid jara. Hekk tahdem id-dinja kummercjali industrijali u manigerjali. Min hu komdu u jigri x’jigri hobzu mahbuz din ma jifimhiex. Ghalhekk hafna lilna li nitkellmu f’isem is-sidien tan-negozji ma jifmuniex. U jidher li dwar Bugibba mhux niftehmu
Bugibba tbikkik. Min jahdem fil-privat jaf li mhux kemm tahdem jghodd imma r-rizultat. Min ghandu negozju jaf li meta jmur il-bank inutli jghidlu kemm stinka, il-manager tal-bank il-kont ikun irid jara. Hekk tahdem id-dinja kummercjali industrijali u manigerjali. Min hu komdu u jigri x’jigri hobzu mahbuz din ma jifimhiex. Ghalhekk hafna lilna li nitkellmu f’isem is-sidien tan-negozji ma jifmuniex. U jidher li dwar Bugibba mhux niftehmu. Bugibba u l-Qawra illum mimlija negozji zghar. Hemm ukoll il-kbar. Kollha flimkien ihaddmu eluf ta’ haddiema. Hemm investiti l-miljuni. Bhala numru ta’ sodod disponibbli ghat-turizmu hi l-akbar zona. Pero Bugibba u l-Qawra m’ghandhiex il-firxa ta’ investimenti fil-5 star hotels u complexes li ghandha z-zona ta’ San Giljan u Tas-Sliema. Wkoll Bugibba/Qawra tiddependi ghal 85% tal-qliegh taghha mit-turisti Inglizi. Zoni ohra mhux tant dipendenti fuq it-turisti Inglizi. Bugibba u l-Qawra huma mimlijin Hotels, complexes u appartamenti minn fejn it-turist johrog u jonfoq fil-hwienet tal-lokalita. Illum Bugibba qeghda fi stat tal-biki. Jien inwegga kuljum niltaqgha ma’ nies li nvestew kull lira li ghandhom fin-negozju taghhom f’Bugibba u llum literalment fixxa. Xoghol kwazi xejn. Laqqajthom biex nismaghhom. Il-karba taghhom gennitni. Kieku stajt kont nohroghom fi protesta dak il-hin stess u nibqa’ sejjer bihom Kastilja. Ghax mhux vera dik li qed jippruvaw ibellghulhom tal-MTA, il-Ministeru tat-Turizmu u ohrajn li qatt ma nvestew lira minn flushom, li Bugibba llum hi fi stat hazin tort tas-sidien tan-negozji stess. Ghax illum hawn min qed jghid li Bugibba litteralment marret il-bahar htija taghhom stess. Tinsulenta lill-dawn in-nies aktar minn hekk lanqas tista. Htija taghhom qalulhom li l-post illum ghandu zoni shah dekadenti. Bhal dak li qallu min mhux qed jaqla’ u mhux qed ilahhaq mal-pagamenti lil bank, jistinka kemm jistinka, jista’ jsib il-flus biex ikabbar u jzejjen u jrahhas. Dawn in-nies iridu aktar xoghol u bil-qliegh jonfqu fiex ikun hemm bzonn. Ha nitkellmu car. F’Bugibba sar hafna xoghol. Tal-Labour fil-ftit li ghamlu fil-gvern fl-1996 kienu sebhu z-zona fi ftit xhur bi promenade mill-isbah. Il-pjazza u c-centru sbiehu. Wara sar il-progett ta’ taht il-front tal-Qawra u sar il-progett tal-gewwa mill-Gillieru. Il-post izzejjen b’sigar tal-palm u sar bini gdid u servizzi godda li komplew ghollew il-livell tal-investiment. Barra minn dan l-privat investa l-miljuni l-kbar biex holoq postijiet tax-xoghol godda. Dak li l-privat jista’ jaghmel, jaghmlu. Il-kbir nett izda irid jaghmlu l-Gvern. Dan irid isir f’zewg oqsma importanti. L-ewwel nett il-prodott. Dan irid bilfors joghla billi Bugibba/Qawra toffri nfrastruttura li tikkompeti. Tikkompeti maz-zoni ohra fil-Mediterran. Is-sena l-ohra wara hafna taqtiegh il-qalb waslet ir-ramla ta’ Bugibba. Pass importanti l-quddiem. Imma mhux bizzejjed u jonqos hafna x’isir biex bhal ta’ San Giljan issir bajja ta’ vera. Imma Bugibba/Qawra ghandha bzonn aktar minn hekk. Ilu jissemma zmien il-progett enormi tal-ponta ta’ hdejn Fra Ben. Din Ponta li toffri potenzjal enormi li f’din iz-zona ssir bajja li verament tpoggi lil din il-lokalita fil-lista ta’ zoni turistici attrajenti u mitluba. Anke b’daqshekk mhux bizzejjed. Bugibba tiflah aktar nvestiment kapitali. Iz-zona ta’ Bugibba  toffri hafna possibilitajiet biex jinholqu l-bajjiet. Illum ghandna t-teknologija li tqattalna blat kbir li jista’ jintefa l-bahar u wara bit-thammil tal-bahar indahhlu r-ramel wara l-blatiet biex isiru ir-ramliet. Ir-ramel ukoll jitkattar billi nimpurtaw. Hekk jaghmel haddiehor. Franza per ezempju ilha seklu taghmel hekk. Cipru hekk ghamel wkoll. Lilna r-Rumani urewna kif meta bnew hajt barra r-Ramla l-Hamra Ghawdex li din maz-zmien saret l-isbah Ramla ta’ Malta u Ghawdex. L-istess l-bajja sabiha ta’ Birzebbuga. Thamlet il-bajja fuq barra u gewwa mtela ramel. F’Bugibba u l-Qawra jekk il-Gvern jrid jonfoq bis-serjeta u ma jkunx hemm min jikkmanda u jzomm kollox lura apposta, jista jsir hafna u hafna.   Iva Bugibba u l-Qawra nistghu naghmluhom genna. Mhux bl-indhil zejjed tal-MEPA u ta’ min hu hobzu mahbuz. Gvern li lest li jonfoq l-miljuni biex darba ghal dejjem din iz-zona npogguha bis-serjeta fuq il-mappa tat-turizmu jista’ jsalva lil Bugibba mid-destin kiefri li ghaddiet minnu l-industrija tat-tessili. U mela jghidu lin-nies li t-turisti mhux gejjin ghax tal-hwienet ghandhom prezzijiet gholjin u johorgu z-zibel barra.  Il-kwistjoni l-ohra, u mportantissima hi dik tas-suq. Tal-hanut jizbogh kemm jizbogh u jqaccat kemm iqaccat prezzijiet mhux ser igib turisti. Bugibba issir kemm issir sabiha, bla turisti fqira tibqa’. It-turisti ma jigux wehidhom. Xi hadd irid jahdem biex igibhom. It-turisti iggiebhom l-Malta Tourism Authority. Imma din l-MTA ddominata kif inhi minn erba’ kapurjuni f’dawn l-ahhar 4 snin ghamlu minnha babilonja shiha. Jinbidlu c-cermnijiet, il-manigers u l-ufficjali. Jaghlqu u jifthu l-ufficini barra. Ikeccu l-dan u jkeccu l-iehor. Ordnijiet u kontra ordnijiet. Konfuzjoni shiha u l-Ministru qiesu ma jezistix. Ruma taqbad u hu ma jafx x’ser jaghmel. L-aghar li marret Londra ma l-ufficju ta’ Londra s-suq Ingliz. Tajru lil min kien jifhem u ghal erba’ snin shah lanqas kampanja pubblicitarja fuq it-television networks ma ghamlu. Issa din is-sena ghamlu kampanja fuq l-Sky meta s-suq taghna aktar jintlahaq mill- ITV u l-Granada. Nefqu somom kbar fuq CNN. Tahwida ta’ marketing nobis. Tal-low cost airlines li setghu qalghulna mid-disastru u jtuna free marketing qlajnilhom fwiedhom biex dahhalnihom. Jekk  malajr ma naghtux zewg airports ohra importanti lil Ryanair is-Suq Ingliz jibqa jkarkar. Is-suq Ingliz fl-ahhar snin mar l-bahar tort ta’ min iddomina fl-MTA. Alla hares ma kienux tar-Rynair li llum qed jigbruna bhalissa ghax kieku disastru papali. U Bugibba li trid mill-Inglizi falliet. Illum Bugibba agunija. Tista ssalva. Imma, mhux bli ghandu ppjanat il-Ministru. Mhux bizzejjed Sur Ministru. Min hu ta’ fiducja ghamja jibqa’ jittama. Min hu ‘sensieh iqum minn hemm. 

L-Incertezza

Ma jghaddix jum li ma jigiex xi hadd ghandi u jsaqsini, x’ser
jigri. Ghax in-negozjant l-instabbilita politika thawdu. Ghalhekk isaqsi.
Ghall-hafna sidien tan-negozji, jekk ikunx Gvern ta’ Sant jew Gvern ta’ Gonzi ma
tantx tinfluwenzhom. Imma l-incertezza iva.
 
 

Ma jghaddix jum li ma jigiex xi hadd ghandi u jsaqsini, x’ser
jigri. Ghax in-negozjant l-instabbilita politika thawdu. Ghalhekk isaqsi.
Ghall-hafna sidien tan-negozji, jekk ikunx Gvern ta’ Sant jew Gvern ta’ Gonzi ma
tantx tinfluwenzhom. Imma l-incertezza iva.


U illum nistghu nghidu li
m’hawnx incertezza? Ir-rizultati tal-Elezzjonijiet Lokali u dawk ta’ dawn
il-hafna surveys li qed isiru jhawdu n-nies. Jien bhal kulhadd ma nafx xi Gvern
ha jkollna wara l-Elezzjonijet li jmiss, pero zgur li naccetta li tahwida hawn.
Il-punt li rrid inqajjem hu jekk jaghmilx sens li ngennu n-nies minn daqshekk
kmieni jekk jidher li hemm konsens li l-Elezzjoni ssir bhal daz-zmien sena.
Ghalfejn noholqu hafna incertezza meta l-affarjiet nistghu naghmluhom b’aktar
sens?

Il-partiti politici possibbli ma jistghux jaqblu bejniethom fuq
process ghall- count-down tal-Elezzjoni b’mod miftiehem? Jekk ma jsirx hekk
il-programm ser jitfassal wahdu ghax car x’ser jigri. Issa jibda d-diskors dwar
il-Budget li gej. Kulhadd jibda jfajjar u jipproponi. Il-Gvern jgholli kollox
ghal livell tas-superlattiva: kollox l-aqwa, kollox l-ahjar, qatt ma’ rajna gid
daqs issa, u dan mhu xejn, il-kbir ghadu gej. Mhux talli ma ghajjejniex. Anzi,
friski daqs hassa.

L-Opposizzjoni minn naha l-ohra teqred dejjem aktar.
Kollox niezel. Kollox qed jitfarrak. Kulhadd jaghlaq. Dwejjaq kbar. Irrabjati
ghall-mewt. Hallu f’idejna. Nitilghu ahna u kollox harir.

U l-bqija
jisfnu fin-nofs. Sakemm int manga passigga, tiehu kollox ta’ li hu. Imma jekk
inti fin-negozju, thaddem in-nies u kull hmistax trid thallashom, tixtri
l-materjali u tistenna li tahdimhom u tbieghom, tissellef mil-bank u tistenna li
taqla bizzejjed biex thallas, u trid minn nies li jonfqu meta jhossuhom sewwa u
joqghodu lura meta jithawdu, hekk hag’ ohra. Ghas-sid tan-negozju din atmosfera
tal-genn. Tinkwetahom u tkidduhom.

Min ghandu l-propjeta u xtara u jrid
jizviluppa u jbiegh il-kliem li qed jinghad jaffetwah bil-kbir. Ghax jaffetwa
lin-nies li jridu jixtru u jaffetwa id-decizjoni ta’ min irid jizviluppa jekk
jhaddimx aktar nies, jqabbadx lil kuntratturi u jghatix ordnijiet. Min qieghed
fit-turizmu l-istess: jekk jara xaqq dawl ikompli jirsisti, jkompli jzomm
in-nies li ghandu. Imma jekk jara dlam biss, x’jaghmel? Jissogra li l-affarjiet
jihzienu u jaqbez fuqu l-bank u li jkun hadem ghalih jsirulu suf?

Hafna
nies ma jifhmux kif tahdem l-ekonomija. Il-mentalita hi mportanti. Jekk jinbnew
hafna toroq godda, tara hafna bini tiela, tisma b’kuntratti kbar li qed
jinghataw u tifhem li fil-pajjiz l-pass tal-progress mhux ser izomm int bhala
negozjant u investitur tibqa ghaddej. Wara kollox tghid, x’differenza hemm bejn
Gonzi u Sant, mhux it-tnejn l-gid tal-pajjiz iridu. U ghalhekk tibqa ghaddej. Ma
tinkwetax. Tibqa tinvesti qiesu kollox ward u zghar.

Ikun hemm izda min
jikkalkula aktar. Min jiftakar x’sar ma missieru jew x’sar band ohra. Jibza’ li
l-ohrajn ma jafhomx bizzejjed ghax sema’ wisq stejjer. Ikun hemm ghalhekk min
jibza mil-bidla. Jibza li jinbidlu l-affarjiet u jkun hawn l-incertezza u
ghalhekk jghid nistenna. Kummercjant jistenna u decizjoni ma johodiex hu wiehed
min ohrajn bhalu. Jekk kollha jahsbuha xorta, bejniethom inaqsu r-ritmu
tat-tkattir. Ghax id-decizjoni tal-investitur li jinvesti ggib il-gid, waqt li
d-decizjoni li jistenna twaqqaf il-gid. Ghar jekk jiddeciedi li jieqaf bhal ma
qed jaghmlu hafna. Il-Gvern jista’ jghid u jista’ jaghmel, imma jekk dawk li
ghandhom is-sahha li jiddeciedu dwar investiment, impjieg u holqien ta’ gid,
jiddeciedu li jahsbuha, li jnaqqsu, ir-ritmu ekonomiku b’konsegwenza jieqaf jew
imajna.

Jigifieri hawn loghoba kiefra. B’disinn jew b’injuranza wiehed
jista’ johloq incertezza u l-impatt tal-incertezza jkun li l-affarjiet flok
tajbin isiru hziena. Il-Gvern stess jista’ jkun komplici ghax jekk tesagera,
jekk thalli lil min iparla bl-addocc u jiftahar b’mod fierah jista jkun li tkun
qed titma l-incertezza. Bla disinn, imma b’injuranza. Nghid dan biex hadd ma
jifhimni li qed nghid li l-incertezza johloqha biss min jeqred. Li qiesu
l-oppozizzjoni ghandha xi monopolju ta’ dan.

L-incertezza johloqha
l-Ministru li jparla qiesu kullhadd fidil u li kulhadd ta’ memorja qasira.
L-incertezza johloqha l-ufficjal pubbliku li jigi fuq it-televizjon u jparla
qiesu xi bin il-gherf u jipprova jghaddi passata lin- nies. L-incertezza
joholquha dawn is-suppost “communication officers” li qiesu xogholhom hu li
jpingu l-Gvern bhala corma nies li jridu jghaddu lilna ilkoll biz-zmien.
Problema serja din. Ghax jekk il-Gvern ghandu l-magna tar-relazzjonijiet
pubblici tieghu iktar tispara l-auto-goals milli taghmel professjonalment dak li
suppost hi mhallsa biex teghmel, allura mhux ta’ b’xejn li l-popolarita
tal-Gvern niezla.

Imma l-incertezza joholquha wkoll dawk li dejjem
jeqirdu li kollox hazin. Fl-ahhar l-hsara tigi fuqhom stess. Ghax n-nies ma
tistax iggenninhom ghalxejn meta wara jsibu li l-affarjiet fil-verita jkun mod
iehor iduru kontrik. Ghalhekk il-Malti jghid il-giddieb ghomru
qasir.

Importanti jigifieri li nikkoncentraw fuq proposti godda. Gvern,
Oppozizzjoni, Korpi Kostitwiti, Trade Unions u Socjeta Civili, irridu nitkellmu
b’mod pozittiv. L-iswed nghidulu iswed u l-abjad, abjad u min skadilu z-zmien
ghandna nghiduhielu jwarrab. Min hu tajjeb nghidulu jibqa’.

Imma irridu
wkoll nipprezentaw il-proposti godda taghna. Mhux biss x’sar hazin imma x’jista
jsir biex nghollu lil pajjizna l-fuq ghall-futur ahjar. Kif ser naghmlu
ezercizzu ta’ re-engineering f’diversi oqsma biex Malta tkun ahjar. Baqa hafna u
hafna x’jsir f’dal-pajjiz. Jghidulna l-Partiti x’ser jaghmlu. Imbghad niddeciedu
jekk dak li jrid isir ghandnhiex nafdawh f’idejn nies godda u friski jew f’nies
ta’ esperjenza u ippruvata.

Nistghu jigifieri nidhlu f’kampanji
elettorali bla ma ngennu n-nies u noholqu ncertezza zejda li twegga lil hafna.

Nistghu, basta jkun hemm aktar
irgulija.

 

L-MCESD

Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku u Socjali sa minn meta kien MCED u qbilna fuq l-Income Policy l-uniku intervent ekonomiku signifikanti maqbul mil-imsiehba socjali kollha, fetah mod gdid ta kif jkun amministrat il-pajjiz. Min ma hadimx fuq il-Kunsill ghall-certu zmien u ra certi zviluppi ma jista qatt japprezza dak illi wettaq dan il-forum tripartistiku. Ghax li wettaq mhux vizibbli bhal Bieb tal-Bombi imma l-fatt li pajjizna illum m’ghandhux sistema ta’ Gvern fejn minghandu l-maggoranza tal-Parlament jiddeciedi wahdu imma jaghti kaz dejjem aktar ta’ dak li jghidu l-imsiehba socjali, hu frott ta’ snin ta’ xoghol, l-ewwel mill-MCED, u wara mill-MCESD.

 

L-MCESD hu frott ta’ Dr. Lawrence Gonzi li sa ma kien Ministru tal-Politika Socjali u Deputat Prim Ministru hadem hafna biex l-MCESD jkun zviluppat biex l-ewwel nett jitwaqqaf b’ligi u jkollu struttura legali u t-tieni biex il-Kunsill jiehu forma gdida li tinkorpora lis-socjeta civili. Jekk illum donnu li l-MCESD qieghed jitqalleb dan hu wkoll htija ta’ Dr. Gonzi m’ghandux jghati l-MCESD l-istess importanza li tah meta twaqqaf.

Illum, bhal dejjem ghandna Kunsill li hu konsultattiv u mhux ezekuttiv. Jigifieri l-Kunsill ma jiddecidiex u ma jwettaqx. Dan l-ghaliex il-funzjoni ezekuttiva hi tal-Gvern immexxi minn Ministru responsabbli lil Parlament u mhux tal-imsiehba Socjali. L-imsiehba Socjali jirraprezentaw tlett blokki importanti f’socjeta moderna: il-haddiema, min ihaddem u l-Gvern/Settur Pubbliku. Il-Haddiema huma rapprezentati mill-ghaqdiet tal-haddiema kostitwiti fuq skala nazzjonali: Il-General Workers Union, il-konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin u l-Unjoni Haddiema Maqghudin. Is-sidien huma rapprezentati: mill Kamra tal-Kummerc, il-Federazzjoni tal-Industrija, il-GRTU, l-MHRA u l-Malta Employers Association. Il-Gvern hu rapprezentat mill-ghola ufficjali tas-settur pubbliku li jinkludu lil Kap tac-Civil, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeri tal-Finanzi, Tas-Servizzi Socjali u tal-Affarjiet Barranin u l-Gvernatur tal-Bank Centrali. Il-Kunsill maqsum ezattament fi tlieta u l-ebda naha m’ghandha piz aktar mill-ohra.

Ic-Chairman hu maghzul b’konsultazzjoni bejn it-tlett partijiet u jinnominak l-Prim Ministru. Il-Kap tac-Civil hu ex-officer Deputat Chairman. Il-Kunsill jappunta Segretarju Generali impjegat direttament mill-Kunsill u wkoll dawk l-ezekuttivi li hemm bzonn biex ix-xoghol isir sewwa. Barra minn dan fil-Ligi li tfasslet flimkien bejn l-MCED u Dr. Lawrence Gonzi, qabel twaqqaf l-MCESD, gie stabbilit b’ligi wkoll li jitwaqqaf l-Kunsill tas-Socjeta Civili – F’dan il-Kunsill hemm numru ta’ rapprezentanti tas-Socjeta Civili kif stabbiliti bil-ligi. Dan il-Kunsill jiltaqa’ taht l-Presidenza tac-Chairman tal-MCESD li jirraporta lill-MCESD dak kollu li jkun deciz f’dan il-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill tas-Socjeta Civili jattendu wkoll il-Laqghat tal-Kunsill tal-MCESD, mhux dejjem imma, fuq l-istedina tal-Kunsill tal-MCESD. Fil-prattika fuq numru ta’ issues li diga jkun difficli biex ikun hemm ftehiem bejn it-tlett partijiet, Gvern, Trade Unions u employers, ir-rapprezentanti tas-Socjeta Civili ma jidhlux. Imma fuq l-issues kollha l-ohra jidhlu u jikkontribwixxu direttament u dak li jkun miftiehem bejn it-tlett partijiet fil-Kunsill tal-MCESD jkun wkoll diskuss mar-rapprezentanti tas-Socjeta Civili.

L-idejn tal-MCESD mhiex li tkun eskluza s-Socjeta Civili li wara kollox tikkomprendi wkoll lill-imsiehba tal-organizzazjonijiet membri tal-MCESD. Imma l-pratticita tghid fejn diga hi difficli ghall-tlett blokki li jifthemu l-affarjiet iktar jitqalu billi jidhol blokk iehor. Jigifieri hadd mhu kontra li l-MCESD jitwessa, imma kull min ghandu esperjenza jaf li aktar ma jitwissa anqas ic-cans li mill-MCESD johorgu decizjonijiet miftiehma. Jekk jitwissu aktar jiddajjef milli jissahhah.

Wiehed irid jiftakar li l-MCESD mhux Parlament ta’ l-imsiehba Socjali. Vera li hu l-aktar li jixbah lil European Economic and Social Council tal-Unjoni Ewropeja li fil- fatt hu l-Parlament Ewropew tal-Msiehba Socjali u fil-verita l-assemblea tal-MCESD bil-partijiet kollha presenti, inkluzi is-Socjeta Civili tixbah l-EESC. Imma l-kuncett hu differenti, ghalhekk fl-MCESD hemm l-ghola rapprezentanti tal-Gvern.

Imma l-funzjoni tal-MCESD tmur lil hinn minn dik tal-EESC. L-MCESD jirrikonoxxi b’ligi min huma l-imsiehba socjali: il-Gvern, ic-CMTU, l-UHM, il-Kamra tal-Kummerc, il-GRTU, l-FOI, l-MEA u l-MHRA u l-Kunsill tas-Socjeta Civili u l-Gvern. Tghabbi fuq dawn l-imsiehba socjali ir-rwol ta’ konsultazzjoni fuq skala nazzjonali fuq materji socjali u ekonomici. Ir-rapprezentanti tal-Gvern mhux qeghdin hemm gallarija imma biex jifhmu kif jahsbuha l-imsiehba socjali u fil-qadi ta’ dmirijiethom jum b’jum, jghatu kaz ta’ dak li jintqal fl-MCESD. Responsabbilta kbira din.

Il-kabinettt tal-Ministri jiddeciedi x’importanza jghati lil dan il-Kunsill. Il-Prim Ministru Gonzi ghamel pass kbir il-quddiem meta bil-miktub informa lil Kunsill li dak li l-Kunsill jaqbel mieghu, hu f’isem il-Kabinet tal-Ministri jintrabat li jwettaq. Mossa intelligenti din hafna. Il-maqlub taghha hu li l-Gvern fejn l-imsiehba socjali ma jaqblux mhux marbut li jwettaq. Jfisser li l-Gvern li jattendi ghall Kunsill jisma u jippartecipa u jinnota l-veduti espressi fuq il-Kunsill u dan l-imsiehba jaghmluh regolarment fuq hafna u hafna suggetti, u l-Gvern jzomm l-liberta li jaghzel u jimplementa dak li fil-fehema tieghi hu applikabbli li jwettaq. Il-Kunsill jista jirrestringi din il-liberta tal-ghazla tal-Gvern, billi jaqbel fuq dak li jkun irid jipproponi. Meta l-Kunsill jaqbel il-Gvern, jintrabat li jimponi. Jigifieri min jzomm lill-Kunsill milli jilhaq ftehiem ikun reha irhietu u dik tal-imsiehba tieghu u tal-organizzazjonijiet l-ohra f’idejn il-Gvern.

Hekk, qed jigri spiss. Il-Gvern jisma, jkun jaf il-veduti tal-imsiehba socjali ewlenin ta’ pajjizna u peress li rari jkun hemm ftehiem fuq il-Kunsill, il-Gvern iwettaq biss dak li jemmen li hu fl-interess ta’ kulhadd skond il-politika tal-Gvern bil-mandat politiku li jkollu.

Hawn min jghid nibdlu. Imma nibdlu x’hiex? Naghmlu il-Kunsill b’vot tal-maggoranza? U wara x’jigri jekk l-Gvern jimponi meta trade union kbira jew korp kostitwit ewlieni jkun qal le? Jimponi? U jekk il-Kunsill jezisti biex igib l-ghaqda jkun hu stess li jbiegh l-firda u l-konflitt.

Hawn min jghid inwessghu il-Kunsill u ndahlu s-Socjeta Civili f’kollox. Huwa jekk l-organizzazjonijiet li hemm illum rari jaqblu x’cans ser ikun hemm jekk minn disa jsriu ghoxrin?

Hawn min jghid naghmlu Chairman rotating? Huwa b’Chariman newtrali ma naqblux, kif ser jwassal ghall-aktar ftehiem President li jkun gej jew mit-Trade Unions, jew mill-Employers jew mill-Gvern?

Hawn min jghid innehhu ir-rapprezentanti tal-Gvern. Huwa jekk bl-ghola awtoritajiet tal-Gvern prezenti regolarment hawn min iqies lil MCESD biss bhala ‘glorified talking shop’ ara kemm issir aktar talking – shop, jekk ikun hemm biss dawk kollha li jipproponu biss u hadd min dawk li jiddeciedu?

Jien ghidt u nerga nghid zewg elementi bhalissa huma importanti:

• Decizjoni mil-Kabinet tal-Ministri dwar ezattament x’ rwol irid jaghti lil Kunsill: x’irid il-Gvern: staffa, rubber stamp, transmission belt ta’ decizjonijiet mehuda, jew Kunsill Konsultattiv verament Partner Ewlieni ghad-decizjonijiet socjali u ekonomici l-aktar importanti mehuda f’pajjizna.

Meta l-Gvern jiddeciedi l-ewwel imbghad jiddeciedi it-tieni. Ghall-ewwel tlett ghazliet l-ghazla ta’ Chairman tkun facli: jsib persuna simpatika li sempliciment taf tmexxi laqgha. Biex tkun staffa mhux difficli.

Jekk irid l-ahhar ghazla allura l-Gvern u l-imsiehba socjali jridu jaghzlu leader. Persuna li taf tmexxi, taf tiddeciedi, taf twassal ghall-ftehiem. Ghax tkun persuna li ghandha vizjoni u taf tkun leader.

Fl-ewwel stadju: M’hemmx bzonn hafna rivoluzzjonijiet. Din li kull meta jkollna problema irridu nqalbu d-dinja saret marda f’pajjizna. Ejja nibdew b’persuna addattata u kapaci u ma noqghodux nghidu li f’pajjizna m’ghadnhiex. Infittxu sewwa. Malta ghandha nies kapaci. L-MCESD leadership ghandu bzonn.

Il-GRTU tiproduci servizz ghall-Rekuperu tal-VAT fuq infieq f’pajjizi fejn tahdem it-taxxa tal-VAT

Bis-sahha ta’ partnership li gie ffirmat bejn l-GRTU u
t-Transfinance issa l-GRTU tkun tista tghin lin-negozjanti Maltin biex f’metodu
semplici jkunu jistghu jaghmlu l-applikazzjoni ghall-infieq fuq taxxa li
ghandhom dritt jehduh lura.

 

Dalghodu l-GRTU habret skema li ser
tkun disponibbli ghall-imsiehba tal-GRTU u negozji ohra li jaghmlu nfieq fi
vjaggar, akkomodazzjoni, fieri, konsulenzi u nfieq iehor li fuqhom tinqabad
l-VAT u fejn in-negozjant Malti isibha bi tqila biex jitlob refund.

 

Il-President tal-GRTU, Paul Abela
spjega li dan hu servizz iehor fis-sensiela ta’ servizzi li l-GRTU qed tipprovdi
lill-komunita kummercjali biex tghinhom dejjem aktar jiffacilitaw
l-integrazzjoni taghhom fis-suq kbir ewropew. Dr. H.J.H Linneman membru
tal-International VAT Association u fundatur tat-Transfinance spjega kif
fil-prattika negozjant Malti permezz ta’ dan l-partnership jista issa jibda
jiehu lura hlasijiet li jkun ghamel fuq taxxa anke f’hafna cirkustanzi fuq taxxa
li thallset u ma gietx migbura fix-xhur u s-snin li
ghaddew.

 

L-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju
Parlamentari ghan-Negozji z-Zghar spjega l-importanza ta’ ftehim bhal dan
ghaliex issa jkun zball jekk wara x-xoghol kollu li sar biex Malta tintegra
s-sitemi taghha ma dawk ta’ l-Unjoni Ewropeja n-negozjant Malti joqghod lura
ghax ma jkollux l-ghodod adatti li jghinuh jikkompeti b’mod
effettiv.

 

Il-Konferenza ta’ dalghodu li
nzammet fil-kwartieri tal-GRTU fil-Borza l-Qadima Triq ir-Republika, l-Belt
Valletta, tkellem ukoll id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia fejn spjega
kif il-GRTU illum qed tibni organizzazjoni li trid twassal n-negozjant Malti
biex ikollu l-assistenza professjonali kollha mehtiega u bi prezz adekwat biex
jirristruttura l-istruttura ta’ nfieq tieghu halli jkun jista jikkompeti b’mod
aktar effettiv. Il-GRTU ser tibqa l-vuci qawwija tal-SMEs ta’ pajjizna imma ser
issir dejjem aktar ukoll organizzazjoni ta’ sostenn lill-Business Malti biex
ikun iktar kompetittiv.

 

GRTU tiproduci servizz ghall- Rekuperu tal-VAT fuq infieq f’pajjizi fejn tahdem it-taxxa tal-VAT

Dalghodu l-GRTU habret skema li ser tkun disponibbli ghall-imsiehba tal-GRTU u negozji ohra li jaghmlu nfieq fi vjaggar, akkomodazzjoni, fieri, konsulenzi u nfieq iehor li fuqhom tinqabad l-VAT u fejn in-negozjant Malti isibha bi tqila biex jitlob refund.
 

Dalghodu l-GRTU habret skema li ser tkun disponibbli ghall-imsiehba tal-GRTU u negozji ohra li jaghmlu nfieq fi vjaggar, akkomodazzjoni, fieri, konsulenzi u nfieq iehor li fuqhom tinqabad l-VAT u fejn in-negozjant Malti isibha bi tqila biex jitlob refund.

Bis-sahha ta’ partnership li gie ffirmat bejn l-GRTU u t-Transfinance issa l-GRTU tkun tista tghin lin-negozjanti Maltin biex f’metodu semplici jkunu jistghu jaghmlu l-applikazzjoni ghall-infieq fuq taxxa li ghandhom dritt jehduh lura.

Il-President tal-GRTU, Paul Abela spjega li dan hu servizz iehor fis-sensiela ta’ servizzi li l-GRTU qed tipprovdi lill-komunita kummercjali biex tghinhom dejjem aktar jiffacilitaw l-integrazzjoni taghhom fis-suq kbir ewropew. Dr. H.J.H Linneman membru tal-International VAT Association u fundatur tat-Transfinance spjega kif fil-prattika negozjant Malti permezz ta’ dan l-partnership jista issa jibda jiehu lura hlasijiet li jkun ghamel fuq taxxa anke f’hafna cirkustanzi fuq taxxa li thallset u ma gietx migbura fix-xhur u s-snin li ghaddew.

L-Onor. Edwin Vassallo, Segretarju Parlamentari ghan-Negozji z-Zghar spjega l-importanza ta’ ftehim bhal dan ghaliex issa jkun zball jekk wara x-xoghol kollu li sar biex Malta tintegra s-sitemi taghha ma dawk ta’ l-Unjoni Ewropeja n-negozjant Malti joqghod lura ghax ma jkollux l-ghodod adatti li jghinuh jikkompeti b’mod effettiv.
 
Il-Konferenza ta’ dalghodu li nzammet fil-kwartieri tal-GRTU fil-Borza l-Qadima Triq ir-Republika, l-Belt Valletta, tkellem ukoll id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia fejn spjega kif il-GRTU illum qed tibni organizzazjoni li trid twassal n-negozjant Malti biex ikollu l-assistenza professjonali kollha mehtiega u bi prezz adekwat biex jirristruttura l-istruttura ta’ nfieq tieghu halli jkun jista jikkompeti b’mod aktar effettiv. Il-GRTU ser tibqa l-vuci qawwija tal-SMEs ta’ pajjizna imma ser issir dejjem aktar ukoll organizzazjoni ta’ sostenn lill-Business Malti biex ikun iktar kompetittiv.
 

Sena ta’ Turbulanza

Aqflu c-cinturini tas-sigurta ghax dehlin f’sena ta’ turbulanza”. Hekk ghidtilhom lil shabi fil-Kunsill tal-GRTU gimgha qabel 10/3. Ghax kien jidher bic-car x’gej. Issa li jidher li l-Elezzjoni General ghal bhal daz-zmien sena, gejja sena ta’ qabel l-Elezzjoni li fiha ser naraw minn kollox. Ghandna naha deciza li trid titla fil-Gvern akkost ta’ kollox. Ghandna Gvern li deciz li mhux ser jaqa’. Handna min fuq naha, u min fuq ohra jaqta mniehru biex jidher helu. U ahna, rridu u ma rridux, ser nisfnu fin-nofs.

“Aqflu c-cinturini tas-sigurta ghax dehlin f’sena ta’ turbulanza”. Hekk ghidtilhom lil shabi fil-Kunsill tal-GRTU gimgha qabel 10/3. Ghax kien jidher bic-car x’gej. Issa li jidher li l-Elezzjoni General ghal bhal daz-zmien sena, gejja sena ta’ qabel l-Elezzjoni li fiha ser naraw minn kollox. Ghandna naha deciza li trid titla fil-Gvern akkost ta’ kollox. Ghandna Gvern li deciz li mhux ser jaqa’. Handna min fuq naha, u min fuq ohra jaqta mniehru biex jidher helu. U ahna, rridu u ma rridux, ser nisfnu fin-nofs.

Mhux ghax niddejqu. Hu d-dmir ta’ korp kostitwit b’sahhtu bhal GRTU li barra li jiffunzjona bhala Kamra tan-Negozji z-Zghar hi wkoll Unjon, li titkellem. Hu d-dmir partikulari tal-GRTU li titkellem kif titkellem. Min waqqaf il-GRTU ma waqqafhiex biex tkun l-Unjon li ma titniffisx jew li toqghod tara mitt elf haga qabel ticcaqlaq. Il-GRTU kwazi sittin sena ilu telqet mil-Kamra tal-Kummerc ghax l-pijunieri specifikament iddeciedew li fil-pajjiz hemm bzonn ta’ ghaqda nazzjonali b’sahhita li, bla ma ticcappas bil-politika partigjana, titkellem bla tlaqliq u fejn ikun hemm bzonn tiehu azzjoni.

Kienu hafna c-cirkustanzi matul id-59 sena li ilha tezisti l-GRTU fejn din l-Unjon ma rat wicc hadd u tkellmet u mexxit. Hafna ma hadux pjacir. Jien meta niltaqa max-xjuh li mmilitaw fil-passat kollha jirrakkuntaw min x’hiex ghaddew b’mod partikulari meta kien hemm Gvern li ma kien jahfira lil hadd meta xi hadd jiqaflu. Il-GRTU ghandha storja li qatt ma bezghet. Ix-xjuh taghna jafu min x’hiex ghaddew u jafu x’soffrew biex zammew lehen b’sahhtu fic-centru jitkellem kif titkellem il-GRTU. U l-impressjoni li jippruvaw jghati dejjem l-istess. “Mhux l-Unjon qed nattakkaw, lilu. Ghax hu mhux intom.” Bhal li kieku xi hadd mhux f’korp bhal GRTU kienu ser jghatu kas x’ghid u ma ghidx. Bhal li kieku xi hadd ha jghoqod ihabbel rasu jaqla l-gideb u l-istejjer dwari kieku jien m’ghandiex l-pozizzjoni li ghandi.

L-istejjer il-kbar imma dejjem jigru fis-sena ta’ qabel l-Elezzjoni. Meta d-deni jibda tiela. Meta jishnu l-irjus. Meta jibda l-loghob. Meta lil certi nies jibdew jarawhom skomdi. Ahna drajniha. Kulhadd jrid igebbed l-GRTU lejn n-naha tieghu. U dejjem l-istess kummiedji. Dejjem jibdew bl-imbiex u wara jaqghu ghall-attakki personali. U qatt ma tkun taf min fejn gej l-attakk li jmiss.

Ghax li jigri hu li jkun hemm min jinqeda bl-okkazjoni. Jkun hemm min ghax ghandu ghalik jinqeda bl-okkazjoni. Jkun hemm min jghir ghalik. Ikun hemm min wahhal f’rasu li int telliftlu xi kuntratt jew m’ghintux biex jiehu xi tender. Jkun hemm min sempliciment m’ghandux grazzja mieghek. U jnassas. U jsefsef. U dejjem jsib lil xi hadd li jaqa’ ghat-tentazzjoni u jibda jfajjar.

Jien lil shabi preparajthom li din is-sena mhux ser tkun eccezjoni. Jibdew bija. Ghax jien l-aktar li nidher u li nistema. Ghax il-GRTU ghandha sistema li tixbah aktar lil ConfIndustria u Confcommercio fl-Italja u s-CBI fl-Ingilterra. Fejn ic-Chief Executive, hu x’inhu it-titlu jekk hux Segretarju Generali, CEO jew Direttur Generali, hu l-kelliemi ewlieni. Din l-istrattura tezisti ghax instab f’diversi ghaqdiet bhal GRTU li taghmel sens li jkollok Ufficjal permanenti li jibni strutturi u strategiji fuq perjodu fit-tul u bla ma jkun suggett ghat-theddid ghan-negozju personali tieghu bhal ma jkun President jew Ufficjal Elett li jkollu l-business tieghu. Chief Executive indipendenti ikun jista’ jitkellem u jidher ghall-organizzazjoni bla xkiel u biza. Ma jfissirx li dan jista’ jaghmel li jrid, imur zmerc hafna min jahseb li hekk isir, imma bis-support tal-Kunsill tieghu jkun jista jmexxi b’aktar efikacja milli kieku kien persuna suggetta ghar-rikatt jew li tinbidel ta’ spiss. Ghalhekk l-attakk fuq il-GRTU normalment jibda b’attakk fuqi bhala Direttur Generali. Ghax jahsbu li jekk idamndmu jew jintimidaw lili jkunu nizlu lil GRTU fl-art.

Lili personalment ftit ikidduni l-attakki. Niddejjaq meta jkunu personali u bbazati fuq gideb, qlajjiet, nofs veritajiet u tghawwig tal-fatti, immirati car u tond biex ihammgu, ixewxu u jweggghu. Imma din Malta nisranija. Din Malta fejn ghandna gurnalisti erhilhom ihabbtu sidirhom favur il-helsien tal-kelma imma qatt ma jiktbu fuq l-abbus mil-kelma miktuba u ma jiddejqu xejn jtughha ghal qtil tal-karattru. Ghax f’Malta bilkemm insibu tarf tal-assassini tal-persuna, ahseb u ara kemm insibu tarf tal-assassini tal-karattru.

Imma x’taghmel? X’inhu r-rimedju? Tmur il-Qorti. Jien xi snin ilu mort il-Qorti fuq din il-hrafa li xebghu jxerdu dwari li jien xi expert tal-golden handshakes Irbaht libell kontra il-gurnal tal- hadd Il-Mument bid-danni b’kollox. Imma xorta jerga johrog xi hadd gwapp bl-istess hrejjef. Twaqqafhom b’daqsekk? U l-Kumitat tal-Etika tal-Gurnalisti fejn hu? X’taghmel meta l-attakk ikun personali u dikjaratament difamatorju? Terga tmur il-Qorti bhal ma kelli nerga naghmel jien din il-gimgha wara attakk iehor kodard u viljakk. Imma xi hadd jahseb li l-intimidazzjoni u l-attakk personali ser jiqfu?

Ma jieqfu qatt. Ghax hi ghodda taghna l-Maltin. Zeblah, kisser, ghajjar. Gerrex lil kull min ma jiflahx ghall-inkwiet l-barra mix-xena. Intimida bit-tajjir lil min tahseb li hu ta’ xkiel ghalik. Hekk tahdem is-sistema.

Lil shabi avzajthom. Jien xogholi quddiem u quddiem ser nibqa dment li l-Mulej itini s-sahha u shabi l-fiducja. Ghax m’ghandiex faham miblul. Ghax kull fejn hdimt, hdimt b’zeghlU u b’entuzjazmu u ma zammejt xejn fl-istonku tieghi ghal hadd. Min hadem mieghi jaf li nitfa’ l-energija u l-entuzjazmu tieghi kollu u lanqas li nghamel hu li ndabbar rasi. Kieku dabbart rasi mil-pozizzjonijiet kollha li kont nokkupa fil-karriera tieghi kieku llum, ghadni nahdem nimmilita? Kieku paxxut Kalifornja jew is- South of France.

Ghalhekk lil shabi ghidtilhom li gejja sena ta’ turbulanza. Ser jimbuttawna, jippruvaw jixtruna, jattakkawna u jzebilhuna. Min hu ta’ stoffa imma ma jimbaramx. Ma jkunx intimidat. Imma hafna ser jibzghu u ser iwarrbu. Ghax mhux kullhadd jiflah ghall-intimidazzjoni.

L-appell tieghi lil kull min qieghed f’pozizzjoni ta’ tmexxija hu li ma jhallix lil min jintimidah. Iqfulhom. Qatt ma tkun taf minn fejn gej l-attakk li jmiss. Kun ppreparat. Dak li l-bierah kien suppost siehbek, ghadha jfajjarielek. Dak li meta habbatlek il-bieb ftahtlu, ghadha jmekek. Mhux dejjem iddecieda hu. Aktarx li xi hadd jkun tah l-ixkubetta f’idu u hu jkun spara l-grillu. Hekk isiru l-affarijiet Malta.

Lil gurnalisti nghidilhom biex ma jqazzuhiex. Il-bicca l-kbira huma serji u professjonali. Imma hemm min jaqa’ ghat-tentazzjoni. Hemm min jizvoga.

Jidher li ser ikollna sena interessanti. Bhal ma ghidt lil shabi: aqflu c-cintorin tas-sigurta!

Il- GRTU tibqa’ tinsisti li l-Krizi fit-Turizmu trid rimedju extraordinarju

Il-GRTU ssostni li l-fatti u l-figuri juru li t-turizmu waqa’ fi stat ta’ krizi u li l-mizuri li qed jiehu l-Gvern, inkluzi l-Kumitat li tieghu hu Chairman il-Prim Ministru, mhux qed iwasslu ghal soluzzjoni verament effettiva. Ghalhekk il-GRTU ssostni li la hemm krizi, il-Prim Ministru jrid igorr ir-responsabilta huwa, ghax Ministru, hu min hu, wahdu mhux ser jimponi dawk il-mizuri li jpoggu lil Malta fil-post li jixirqilha f’dan il-qasam. It-telf hu kbir wisq biex jitfejjaq b’mizuri semplici.

Il-GRTU ssostni li l-fatti u l-figuri juru li t-turizmu waqa’ fi stat ta’ krizi u li l-mizuri li qed jiehu l-Gvern, inkluzi l-Kumitat li tieghu hu Chairman il-Prim Ministru, mhux qed iwasslu ghal soluzzjoni verament effettiva. Ghalhekk il-GRTU ssostni li la hemm krizi, il-Prim Ministru jrid igorr ir-responsabilta huwa, ghax Ministru, hu min hu, wahdu mhux ser jimponi dawk il-mizuri li jpoggu lil Malta fil-post li jixirqilha f’dan il-qasam. It-telf hu kbir wisq biex jitfejjaq b’mizuri semplici.

Il-GRTU xandret analazi ekonomika xjentifika* u wriet bil-fatti li s-settur tat-turizmu fuq medda ta’ 10 snin tilef il-pozizzjoni tieghu b’14% bhala kontribuzzjoni ghall-ekonomija nazzjonali u li dan is-settur qieghed persistentament jimxi taht ir-ritmu registrat ghall-ekonomija ingenerali. Aghar minn hekk il-“pool” ta’ kumpaniji b’sahhithom f’dan is-settur qieghed dejjem jonqos ghax l-operating surpluses f’dan is-settur huma l-aghar fost is-setturi ekonomici kollha.

It-turizmu Malti nizel bil-kbir thares fejn thares: bhala proporzjon ta’ turisti li jigu fil-Mediterran; bhala rata ta’ tkattir b’paragun mat-tkattir tat-turizmu mondjali; bhala proporzjon ta’ Germanizi, Francizi u Taljani li jsiefru lejn il-Mediterran u bhala proporzjon ta’ turisti miz-zoni tal-EU li jsiefru lejn destinazzjonijiet turistici fl-EU stess. Malta wara tlett snin fl-Unjoni Ewropea ghadha lanqas biss tinhass f’dak li hu moviment ta’ turisti lejn il-pajjizi l-ohra msiehba. Stampa li bilfors trid tinbidel ghax turi falliment.

Il-hotels qed jaghlqu, ir-restoranti, bars, hwienet u servizzi ohra li jridu mit-turizmu kollha qed ihossu d-daqqa u l-pjan li suppost irid isalvana hu pjan tat-tertuqa. Il-Gvern fejn jidhol it-turizmu qed ikaxkar saqajh u issa bilfors li jrid jiehu decizjonijiet aktar b’sahhithom. Dan jista’ jaghmlu biss il-Prim Ministru, u mhux Ministru li jrid mill-Ministri l-ohra kollha. X’sahha ghandu l-Ministru tat-Turizmu li jimponi s-soluzzjonijiet meta hu m’ghandux sahha fuq shabu?

Malta m’ghandhiex aktar zmien x’titlef. Sidien tal-intraprizi qed jaqtghu qalbhom. Jekk mhux ser jiehdu fiducja gdida li l-affarijiet verament u bis-serjeta ser jitrangaw ghax il-Prim Ministru wiegeb ghat-talba taghhom u ha kontroll dirett tas-sitwazzjoni, allura nibqghu kif ahna, qiesna dghajsa fil-maltemp u min ghandu jdabbar rasu johrog mill-industrija.

Il-Gvern issa hu mwiddeb. Id-decizjoni f’idejn il-Prim Ministru.

* EXPORTS, INFLATION AND VALUE ADDED -Prof Joseph Falzon – Department of Banking & Finance
University of Malta

Il-GRTU titlob lill-Prim Ministru biex jiehu f’idejh direttament il-Ministeru tat-Turizmu

Fil-laqgha li l-MHRA sejhet biex thabbar ir-rizultati tat-turizmu fl-2006 u b’mod partikolari fl-ahhar 3 xhur ta’ l-2006, id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia iddikjara f’isem il-Kunsill Nazzjonali tal-GRTU, li l-membri tal-GRTU mhux ser joqoghdu aktar ghal din is-sitwazzjoni ta’ krizi f’settur hekk importanti bhat-turizmu.

Fil-laqgha li l-MHRA sejhet biex thabbar ir-rizultati tat-turizmu fl-2006 u b’modd partikolari fl-ahhar 3 xhur ta’ l-2006, id-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia iddikjara f’isem il-Kunsill Nazzjonali tal-GRTU, li l-membri tal-GRTU mhux ser joqoghdu aktar ghal din is-sitwazzjoni ta’ krizi f’settur hekk importanti bhat-turizmu.

F’isem il-GRTU Vince Farrugia appella lill-Prim Ministru biex jiehu f’idejh direttament il-Ministeru ta’ Turizmu. Vince Farrugia sostna li bhal m’ghamel sewwa l-Prim Ministru li ha f’idejh il-Ministeru tal-Finanzi meta kien hemm krizi fil-Finanzi Pubblici, jaghmel sewwa hafna issa jekk jiehu f’idejh il-Ministeru tat-Turizmu. Il-Ministeru tal-Finanzi issa jista’ jghaddih f’idejn l-Onor Tonio Fenech u Dr Lawrence Gonzi jikkoncentra aktar fuq it-Turizmu ghax f’dan is-settur hemm krizi li l-Ministru Francis Zammit Dimech hu inkapaci li jsolvi.

Fit-twegiba li ta l-Ministru tat-Turizmu ghall-kritika tal-GRTU, wera b’modd car kemm hu maqtugh mir-realta’ u kemm mhux qed ihoss ir-rabja kbira li tezisti fost is-sidien tal-intraprizi u l-haddiema li l-hobza taghhom tiddependi mit-turizmu. Ir-risposta tal-Minsitru tat-Turizmu issahhah it-talba tal-GRTU lill-Prim Ministru biex Dr Lawrence Gonzi innifsu, jidderigi l-Ministeru tat-Turizmu direttament huwa.

Il-GRTU issostni li jekk il-Prim Ministru ma jiccaqlaqx fuq din it-talba ikun ghal darb’ohra qed juri bic-car li huwa insensittiv ghal dak li qed jghidu l-maggoranza tal-Maltin.

Il-GRTU tifrah l-Partit Laburista ghar-rebha konvincenti li ghamlu l-Kandidati ppezentati mil-Partit

Bhala l-organizazzjoni Nazzjonali tas-sidien tan-negozji li hi organizzata wkoll fil-lokalitajiet, f’isem l-eluf ta’ negozji u Self Employed li joperaw fil-lokalitajiet Maltin u Ghawdxin, il-GRTU qed tipproponi li fl-inqas zmien possibli jkun miftiehem Pjan ta’ Azzjoni biex jingieb aktar xoghol lejn il-lokalitajiet.

Il-GRTU tifrah l-Partit Laburista ghar-rebha konvincenti li ghamlu l-Kandidati ppezentati mil-Partit Laburista fl-elezzjonijiet Lokali tal-10 ta’ Marzu.

Il-GRTU tifrah b’mod partikolari lis-Sindki l-godda u l-Kunsillieri kollha eletti.

Bhala l-organizazzjoni Nazzjonali tas-sidien tan-negozji li hi organizzata wkoll fil-lokalitajiet, f’isem l-eluf ta’ negozji u Self Employed li joperaw fil-lokalitajiet Maltin u Ghawdxin, il-GRTU qed tipproponi li fl-inqas zmien possibli jkun miftiehem Pjan ta’ Azzjoni biex jingieb aktar xoghol lejn il-lokalitajiet.

Il-pjan ta’ Azzjoni li qed tipproponi l-GRTU jinkludi:

• Egevolazzjonijiet fiskali lil min ihaddem biex jiehu backoffice work fil-lokalitajiet. Dan biex ihajjar lil min irid joffri opportunitajiet ta’ xoghol godda specjalment lil dawk li jippreferu ma joqodux jivjaggaw ta’ kuljum lejn ic-centri ewlenin tax-xoghol. Il-GRTU tistenna li l-Gvern u l-korpi statali jaghtu huma l-ewwel ezempju billi jibdew jittrasferixxu backoffice work bejn il-loklitajiet. Dan ikun ta’ vantagg kbir b’mod partikolari ghan-nisa li jrabbu t-tfal ghax b’hekk ikunu jistghu jiddedikaw aktar mill-hin disponibbli li jkollhom ghax-xoghol bil-qliegh.
• Il-GRTU wkoll tistenna egevolazzjonijiet fiskali u kundizzjonijiet adatti mill-MEPA biex l-izviluppaturi jithajru jinvestu f’bini ta’ ufficini u postijiet godda ta’ rikrejazzjoni adatti biex jservu lill-komunita u t-turisti li jkunu mhajra izuru l-lokalitajiet. Il-GRTU wkoll qed tistenna li l-Malta Tourism Authority (MTA) taghti kaz bis-serjeta tal-potenzjal kbir tal-lokalitajiet bhala attrazzjonijiet turistici billi tivvota aktar flus biex il-lokalitajiet jigbdu lejhom aktar turisti.
• Il-GRTU qed tistenna ukoll illi bhal ma rnexxielha iggib kundizzjonijiet fiskali tajbin ghal dawk li jzommu l-istudenti barranin ( Host Families) fi djarhom, issa l-Gvern jaccetta l-proposti tal-GRTU biex jinghataw vantaggi wkoll lil min ghandu djar vojta u djar kbar li dawn jifthuhom ghall-akkomodazzjoni tat-Turisti li jippreferu jkunu alloggjati fid-djar fil-lokalita. Irid isir sforz kemm mill-MEPA kemm mill-MTA u aktar u aktar mill-Awtoritajiet fiskali biex din l-attivita ekonomika tinbena u tirnexxi.
• Il-GRTU ukoll tistenna illi l-MEPA u l-Kunsilli Lokali jaghmlu l-isforzi taghhom kollha biex fic-centri tal-ibliet u l-irhula taghna jkun aktar possibli li jinfethu kafitteriji u postijiet ohra li jigbdu lejhom it-turisti.
• Il-GRTU qed toffri support shieh biex ikunu stabbiliti walking tours u servizzi ta’ gwidi biex il-lokalita jinfethu dejjem aktar ghat-turisti.

Il-GRTU lesta biex tahdem spalla ma spalla mall-Kunsilli Lokali kollha li jixtiequ jaraw il-pjan tal- GRTU jirnexxi.

Malta Chamber of SMEs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.