L-MCESD hu frott ta’ Dr. Lawrence Gonzi li sa ma kien Ministru tal-Politika Socjali u Deputat Prim Ministru hadem hafna biex l-MCESD jkun zviluppat biex l-ewwel nett jitwaqqaf b’ligi u jkollu struttura legali u t-tieni biex il-Kunsill jiehu forma gdida li tinkorpora lis-socjeta civili. Jekk illum donnu li l-MCESD qieghed jitqalleb dan hu wkoll htija ta’ Dr. Gonzi m’ghandux jghati l-MCESD l-istess importanza li tah meta twaqqaf.
Illum, bhal dejjem ghandna Kunsill li hu konsultattiv u mhux ezekuttiv. Jigifieri l-Kunsill ma jiddecidiex u ma jwettaqx. Dan l-ghaliex il-funzjoni ezekuttiva hi tal-Gvern immexxi minn Ministru responsabbli lil Parlament u mhux tal-imsiehba Socjali. L-imsiehba Socjali jirraprezentaw tlett blokki importanti f’socjeta moderna: il-haddiema, min ihaddem u l-Gvern/Settur Pubbliku. Il-Haddiema huma rapprezentati mill-ghaqdiet tal-haddiema kostitwiti fuq skala nazzjonali: Il-General Workers Union, il-konfederazzjoni tat-Trade Unions Maltin u l-Unjoni Haddiema Maqghudin. Is-sidien huma rapprezentati: mill Kamra tal-Kummerc, il-Federazzjoni tal-Industrija, il-GRTU, l-MHRA u l-Malta Employers Association. Il-Gvern hu rapprezentat mill-ghola ufficjali tas-settur pubbliku li jinkludu lil Kap tac-Civil, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeri tal-Finanzi, Tas-Servizzi Socjali u tal-Affarjiet Barranin u l-Gvernatur tal-Bank Centrali. Il-Kunsill maqsum ezattament fi tlieta u l-ebda naha m’ghandha piz aktar mill-ohra.
Ic-Chairman hu maghzul b’konsultazzjoni bejn it-tlett partijiet u jinnominak l-Prim Ministru. Il-Kap tac-Civil hu ex-officer Deputat Chairman. Il-Kunsill jappunta Segretarju Generali impjegat direttament mill-Kunsill u wkoll dawk l-ezekuttivi li hemm bzonn biex ix-xoghol isir sewwa. Barra minn dan fil-Ligi li tfasslet flimkien bejn l-MCED u Dr. Lawrence Gonzi, qabel twaqqaf l-MCESD, gie stabbilit b’ligi wkoll li jitwaqqaf l-Kunsill tas-Socjeta Civili – F’dan il-Kunsill hemm numru ta’ rapprezentanti tas-Socjeta Civili kif stabbiliti bil-ligi. Dan il-Kunsill jiltaqa’ taht l-Presidenza tac-Chairman tal-MCESD li jirraporta lill-MCESD dak kollu li jkun deciz f’dan il-Kunsill. Il-membri tal-Kunsill tas-Socjeta Civili jattendu wkoll il-Laqghat tal-Kunsill tal-MCESD, mhux dejjem imma, fuq l-istedina tal-Kunsill tal-MCESD. Fil-prattika fuq numru ta’ issues li diga jkun difficli biex ikun hemm ftehiem bejn it-tlett partijiet, Gvern, Trade Unions u employers, ir-rapprezentanti tas-Socjeta Civili ma jidhlux. Imma fuq l-issues kollha l-ohra jidhlu u jikkontribwixxu direttament u dak li jkun miftiehem bejn it-tlett partijiet fil-Kunsill tal-MCESD jkun wkoll diskuss mar-rapprezentanti tas-Socjeta Civili.
L-idejn tal-MCESD mhiex li tkun eskluza s-Socjeta Civili li wara kollox tikkomprendi wkoll lill-imsiehba tal-organizzazjonijiet membri tal-MCESD. Imma l-pratticita tghid fejn diga hi difficli ghall-tlett blokki li jifthemu l-affarjiet iktar jitqalu billi jidhol blokk iehor. Jigifieri hadd mhu kontra li l-MCESD jitwessa, imma kull min ghandu esperjenza jaf li aktar ma jitwissa anqas ic-cans li mill-MCESD johorgu decizjonijiet miftiehma. Jekk jitwissu aktar jiddajjef milli jissahhah.
Wiehed irid jiftakar li l-MCESD mhux Parlament ta’ l-imsiehba Socjali. Vera li hu l-aktar li jixbah lil European Economic and Social Council tal-Unjoni Ewropeja li fil- fatt hu l-Parlament Ewropew tal-Msiehba Socjali u fil-verita l-assemblea tal-MCESD bil-partijiet kollha presenti, inkluzi is-Socjeta Civili tixbah l-EESC. Imma l-kuncett hu differenti, ghalhekk fl-MCESD hemm l-ghola rapprezentanti tal-Gvern.
Imma l-funzjoni tal-MCESD tmur lil hinn minn dik tal-EESC. L-MCESD jirrikonoxxi b’ligi min huma l-imsiehba socjali: il-Gvern, ic-CMTU, l-UHM, il-Kamra tal-Kummerc, il-GRTU, l-FOI, l-MEA u l-MHRA u l-Kunsill tas-Socjeta Civili u l-Gvern. Tghabbi fuq dawn l-imsiehba socjali ir-rwol ta’ konsultazzjoni fuq skala nazzjonali fuq materji socjali u ekonomici. Ir-rapprezentanti tal-Gvern mhux qeghdin hemm gallarija imma biex jifhmu kif jahsbuha l-imsiehba socjali u fil-qadi ta’ dmirijiethom jum b’jum, jghatu kaz ta’ dak li jintqal fl-MCESD. Responsabbilta kbira din.
Il-kabinettt tal-Ministri jiddeciedi x’importanza jghati lil dan il-Kunsill. Il-Prim Ministru Gonzi ghamel pass kbir il-quddiem meta bil-miktub informa lil Kunsill li dak li l-Kunsill jaqbel mieghu, hu f’isem il-Kabinet tal-Ministri jintrabat li jwettaq. Mossa intelligenti din hafna. Il-maqlub taghha hu li l-Gvern fejn l-imsiehba socjali ma jaqblux mhux marbut li jwettaq. Jfisser li l-Gvern li jattendi ghall Kunsill jisma u jippartecipa u jinnota l-veduti espressi fuq il-Kunsill u dan l-imsiehba jaghmluh regolarment fuq hafna u hafna suggetti, u l-Gvern jzomm l-liberta li jaghzel u jimplementa dak li fil-fehema tieghi hu applikabbli li jwettaq. Il-Kunsill jista jirrestringi din il-liberta tal-ghazla tal-Gvern, billi jaqbel fuq dak li jkun irid jipproponi. Meta l-Kunsill jaqbel il-Gvern, jintrabat li jimponi. Jigifieri min jzomm lill-Kunsill milli jilhaq ftehiem ikun reha irhietu u dik tal-imsiehba tieghu u tal-organizzazjonijiet l-ohra f’idejn il-Gvern.
Hekk, qed jigri spiss. Il-Gvern jisma, jkun jaf il-veduti tal-imsiehba socjali ewlenin ta’ pajjizna u peress li rari jkun hemm ftehiem fuq il-Kunsill, il-Gvern iwettaq biss dak li jemmen li hu fl-interess ta’ kulhadd skond il-politika tal-Gvern bil-mandat politiku li jkollu.
Hawn min jghid nibdlu. Imma nibdlu x’hiex? Naghmlu il-Kunsill b’vot tal-maggoranza? U wara x’jigri jekk l-Gvern jimponi meta trade union kbira jew korp kostitwit ewlieni jkun qal le? Jimponi? U jekk il-Kunsill jezisti biex igib l-ghaqda jkun hu stess li jbiegh l-firda u l-konflitt.
Hawn min jghid inwessghu il-Kunsill u ndahlu s-Socjeta Civili f’kollox. Huwa jekk l-organizzazjonijiet li hemm illum rari jaqblu x’cans ser ikun hemm jekk minn disa jsriu ghoxrin?
Hawn min jghid naghmlu Chairman rotating? Huwa b’Chariman newtrali ma naqblux, kif ser jwassal ghall-aktar ftehiem President li jkun gej jew mit-Trade Unions, jew mill-Employers jew mill-Gvern?
Hawn min jghid innehhu ir-rapprezentanti tal-Gvern. Huwa jekk bl-ghola awtoritajiet tal-Gvern prezenti regolarment hawn min iqies lil MCESD biss bhala ‘glorified talking shop’ ara kemm issir aktar talking – shop, jekk ikun hemm biss dawk kollha li jipproponu biss u hadd min dawk li jiddeciedu?
Jien ghidt u nerga nghid zewg elementi bhalissa huma importanti:
• Decizjoni mil-Kabinet tal-Ministri dwar ezattament x’ rwol irid jaghti lil Kunsill: x’irid il-Gvern: staffa, rubber stamp, transmission belt ta’ decizjonijiet mehuda, jew Kunsill Konsultattiv verament Partner Ewlieni ghad-decizjonijiet socjali u ekonomici l-aktar importanti mehuda f’pajjizna.
Meta l-Gvern jiddeciedi l-ewwel imbghad jiddeciedi it-tieni. Ghall-ewwel tlett ghazliet l-ghazla ta’ Chairman tkun facli: jsib persuna simpatika li sempliciment taf tmexxi laqgha. Biex tkun staffa mhux difficli.
Jekk irid l-ahhar ghazla allura l-Gvern u l-imsiehba socjali jridu jaghzlu leader. Persuna li taf tmexxi, taf tiddeciedi, taf twassal ghall-ftehiem. Ghax tkun persuna li ghandha vizjoni u taf tkun leader.
Fl-ewwel stadju: M’hemmx bzonn hafna rivoluzzjonijiet. Din li kull meta jkollna problema irridu nqalbu d-dinja saret marda f’pajjizna. Ejja nibdew b’persuna addattata u kapaci u ma noqghodux nghidu li f’pajjizna m’ghadnhiex. Infittxu sewwa. Malta ghandha nies kapaci. L-MCESD leadership ghandu bzonn.