SME Chamber

Il-GRTU twiegeb l-Istqarrija tal-NSO fuq it-Tkabbir tal-GDP

 Il-GRTU tirreferi ghal l-istqarrija ta' l-NSO tal-31 ta' Jannar 2008 fejn l-NSO wiegeb ghall-konferenza ta' l-ahbarijiet li tat il-GRTU fit-23 ta' Jannar 2008 fuq it-tkabbir ekonomiku tal-GDP tat-tielet kwart tas-sena 2007.

 Il-GRTU tinnota b'sodisfazzjon li l-NSO jaqbel li jibda jippublika d-deflators tas-setturi fil-GDP u li l-Kumitat konsultattiv kongunt bejn l-imsiehba socjali u l-Gvern li llum jifli biss l-RPI issa ser jibda jkun ukoll kumitat fejn wiehed jiddiskuti d-deflators tal-GDP. Il-GRTU pero ma tistax tifhem ghaliex dawn id-deflators ser jibdew jigu ppubblikati biss mir-raba' kwart tas-sena 2007.

Il-GRTU ghalhekk issostni dan li gej:

  1. Ladarba d-deflators tal-GDP huma ivverifikati u awditjati mill-Eurostat, ma ghandux ikun hemm problema biex dawn jigu ppubblikati ghal kull kwart tas-sena 2004, 2005, 2006 u 2007. Il-GRTU issotni mal-Awtorita tal-Istatistika biex tippubblika dawn id-deflators ghal kull kwart ta' dawn is-snin, f'isem it-trasparenza u l-akkontabilita',  li ghandu jkollhom l-NSO u l-Awtorita' ta' l-Istatistika.

 

  1. Il-GRTU qed titlob ufficcjalment lill-Awtorita' ta' l-Istatistika biex formalment tivverifika ghaliex l-inflazzjoni tad-deflator tal-konsum domestiku tat-tielet kwart tas-sena 2007 hija negattiva (-1.86 fil-mija) waqt li r-Retail Price Index qed juri  inflazzjoni posittiva (1.28 fil-mija), u l-Harmonised Index of Consumer Prices qed juri inflazzjoni ukoll posittiva (0.42 fil-mija). Il-GRTU tixtieq verifika jekk if-prezzijiet tal-konsum domestiku hux veru naqsu fit-tielet kwart tas-sena 2007. Dan ma giex spjegat fl-istqarrija tal-NSO. Dan huwa l-punt krucjali ghaliex il-GRTU qed issostni li it-tkabbir reali tal-konsum domestiku huwa ta' 3.64 fil-mija, waqt li t-tkabbir reali tal-GDP fit-tielet kwart huwa ta' 1.94 fil-mija, u mhux ta' 4.14 fil-mija kif gie imhabbar mill-NSO.

 

  1. Il-GRTU tinnota li d-deflator tal-importazzjoni qed juri li l-prezzijiet tal-prodotti, oggetti u servizzi impurtati zdiedu bi 0.7722 fil-mija fit-tielet kwart tas-sena 2007. Jekk il-prezzijiet tal-konsum domestiku globali veru naqsu bi 1.86 fil-mija, allura dan ifisser li l-prezzijiet tal-prodotti, oggetti u servizzi maghmulin f'Malta naqqsu drastikament. Din hija haga serja hafna ghall-GRTU u l-membri taghha. Ghalhekk, il-GRTU qed titlob spjegazzjoni ufficcjali dwar dan minghand l-Awtorita ta' l-Istatistika bhala r-regolatur tal-NSO. Il-GRTU qed tinsisti li tkun taf b'kemm nizlu l-prezzijiet (jekk dan hu veru) tal-prodotti, oggetti u servizzi maghmulin f'Malta fit-tielet kwart tas-sena 2007.

 

  1. Il-GRTU qed titlob ukoll spjegazzjoni formali minghand l-Awtorita' ghaliex l-inflazzjoni tad-deflator tal-konsum domestiku dejjem imxiet qrib hafna mal-inflazzjoni sew tal-RPI (Retail Price Index) u sew tal-HICP (Harmonised Index of Consumer Prices)  f'kull kwart tas-sena 2005, 2006, u fl-ewwel kwart tas-sena 2007, waqt li hemm divergenzi kbar fit-tieni kwart (5 darbiet in-normal ta' qabel) u fit-tielet kwart (7 darbiet u nofs in-normal ta' qabel) tas-sena 2007. Din id-divergenza fit-tieni u fit-tielet kwart tas-sena 2007, turi li gara xi haga stramba fid-deflator tal-konsum domestiku f'dawn iz-zewg kwarti tas-sena 2007. Il-GRTU qeb titlob spjegazzjoni formali ta' dan minghand l-Awtorita' ta' l-Istatistika bhala regolatur bil-ligi tal-NSO.

 

  1. Il-GRTU qed titlob formalment lis-Sur Reno Camilleri biex dan jirrezenja temporarjament minn Chairman ta' l-Awtorita' waqt li huwa jibqa' Chief Officer tal-NSO. Dawn iz-zewg karigi huma nkompatibbli li jigu ezercitati tajjeb flimkien. Is-Sur Reno Camilleri ghandu jirrezenja minn Chairman waqt li huwa jibqa Chief Officer, biex isir Chairman xi hadd iehor halli dan ic-Chairman il-gdid jkun jista' formalment jivverifika dawn il-punti li qed tinsisti fuqhom il-GRTU. Il-GRTU ma ghandiex fiducja li s-Sur Reno Camilleri jista' jivverifa sewwa dawn il-punti mqajma mill-GRTU waqt li huwa jibqa' Chief Officer tal-NSO.

 

  1. Il-GRTU ser tikteb formalment lill-MCESD biex fl-ewwel laqgha li jmiss titlob lill-Awtorita' ta' l-istatistika, b'Chairman gdid, biex tghati spjegazzjoni shiha ghal dawn il-punti kollha mqajma mill-GRTU f'din il-Press Release.

 

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).