SME Chamber

It-Tkattir fil-GDP fl-2007, l-Eurostat u l-GRTU

 B'referenza ghal dak li gie ikkwotat fil-media lokali lbierah u illum dwar dak li qalet l-Eurostat fuq ir-rata tat-tkattir tal-Prodott Gross Domestiku (GDP) ta' Malta fl-2007, il-GRTU trid tippreciza li xejn minn dak li intqal mhu risposta ghall-punti li qajjmet l-GRTU wara li gie ippublikat mill-NSO ir-rapport dwar it-tkattir tal-GDP ghat-tielet kwart tas-sena 2007.

 L-Eurostat fit-9 ta' Jannar 2008 (issue 5/2008) kienet qalet li t-tkabbir tal-GDP fit-tielet kwart (Q0307, seasonally adjusted, real GDP) kien 0.1%.  Fl-14 ta' Frar 2008 (issue 21/2008), l-istess Eurostat aggustat l-istess tkattir ghal 4.3%.  L-Ebda spjegazzjoni ma nghatat ghal dan u x'ikkawza il-bidla hekk radikali minn 0.1% ghal 4.3%.

Meta wiehed jara ic-cifri ghall-pajjizi l-ohra kollha, imkien ma jidher tibdil hekk drastiku, tlieta u erbghin darba aktar.  Isir tibdil is-soltu, imma dejjem marginali, mhux b'dawn il-proporzjonijiet.

Il-GRTU tfakkar li meta ikkritikat il-figuri ippublikati mill-NSO u sostniet li l-GDP growth la kien ta' 0.1% (kif kien qal il-Eurostat) u lanqas ta' 4.1% (kif kien qal l-NSO) izda aktar qrib it-2% (1.94%) dan ghamlitu wara li ikkomisjonat studju xjentifiku.

F'dan l-istudju deher bic-car li meta l-NSO uzat deflator negattiv biex ikkalkulat il-Household Final Consumption Expenditure (HFCE) f'termini reali, dan deher li ma kienx gustifikat ghax ma kien hemm l-ebda indikazzjoni la fil-Harmonised Index of Consumer Prices (HICP) u l-anqas fir-Retail Price Index (RPI) li l-inflazzjoni fit-tielet kwart ta' l-2007, kien negattiv.  Hadd f'Malta ma jemmen li f'nofs l-2007 il-hajja rohsot!

L-effett ta' dak li ipprezentat l-NSO kien li l-GDP ta' Malta deher li kiber bid-doppju ta' dak li, skond l-analizi tal-GRTU fil-fatt gara.

Illum il-GRTU talbet l-Eurostat biex tispjega din id-diskrepanza ga la darba l-Awtorita' tal-Istatistika ta' Malta baqghet ma wegbitx ghal punti li qajmet l-GRTU.  Wiehed jistenna li qabel ma johrog rapport tal-GDP ghal ahhar kwart tas-sena 2007 li hu mistenni ghal ewwel gimgha ta' Marzu, li l-NSO u l-Eurostat ikunu iccaraw il-kwistjoni.

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).