Il-GRTU ghaddiet kopja tal-istudju ppreparat mil-Professur Joe Falzon, fil-kapacita' tieghu ta' Professur tal-Ekonomija fl-Universita ta' Malta, lic-Chairman tal-Awtorita' ta' l-Istatistika, Reno Camilleri li huwa r-Regolatur Pubbliku b'responsabbilita' taht il-ligi li jara li l-Kap tal-NSO (li fic-cirkostanzi ta' llum huwa l-istess Reno Camilleri) qed ihaddem dawk il-metodi li jizguraw li c-cifri dwar statistika nazzjonali, b'mod partikulari dawk li jirrigwardjaw l-Prodott Gross Nazzjonali, huma korretti ppublikati huma korretti u verifikabbli.
Kuntrarjament ghal dak li ntqal pubblikament mic-Chairman tal-Awtorita' ta' l-Istatistika, illum mhux vera li hu possibli li min irid jivverifika c-cifri pubblikati jista' jaghmel dan bla xkiel.
Il-GRTU sostniet kemm il-darba li diment li l-accessibilita' ghall-metodi u l-ghodod uzati mill-NSO fil-formolazzjoni ta' l-istatistika li l-istess NSO tipproduci hi michuda u mhix disponibbli on-line verifika vera u f'hin reali ma tistax issir minn hadd barra l-Ufficjalita' ta' l-NSO. Il-GRTU ssostni li ghodod importanti importanti ta'-istatistika bhal dawk imsejha deflators ghandhom ikunu disponibbli u accessibli u tispicca s-sitwazzjoni li tirrenja llum li hadd barra l-NSO mhu nfurmat kif jinhaddmu, b'liema metodu jintuzaw u ezattament liema cifri jintuzaw bhala deflators. Illum hadd ma jista jghid li l-NSO tahdem b'mod trasparenti. Illum laqas baqgha l-access ghar-Regolatur Pubbliku indipendenti ghaliex l-istess ufficjal Pubbliku li jokkupa l-pozizzjoni ta' Regolatur Pubbliku jokkupa wkoll l-pozizzjoni ta' Chief Executive Officer tal-NSO. Illum is-sistema tal-gbir u pubblikazzjoni tal-istatistika nazzjonali taghna suppost li wasslet fi stat fejn mhux biss m'ghandux jibqa' cifri li dwarhom jkun hemm dubju, imma fejn b'mod trasparenti u elettroniku wiehed jista bil-liberta' shiha jara x'metidologija qed tintuza, x'ghodod statistici qed jintuzaw u x'inhu l-valur ta' dawn l-ghodod, kif ukoll id-dettalji kollha mehtiega u li mhumiex ta' natura privata u kunfidenzjali, biex kull min jidhol elettronikament biex jifli jew jaghmel uzu mill-istatistika nazzjonali, ikun jista' jaghmel dan bla xkiel, kif inhu xieraq fi stat fejn l-eGovernment hu process avvanzat u aggornat.
Il-GRTU llum kitbet lic-Chairman tal-MCESD biex ilaqqa l-Kunsill biex:
- Tigi spjegata precizament kif qed titthaddem l-istatistika biex ikun ikkalkulat ir-Real Gross Domestic Product.
- Tkun spjegata u jinghataw dettalji precizi dwar liema deflators qed jintuzaw, kif jinhaddmu u l-valur taghhom.
- Biex il-Price Index Monitoring Board, li jaqa' taht l-Awtorita' ta' l-Istatistika, u li fih hemm ir-rapprezentanti tal-MCESD, jibda jkun ukoll l-Kumitat Konsultattiv tal-imsiehba socjali dwar id-deflators kollha hu mhux sempliciment ir-Retail Price Index
- Biex ikun assigurat li r-rapprezentanti tal-MCESD fuq dan il-Kumitat konsultattiv, kif ukoll r-rapprezentanti tal-MCESD fuq l-Awtorita' ta' l-istatistika jkunu regolarment infurmati dwar il-pozizzjoni ta' l-imsiehba socjali membri ta' l-MCESD fuq id-diversi kwistjonijietv li jolqtu lis-setturi rapprezentati minnhom, u li dawn l-istess rapprezentanti jirrportaw regolarment u b'mod strutturat dwar ix-xoghol taghhom bhala rapprezentanti tal-imsiehba socjali membri tal-MCESD
- Biex l-MCESD jinghataw dettalji dwar x'inhu jsir biex tinhatar persuna adatta ghall-Kap Ezekuttiv ta' l-Ufficju Nazzjonali ta' l-Istatistika biex fl-iqsar zmien possibli jerghu jkunu sseparati l-funzjonijiet ta' Regolatur Pubbliku u ta' Kap Ezekuttiv.
Il-GRTU talbet lic-Chairman tal-MCESD biex ghall-Laqgha bl-Agenda kif mitluba jattendi c-Chairman u l-Bord kollu ta' l-Awtorita tal-Istatistika.
Paul Abela
President
Mhemuza ma din l-istqarrija qed nibghatlek ukoll kopja li ntbaghatet lic-Chairman tal-MCESD