Aqflu c-cinturini tas-sigurta ghax dehlin f’sena ta’ turbulanza”. Hekk ghidtilhom lil shabi fil-Kunsill tal-GRTU gimgha qabel 10/3. Ghax kien jidher bic-car x’gej. Issa li jidher li l-Elezzjoni General ghal bhal daz-zmien sena, gejja sena ta’ qabel l-Elezzjoni li fiha ser naraw minn kollox. Ghandna naha deciza li trid titla fil-Gvern akkost ta’ kollox. Ghandna Gvern li deciz li mhux ser jaqa’. Handna min fuq naha, u min fuq ohra jaqta mniehru biex jidher helu. U ahna, rridu u ma rridux, ser nisfnu fin-nofs.
“Aqflu c-cinturini tas-sigurta ghax dehlin f’sena ta’ turbulanza”. Hekk ghidtilhom lil shabi fil-Kunsill tal-GRTU gimgha qabel 10/3. Ghax kien jidher bic-car x’gej. Issa li jidher li l-Elezzjoni General ghal bhal daz-zmien sena, gejja sena ta’ qabel l-Elezzjoni li fiha ser naraw minn kollox. Ghandna naha deciza li trid titla fil-Gvern akkost ta’ kollox. Ghandna Gvern li deciz li mhux ser jaqa’. Handna min fuq naha, u min fuq ohra jaqta mniehru biex jidher helu. U ahna, rridu u ma rridux, ser nisfnu fin-nofs.
Mhux ghax niddejqu. Hu d-dmir ta’ korp kostitwit b’sahhtu bhal GRTU li barra li jiffunzjona bhala Kamra tan-Negozji z-Zghar hi wkoll Unjon, li titkellem. Hu d-dmir partikulari tal-GRTU li titkellem kif titkellem. Min waqqaf il-GRTU ma waqqafhiex biex tkun l-Unjon li ma titniffisx jew li toqghod tara mitt elf haga qabel ticcaqlaq. Il-GRTU kwazi sittin sena ilu telqet mil-Kamra tal-Kummerc ghax l-pijunieri specifikament iddeciedew li fil-pajjiz hemm bzonn ta’ ghaqda nazzjonali b’sahhita li, bla ma ticcappas bil-politika partigjana, titkellem bla tlaqliq u fejn ikun hemm bzonn tiehu azzjoni.
Kienu hafna c-cirkustanzi matul id-59 sena li ilha tezisti l-GRTU fejn din l-Unjon ma rat wicc hadd u tkellmet u mexxit. Hafna ma hadux pjacir. Jien meta niltaqa max-xjuh li mmilitaw fil-passat kollha jirrakkuntaw min x’hiex ghaddew b’mod partikulari meta kien hemm Gvern li ma kien jahfira lil hadd meta xi hadd jiqaflu. Il-GRTU ghandha storja li qatt ma bezghet. Ix-xjuh taghna jafu min x’hiex ghaddew u jafu x’soffrew biex zammew lehen b’sahhtu fic-centru jitkellem kif titkellem il-GRTU. U l-impressjoni li jippruvaw jghati dejjem l-istess. “Mhux l-Unjon qed nattakkaw, lilu. Ghax hu mhux intom.” Bhal li kieku xi hadd mhux f’korp bhal GRTU kienu ser jghatu kas x’ghid u ma ghidx. Bhal li kieku xi hadd ha jghoqod ihabbel rasu jaqla l-gideb u l-istejjer dwari kieku jien m’ghandiex l-pozizzjoni li ghandi.
L-istejjer il-kbar imma dejjem jigru fis-sena ta’ qabel l-Elezzjoni. Meta d-deni jibda tiela. Meta jishnu l-irjus. Meta jibda l-loghob. Meta lil certi nies jibdew jarawhom skomdi. Ahna drajniha. Kulhadd jrid igebbed l-GRTU lejn n-naha tieghu. U dejjem l-istess kummiedji. Dejjem jibdew bl-imbiex u wara jaqghu ghall-attakki personali. U qatt ma tkun taf min fejn gej l-attakk li jmiss.
Ghax li jigri hu li jkun hemm min jinqeda bl-okkazjoni. Jkun hemm min ghax ghandu ghalik jinqeda bl-okkazjoni. Jkun hemm min jghir ghalik. Ikun hemm min wahhal f’rasu li int telliftlu xi kuntratt jew m’ghintux biex jiehu xi tender. Jkun hemm min sempliciment m’ghandux grazzja mieghek. U jnassas. U jsefsef. U dejjem jsib lil xi hadd li jaqa’ ghat-tentazzjoni u jibda jfajjar.
Jien lil shabi preparajthom li din is-sena mhux ser tkun eccezjoni. Jibdew bija. Ghax jien l-aktar li nidher u li nistema. Ghax il-GRTU ghandha sistema li tixbah aktar lil ConfIndustria u Confcommercio fl-Italja u s-CBI fl-Ingilterra. Fejn ic-Chief Executive, hu x’inhu it-titlu jekk hux Segretarju Generali, CEO jew Direttur Generali, hu l-kelliemi ewlieni. Din l-istrattura tezisti ghax instab f’diversi ghaqdiet bhal GRTU li taghmel sens li jkollok Ufficjal permanenti li jibni strutturi u strategiji fuq perjodu fit-tul u bla ma jkun suggett ghat-theddid ghan-negozju personali tieghu bhal ma jkun President jew Ufficjal Elett li jkollu l-business tieghu. Chief Executive indipendenti ikun jista’ jitkellem u jidher ghall-organizzazjoni bla xkiel u biza. Ma jfissirx li dan jista’ jaghmel li jrid, imur zmerc hafna min jahseb li hekk isir, imma bis-support tal-Kunsill tieghu jkun jista jmexxi b’aktar efikacja milli kieku kien persuna suggetta ghar-rikatt jew li tinbidel ta’ spiss. Ghalhekk l-attakk fuq il-GRTU normalment jibda b’attakk fuqi bhala Direttur Generali. Ghax jahsbu li jekk idamndmu jew jintimidaw lili jkunu nizlu lil GRTU fl-art.
Lili personalment ftit ikidduni l-attakki. Niddejjaq meta jkunu personali u bbazati fuq gideb, qlajjiet, nofs veritajiet u tghawwig tal-fatti, immirati car u tond biex ihammgu, ixewxu u jweggghu. Imma din Malta nisranija. Din Malta fejn ghandna gurnalisti erhilhom ihabbtu sidirhom favur il-helsien tal-kelma imma qatt ma jiktbu fuq l-abbus mil-kelma miktuba u ma jiddejqu xejn jtughha ghal qtil tal-karattru. Ghax f’Malta bilkemm insibu tarf tal-assassini tal-persuna, ahseb u ara kemm insibu tarf tal-assassini tal-karattru.
Imma x’taghmel? X’inhu r-rimedju? Tmur il-Qorti. Jien xi snin ilu mort il-Qorti fuq din il-hrafa li xebghu jxerdu dwari li jien xi expert tal-golden handshakes Irbaht libell kontra il-gurnal tal- hadd Il-Mument bid-danni b’kollox. Imma xorta jerga johrog xi hadd gwapp bl-istess hrejjef. Twaqqafhom b’daqsekk? U l-Kumitat tal-Etika tal-Gurnalisti fejn hu? X’taghmel meta l-attakk ikun personali u dikjaratament difamatorju? Terga tmur il-Qorti bhal ma kelli nerga naghmel jien din il-gimgha wara attakk iehor kodard u viljakk. Imma xi hadd jahseb li l-intimidazzjoni u l-attakk personali ser jiqfu?
Ma jieqfu qatt. Ghax hi ghodda taghna l-Maltin. Zeblah, kisser, ghajjar. Gerrex lil kull min ma jiflahx ghall-inkwiet l-barra mix-xena. Intimida bit-tajjir lil min tahseb li hu ta’ xkiel ghalik. Hekk tahdem is-sistema.
Lil shabi avzajthom. Jien xogholi quddiem u quddiem ser nibqa dment li l-Mulej itini s-sahha u shabi l-fiducja. Ghax m’ghandiex faham miblul. Ghax kull fejn hdimt, hdimt b’zeghlU u b’entuzjazmu u ma zammejt xejn fl-istonku tieghi ghal hadd. Min hadem mieghi jaf li nitfa’ l-energija u l-entuzjazmu tieghi kollu u lanqas li nghamel hu li ndabbar rasi. Kieku dabbart rasi mil-pozizzjonijiet kollha li kont nokkupa fil-karriera tieghi kieku llum, ghadni nahdem nimmilita? Kieku paxxut Kalifornja jew is- South of France.
Ghalhekk lil shabi ghidtilhom li gejja sena ta’ turbulanza. Ser jimbuttawna, jippruvaw jixtruna, jattakkawna u jzebilhuna. Min hu ta’ stoffa imma ma jimbaramx. Ma jkunx intimidat. Imma hafna ser jibzghu u ser iwarrbu. Ghax mhux kullhadd jiflah ghall-intimidazzjoni.
L-appell tieghi lil kull min qieghed f’pozizzjoni ta’ tmexxija hu li ma jhallix lil min jintimidah. Iqfulhom. Qatt ma tkun taf minn fejn gej l-attakk li jmiss. Kun ppreparat. Dak li l-bierah kien suppost siehbek, ghadha jfajjarielek. Dak li meta habbatlek il-bieb ftahtlu, ghadha jmekek. Mhux dejjem iddecieda hu. Aktarx li xi hadd jkun tah l-ixkubetta f’idu u hu jkun spara l-grillu. Hekk isiru l-affarijiet Malta.
Lil gurnalisti nghidilhom biex ma jqazzuhiex. Il-bicca l-kbira huma serji u professjonali. Imma hemm min jaqa’ ghat-tentazzjoni. Hemm min jizvoga.
Jidher li ser ikollna sena interessanti. Bhal ma ghidt lil shabi: aqflu c-cintorin tas-sigurta!