M'hemm l-ebda dubju li Malta qed tiffacja problema tal-gholi tal-hajja. Il-prezzijiet ta' hafna prodotti essenzjali qed joghlew kwazi minn gimgha ghall-gimgha u r-rata tal-inflazzjoni, sena fuq sena, f'Novembru telghet ghall-3.29% u f'Dicembru tkompli toghla. Din ghall-Malta hi rata gholja hafna.
M'hemm l-ebda dubju li Malta qed tiffacja problema tal-gholi tal-hajja. Il-prezzijiet ta' hafna prodotti essenzjali qed joghlew kwazi minn gimgha ghall-gimgha u r-rata tal-inflazzjoni, sena fuq sena, f'Novembru telghet ghall-3.29% u f'Dicembru tkompli toghla. Din ghall-Malta hi rata gholja hafna.
l-mistoqsijiet li l-GRTU qed issaqsi huma tlieta:
-
Dawn iz-zidiet huma kawza tal-Eurochangeover?
-
Dawn iz-zidiet huma kawza ta' fatturi ohra li l-pajjiz mhux qed jghati kashom?
-
Is-soluzzjonijiet li qed joffru l-Gvern u l-Oppozizzjoni jaghmlu sens? Iwasslu ghas-soluzzjoni tal-problemi?
L-analazi tal-GRTU turi li m'hemm l-ebda ndikazzjoni statistikament korretta li turi li l-Eurochangeover qed tgholli l-hajja. Anzi l-GRTU issostni li l-mod kif l-istess GRTU, bix-xoghol bla waqfien tan-NECC, immobilizzat lis-sidien tan-negozji biex jikkomettu ruhhom ghas-sistema Fair u jikkoperaw bis-shih mal-instructors u l-inspectors u wkoll mal-konsumaturi biex mill-ewwel jum il-konsumatur jkollu fiducja li l-prezzijiet bl-Ewro huma l-istess bhal ma ma kienu bil-Lira Maltija, wasslet biex f'Malta ghandna llum sitwazzjoni fejn mhux vera li tal-hwienet u s-sidien tan-negozji ohra fil-maggoranza assoluta taghhom qed jabbuzaw jew japprofittaw ruhhom mic-Changeover. Anzi l-hajja kienet toghla aktar kieku n-negozjanti mhux qed jassorbu huma hafna mil-ispejjez bhal zidiet fil-pagi u zidiet fis-surcharge u diesel u zidiet ohra li jaqghu kull Jannar kull sena. Mhux qed jghaddu wkoll l-ispejjez zejda li kkawzatielhom il-bidla ghall-Ewro.
Ma jfissirx li m'hemmx abbuzi imma dawn huma ftit u mhux qed jaffettwaw ir-rata tal-inflazzjoni.
Imma l-gholi tal-hajja allura minn fejn gej?
Il-GRTU ilha ssostni li kawza taz-zieda fl-inflazzjoni trid tinstab mhux ghand tal-hanut imma qabel il-prodott jew servizz jinbiegh lil tal-hwienet ghax l-prezzijiet li jiffacja l-konsumatur ghand tal-hwienet huma mera ta' problemi li jezistu fl-ekonomija Maltija. M'hemm l-ebda ndikazzjoni statistika li turi li l-profitti tas-sidien tan-negozji kibru fl-ahhar snin. Anzi ras ghall-ras l-figuri juru li l-profitti naqsu.
Ma din l-istqarrija l-GRTU qed tippublika lista ta' erba' u tletin kawza li l-analazi taghha turi li huma influenti fl-gholi tar-rata tal-inflazzjoni.
L-aktar kawzi mportanti li jghollu l-inflazzjoni huma dawn:
-
L-gholi tal-prezzijiet kwazi fuq kull konsennja li tasal Malta ghad-distribuzzjoni tal-prodotti essenzjali bhal halib, tqiq, ghagin, cereali, hobz, gobon, haxix, frott, hut, lahmijiet, baby foods u kull xorta ta' prodotti ohra li fihom element qawwi ta' produzzjoni agrikola jew li jridu hafna energija biex jinhaddmu.
-
L-gholi tal-prezzijiet ta' diesel u fuels f'Malta kawza tas-sistema ta' kif l-Gvern permezz tal-Enemalta jimponi z-zidiet li Malta qed issoffri kawza tal-gholi bla qies taz-zejt minn barra. Il-Gvern mank taffa d-daqqa billi naqqas it-taxxa li hemm fuq id-diesel u fuels ohra.
-
Kawza wkoll tas-sistema zbaljata ta' Surcharge fuq l-ilma u l-elettriku imhaddma f'Malta. Bis-sistema li qed ihaddem il-Gvern ma ta' kaz xejn tal-impatt hazin ferm fuq il-produtturi u l-bejjiegha ta' prodotti tal-ikel bhal supermarkets, grocers u mini-markets, butchers, fish shops, fran, confectioners, restoranti, u kafetirji u hafna u hafna servizzi fejn l-prodott irid spejjez kbar fl-elettriku u ilma. Dawn in-negozji qed jitkissru ghax il-Gvern haseb biss biex jipprotegi l-industrija l-kbira li tesporta u ma ta kaz xejn tan-negozji li jbieghu lil Maltin is-servizzi u l-prodotti essenzjali
-
Il-GRTU ukoll issemmi l-prattici restrittivi li qed ihallsu ghalihom is-sidien tal-hwienet u tan-negozji z-zghar u l-konsumaturi.
-
Min, isaqsi l-GRTU ta kaz bis-serjeta tal-ispejjes esagerati tal-Portijiet Maltin (ir-riforma mhux vera hadmet),
-
Min ta kaz ta' x'inhu jsir fil-Pitkalija u l-Pixkerija?
-
Min ta kaz biex bis-serjeta biex jkunu studjati l-inefficjenzi fis-settur kollu tad-distribuzzjoni biex il-prezz tal-prodott u servizz li jasal ghand l-konsumatur ma jkunx mghobbi b'zidiet ta' spejjez kawza ta' inefficjenzi kbar li jistghu jitwarrbu jekk l-Gvern ikun lest li jghin flok ifixkel?
-
Min qed jifli l-mod kif il-monopolji statali u privati u d-ditti dominanti privati jimponu l-prezzijiet taghhom. F'Malta dan kif jista isir meta b'disinn l-Gvern halla l-Ufficju tal-Fair Trading jitkisser u hallieh snin shah rieqed kontra l-politika mhaddma f'pajjizni ohra Ewropew fejn l-Office of Fair Trading hu b'sahhtu u ndipendenti u jagixxi anke kontra l-istess Gvern.
-
Min qed jikkontrolla c-charges esagerati mposti mill-Banek Kummercjali (u tad-ditti ta' l-Assigurazzjonijiet) biex dawn ma jibqghux jhaxxnu l-profitti taghhom ghas-spejjez tal-industrija u l-kummerc u finalment ghall-konsumatur meta l-anqas d-decizjonijiet tal-Kummissjoni Ewropeja favur n-negozji z-zghar u l-konsumaturi mhu qed ikunu mplimentati f'Malta
-
Min qed jistudja s-sistema kollha burokratika u fiskali tal-Gvern u tal- Awtoritajiet kollha tal-Gvern li jimponu, bla kontrol ta' hadd, spejjez li bilfors il-kummercjant ikollu jghaddi lill-konsumatur?
-
Fejn hu l-kontroll fuq l-burokrazija statali u nfieq bla razan tas-settur pubbilku? L-Burokrazija f'Malta flok tonqos dejjem tizdied u l-Gvern dejjem idahhal aktar taxxi u jghabbi aktar pizijiet
Dawn hu ohrajn huma l-kawza tal-inflazzjoni, issostni l-GRTU.
Meta l-Oppozizzjoni titkaza bl-gholi tal-prezzijiet mhux taghmel ghajr iggennen lin-nies kontra in-negozji u s-sidien tal-hwienet u tinsa li s-settur kummercjali illum hu l-akbar employer f'Malta u hu l-akbar settur ekonomiku. Tinsa' li s-sidien tan-negozji, is-self-employed, l-impjegati taghhom u l-familji taghhom kollha flimkien illum jghamlu terz tal-elettorat Malti. L-argument imressaq ghandu jkun dwar soluzzjonijiet u mhux sempliciment kritika u esagerazzjoni.
Il-Gvern meta jispara soluzzjonijiet bl-addocc, bhal dik li jzomm in-NECC fuq bazi permanenti jew li johloq Awtorita' li hadd ma jaf x'inhi u x'ser taghmel u bla ebda konsultazzjoni ma hadd, juri wkoll li ghalih is-soluzzjoni hi li l-Gvern isallab lil tal-hwienet u lis-sidien tan-negozji. Diskussjoni serja dwar x'jikkawza l-inflazzjoni l-Gvern ghadu lanqas biss bdiha. Jidher li dwar l-inflazzjoni l-Gvern ma jafx x'hini s-soluzzjoni.
Is-sidien tan-negozji Maltin ftit ghandhom fiducja li z-zewg partiti politici ewlenin jafu x'inhuma jghidu fuq din il-kwistjoni.
Il-GRTU taghmilha cara: mhux ser thalli lil-Partiti Politici ewlenin jghamlu lill-kummercjanti, l-bejjiegha u s-self employed Maltin ballun li ser jilghabu bih l-loghba politika fl-Elezzjoni li gejja.
Il-kwistjoni tal-inflazzjoni hi kwistjoni serja hafna. Trid soluzzjonijiet serji.
Il-GRTU tappella direttament lill-pubbliku biex ma jhallux lil politici jghadduhom passata. Il-Pubbliku ghandu jesigi soluzzjonijiet mahsuba li verament jaghtu rizultati.
Pajjizna jixraqlu hafna ahjar.
Il-GRTU lesta tikkopera ma kull min bis-serjeta jrid jindirizza l-problema serja tal-inflazzjoni.
L-appell tal-GRTU hu ghas-serjeta u mhux ghall-propoganda rhisa li issa pajjizna xebgha minnha.