SME Chamber

Il-Kwistjoni bejn l-GRTU u l-Enemalta dwar id-Distribuzzjoni tal-Gas

 F'konferenza stampa fil-GRTU, indirizzata mid-Direttur Generali tal-GRTU Vince Farrugia, fil-prezenza ta' Paul Abela, President tal-GRTU, Carlo Cini, President tal-Energy Products Resellers, u Charles Meli President tad-Distributuri tal-Gas, inghataw dettalji dwar il-kwistjoni li nholqot bejn l-GRTU u l-Enemalta.

 Vince Farrugia qal li l-procedura normali hi illi ghas-setturi tan-negozji rapprezentati mill-GRTU u li huma taht kuntratt ma l-Enemalta, jkun negozjat Service Agreement li jkun rivedut minn zmien ghall-zmien. Ir-revizjoni ssir primarjament biex il-commission dovuta lill-operaturi privati tkun tirrifletti z-zidiet fl-ispejjez bhall ma huma zidiet fuq pagi, diesel, maintanance, replacement costs u nfieq iehor kalkulabbli. Id-distributuri tal-Gas ikkoperaw bi shieh maghtul dawn l-ahhar sentejn biex saru tibdiliet li assiguraw servizz ahjar lill-konsumaturi  u l-GRTU kienet qed tistenna illi t-talba ghaz-zieda tal-commission taghhom kienet ser tkun deciza minghajr hafna dewmien zejjed b'apprezzament tax-xoghol siewi u koperazzjoni shieha li dawn id-distributuri urew b'mod konsistenti. Li gara izda kien illi kien hemm hafna dewmien mhux spjegabbli u t-tahdidiet waqqfu hesrem l-Gimgha 8 ta' Frar 2008.

Id-Distributuri tal-Gas, urtati b'dan id-dewmien zejjed u bla ebda ndikazzjoni ta' kif ser tkun konkluza t-talba taghhom, iddecidew li jiehdu azzjoni ta' protesta pubblika, illum is-Sibt 9 ta' Frar 2008, billi waqqfu milli jkomplu jqasmmu c-cilindri tal-Gas mill-postijiet fissi minn fejn jbieghu kull nhar ta' Sibt. Ghalkemm hadu din l-azzjoni ndustrijali, id-distributuri xorta baqghu jbieghu c-cilindri tal-Gas bieb, bieb u lir-restoranti u postijiet tal-catering ohra biex l-inkonvinjent lill-pubbliku jkun mill-anqas. Il-protesta kienet iktar simbolika milli ta' hsara.

Xi hadd fl-Enemalta ta'ordni biex din il-kwistjoni tkun "solvuta" b'mod goff u bi sfida diretta lill-GRTU. Gew mikrija numru ta' trailers minn ghand zewg ditti privati, dawn itghabbew b'cilindri li thattew minn fuq it-trakkijiet privati tad-distributuri tal-Gas u li taghhom id-distributuri kienu ga halsu lill-Enemalta u t-trailers bic-cilindri tal-Gas mehuda bla awtorizzazjoni lis-sidien privati taghhom, bdew jittqassmu mill-lokalitajiet fissi tad-distribuzzjoni u l-bejgh beda jsir bi skorta tal-pulizija. Dan il-bejgh kien qed isir b'mod illegali u bi ksur tal-ligi dwar transport ta' prodotti perikoluzi u rregala lill-pubbliku xena ta' ghajb li Malta ilha ma tara snin.

Il-GRTU mmedjatament tkellmet ma l-operaturi privati biex titlob spjega ghaliex kienu qed jindahlu bhala strike breakers. Il-GRTU giet assigurata minn dawn l-operaturi illi hadd mill-Enemalta ma qallhom li t-trailers taghhom u l-haddiema taghhom kienu qed jintuzaw bhala strike breakers biex jisfidaw lid-distributuri tal-Gas. Dawn l-agenti privati mmedjatament waqqfu l-azzjoni taghhom hekk kif kienu nfurmati mill-GRTU li huma kienu qed jintuzaw bhala strike breakers.

"Min ha din id-decizjoni li juza l-ufficjalita' ta' l-Enemalta u jinqeda b'ingann, b'nies privati biex jaghmel strike breaking ghamel hekk biex jisfida u johloq inkwiet bla bzonn", sostna d-Direttur Generali tal-GRTU.

Il-President tal-GRTU Paul Abela mmedjatament kif bdiet tizviluppa din is-sitwazzjoni perikoluza, li kienet zgur ser twassal ghall-strike ndefinit minn naha tad-Distributuri tal-Gas bis-support shieh ta' sezzjonijiet ohra tal-GRTU, talab l-intervent tal-Ufficju tal-Prim Ministru, u l-Ufficju tal-Ministeru tal-Investiment (MIIT) biex ma tiggravax is-sitwazzjoni. B'rizultat ta' negozjati li saru dalghodu stess bejn id-Direttur Generali tal-GRTU, Vince Farrugia u l-Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru tal-Investiment, Claudio Grech intlahaq ftehim hekk:

 

  • Il-claim tal-GRTU f'isem id-distributuri tal-Gas hija accettata b'effett mill-1 ta' Jannar 2008. B'rizultat ta' dan id-Distributuri ma jkomplux isofru telf kurrenti.
  • Ikomplu n-negozjati minn nhar it-Tnejn biex jintlahaq ftehim dwar l-claim fuq is-sentejn ta' qabel.

 

Il-

 

GRTU dalghodu stess laqqet id-Distributuri tal-Gas kollha u huma approvaw illi fic-cirkostanzi tal-arrangament li jintlahaq bejn l-GRTU u l-Ministeru huma mmedjatament johorgu biex jilqghu d-domanda tal-pubbliku.

"Dan li gara llum ikun ta' lezzjoni ghall-kullhadd illi dewmien zejjed biex ikunu konkluzi claims bhall dawn, u aktar u aktar meta jkun hemm interventi li flok jghinu jisfrattaw aktar id-diskussjonijiet, joholqu nkwiet zejjed li ma jridu hadd. Fortunatament sitwazzjoni li setghet zviluppat f'hafna inkwiet zejjed lill-pubbliku, giet remidjata b'intervent f'waqqtu. Il-GRTU tirringrazzja l-ufficju tal-Prim Ministru u l-Ufficju tal-Ministeru tal-Industrija u l-IT ta' l-intervent taghhom biex flimkien wasalna", ikkonkluda d-Direttur Generali tal-GRTU.

 

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).