Bugibba tbikkik. Min jahdem fil-privat jaf li mhux kemm tahdem jghodd imma r-rizultat. Min ghandu negozju jaf li meta jmur il-bank inutli jghidlu kemm stinka, il-manager tal-bank il-kont ikun irid jara. Hekk tahdem id-dinja kummercjali industrijali u manigerjali. Min hu komdu u jigri x’jigri hobzu mahbuz din ma jifimhiex. Ghalhekk hafna lilna li nitkellmu f’isem is-sidien tan-negozji ma jifmuniex. U jidher li dwar Bugibba mhux niftehmu
Bugibba tbikkik. Min jahdem fil-privat jaf li mhux kemm tahdem jghodd imma r-rizultat. Min ghandu negozju jaf li meta jmur il-bank inutli jghidlu kemm stinka, il-manager tal-bank il-kont ikun irid jara. Hekk tahdem id-dinja kummercjali industrijali u manigerjali. Min hu komdu u jigri x’jigri hobzu mahbuz din ma jifimhiex. Ghalhekk hafna lilna li nitkellmu f’isem is-sidien tan-negozji ma jifmuniex. U jidher li dwar Bugibba mhux niftehmu. Bugibba u l-Qawra illum mimlija negozji zghar. Hemm ukoll il-kbar. Kollha flimkien ihaddmu eluf ta’ haddiema. Hemm investiti l-miljuni. Bhala numru ta’ sodod disponibbli ghat-turizmu hi l-akbar zona. Pero Bugibba u l-Qawra m’ghandhiex il-firxa ta’ investimenti fil-5 star hotels u complexes li ghandha z-zona ta’ San Giljan u Tas-Sliema. Wkoll Bugibba/Qawra tiddependi ghal 85% tal-qliegh taghha mit-turisti Inglizi. Zoni ohra mhux tant dipendenti fuq it-turisti Inglizi. Bugibba u l-Qawra huma mimlijin Hotels, complexes u appartamenti minn fejn it-turist johrog u jonfoq fil-hwienet tal-lokalita. Illum Bugibba qeghda fi stat tal-biki. Jien inwegga kuljum niltaqgha ma’ nies li nvestew kull lira li ghandhom fin-negozju taghhom f’Bugibba u llum literalment fixxa. Xoghol kwazi xejn. Laqqajthom biex nismaghhom. Il-karba taghhom gennitni. Kieku stajt kont nohroghom fi protesta dak il-hin stess u nibqa’ sejjer bihom Kastilja. Ghax mhux vera dik li qed jippruvaw ibellghulhom tal-MTA, il-Ministeru tat-Turizmu u ohrajn li qatt ma nvestew lira minn flushom, li Bugibba llum hi fi stat hazin tort tas-sidien tan-negozji stess. Ghax illum hawn min qed jghid li Bugibba litteralment marret il-bahar htija taghhom stess. Tinsulenta lill-dawn in-nies aktar minn hekk lanqas tista. Htija taghhom qalulhom li l-post illum ghandu zoni shah dekadenti. Bhal dak li qallu min mhux qed jaqla’ u mhux qed ilahhaq mal-pagamenti lil bank, jistinka kemm jistinka, jista’ jsib il-flus biex ikabbar u jzejjen u jrahhas. Dawn in-nies iridu aktar xoghol u bil-qliegh jonfqu fiex ikun hemm bzonn. Ha nitkellmu car. F’Bugibba sar hafna xoghol. Tal-Labour fil-ftit li ghamlu fil-gvern fl-1996 kienu sebhu z-zona fi ftit xhur bi promenade mill-isbah. Il-pjazza u c-centru sbiehu. Wara sar il-progett ta’ taht il-front tal-Qawra u sar il-progett tal-gewwa mill-Gillieru. Il-post izzejjen b’sigar tal-palm u sar bini gdid u servizzi godda li komplew ghollew il-livell tal-investiment. Barra minn dan l-privat investa l-miljuni l-kbar biex holoq postijiet tax-xoghol godda. Dak li l-privat jista’ jaghmel, jaghmlu. Il-kbir nett izda irid jaghmlu l-Gvern. Dan irid isir f’zewg oqsma importanti. L-ewwel nett il-prodott. Dan irid bilfors joghla billi Bugibba/Qawra toffri nfrastruttura li tikkompeti. Tikkompeti maz-zoni ohra fil-Mediterran. Is-sena l-ohra wara hafna taqtiegh il-qalb waslet ir-ramla ta’ Bugibba. Pass importanti l-quddiem. Imma mhux bizzejjed u jonqos hafna x’isir biex bhal ta’ San Giljan issir bajja ta’ vera. Imma Bugibba/Qawra ghandha bzonn aktar minn hekk. Ilu jissemma zmien il-progett enormi tal-ponta ta’ hdejn Fra Ben. Din Ponta li toffri potenzjal enormi li f’din iz-zona ssir bajja li verament tpoggi lil din il-lokalita fil-lista ta’ zoni turistici attrajenti u mitluba. Anke b’daqshekk mhux bizzejjed. Bugibba tiflah aktar nvestiment kapitali. Iz-zona ta’ Bugibba toffri hafna possibilitajiet biex jinholqu l-bajjiet. Illum ghandna t-teknologija li tqattalna blat kbir li jista’ jintefa l-bahar u wara bit-thammil tal-bahar indahhlu r-ramel wara l-blatiet biex isiru ir-ramliet. Ir-ramel ukoll jitkattar billi nimpurtaw. Hekk jaghmel haddiehor. Franza per ezempju ilha seklu taghmel hekk. Cipru hekk ghamel wkoll. Lilna r-Rumani urewna kif meta bnew hajt barra r-Ramla l-Hamra Ghawdex li din maz-zmien saret l-isbah Ramla ta’ Malta u Ghawdex. L-istess l-bajja sabiha ta’ Birzebbuga. Thamlet il-bajja fuq barra u gewwa mtela ramel. F’Bugibba u l-Qawra jekk il-Gvern jrid jonfoq bis-serjeta u ma jkunx hemm min jikkmanda u jzomm kollox lura apposta, jista jsir hafna u hafna. Iva Bugibba u l-Qawra nistghu naghmluhom genna. Mhux bl-indhil zejjed tal-MEPA u ta’ min hu hobzu mahbuz. Gvern li lest li jonfoq l-miljuni biex darba ghal dejjem din iz-zona npogguha bis-serjeta fuq il-mappa tat-turizmu jista’ jsalva lil Bugibba mid-destin kiefri li ghaddiet minnu l-industrija tat-tessili. U mela jghidu lin-nies li t-turisti mhux gejjin ghax tal-hwienet ghandhom prezzijiet gholjin u johorgu z-zibel barra. Il-kwistjoni l-ohra, u mportantissima hi dik tas-suq. Tal-hanut jizbogh kemm jizbogh u jqaccat kemm iqaccat prezzijiet mhux ser igib turisti. Bugibba issir kemm issir sabiha, bla turisti fqira tibqa’. It-turisti ma jigux wehidhom. Xi hadd irid jahdem biex igibhom. It-turisti iggiebhom l-Malta Tourism Authority. Imma din l-MTA ddominata kif inhi minn erba’ kapurjuni f’dawn l-ahhar 4 snin ghamlu minnha babilonja shiha. Jinbidlu c-cermnijiet, il-manigers u l-ufficjali. Jaghlqu u jifthu l-ufficini barra. Ikeccu l-dan u jkeccu l-iehor. Ordnijiet u kontra ordnijiet. Konfuzjoni shiha u l-Ministru qiesu ma jezistix. Ruma taqbad u hu ma jafx x’ser jaghmel. L-aghar li marret Londra ma l-ufficju ta’ Londra s-suq Ingliz. Tajru lil min kien jifhem u ghal erba’ snin shah lanqas kampanja pubblicitarja fuq it-television networks ma ghamlu. Issa din is-sena ghamlu kampanja fuq l-Sky meta s-suq taghna aktar jintlahaq mill- ITV u l-Granada. Nefqu somom kbar fuq CNN. Tahwida ta’ marketing nobis. Tal-low cost airlines li setghu qalghulna mid-disastru u jtuna free marketing qlajnilhom fwiedhom biex dahhalnihom. Jekk malajr ma naghtux zewg airports ohra importanti lil Ryanair is-Suq Ingliz jibqa jkarkar. Is-suq Ingliz fl-ahhar snin mar l-bahar tort ta’ min iddomina fl-MTA. Alla hares ma kienux tar-Rynair li llum qed jigbruna bhalissa ghax kieku disastru papali. U Bugibba li trid mill-Inglizi falliet. Illum Bugibba agunija. Tista ssalva. Imma, mhux bli ghandu ppjanat il-Ministru. Mhux bizzejjed Sur Ministru. Min hu ta’ fiducja ghamja jibqa’ jittama. Min hu ‘sensieh iqum minn hemm.