Referendum u Elezzjonijiet Generali

Hafna qed jispekulaw x’effett jista’ jkollha decizjoni li
l-Elezzjonijiet Generali li jmiss u r-referendum dwar s-shubija ta’ Malta
fl-Unjoni Ewropea jsiru fl-istess gurnata. Ohrajn ghadhom okkupati janalizzaw
ir-rizultati tal-ahhar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Id-diskussjoni wkoll
ghaddejja dwar kemm il-gvern qed jirnexxielu jew le isib tarf tal-problemi li
qed jakkumulaw fl-ekonomija Maltija.

 


Mandat
Ir-referendum dwar
is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jrid isir. Il-Partit fil-gvern wieghed
dan ir-referendum fil-programm elettorali tal-elezzjonijiet tal-1998 u ghalkemm
ic-censura hi wahda ta’ natura politika, partit politiku jkun jissogra ferm
politikament f’dik li hi kredibilita’ jew weghda bhal din ma tinzammx. Ukoll
il-programm tal-gvern matul dawn is-snin mill-elezzjoni tal-1998 ‘l hawn kien
kwazi ghal kollox iffukat fuq il-mandat li akkwista b’maggoranza qawwija ta’
hames deputati fil-Parlament li jinnegozja l-ahjar kundizzjonijiet possibbli u
jersaq ghall-verdett tal-poplu f’referendum qabel jorbot. Dan il-plegg mhux biss
jafuh il-Maltin izda tafu wkoll il-Kummissjoni Ewropea li maghhom jinnegozja
l-gvern Malti u li zgur jesigu li qabel jiffirmaw is-shubija ta’ Malta jkunu
jridu jaraw il-verdett tar-referendum.

Il-makkinarju politiku tal-partit
fil-gvern ukoll huwa iggerjat sewwa ghar-referendum. Mela ma narax kif il-gvern
jista’ jevita ir-referendum gala darba n-negozjati jkunu tlestew. Jekk ma
jitlestewx mill-banda l-ohra l-gvern Malti jkun tilef battalja kbira li fiha
investa hafna. Il-programm kollu tal-gvern kien li jwassal n-negozjati
ghall-eghluq sa l-ahhar tas-sena 2002 biex matul l-2003 igib ir-ratifiki kollha
tal-gvernijiet tal-pajjizi imsiehba u jaqghad kollox biex Malta tkun tista
tiddahhal fl-Unjoni Ewropea fil-bidu tas-sena 2004.

L-2003
Dan
il-perjodu jahbat ezatt mat-tmiem tal-mandat tal-gvern li ma ninsewx beda
f’Settembru 1998 u jaghlaq mat-tmiem is-sena 2003. Dawk fl-Ewropa li jridu jaraw
lil Malta fl-Unjoni dan jafuh ukoll. Dawn qed jghinu lill-gvern Malti biex
jaqghad kollox qabel l-Elezzjoni li jmiss. Minn naha tal-Kummissjoni Ewropea
wkoll qed isiru spejjez kbar u hafna xoghol biex l-applikazzjoni ta’ Malta tkun
tista’ titmexxa ‘il quddiem skond il-programm tal-gvern Malti. Din xi haga li
wkoll issa qed tipprejokuppa lil ta’ Brussels ghaliex ma jridux li l-isforz li
hlew fuq Malta ma jtirx mar-rih.

X’inhu l-argument
Teknikament jekk
ser issir elezzjoni fejn partit wiehed jghid li jrid jissieheb skond
il-kundizzjonijiet miksuba u l-partit l-iehor jghid li ma jridx jissieheb u
jippreferi rabta mod iehor allura r-referendum jista’ ma jsirx. Izda hawn hu
l-argument li wiehed illum qed jiddiskuti. Imma ezattament x’jaqbel ghal
pajjizna? Jaqbel li partit jorbot kollox fuq is-shubija jew mhux fuq shubija?
Min jaqbel jghid li partit politku li jemmen fis-shubija fl-Unjoni Ewropea bhala
l-ahjar triq ghandu l-politika kollha tieghu marbuta ma din it-triq.
Effettivament jigifieri partit li jemmen fis-shubija bhala soluzzjoni ta’ kollox
ma tantx ikun jista’ jigverna jekk programm alternattiv ma jkollux. Ghalhekk
jekk referendum jghidlu li t-triq tas-shubija shiha mhux accettata mill-poplu
Malti, allura, ma jkunx jista’ jibqa’ jigverna ghaliex jkun qieghed ikun
imgieghel ihaddem politika li mhux biss mhux programmata ghaliha izda lanqas ma
jemmen fiha. Ghax ikun jemmen anzi li jekk l-ghazla li jkun ghamel il-poplu
Malti ma jwettaqiex u jimminha, ikun qed jaghmel sewwa skond l-ideali tieghu.
F’tahwida bhal din, partit li jemmen fl-Unjoni Ewropea skond kundizzjonijiet li
jkun innegozzja huwa stess, bilfors li jkollu jirrofta li jigverna. Ghal
darb’ohra jekk jemmen fil-kredibilita’ politika.

L-istorja, sa certu
punt, hi l-istess ghall-partit l-iehor. Jekk partit jemmen li shubija shiha
mhiex tajba, u li s-sovranita’ m’ghandiex tkun issagrifikata bl-ebda mod, u li
l-alternattiva ta’ arrangamenti specjali hi ahjar mill-kundizzjonijiet li jkun
ftiehem gvern li jemmen fis-shubija ma jemminx li hi l-ahjar ghall-pajjizna, ma
jistax b’mod kredibbli jmexxi. Dan ghaliex effettivament jkun irid jhaddem
politika li huwa jkun cahad u kkampanja
kontriha.

Elezzjoni/Referendum
Hawn insaqsi izda, l-poplu xi jrid?
Vera li l-poplu Malti jara d-dinja u r-realta’ politika mill-lenti taz-zewg
partiti politici Maltin biss? Nahseb li l-maggoranza hekk jarawha. Izda naf
ukoll mill-esperjenza ta’ hafna u hafna li niltaqa’ maghhom li numru dejjem
jikber ma jarawhiex hekk. Jezistu numru ta’ votanti li fl-opinjoni tieghu
jistghu jkunu determinanti kemm fl-elezzjoni generali kif ukoll f’referendum li
ma jemmnux li partit b’nies ta’ esperjenza u ta’ hila ghandhom isibuha bi tqila
biex imexxu l-pajjiz ghall-mandat ta’ hames snin jekk referendum jaghti verdett
li ma jkunx jaqbel mal-linja taghom dwar l-Ewropa. Kull manager ta’ esperjenza
jaf li minn zmien ghal zmien ikollu jaqdef u jmexxi skond policies approvati
mid-diretturi tieghu anke jekk dawn jbidlu hafna minn dak li jkun imdorri u li
jkun jippreferi jaghmel. Manager tajjeb iwettaq. F’kuntest politiku modern
il-politiku fi gvern hu wkoll manager. Huwa wkoll policy maker, izda l-policies
li jfassal huma skond il-mandat li jtih l-elettorat. Nara ghalhekk li hu
possibbli li partit kapaci jhaddem mandat ta’ shubija meta bhala partit kien
jippreferi triq ohra. Possibbli wkoll li partit fil-gvern imexxi f’forma ohra
ta’ partnership ma l-ewropa jekk il-mandat tal-poplu hekk ikun jghid.

Decizjoni ghaqlija
Jien nahseb li l-partiti politici jridu jistenbhu
ghal din ir-realta’. Wara kollox Malta fl-ahhar tas-sena 2003 ser tkun Malta
tal-acquis communautaire. S’issa hadd mhu qed izomm lill-gvern milli jibqa’
ghaddej bit-twettiq tal-acquis f’pajjizna b’mod programmat. Il-konsegwenzi qed
jinhassu. Decizjoni fin-negozju l-aktar dawk importanti: niftahx negozju,
nghalaqx, inkabbarx, inbieghx – kollha qed jittiehdu skond kif jiddeciedi dak li
jkun jaqbilx jew le ma dak li qed isir it-twettiq tal-acquis. Dak li qed isir
illum, kemm it-tajjeb kif ukoll il-hazin, ma tantx ser ikun jista’ jitregga
lura. Mhux biss ghax ikun jinvolvi xoghol kbir, kitba ta’ ligijiet mill-gdid,
holqien ta’ instituzzjonijiet u hafna u hafna xoghol li kull min imiss
bis-serjeta’ ma’ dak li qed jigri f’pajjizna illum jaf x’jinvolvi. Ma narax li
jkun possibbli li ndawru dak li qed isir illum. Ma narax l-anqas kif min ikun
ghalaq ghax ma qabillux tkun ser iggibu lura. Ma narax kif min ikun tilef
l-impjieg tkun ser ittiehulu lura. Ma narax kif min mill-banda l-ohra jkun
sejjer tajjeb kif ser tghidlu li ser nibdillek. Ukoll ma narax li tkun gusta li
wara li jkunu intefqu tant miljuni u nhlit tant energija, li nigu mbaghad biex
indawru kollox b’infieq ta’ miljuni ohra ta’ flus il-poplu Malti. Barra minn
hekk id-differenza bejn partnership kif irid il-partit tal-opozzizzjoni u
shubija shiha kif iridha l-partit fil-gvern mhiex tant differenti fit-thaddim
taghha internament. Id-differenza l-kbira tkun fir-relazzjonijiet ta’ Malta ma’
Brussels. Izda internament l-istrutturi u l-ligijiet ma jkunux jinhtiegu wisq
bidliet fil-verita’.

Ghalhekk jien nahseb li partit b’mandat ta’ le jkun
jista’, jekk jghid hekk minn qabel, jmexxi anke jekk ikun jemmen fl-iva u
l-istess li partit li jippreferi le jkun jista’ jahdem b’mandat ta’
iva.

Hafna jahsadhom dan kollu. Ma jahsadhomx izda jekk jahsbu ftit kemm
hawn Maltin li akkost ta’ kollox ma jivvutawx Labour qatt u Maltin ohra li ma
jivvutaw Nazzjonalisti qatt u kemm mill-banda l-ohra qed jizdied in-numru ta’
nies, li l-ewwelnett jemmnu fil-htiega tal-bidla fil-gvern ghas-sahha
tad-demokrazija f’pajjizna, u kemm hawn nies li generalment iridu jaraw nies
godda fil-gvern b’idejat friski u b’anqas intricci.

Jiena nahseb li
tal-Ewropa hi kwistjoni li taqsam liz-zewg partiti ewlenin u jista’ jkun li jkun
ahjar li niddeciduha separatament mill-ghazla ta’ min irridu u ma rridux li jkun
fil-gvern. M’ghandniex inharsu lejn din il-kwisjtoni bhala dogma. Ghandna nahsbu
dwara b’mod intelligenti. Jista’ jkun, iva, li taghmel sens li fuq karta tal-vot
wahda fl-istess jum il-poplu Malti jiddeciedi liema partit jrid li jmexxi lil
Malta fil-hames snin li jkunu gejjin u fl-istess okkazzjoni jivvota wkoll iva
jew le fuq is-shubija fl-Unjoni Ewropea. Partit fil-gvern jkun obligat imbaghad
li ghal hames snin jwettaq mandat. Jien nahseb li qabel wiehed jghaggel jghid
le, ghandu jahseb aktar li jiddeciedi fuq x’inhu l-ahjar interess tal-pajjiz.
Il-poplu jitlob decizjoni ghaqlija.

 

Il-Kwistjoni tal-bejjiegha tal-Hut

Ftit huma dawk li jafu ezattament xi jsir fil-Pitkalija ta¡¦
Ta¡¦ Qali u fil-Pixkerija l-Belt. Li jsir f¡¦dawk iz-zewg swieq nazzjonali izda
jaffettwa bil-kbir il-kwalita¡¦ u l-prezzijiet tal-prodotti lokali bhal hut
frisk, haxix u frott.

 


Swieq tal-ikel frisk f¡¦Malta
Fis-swieq l-aktar
importanti tal-ikel frisk f¡¦pajjizna, dak tal-pitkalija ta¡¦ Ta¡¦ Qali u
tal-Pixkerija fil-Port il-Kbir, il-GRTU tirrapprezenta lill-Kompraturi.
Il-produttur Malti huwa l-Venditur li jwassal il-prodott tieghu f¡¦dawn
is-swieq. Dawn normalment ikunu rapprezentati mill-koperattivi taghhom,
il-koperattiva centrali tal-bdiewa fil-kaz tal-produtturi tal-frott u l-haxix
frisk, u l-koperattiva nazzjonali tas-sajjieda fil-kaz tal-produtturi tal-hut
frisk. Dawn is-swieq jitmexxew billi l-prodotti jittellghu ghall-bejgh
mill-produttur u x-xejjer jersaq biex jixtri bil-Pitkal jaghmilha ta¡¦
irkantatur. Skond il-kwalita¡¦ u d-domanda suppost li jkun stabbilit il-prezz.
Hemm ligijiet apposta li jigwidaw it-thaddim ta¡¦ dawn is-swieq izda llum
tiddomina fuq kollox hemm il-Ligi tal-Kummerc Gust, li hija ligi bbazata fuq
il-mudel tal-kompetizzjoni mhaddma fl-Unjoni Ewropea. Huwa x-xoghol tal-Pitkal
f¡¦dawn is-swieq li jaghmel irkant u jizgura b¡¦mod apert li l-ahjar prodott
igib l-ahjar prezz u li l-prodott kollu jinbiegh. Huwa wkoll permessibbli illi
l-ghaqdiet tal-produtturi jizguraw li l-produttur Malti jkollu prezz gust
tal-prodotti tieghu. Izda hadd, skond il-ligi ma jista¡¦ jimponi jew prezzijiet
minimi mifthema li inqas minnhom il-produttur ma jbieghx u lanqas ma jkun hemm
direttivi lix-xerrejja li jorbtuhom ma jixtrux bi prezzijiet oghla minn xi prezz
mifthiem.

Il-GRTU ilha tinkwieta, ghan-nom tal-membri taghha, li
fiz-zewgt iswieq qed ikun hemm manipulazzjoni organizata biex il-prezzijiet,
aktar iva milli le, jibqghu gholjin. L-analizi tal-Indici tal-Prezzijiet ta¡¦
Malta turi li l-prezzijiet tal-hut frisk u l-haxix frisk jikkawzaw hafna drabi
l-gholi fl-inflazzjoni ta¡¦ pajjizna. Il-GRTU ghalhekk ilha tinsisti li ghandhom
isiru r-riformi mehtiega biex dawn is-swieq jithaddmu b¡¦mod aktar apert u
jithaddmu aktar sistemi moderni u jkun evitat li jkun hemm kartelli ta¡¦
fornituri li jikkapparaw is-suq u jiddettaw il-prezzijiet, li jkun hemm bejgh li
jsir minn taht mill-maghzulin lill-maghzulin u li jkun hemm kuntratti li jsiru
barra s-swieq stabbilliti skond il-ligi li effettivament izommu l-prezzijiet
gholjin u l-fornitura skarsa.

Il-Pixkerija
Fil-Pixkerija ta¡¦ Malta
tithaddem sistema fejn is-sajjied Malti jwassal fuq is-suq dak il-hut illi ma
jkunx diga¡¦ ikkuntrattjat lill-barranin. Fil-kaz tat-ton hemm kuntratt
stabbilit li bih il-Koperattivi tas-Sajjieda jgghelu lill-membri taghhom jbieghu
bi prezz stabbilit u l-kuntrattur ikun obligat illi jiehu minn fuq is-suq Malti
sa 80% tal-hut maqbud. Il-hut li jinbiegh lill-barranin ikun ta¡¦ l-oghla
kwalita¡¦ u dak ta¡¦ kwalita¡¦ inferjuri jibqa¡¦ fuq is-suq Malti. Din issir
wkoll fil-kaz tal-pixxispad u l-barrani ghandu wkoll l-ghazla li jixtri l-hut
frisk b¡¦kompetizzjoni diretta mal-Maltin is-sena kollha. Dan fil-fatt jigri
kull meta fis-suq ikun hawn hut bizzejjed li jhajjar lill-barranin jixtru. Ta¡¦
min wiehed jghid hawn illi dak hu possibbli, u ¡¥l quddiem issir possibbli
aktar, ghaliex bhala medja l-prezzijiet tal-hut f¡¦Malta huma ta¡¦ bejn wiehed u
iehor 43% tal-medja tal-prezzijiet li bihom jinbieghu l-hut f¡¦pajjizi ohra
Ewropej.

Fil-Pixkerija wkoll, kuntrarjament ghal dak li jsir
fil-Pitkalija, x-xerrej Malti li ghandu licenzja ta¡¦ negozju, jigifieri l-fish
monger u fish hawker, m¡¦ghandux preferenza fuq xerrejja ohra. Jigri ghalhekk
illi x-xerrej Malti licenzjat bhala retailer qed isib dejjem anqas prodotti ta¡¦
kwalita¡¦ x¡¦jixtri u xi jbiegh lill-konsumatur Malti. Il-konsumatur Malti
mill-banda l-ohra ma jafx bil-manipulazzjoni kollha li jsir fis-suq tal-hut
frisk f¡¦Malta u ghalhekk iwahhal fil-bejjiegh tal-hut ghall-kwalita¡¦ inferjuri
ta¡¦ certi prodotti u ghall-prezzijiet esagerati li minn zmien ghal zmien
jintalab ihallas. Illum wasalna f¡¦sitwazzjoni fejn ir-retailer Malti qed jigi
mgieghel jixtri mill-Pixkerija purkerija ta¡¦ prodotti bi prezzijiet mill-aktar
gholja. Qeghdin ukoll f¡¦sitwazzjoni fejn ir-rapprezentanti tas-sajjieda jimponu
l-prezzijiet li bih ghandhom jinbiegh l-hut frisk, haga li toggezjona ghaliha
bl-aktar modd qawwi l-GRTU. Dan mhux ghax xi hadd irid jaghmel hsara
lis-sajjieda izda ghaliex ma nistghux f¡¦pajjizna nghidu li nemmnu fil-kummerc
gust u naghmlu ligijiet li suppost jizguraw li ma jsirux affarijiet bhal dawn,
imbaghad koperattiva bhal dik nazzjonali tas-sajd tithalla timponi prezzijiet
minimi fuq prodott essenzjali bhal ma huwa l-hut frisk.

Ufficcju
tal-Kummerc Gust
Min jemmen verament illi f¡¦Malta wkoll ghandha tithaddem
sistema ta¡¦ kummerc gust, jifhem mal-ewwel li dak li qed isir fil-Pixkerija
ghandu jaqa¡¦ taht il-kompitu tal-Ufficcju tal-Kummerc Gust. Dan ghandu jara
illi ma jkunx hemm ksur tal-ligi tal-Kummerc Gust billi jigri dak li qed isir
illum, jigifieri li jkunu stabilliti prezzijiet fissi minn qabel u jkun hemm
manipulazzjoni tas-suq. L-Ufficcju tal-Kummerc Gust ghandu jara wkoll li ma
tkunx kontrollata, b¡¦penalitajiet miftehma, l-kwantita¡¦ ta¡¦ hut frisk li minn
zmien ghal zmien tkun imhallija tohrog fuq is-suq Malti bi skop car li jinzammu
gholjin il-prezzijiet lill-konsumatur. L-Ufficcju tal-Kummerc Gust ghandu jara
wkoll li ma ssirx diskriminazzjoni f¡¦dik li hi kwalita¡¦ bejn il-kwalita¡¦ ta¡¦
hut li jinbiegh lill-barranin ghall-esportazzjoni u l-kwalita¡¦ ta¡¦ hut li
tibqa¡¦ disponibbli ghall-konsum lokali.

Hija r-responsabbilta¡¦ wkoll li
l-Ufficcju tal-Kummerc Gust jara wkoll li bl-ebda mod m¡¦ghandu jkun hemm
ftehim, miktub jew le, li jimponi prezzijiet minimi fuq is-suq. Kull ftehiem, hu
x¡¦inhu, ghandu jghaddi qabel ikun implimentat u approvat mill-awtoritajiet,
lill-Ufficcju tal-Kummerc Gust li jkun obbligat jizgura li kull kuntratt
referiet lilu jkun skond il-ligi tal-Kummerc Gust. L-Ufficcju tal-Kummerc Gust
ghandu jiddikjara li kull kuntratt jew ftehiem li ma jkollux l-approvazzjoni
tieghu jkun null u l-Ufficcju ghandu jimponi l-konsegwenzi skond
il-ligi.

L-Ufficcju tal-Kummerc Gust ghandu jara li ma jkunx hemm
impozizzjoni aktar ta¡¦ kontrol fuq l-importazzjoni ta¡¦ hut frisk meta s-suq
l-lokali jkun nieqes mill-hut frisk u meta l-prodott Malti jkun mibjugh
lill-barranin fi proporzjonjiet kbar bi prezzijiet li l-konsumatur Malti ma
jkunx jiflah ghalihom u s-suq Malti jibqa¡¦ mcahhad minn kwantita¡¦ adekwata
ta¡¦ hut frisk. L-enfasi hawn ghandha tkun li jekk hemm barranin li lesti joffru
prezzijiet tajbin ghall-hut maqbud mis-sajjieda Maltin u li huma lesti li
jhallsu l-prezz oghla ghall-hut, per ezempju t-tonn, li l-kwalita¡¦ tieghu tkun
aktar addattata ghas-suq taghhom, bhal per ezempju it-tonn kbir bla ebda girfa
ghas-suq Gappuniz fejn it-tonn jittiekel nej, dan ghandu jibqa¡¦ jsir biex
is-sajjied Malti jgawdi qliegh ahjar izda fl-istess hin ghandu wkoll jinfetah
is-suq Malti ghall-importazzjoni ta¡¦ tonn frisk iehor ta¡¦ kwalita¡¦ u prezz
accettabbli ghall-konsumatur Malti. M¡¦ghandiex tibqa¡¦ tirrepeti ruhha l-farsa
li kwazi t-tonn Malti kollu jitlaq il-Gappun u l-konsumatur Malti jissallab biex
jixtri mill-ftit tonn li jkun baqa¡¦ ghax ma jkunx inxtara mill-Gappunizi. Dan
meta fis-suq Malti jkun jista¡¦ jigi mpurtat tonn iehor li jkun addattat
ghas-suq Malti.

Il-GRTU issostni li jekk l-Ufficcju tal-Kummerc Gust mhux
f¡¦pozizzjoni li jaqdi dawn id-dmirijiet, allura l-gvern ghandu jwaqqaf b¡¦ligi
Regulatur ghas-Swieq tal-Ikel Frisk b¡¦poteri li jintervjeni biex jara li
f¡¦pajjizna jinqatghu l¡¦abbuzi u l-manipulazzjoni ta¡¦ prodotti tal-ikel
friski.

Soluzzjonijiet
Il-kwistjoni li nholqot dan l-ahhar bejn
il-GRTU u l-Koperattiva nazzjonali tas-sajd inholqot precizament ghaliex
il-mekkanizmi li qed jahdmu fuq is-suq Malti mhux qed jiffunzjonaw tajjeb u bhal
kull haga ohra li ma tahdimx tajjeb minn zmien ghal zmien jaqbada break down.
Din issa ofritilna opportunita¡¦ biex nibdlu li ghandna nibdlu u nsahhu ruhna
biex kemm il-produttur Malti kif ukoll il-bejjiegh ikun f¡¦pozizzjoni li
jiffaccja l-isfidi tal-lum u ta¡¦ ghada. Il-GRTU diga¡¦ rnexxiela tikkonvinci
lill-gvern biex idahhal sistema ta¡¦ licenzji tan-negozji li tizgura li min irid
jinnegozja f¡¦Malta irid ikollu l-kwalifika mehtiega. Dan biex jinqata¡¦ l-abbuz
tal-lum li kull min ifettilu jibda jbiegh bla licenzja u bla kwalifika¡¦ u wkoll
biex jigi evitat li l-barranin jaqbdu u jinzlu Malta u jinnegozjaw f¡¦pajjizda
ghas-skapitu tan-negozjant f¡¦Malta.

Fil-kaz tal-bejjiegha tal-hut
il-GRTU ghamlet dawn it-talbiet:

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li
kull forma ta¡¦ price fixing ghandha tieqaf.

„X Kull ftehim li
jirristringi l-ammont ta¡¦ hut frisk disponibbli fuq is-suq Malti u kull ftehim,
hu x¡¦inhu, li jimponi prezzijiet li jiddominaw is-suq lokali ghandu jkun
riferut ghall-approvazzjoni tad-Direttur tal-Ufficcju tal-Kummerc
Gust.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li l-hut frisk kollu li skond
il-ligi ghandu jittella¡¦ l-Pixkerija fil-fatt jittella¡¦.

„X Id-Direttur
tas-Sajd ghandu jara li l-Pixkerija tahdem skond il-hinijiet stabbiliti
mill-ligi.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li jinbidlu r-regolamenti
biex ikun hemm hin apposta li fih fil-Pixkerija jidhlu biss, u l-ewwel qabel
kull xerrej iehor ix-xerrejja li ghandhom il-licenzja bhala fish hawkers jew
fish mongers. Kull xerrej iehor jidhol jittrejdja biss meta jkun skada l-hin
stabbilit ghall-kompraturi licenzjati.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu
jara li l-bejgh isir bl-uzin.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jizgura li
s-suq Malti jkun kontinwament fornut bi kwantita¡¦ ta¡¦ hut frisk bizzejjed
ghad-domanda fuq is-suq Malti u dan billi meta jkun hemm nuqqasijiet johrog
il-licenzji ghall-importazzjoni.

„X Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li
ma jkunx hemm ftehim li jcahhad lis-suq lokali minn kwalita¡¦ superjuri ta¡¦ hut
frisk ghaliex is-suq Malti jkun limitat biss ghall-hut inferjuri bhal ma jsir
fil-kaz tal-kuntratt tat-tonn. F¡¦cirkostanzi bhal dawn ukoll id-Direttur
tas-Sajd, ghandu, jekk tinqala¡¦ l-htiega, jaghti permess ghall-importazzjoni
ta¡¦ hut alternattiv ta¡¦ kwalita¡¦ accettabbli ghall-konsum lokali.

„X
Id-Direttur tas-Sajd ghandu jara li l-Fisheries Officers ikunu adekwatament
imharga biex jaraw li l-Pixkerija tahdem bhala c-centru kummercjali ewlieni
ghat-transazzjonijiet kollha ta¡¦ hut frisk f¡¦pajjizna.

Nhar il-gimgha
15 ta¡¦ Marzu 2002 bdew it-tahdidiet fuq dawn il-punti u wiehed issa jittama li
jintlahaq ftehim fl-ahjar interess ta¡¦ kulhadd, zgur mhux lanqas tal-konsumatur
Malti li jixraqlu jgawdi minn fornitura ta¡¦ hut frisk b¡¦mod regolari, ta¡¦
kwalita¡¦ konsistenti u bi prezzijiet li jiflah
ghalihom.

 

Mid-Duhhan ghall-Fatti

Pjan Nazzjonali
Mela issa dalwaqt ser ikollna il-Pjan
Nazzjonali tal-Izvillup. Biex Malta timxi ‘l quddiem lejn s-shubija fl-Unjoni
Ewropea Malta trid bilfors tfassal u timplimenta l-Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp.
Malta dejjem ghandha bzonn ta’ Pjan ta’ Zvilupp u meta kellha Pjan u haddmitu ma
marritx hazin. Izda imbaghad f’daqqa wahda dahlet il-mentalita’ li nistghu
nghaddu minghajr ippjanar tal-izvilupp. Ma rridx noqghod niftah u nsemmi kemm
morna tajjeb bla Pjan ta’ Zvilupp. Bizzejjed inharsu madwarna. Bizzejjed
nitkellmu ma min qieghed fl-intrapriza. Bizzejjed naqraw x’jghidu fuq pajjizna
r-rapporti li jinkitbu dwarna. Imma ejja ma nidhlux f’din il-kontroversja. Issa
li ser ikollna Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp u jidher li la jriduha ta’ Brussels
m’hemmx aktar argument jekk il-Pjan hux mehtieg jew le. Hux ta’ min jaghmlu jew
le. Issa bdejna nahdmu fuqu. Ser ikun lest fiz-zmien li jridu Brussels. Tajjeb
jew hazin issa ta’ lanqas ser naccettaw li Pjan jaghmel sens. S’intendi jekk
ikun Pjan tajjeb. Naraw issa x’ikun dan il-Pjan.

 


Sfond
Ekonomiku
L-ewwel li jaghmel il-Pjan hu li jindika l-isfond ekonomiku. Hawn
fejn jibdew l-ewwel argumenti. Nistghu nibdew bid-duhhan li tefghalna madwarna
dan l-ahhar ta’ kollox tajjeb u kollox sejjer sewwa jew inkella nibdew b’analizi
xjentifika serja ta’ x’inhu verament jigri fl-ekonomija Maltija. Nistghu niktbu
biex nimpressjonaw lil Brussels jew inkella nghidu l-fatti kif inhuma vera. Min
ser jikteb din il-parti krucjali tal-Pjan ser jibni jew jghaxxaq kollox. Dan
l-isfond hu l-pedament li fuqu ser jinbena l-Pjan. L-istatistiki ekonomici kif
rajna dan l-ahhar b’mod partikulari tista’ taqra u tinterpreta kif trid. Ghal
Pjan Nazzjonali mod wiehed hemm kif tinterpreta dak sewwa. Jekk
l-interpretazzjoni tkun politika ghax min jikteb din il-parti jibza’ jpoggi
jdejh fuq il-feriti minhabba l-impatt politiku li jista’ jkollu dak li jghid
ghax jista’ jikkontradixxi bil-kbir dak li ilhom jghidu certi professuri
tal-ekonomija, allura nistghu nieqfu hawn. Ghax l-isfond korrett jwassal
ghall-indikazzjoni ta’ dak li jrid isir. Sfond propogandistiku u zbaljat
jgharraq kollox u jkun jiswa’ lil Malta hsara bla qies u telf ta’ miljuni ta’
liri f’assistenza li forsi b’xi mod inkunu nistghu nigbdu lejn Malta. Din
l-analizi ghalhekk m’ghandiex issir mill-impjegati tal-gvern. Mhux ghax m’hemmx
min hu kapaci. Izda ghax naf b’esperjenza qarsa li dan aktar iva milli le
jaghmlu li jkun “prudentement” mehtieg.

Prioritajiet u
Strategiji
Mill-Isfond Ekonomiku johorgu l-iStrategija u l-Prijoritajiet li
fuqu jkun imsejjah il-pjan li ghandu jkopri medda ta’ mill-anqas 4
snin.

Dawn il-prioritajiet ikunu jinkludu policies li jsahhu dak li hu
tajjeb fl-ekonomija Maltija u jeliminaw jew jghelbu d-djufijiet tal-ekonomija u
jindirizzaw problemi bhal:

ï‚§ Il-kordinament ta’ macro economic policies –
jigifieri ko-ordinament tal-istrategjia kollha ekonomika tal-gvern

ï‚§
Programm ta’ investiment li jsahhah l-istruttura ekonomika u socjali

ï‚§
Programm biex tkun assigurata firxa ahjar tal-investiment fl-oqsma kollha u fuq
iz-zoni kollha tal-gzejjer Maltin.

ï‚§ Programm ta’ zvilupp edukattiv u ta’
tahrig li jizguraw li l-labour market jghati n-nies bil-kwalifiki adatti
ghat-twettiq tal-istrategija tal-pjan.

ï‚§ Programm li jolqot b’kull mezz
il-promozjoni ta’ socjeta’ inkluziva immirata biex hadd ma jintrema u tinqabad
is-socjeta kollha fix-xibka tal-izvilupp.

Infrastruttura
Il-Pjan
jindika bid-dettal x’jehtieg isir biex l-infrastruttra ekonomika, socjali u
civili tizgura li Malta jkollha l-potenzjal li tigbed investiment dirett ta’
kwalita’ u li tkun kapaci ssostni ekonomija b’sahhitha b’kompetizzjoni diretta
bla protezzjoni. Din m’hiex facli. Fil-kaz taghna din bilfors trid titfassal bi
pjan miftiehem bejn l-imsiehba socjali kollha: gvern, business u c-civil
society. Ghandna l-anqas biss bdejna nibnuh bis-serjeta’ dan il-kuncett izda
l-kitba tal-Pjan diga’ qed issir, tafux.

Firxa Regjonali
Il-Pjan jkun
irid ukoll jaghti kaz u jippjana sew l-izvilupp tar-regjuni ta’ Malta. Anke jekk
il-gzejjer Maltin huma zghar izda issa rridu nippjanaw b’mod li l-attivita’
ekonomika u specjalizata tinfirex sew bejn Malta kollha inkluzi Ghawdex. Dan
ghall-pajjiz zghir bhal Malta hu mportanti biex ikun assigurat li l-potenzjal
tal-pajjiz kollu jkun taht il-mira tal-izvilupp.

Rizorsi Umani
Din hi
l-parti tal-pjan li tikkoncerna dak li jrid isir biex ir-rizors uman Malti u
Ghawdxi jkun zviluppat sewwa. Dan ghaliex dan hu l-ikbar rizors li ghandna Malta
u pajjizna ma jistax jilhaq livell ta’ ghixien komparabbli sewwa mal-kumplament
tal-Ewropa jekk ir-rizors uman Malti ma jkunx tal-ghola livell u ma jkollniex
partecipazzjoni akbar ta’ nies fil-kamp tax-xoghol. Il-proporzjoni ta’ nies
jahdmu llum hu baxx b’paragun ta’ dak li hu mehtieg biex l-istandard of living
taghna jibqa’ joghla. Il-kwalita’ tar-risors uman taghna wkoll fil-bicca l-kbira
ghadu taht dak li jrid jkollna jekk irridu nikkompetu. Min din il-problema mhux
qed jara, nibza’ li ghadu lanqas beda jifhem x’ghandna hazin
f’Malta.

Programmi ghaz-Zieda fil-Produttivita’
Il-Pjan bilfors li
jrid jindirizza din il-problema u jfassal dawk l-iskemi u mizuri ta’ incentivi u
operattivi biex il-produttivita’ f’pajjizna toghla. Jghidu x’jghidu l-professuri
li jghidu li kollox sewwa, f’Malta ghandna problema ser?a ta’ produttivita’.
Jekk mhux ser nindirizzawha fis-snin li gejjin nibqghu naqghu lura
fl-esportazzjoni, nibqghu naqghu lura fit-turizmu, nibqghu bid-deficit
fil-budget u nibqghu nonfhu d-dejn nazzjonali. Is-salvazzjoni hi wahda; rridu
nziedu bil-kbir il-produttivita’ ta’ pajjizna. Kull zieda fil-qliegh ta’ kulhadd
trid tigi miz-zieda fil-produttivita u mhux zieda artificjali imposta b’xi ligi
jew bis-sahha.

Ghalhekk tant naqbel ma Pjan Nazzjonali ta’ Zvilupp
serju. Ghax dak li haddiehor ma jridx jammetti u li ilhom jargumentaw dwarhom
bla waqfien issa jew jammettuh jew jaghmlu froga. L-istess ghall-imsiehba
socjali. Issa min iqum u jorqod jghid viva l-Ewropa, issa jrid ixammar. Il-qofol
tas-success ta’ Malta fl-Ewropa huwa t-tkattir bil-kbir u fi zmien qasir u skond
pjan onest u mfassal tajjeb, tal-produttivita’ tal-Maltin u l-Ghawdxin f’kull
qasam. Jigu l-flus minn barra wkoll, mela le, izda jekk inxammru bis-serjeta’,
nammettu d-djufijiet taghna, u nintrabtu bejnietna, l-ewwel, imbaghad ma
Brussels, li dak li ghandu jsir ser naghmluh. U mhux bil-paroli. Izda skond Pjan
li ahna nfasslu u nifthemu dwaru u li huma japprovawh.

J’Alla.

 

Il-waqgha fl-ekonomija Maltija

Inflazzjoni
Malta llum ghaddejja minn fazi ta’ zieda
fl-inflazzjoni, sena fuq sena ta’ 4.67%. Jekk l-inflazzjoni titiehed bhala medja
ta’ tnax il-xahar li ghaddew din turi cifri ta’ 3.27%. Jigifieri l-inflazzjoni
qabzet ir-rata li fuqha wiehed jistenna aggustament fil-pagi mal-ewwel.
Il-problema hi li r-rata ta’ inflazzjoni bhal din normalment tintlahaq meta
l-ekonomija tkun ghaddejja minn boom u jkun hawn tant flus fl-idejn u nuqqas ta’
haddiema disponibbli ghax-xoghol li l-pressjoni fuq iz-zieda fil-prezzijiet u
l-pressjoni fuq iz-zieda fil-pagi tohloq rata ta’ inflazzjoni qawwija. Ekonomija
bhal ta’ Malta li r-ritmu taghha niezel mhux suppost illi turi rati ta’
inflazzjoni bhal ma qed turi llum.

 


Inkwiet
Dan kollu jindika li
l-istruttura tal-ekonomija Maltija m’hiex struttura ta’ ekonomija tas-suq
moderna kif suppost illi ghandna meta wiehed jara l-firxa tax-xoghol
tal-ekonomija llum. Kieku hu hekk, u l-istrutturi li ghandna huma adatti kieku
llum m’ahniex inbghatu daqshekk biex ingibu ordnijiet godda ghall-postijiet
tax-xoghol kollha kemm huma. F’ekonomija mhadma sew jinholqu dawk l-istrutturi
biex kapitali u haddiema li qeghdin f’intraprizi fejn ix-xoghol m’ghadux
possibbli jithaddmu fuq progetti ohra u jsiru investimenti godda biex ir-ritmu
ekonomiku jibqa’ ghaddej. F’pajjizna izda l-kapital marbut f’intraprizi u
f’korporazzjonijiet fejn m’ghadux irendi u numru kbir ta’ haddiema huma mizmuma
f’postijiet tax-xoghol fejn minghajr htija taghhom, xoghol produttiv m’hemmx u
r-rizultat hu li tithaddem sistema tas-sussidji biex kollox jibqa’ ghaddej. Meta
jsir hekk jinholoq inkwiet kbir.

Ghaliex li jigri hu li postijiet
tax-xoghol godda ma jkunux jistghu jinholqu ghax kapitali ma jsibux u lanqas ma
jsibu l-haddiema adatti. Illum f’pajjizna ghandna t-tragedja li ghandna
mprendituri li jridu jifthu l-fabbriki u ghandhom l-ordnijiet izda la ghandhom
fabbrika u lanqas qed isibu nies u l-banek jaqghilalhom fwiedhom biex ituhom
il-flus mehtiega, imbaghad fl-istess waqt ghandna ntraprizi ohra fejn il-kapital
mhux imhaddem sewwa, is-servizz jew il-prodott qed jinghata hazin jew bi
prezzijiet gholjin, u tezisti hafna hela ta’ rizorsi umani ghaliex la m’hemmx
kompetizzjoni, m’hemmx interess biex l-affarijiet jitrangaw.

Hemm
umbaghad numru ta’ fabbriki vojta li huma proprjeta’ tal-gvern u hafna
proprjetajiet ohra tal-privat li jistghu jintuzaw u huma wkoll vojta. Dan kollu
ghax m’ghandiex tregija u m’ghandiex sistemi li jevitaw dawn id-diffikultajiet.
Ir-rizultat hu li ghandna prezzijiet gholjin ta’ servizzi essenzjali bhal m’huma
dawl u ilma u ta’ servizzi ohra marbuta mal-port, fost l-affarijiet ohra,
ghandna numru ta’ nies li kapaci jahdmu xoghol aktar produttiv milli ghandhom
izda ghal xi raguni stramba din is-sitwazzjoni m’hiex titranga. Ghandna umbaghad
gvern li ma jiddejjaqx jiddejjen biex jghatti d-diffikultajiet u l-ineficenzi
fid-direzzjoni tas-settur pubbliku, filwaqt li hemm pressjoni ma tieqaf qatt fuq
is-settur privat biex dejjem jghabbulu aktar u jifnu lil min irid jistinka u
jkabbar.

Id-dinja llum
F’Malta huma hafna l-problemi li qed izzommuna
milli nkunu aktar kompettitivi. Mhux kwistjoni li noqghodu nitkellmu fuq
il-globalizazzjoni. Ahna wahidna zghar wisq biex naqilbu dak li jsir fid-dinja.
Irridu ghalhekk bilfors nikkompetu jekk irridu nbighu barra minn Malta. Jekk ma
nbighux barra minn Malta jew ma nbighux f’pajjizna lit-turisti bi prezzijiet
assolutament kompettitivi Malta ma tfendix. Dan hu li urejt jien il-gimgha
l-ohra, b’fatti u figuri biex nuri li settur b’settur, l-ekonomija Maltija sejra
lura. Sejra lura ghax m’ghadniex aktar kompettitivi. Qed naghmlu l-affarijiet
b’mod li nahsbu li qeghdin f’dinja ghalina izda fil-fatt ahna qed nghixu f’dinja
ma’ l-ohrajn. Dak li nbighu lil xulxin f’Malta jaffettwa il-cost
tal-produzzjoni. Meta haddiem ihallas aktar ikun irid aktar paga. Meta Hotel
ihallas aktar ghal dak li jixtri kemm ghall-Hotel kif ukoll bhala pagi jkollu
jgholli l-prezzijiet lit-turisti. Meta t-turisit isib il-prezzijiet gholjin dan
ma jigix. L-istess ghall-fabbriki. Jekk dawn il-prezz tal-produzzjoni jkunu
gholi, dawn ma jbighux. Bla barranin nippruvaw inbighu lil xulxin.

F’Malta bla qliegh minn barra m’hawnx flus bizzejjed biex inzommu lil
kulhadd ghaddej. Meta jonqos il-qliegh l-imprenditur ma jkollux kapitali biex
jirrinvesti u jirristruttura. Il-gvern mill-banda l-ohra jitlef fid-dhul tieghu
ghax l-imprenditur li jitlef ma jhallas taxxa. It-taxxa ihallasha meta jaqla’.
Il-gvern mill-banda l-ohra jibqa’ jhallas ghax qiesu m’hemmx modd kif xi hadd
fil-gvern jista’ inaqqas in-nefqa pubblika. Biex jaghmel tajjeb ghan-nefqa
tieghu l-gvern ikompli jintaxxa. Aktar ma jintaxxa aktar jaghmilha difficili
lill-imprenditur biex ikampa u biex jirristruttura. Il-gvern imbaghad johloq
hafna instituzzjonijiet bhal MDC, IPSE, METCO u l-hafna awtoritajiet l-ohra biex
b’nefqa ta’ aktar flus pubblici jipprova isolvi l-problemi li jkunu nholqu
minhabba politika zbaljata. Din bhal dak li l-ewwel jghix kif ifettillu imbaghad
jispicca diehel u hiereg ghand it-tabib. Ma jghidx li ahjar jghix hajja
b’sahhita biex jekk jista’ jkun it-tabib ma jigix bzonnu. L-ekonomija Maltija
kieku tithaddem tajjeb ma tantx ikollha bzonn il-hela enormi ta’ miljuni ta’
liri f’istituzzjonijiet li m’humiex jahdmu u li qiesu hadd m’ghandu kontrol
fuqhom.

Gustizzja
Il-kultura li ahna ma nistghux nibqghu naghmlu
l-affarijiet qisna ahna maqtughin mid-dinja trid tispicca. In-nies ma jistghux
jibqghu jitwebblu li hemm impjiegi komdi fejn tahdem u ma tahdimx il-paga dejjem
diehla. L-imprendituri wkoll iridu kontiwament ikunu konxji li n-negozju mhux xi
kaxxa deheb li tista’ tghix dejjem komdu fuqha. Illum kulhadd irrid jaqta’ bi
snienu. U mhux sewwa li qiesu hawn parti mill-popolazzjoni komda u jigri x’jigri
dejjem xi hadd jahseb ghalija, filwaqt li l-ohrajn kontiwament fi glieda biex
jibqghu armati, mharga u kapaci ghax inkella ma jikkompetux u jaqghu lura.
Bilfors li f’pajjizna trid tidhol kultura gdida fejn il-kompettitivita’
tirrenja. Din ma jfissirx illi noholqu kompetizzjoni sfrenata u min ma jirbahx
jitlef.

Pajjizna jista’ jkollu dawk l-istituzzjonijiet li jizguraw li
l-element uman ta’ pajjizna ma jispicca qatt qieghed u li kontinwament ikun
imharreg biex jilqa’ l-opportunitajiet li jinholqu minghajr perjodi li fihom
il-haddiema jispiccaw bla xoghol. Ir-responsabbilta’ li pajjizna jkollu dawn
l-istituzzjonijiet u li dawn jahdmu tajjeb hu tal-gvern. Li jkun hawn gustizzja
fil-pajjiza u sistema tat-tqassim tal-gid sewwa hija r-responsabbilta’
tal-gvern. L-employers jaghmlu zball jew jahsbu li huma jistghu jghaddu minghajr
il-gvern u li kapaci wahidhom joholqu x-xoghol u l-gustizzja. L-istess jaghmlu
zball it-trade unions jekk jahsbu li huma jistghu jimponu fuq is-sidien sistemi
li ma jrendux. Il-kultura tal-kompettitivita’ trid tiddomina. Din m’ghandix tkun
konflitt mal-gustizzja socjali.

Patt socjali
Biex il-formola adatta
insibuha irridu hafna aktar diskussjoni b’modd intelligenti bejn gvern, sidien u
trade unions sa kemm jintlahaq patt socjali konkkordat. Dan beda jsir f’pajjizna
izda ghadna qed naqdghu cirku tond ghaliex qed ninhlew wisq fid-dettal minghajr
ma ghadna qbilna fuq il-qafas. Il-figuri li tajt dwar l-ekonomija juru bla
tlaqliq li z-zmien hu kontrina. Il-fatti ekonomici mhux qed jistennewna
niddeciedu skond ir-ritmu li rridu ahna. Biex tghaqqad l-gvern ghaddej b’ritmu
ta’ bidliet ma jieqfu xejn marbuta mad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. In-nies
l-aktar importanti fis-sistema pubblika jidher li huma ghal kollox maqbuda f’dan
ix-xoghol. Ir-rizultat hu li qiesu hadd fl-awtorita’ m’hu qed jinduna x’inhu
jigri fil-pajjiz. Din is-sitwazzjoni ma tistax tibqa’ sejra. Hu l-obbligu ta’
kull min jaf u jifhem x’inhu jsir li jitkellem bla
tlaqliq.

 

Ippjanar Ekonomiku

It-Tikka tajjeb il-bqija le
Ghad baqa’ xi wahdiet jghixu
fis-shab li jghidu li l-ekonomija Maltija mhiex f’inkwiet kbir. Jduru u jdawwru
biex jevitaw il-kelma ricessjoni. Mhux hekk jitkellem kull min imiss
mal-intrapriza. U hi x’inhi l-intrapriza. Ghal ftit li sejrin tajjeb hemm
l-ohrajn kollha li sejrin hazin. Artikolista f’gurnal lokali bl-ingliz semma
l-istorja tat-teacher li fuq screem kollu abjad wera tikka zghira sewda fin-nofs
u saqsa lill-istudenti tieghu x’inhuma jaraw. Kollha sfurzaw biex jippruvaw
jghatu xi risposta intelligenti, izda ghalxejn. Kollha taw l-istess verdett;
tikka sewda fuq screen kbir abjad. It-teacher fl-ahhar qallhom li kollha rawha
hazin. Li kienu qed jaraw kien screen kbir abjad li fuqu hemm biss tikka zghira
sewda.

 


Dan hu li qed naraw illum fl-ekonomija Maltija. Mhux it-tikka
zghira li sejra tajjeb bhal ma hi l-industrija tad-denim, izda l-kumplament
tal-lizar kollu. Il-lizar kollu ekonomiku juri sitwazzjoni hazina. Juri
l-ewwelnett li ekonomija miftuha berah bhal ma hi Malta, qed issoffri
mill-maltemp li laqat il-bicca l-kbira tal-ekonomiji barranin. Juri wkoll li
l-ekonomija Maltija ghandha problemi strutturali serji. Juri wkoll li
l-ekonomija Maltija m’hiex immangijata sewwa.

Manigjar
tal-ekonomija
Hawn fejn jidhlu l-ewwel zewg argumenti li jidher li fil-gvern
hemm konfuzjoni dwarhom, ghax min jghid, jew jemmen haga, u min jghid u qed
iwettaq haga ohra. L-ewwel argument hu jekk il-gvern ghandux jimmanigja
l-ekonomija. Nahseb li l-Partit fil-gvern hemm wisq nies ta’ influwenza
b’knowledge reali fjakk hafna ta’ kif tahdem ekonomija moderna. Il-hafna avukati
li jiddominaw il-Partit jemmnu li timmanigja l-ekonomija u li tippjana
l-izvilupp ekonomiku, hu kuncett socjalista u ghalhekk fih innfisu hazin. Fost
dawk li dejjem emmnu hekk hemm Dr. Eddie Fenech Adami innfisu. Frazijiet bhal
Pjan Strategiku Nazzjonali jew Pjan Ekonomiku jew Pjan ta’ zvilupp lil Dr.
Fenech Adami jbezzghuh. Bhalu hemm ohrajn u ta’ influwenza kbira. Ir-rizultat hu
li ghall-hmistax il-sena shah Malta effettivament imxiet bla Pjan Ekonomiku.

Strategija generali kien hemm mhux le, u ghalkemm mhux fl-apert, ghax
kif ghidt qiesek qed taghmel dnub jekk issemmi ppjanar ekonomiku, d-Divizjoni li
tiehu hsieb l-ekonomija fil-Ministeru tal-Finanzi jew fil-Ministeru
ghas-Servizzi Ekonomici, kellha fuq il-karta strategija. Pero’ meta jitfasslu
l-Budgets li suppost imbaghad jisiltuhom mill-istrategija ekonomika, din
ir-rabta ftit tidher. Kull budget ghalkemm jinghad mod iehor, hu fil-fatt
dokument ghalih. Anke meta kien tfassal “consolidated accounts” li ppjanaw
il-finanzi pubblici sas-sena 2004, dan ma kien pjan xejn u zgur mhux pjan
ekonomiku. Zgur izda li kienet x’kienet l-istrategija ekonomika l-immanigjar ma
kienx hemm. Amministrazzjoni generali iva, bic-Central Bank u l-Ministeru
tal-Finanzi jimponu certi kriterji iva. Izda mhux ippjanar. Ghax kif ghidt
il-kuncett tal-ippjanar m’ghamilx parti mill-mekkanizmu tal-gvern.

Ristruttura
Il-Kunsill Malti ghall-Izvilupp Ekonomiku qatt, per
ezempju, ma iddiskuta Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp u kull karta jew dokument li
tpogga ghall-attenzjoni tal-MCED qatt ma kien jikkonstitwixxi Pjan. Zgur li hadd
ma qal li hu responsabbli mill-ezekuzzjoni ta’ xi Pjan. Haga tal-iskantament
meta jien ripetutament insaqsi min fil-gvern hu responsabbli tal-immanigjar
tal-ekonomija, hadd ma jaf jghati risposta. Issa dan fi zmien meta inkitbu
volumi shah u thallsu eluf kbar ta’ liri fuq studji u rapporti. Fi zmien ukoll
meta l-kelma ristrutturar ilha tidwi s-snin. Jigifieri fi zmien meta kull min hu
intiz fl-ekonomija ilu jhambaq li l-ekonomija Maltija trid bilfors tigi
ristrutturata, jigifieri timbidlilha l-istruttura taghha u mhux sempliciment
jsirilha rtokki, jekk l-ekonomija Maltija trid tkompli tespandi u jikber il-gid
li lkoll irridu minna.

Din tal-istrutturar hafna ghadhom ma jistghux
jifmuha. Din bhal min ghandu xitla tal-ward sabiha li ghal hafna snin ra tikber
u ittih roses sbih u jfuhu. Jinduna izda li hekk kif il-pjanta bdiet tixjih
jidhru ftieghi li nixfu, jimbtu ohrajn bla forma u ma jghatux ward u l-pjanta
kollha titlef il-forma u turi wkoll sinjali ta’ mard. Sakemm imbaghad jiddeciedi
li jtiha zabra sewwa, jghati s-sustanzi u jbexxex u jaqla’ l-hamrija sewwa.
Jinduna fl-istagun li jmiss li l-frieghi l-godda huma b’sahhithom, il-ward hu
sod u isbah u jfuh aktar. Jinduna wkoll li jekk irid li l-pjanta jibqa’ ittiha
is-sustanzi, jozbor kull stagun u jzommha sena wara sena b’sahhitha tibqa’
dejjem tikber u ttih aktar ward.

L-ekonomija Maltija
xjahet
L-ekonomija m’hiex differenti. Jekk ma tkunx indukrata sewwa, tixjih u
timrad u ma tibqax tghati frott daqs qabel. Dan hu li qed jigri llum.
L-ekonomija Maltija xjahet. Ghandha problemi f’hafna setturi li xjahu. Xjahu
mhux biss ghax ilhom hemm u n-nies fihom illum huma ta’ eta kbira. Xjahu ghax
is-sistemi li ghandhom m’ghadhomx kompettitivi ghax maqtughin mir-realta’ li
jhabbatlek ma wiccek is-suq. Dan gara fl-opinjoni tieghi ghax ma kellniex
il-hila nippjanaw. Anzi, ghax bzajna nippjanaw. Ghax dahlet il-mentalita’ li
ippjanar ekonomiku hu hazin. Isemmu x’gara f’pajjizi kommunisti u hafna stejjer
ohra. Ma jghidux li kien dak il-kuncett ta’ ppjanar iccentralizzat izzejjed li
kien hazin, u mhux il-kuncett innifsu. Ma jghidux li mhux veru li l-ekonomiji
moderni wkoll jahdmu fuq strategiji ekonomici imfassla u ppjanati u amministrati
li sewwa. Min jaf l-affarijiet tieghu sewwa jaf li ekonomija ma tithaddimx
tajjeb minghajr pjan imfassal sewwa u mhaddem bil-ghaqal. Ghalkemm
il-professjonisti fl-amministrazzjoni pubblika ppruvaw, izda minghajr
konvinzjoni. Ghax min kellu l-poter politiku ma ridx jaf bi pjanar. Gara allura
li ma kienx hemm ir-rieda u d-determinazzjoni li dak li hemm bzonn isir, isir.
Gara allura li z-zabriet li kellhom isiru ma sarux. Gara li l-istrategiji li
riedu jitwettqu ma twettqux. Gara allura li ntefqu miljuni kbar fil-holqien u
t-tkattir tal-MFSC, MDC, METCO, IPSE u dejjem noholqu xi haga gdida. Izda bla
ko-ordinament. Bla rieda li lkoll jigbdu habel wiehed b’mod sod f’direzzjoni
wahda u taht tmexxija u mmanigjar car.

Pjan ta’ zvilupp
nazzjonali
It-tieni punt importanti hu li issa dan qed jinbidel bil-girja
izda mhux ghax l-ekonomija qeghda fi stat hazin u li ilha ma tkun fih is-snin
il-kbar izda ghax jemmnu x’jemmnu l-avukati li jiddominaw il-gvern Malti issa
Malta ma tistax timxi aktar ‘il quddiem bla Pjan ta’ Zvilupp Nazzjonali jekk
trid tkompli bil-progress imfassal mill-gvern biex Malta tidhol fl-Unjoni
Ewropea mal-ewwel lot li jmiss.

Il-gvern Malti issa accetta l-kuncent
tal-ippjanar tal-izvilupp. Malta l-ewwel ghamelt l-iscreening biex tkun taf
x’hemm differenti bejn dak li kien jezisti hawn u dak li jrid isir biex Malta
tkun tista’ issir parti mill-Unjoni. Imbaghad sar Pjan Nazzjonali
ghall-addotazzjoni tal-acquis (NPAA) fejn tfasslet u qed titwettaq b’pass
mill-aktar mghaggel il-bidla kbira fir-regolamenti, ligijiet u istituzzjonijiet
li jgieghlu lil Malta timplimenta l-volumi ta’ ligijiet li tal-Unjoni akkumulaw
f’47 sena. Issa qed jitfassal b’girja kbira, il-Pjan Nazzjonali tal-iZvillup.
Dan hu l-Pjan li jrid ifassal l-istrategija taz-zvilupp settur b’settur, u
komplessivament ta’ dak li jrid isir biex l-ekonomija ta’ Malta tintegra ma’ dik
tal-Unjoni Ewropea. Il-Pjan irid jindika x’irid isir f’kull qasam u jindika
s-soluzzjonijiet u fuq liema zmien ser jitwettqu u jikwantifika n-nefqa u s-sors
tal-finanzjamenti biex il-bidla issir.

Mela issa li Malta ser issir
parti mal-akbar burokrazija centralizzata li tezisti f’xi regjun ekonomiku
mondjali, bilfors trid, bhal ma qed taghmel, tkabbar u tispecjalizza hi wkoll,
il-burokrazija taghha fil-qasam tal-ippjanar tal-izvilupp. Issa wkoll ser
ikollha il-Pjan tal-iZvilupp Nazzjonali taghna. Mhux biss Malta issa ser ikollha
l-burokratici responsabbli mit-thaddim tal-Pjan Nazzjonali tal-iZvilupp izda ser
ikollha c-censura ta’ Brussels biex ikun assigurat li l-Pjan jithaddem.
Ic-censura tkun bl-aktar mod effikaci. Il-fondi li jkunu approvati minn Brussels
biex jithaddmu fl-ezekuzjoni tal-pjan ma jinghatawx jekk ma jkunx hemm rizultat
imkejjel u approvat minn Brussels u l-gvern Malti ma jkunx pogga s-sehem
finanzjarju shih tieghu. Il-progress ta’ integrazzjoni ta’ Malta mal-Unjoni
jintefa’ lura jekk il-Pjan ma jithaddimx u ma jirnexxiex.

L-ekonomija
llum
Mela issa bdejna nipjanaw. Better late than never. Izda mhux biex
niffacjaw, il-krizi ekonomika li ghandna illum. Le, ser nippjanaw ghal ghada.
L-incertezza ‘l hawn fil-pajjiz gejja mill-fatt li l-gvern jghid haga u jaghmel,
jew ma jaghmilx haga ohra. Ghandu problemi enormi llum li dwarhom mhu qed isir
xejn u lanqas biss nammetuhom, izda bdejna nippjanaw bis-serjeta’ ghall-ghada.
Mhux ghax konvinti, izda ghax mgeghla.

 

Lesti ghall-maltempata ohra?

Il-Forum Mondjali
Din is-sena l-Forum Mondjali Ekonomiku – The World Economic Forum, il-Konferenza Annwali tal-kbarat tal-finanzi, tal-ekonomija u tal-politika internazzjonali li s-soltu ssir fl-iski resort ta’ Davos, fl-Izvizzera, saret minflokk fi New York, bhala att ta’ solidarjeta’ mal-vittmi tal-11 ta’ Settembru. Wiehed jista’ jimmagina x’sigurezza enormi kien hemm fi New York biex, l-ewwelnett ma jergax jigri dak li gara f’Davos s-sena l-ohra meta d-dimostranti ta’ kontra l-globalizazzjoni litteralment ghamlu gwerra lill-pulizija Svizzera, u t-tieni biex New York, wara l-frakass u t-tragedja li sofriet, ma tergax taqa’ fl-inkwiet u n-niket.


Il-konferenza tal-kbarat u tas-sinjuri fi New York qamet lis-Sindku ta’ New York $10 miljuni b’infieq extra fuq xoghol ta’ pulizija. Litteralment il-pulizija holqu hajt ta’ protezzjoni li kien impenetrabbli. Il-hotel fejn saret il-konferenza, l-famuza Waldorf Astoria, kienet mghassa b’4,000 pulizjott il-hin kollu. Iffacjati bil-forza massima ta’ sigurezza l-protestanti qaghdu lura. Fi New York wara t-tragedja ta’ Settembru ma kienx hemm post ghad-dimostrazzjonijiet vjolenti u l-pulizija ta’ New York kienet lesta ghal kollox. L-isforz enormi li sar mill-mexxejja ta’ New York irnexxa ghaliex jistmaw li aktar minn $100 miljun gew minfuqa fl-ekonomija tal-lokal bis-sahha ta’ din il-konferenza.

Gwerra ohra
Il-Forum Mondjali izda jibqa’ jissemma l-aktar ghac-canfira li taw lill-President George W Bush u wara t-theddida li faqqa dwar gwerra kontra pajjizi ohra. Kien ukoll zgur Forum spettakulari f’hafna aspetti. Mhux biss ghall-festi u l-parties fenomenali ghal 2,700 mistieden ta’ kwalita’, izda wkoll, u forsi l-aktar importanti ghal dak li ntqal fil-Forum. Il-forum xtarr dak li qal il-President Amerikan, George W Bush, f’diskors importanti li ta’ kull sena jaghmel il-President Amerikan, imsejjah State of the Union. F’dan id-diskors importanti George W Bush iddikjara li l-Amerika tqies li tezisti “allejanza tat-terrur”, “an axis of evil” li torbot lill-Iran, l-Iraq u l-Korea tan-North u li ghalhekk hemm gustifikazzjoni, skond il-President tal-Amerika, li l-Amerika tattakka lil dawn il-pajjizi bla avviz.

The World Economic Forum (WEF) li tlaqa’ fl-istess zmien li sar id-diskors tal-President Bush inhassdu b’din id-dikjarazzjoni. Ghax illum hi rikonoxxuta kullimkien li tajjeb jew hazin, d-dinja ekonomika trid mill-Amerika. Forsi ghal min jifhem kif tahdem id-dinja din mhiex xi haga gdida ghax wara kollox l-Amerika ilha l-magna ewlenija tal-ekonomija globali, izda illum aktar minn qatt qabel, specjalment wara l-waqa’ tal-Hajt ta’ Berlin, meta l-ggant amerikan jimxi, d-dinja timxi mieghu, meta jotor l-ghawg jinhass ma kullimkien. Ghalhekk il-kapijiet prezenti f’Manhattan inhassdu bil-kliem tal-President Amerikan. Ghax kif jista’’ jkun, bdew jghidu, li l-Amerika tiftah gwerra kontra tlett pajjizi u qiesu hadd ma jimpurtah. Stqarrija b’sahhita bhal dik fl-aktar diskors tal-policy importanti li jaghmel il-President tal-Amerika kull sena quddiem iz-zewg kmamar tal-Parlament Amerikan u muri dirett fuq it-televizjoni tad-dinja kollha u qiesu hadd ma jitniffes. Qiesu li l-forzi l-ohra politici fl-Amerika u l-gvernijiet fl-Ewropa u fil-kumplament tad-dinja qieshom m’ghandhomx say. Bush effetivament qed jghid “l-Amerika tmexxi, mela hi tiddeciedi”.

L-impatt ta’ gwerra akbar
Kif jistghu negozji u intraprizi mondjali b’investimenti ta’ biljuni ta’ dollari u gvernijiet ohra mad-dinja kollha li l-ekonomija taghhom tbghati bil-gwerer u bl-inkwiet kollu li jinqalghu kull meta d-dinja tkun iffacjata bil-gwerer, jibqghu, hekk, gallarija, meta potenza bhal Amerika tiddikjara gwerra, mhux kontra pajjiz bhall-Afganistan, izda pajjizi b’impatt ekonomiku bhal m’huma l-Iran, l-Iraq u l-Korea ta’ Fuq. Anka kieku l-attakk ikun biss fuq l-Iraq, l-impatt ta’ dan fuq id-dinja ekonomika jkun enormi. Mhux ta’ b’xejn allura li aktar mill-impatt tal-globalizazzjoni, li din is-sena l-World Economic Forum aktar ikkoncentra ruhu fuq din il-possibilita’. Il-globalizazzjoni ghada kwistjoni tahraq u l-argument ghadu ghaddej kif l-affarijiet ghandhom isiru ahjar u b’partnership bejn in-nies tal-business u c-civil society. Izda issa l-argument ewlieni hu t-theddida ta’ gwerra akbar minn dik tal-Afganistan.

Li hareg ta’ interess minn dan il-Forum, izda dejjem taht id-dell ta’ theddida li semma l-President Amerikan, hi li l-ekonomija Amerikana qiesu li ghaddielha x-xokk ta’ wara l-attakk tal-11 ta’ Settembru. Wara Settembru 2001 l-ekonomija Amerikana kienet intefghet fl-inkwiet u maghha dahhlet lill-bicca l-kbira tad-dinja, pero’ issa bdiet taqleb ghal ahjar. Mal-Amerika tibda terga’ tirranka d-dinja. Hu ghalhekk li kliem gdid dwar aktar gwerer wara ta’ l-Afganistan, u gwerrer ikbar ma’ pajjizi hafna aktar armati u organizzati, gabet twerwir fost il-kapijiet ta’ gvernijiet u ekonomisti u finanzjera fil-Forum Mondjali. Kif jista’ jkun qalu li l-Amerika wara li rat dak li gara wara l-attakki fuq l-Afganistan issa tipprepara ghall-attakki fuq il-Korea ta’ fuq, Fuq l-Iran u fuq l-Iraq minghajr ma tkejjel l-impatt fuq tant u tant pajjizi ohra?

Xmara ta’ dejn
Punt ferm importanti li hareg minn dan il-Forum hu l-inkwiet kbir li waqghet fih id-dinja minhabba d-djun kbar li qed igorru mhux biss il-gvernijiet fil-bicca l-kbira tal-pajjizi tad-dinja, kemm dawk suppost sinjuri u wkoll dawk li ghadhom lura, izda wkoll il-korporazzjonijiet multinternazzjonali, l-korporazzjonijiet privati kbar, u miljuni ta’ kumpaniji zghar fid-dinja kollha kif ukoll miljuni kbar ta’ konsumaturi mad-dinja kollha. Il-Forum sema kif il-Gappun, dak il-pajjiz suppost ekonomikament ggant, litteralment sploda meta splodiet il-buzzieqa kbira ta’ dejn. U hafna jahsbu li l-aghar fil-Gappun ghadu gej. Il-Forum jirrikonoxxi li llum l-ekonomija mondjali hi mgharqa taht xmara ta’ djun li d-dinja qatt ma rat bhala.

Aktar cara llum hi l-ispluzjoni tal-buzzieqa tad-dejn tal-Argentina. Dwar l-Argentina ghad irridu nisimghu aktar anke ahna f’Malta. Dan ghaliex il-Maltin iggwidati minn xi Stock Brokers, fl-opinjoni tieghi bla sens, poggew fl-Argentina somom kbar ta’ flus Maltin u llum effetivament dawn taru mar-rih. Ma nafx onestament kif dwar dan m’hawnx argument f’Malta waqt li nghoxew nitkellmu fuq il-problemi tal-bankini u tad-drenagg inixxi. Ili nsostni li l-Maltin jaghmlu zball goff li ma jsegwux dak li jsir fid-dinja. Zgur hu dnub enormi li jekk min jaghti l-pariri dwar l-investimenti tal-Maltin ma jkunx armat sewwa biex il-parriri li jaghti jkunu sodi. Zgur li l-Maltin ma kinux jaffordjaw jitilfu somom kbar ta’ flus fl-Argentina. U kemm kienu ezattament dawn is-somom?

Fil-Forum ta’ New York, l-Argentina holqot dibattiti mill-aktar shan. L-Argentina hi mera ta’ dak li jista’ jigri f’hafna pajjizi li minn ghalijhom kabbru l-ekonomija taghhom fuq il-buzzieqa tad-dejn, tad-deficit pubbliku imhallas bid-djun u taz-zieda fil-konsum kawzat mhux miz-zieda fil-produttivita’ izda bl-easy money li sabu l-konsumaturi b’zieda qawwija fid-djun tal-households u tal-konsumatur u bl-espansjoni tan-negozji li saret mhux bl-espansjoni tal-profitti minn zieda reali u konsistenti fil-bejgh, izda mit-tigbid ta’ aktar dejn mal-banek u aktar dejn mal-fornituri.

U Malta?
Xena tal-Argentina biss din? Gwaj biss tal-pajjizi barranin mifqughin bid-dejn? Xena biss ta’ pajjizi ohra ‘il boghod minna li Settembru 11 tefghahom fil-limbo u gwerra akbar kontra l-Korea, l-Iran u l-Iraq tghoddoshom u tisplodijhom?

Jew xena wkoll ta’ pajjjizna? Jew realta’ qrib hafna taghna aktar milli jriduna nahsbu dawk li verament jafu l-verita’?

Pajjizna, jghid x’jghid il-gvern u l-apologisti tieghu, jinsab f’ricessjoni ekonomika u mghobbi tilja dejn nobis. Pajjizna mghobbi bi problemi kull fejn thares. Allahares tfaqqa’ l-gwerra li jidher deciz dwarha l-President Amerikan, ghax maghmula taghha.

Malta qeghda f’maltempata u pajjizna qiesu qieghed f’bahar qawwi, izda l-kaptan jghid li hu bnazzi, il-bahrin ghadhom jixxalaw u l-avviz tat-temp jghid li gejja maltempata hafna akbar.

Imma l-kaptan mhux inkwetat.

 

Partnerships bejn l-imsiehba socjali

Il-Hajt ta’ Berlin
Dak li gara nhar il-Hamis fl-MCESD
jinkwieta hafna li jixtiequ jaraw ix-xena tar-Relazzjonijiet industrijali ta’
pajjizna tinbidel. M’hemm l-ebda dubju li ghad ghandna nies kemm fuq in-naha
tal-employers kif ukoll fuq in-naha tat-trade unions li jaraw id-dinja b’mod
mill-aktar imtappan. Qiesna ghadna fid-dinja ta’ qabel il-waqa’ tal-Hajt ta’
Berlin. Illum id-dinja nbidlet. Inbidlet aktar wara l-waqa’ tat-Twin Towers
fil-11 ta’ Settembru. Malta m’hiex maqtugha mid-dinja. Ir-retorika tal-bierah
m’ghadiex tghodd. Pajjizna hu zghir wisq biex ma naqdfux ‘il quddiem anke qabel
jaqdef haddiehor.

 


Qabel ma waqa’ l-Hajt ta’ Berlin id-dinja kienet ghada
wisq tahsibha f’termini ta’ “ahna” u “huma”. Matul il-perjodu li kien jirrenja
l-Kommunizmu fuq naha u l-Kapitalizmu fuq in-naha l-ohra l-hsieb qiesu li kien
iddominat minn “ahna” u “huma”. Jekk titkellem favur l-ekonomija tas-suq u favur
l-intrapriza kont tkun ittimbrat Kapitlaist, li f’ghajnejn hafna kelliema
ghall-haddiema kien timbru ikrah wisq. L-istess in-naha l-ohra. Jekk titkellem
wisq favur il-gustizzja socjali u d-drittijiet tan-nies tax-xoghol kont bilfors
ahmar, Kommunist. Il-waqa’ tal-Hajt ta’ Berlin fl-1989 bidlet hafna minn dan
kollu. Wara l-1989 sar bhal speci moda li titkellem favur l-intrapriza u favur
it-twettiq tal-principji tal-ekonomija. L-ekonomija l-ewwel. “It’s the economy
stupid”, tiftakruha din? Bhal dejjem kien hawn min mar fl-estremita’ u bdew
jitfasslu policies li haduna lura ghal zmien Adam Smith, il-fundatur tal-istudji
ekonomici, li verament kien jemmen li l-ekonomija tigi l-ewwel. Ir-rizultat kien
li f’hafna pajjizi l-aktar fl-Amerika ta’ Reagan u l-Ingliterra ta’ Thatcher u
wara l-kapitalizmu beda juri l-wicc ikrah tieghu u intesew hafna mill-principji,
li wara t-tieni gwerra dinija kienu gabu gustizzja socjali accettabbli
fil-pajjizi Ewropej u industrijalizati.

Globalizazzjoni
Il-Kapitalizmu
still ta’ Thatcher willed il-globalizazzjoni. Dan hu l-process fejn il-principji
tal-ekonomija jikmandaw u l-ispecjalizazzjoni marret fuq skala mondjali.
Effettivament kienet tfisser tipproduci fejn jaqbel, tbiegh bl-orhos u suppost
li l-kumplament, jigifieri xoghol u gustizzja socjali, kellu jirrizulta. Nafu
llum li dan ma sarx u li d-dinja gusta ma tahdimx hekk. Twieled il-moviment anti
globalizazzjoni u l-policies ala Thatcher bdew jitwarrbu. Bdejna nitkellmu
b’lingwa gdida u bdew ukoll jithaddmu policies godda f’hafna pajjizi li nehhew
l-estremizmi tat-Thacherizmu u regghu bdew idahhlu l-elementi importanti
tal-gustizzja socjali. Blair fl-Ingliterra beda jhaddem policies imsejha the
Third Way. Effettivament dawn huma policies li filwaqt illi jkomplu jpoggu
quddiem nett il-principji ekonomici jaghtu wkoll importanza kbira
lid-distribuzzjoni ekwu tal-gid b’modd illi tissahhah u mhux titkisser
il-gustizzja socjali. Mhux process facli dan izda bdew jidhru
r-rizultati.

Twin Towers
Wasal Settembu 11, 2001 u l-waqa’
tat-Twin Towers. Id-dinja bhal qiesu stembhet li tezisti firda gdida bejn
pajjizi fqar u abbandunati tant li lesti jmorru ghall-estremizmu u t-terrorizmu.
Il-pajjizi l-kbar bdew jistembhu ghall-fatt li d-dinja riedet bilfors taqbad
rotta ohra. Mhux aktar ir-rotta tal-kapitalizmu sfrenat u tal-globalizazzjoni
akkost ta’ kollox izda ta’ pjanifikazzjoni fuq bazi ta’ principji ekonomici u
gustizzja socjali.

Il-Professur Klaus Schwab, il-fundataur u President
tal-World Economic Forum, isostni bir-ragun, li “waqt li s-settur ekonomiku
ghandu l-hila li jgholli l-livell tal-ghixien u li jkattar l-kwalita’ ta’ hajja,
huwa biss il-gvern li ghandu l-hila u li jirregola u jsawwar il-gustizzja.
It-tkattir ekonomiku u l-gusitizzja huma aktar iva milli le, komplimentari,
pero’ huma r-responsabbilta’ ta’ setturi differenti tas-socjeta’”. Dan ifisser
li wiehed m’ghandux jistenna li l-imprendituri billi jipprovdi x-xoghol u
jkattar il-gid u jgholli l-livell tal-hajja u l-kwalita’ tal-hajja, ser johloq
ukoll il-gustizzja socjali. Il-gustizzja jrid johloqha l-gvern. Il-gvern ma
jfendiex wahdu. Jrid min isusu u min jimbuttah. Ghalhekk taghmel sens it-teorija
li tohrog minn dan kollu. Din it-teorija tghid: il-gid komuni jkun imhares
l-ahjar billi jissawwar partnership reali bejn il-gvern, is-settur privat u
societa’ civili. Dan ifisser li pajjiz modern irid johloq l-istruzzjonijiet li
jaghmlu dan kollu possibli. Pajjiz modern irid isib mezz kif jibni
l-kollaborazzjoni u l-koperazzjoni bejn l-imsiehba socjali l-aktar importanti
fis-socjeta’. Minghajr dawn il-partnerships, socjeta’ moderna tbghati biex
izzomm ir-ritmu ta’ zieda konsistenti fir-rata tat-tkattir tal-gid filwaqt li
tkompli issahhah u tizvilluppa l-istruttura tal-gustizzja socjali. M’hemm l-ebda
dubju li l-pajjiz li jirnexxielu jibni dawn il-partnerships jgawdi minn era
gdida ta’ tkattir tal-gid u tal-prosperita’ ghaliex, hu f’atmosfera ta’ paci
fir-relazzjonijiet socjali li l-gid u prosperita’
tikber.

F’pajjizna
Il-konflitt igerrex. Il-hitan l-antiki ta’ naha fuq
banda u l-ohra fuq il-banda l-ohra tbezzaghha. Pajjizna llum qed jizloq lura
lejn l-antik. Jien kont ktibt, fil-konfront tal-White Paper dwar
ir-relazzjonijiet fuq il-post tax-xoghol u sejjahtilha White Paper tal-bierah.
Ghidt ukoll li illum u ghada jrid jinbena fuq il-partnership bejn limsiehba
socjali. Dak li gara l-gimgha l-ohra ma ghaggibni xejn. Nghid il-verita’
stennejtu. Inhoss li l-MCESD hu l-istituzzjoni li tista’ twassal
ghall-kollaborazzjoni u koperazzjoni li fuqhom jista’ jinbena l-partnership.
Pero’ ghadna lura. Irridu hafna u hafna aktar bona volonta miz-zewg nahat.
Id-dnub hu li zmien x’nitilfu m’ghandniex. L-ekonomija Maltija qeghda fi stat
ikrah kif ili nsostni gimgha wara gimgha. Jiena nifhem li iffacjati bit-theddida
ta’ qaghad u licenzjamenti ta’ haddiema li l-Unions ma jafdawx u jibzaw
mill-proposti tal-employers.

Nifhem ukoll ghaliex l-employers qed
jitwerwru minn kull proposti li zzidulhom l-ispejjez. Fil-pajjizna hawn nuqqas
ta’ fiducja kbira. Pero’ hu ezettament illum li jrid ikollna l-kuragg li nahsbu
b’idejat godda. Ikun gwaj ghalina jekk nibdew nahsbu differenti meta nkunu diga’
tikissirna.

Inkunu kbar jekk nammettu li l-ekonomija Maltija mghaffga.
Li biex infiequ irridu nigbdu habel wiehed. Li dan jista’ jsir jekk nahdmu biex
nibnu partnerships reali ta’ kollaborazzjoni u koperazzjoni li jkattru l-gid u
l-gustizzja ghalina lkoll. Dan hu l-argument l-aktar importanti li ghandu
jokkupana lkoll.

Dak li gara wara l-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin u wara
l-waqa’ tat-Twin Towers, ghallem lid-dinja l-importanza li l-gvern, c-Civil
Socities u d-dinja tal-business jahdmu flimkien. F’pajjizna din il-lezzjoni
jridu nitghallmu wkoll. L-argumenti tal-gimgha l-ohra juru li jonqosna hafna
biex nifhmu dan. Zmien hafna m’ghandiex. Irridu ghalhekk nibdew nibnu
mill-lum.

 

Buzzieqa ta’ Dejn

Awash with debt
L-ekonomija Maltija llum pogguta fuq
buzzieqa enormi ta’ dejn. Id-dejn nazzjonali lahaq cifri li sa ftit ta’ snin ilu
kienu immaginabbli. Izda l-buzzieqa mhux biss tad-dejn nazzjonali. Il-buzzieqa
hi hafna akbar minn hekk ghaliex hi buzzieqa li tifrex u ssostni l-ekonomija ta’
Malta kollha. Bl-ingliz nghidu li Malta “is awash with debt”. Id-dejn rikibna:
negozji privati kbar u zghar, minn kull settur, korporazzjonijiet tal-gvern u
l-gvern innifsu, flimkien ma eluf kbar ta’ konsumaturi u households Maltin. Mhux
hekk jahdmu l-ekonomiji moderni hawn min jghid? Le, mhux hekk. Dejn li jirrelata
mat-tkabbir attwali tal-ekonomija ta’ pajjiz, iva. Dejn li jsostni ritmu
ekonomiku artificjali, le. It-tkattir ekonomiku jrid ikun reali u sostnut
miz-zieda fil-produttivita. Meta t-tkattir jkun sostnut biss b’estenzjoni ta’
aktar dejn dan ikun hazin. Meta l-perjodu ta’ tkattir mghobbi u mhallas bid-djun
jittawwal sena wara sena, bhal ma gara f’Malta f’dawn l-ahhar snin, il-pajjiz
jiffacja krizi li mhux facli tohrog minnha.

 


Dan hu dak li ghandna f’Malta
llum. U hi sitwazzjoni li qed tkompli tagrava. Meta l-ekonomija Maltija kienet
tidher li qed tikber, fil-fatt hafna minn dak li kien jidher bhala tkattir kien
tkattir finta, ghaliex imhallas biss mid-dejn. Jigifieri meta d-dejn ma jkunx
qed jintuza biex ihallas attivita’ ekonomika li thalli warajha aktar holqien ta’
gid, id-dejn ma jkunx ghajr johloq dehra ta’ tkattir ekonomiku. Fil-fatt jkun
johloq biss nefha. Buzzieqa.

X’inhu jigri f’pajjizna
Ha naraw sewwa
x’inhu jigri f’pajjizna. L-esportazzjoni niezla. Il-qliegh mit-turizmu niezel.
Ix-xoghol fil-Freeport qed jonqos. Il-bini ta’ Malta bhala centru finanzjarju,
waqaf. L-intraprizi barranin stabbiliti’ f’Malta mhux izzommu il-profitti li
jaqghilu hawn, f’pajjizna. Il-Maltin baqghu johorgu flushom ‘il barra u
l-kampanja tal-gvern biex dan il-vojt jimtela’ minn flus ta’ Maltin li jgibu
flushom minn barra lura f’Malta, ghad iridu inkejluha. Investiment gdid minn
barra ma jidhirx li qed jigi. Il-Prodott Gross Nazzjonali ta’ pajjizna qed
jonqos. Ilna ma naraw il-Prodott Gross Nazzjonali jonqos is-snin il-kbar.
L-istess il-Prodott Nazzjonali. Mhux biss naqas ir-ritmu tat-tkattir, l-iskuza
li sab min semma’ s-slow down, le, ghad-dirittura l-GDP u l-GNP qed jonqsu;
niezla ‘l isfel, mixjin b’lura.

Ic-cifri statistici juru li dak li
l-aktar li jghodd biex f’qasir zmien il-GDP jerga’ jibda jikber b’mod regolari
mhux hemm: m’hemmx zieda fil-materja prima’, m’hemmx zieda fis-semi
manifatturat, m’hemmx zieda fil-makkinarju u l-kapitali ghall-industrija,
m’hemmx zieda fil-booking tat-tour operators f’Malta. Jigifieri c-cifri
ppublikati mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika qed juru dak li ilhom juru,
tlett xhur wara tlett xhur ghal tmintax – il xahar shah, tnaqqis wara tnaqqis.
Il-figuri hziena tal-lum jindikaw ir-rizultati hziena ta’ tlett xhur ohra. Ilna
issa sejrin hekk.

Negozji Maltin
L-imprendituri, l-aktar dawk li
jemmnu lil min jghidilhom li kollox sewwa u li l-fejqan qieghed wara
l-kantuniera, jibqghu ghaddejjin. Kif? Jiddejnu. Jaqghu lura fil-hlas
lill-fornituri taghhom: jigifieri jiddejnu minn ghand min jixtru. Jgebbdu aktar
id-dejn li ghandhom mal-Banek Kummercjali. Kif qal il-boss tal-HSBC, Tom Robson,
hawn min ukoll jiddisinja accounts kuluriti biex ikun jista’ jkattar il-livell
ta’ dejn mal-Banek. Hawn min ukoll jaqa’ lura fil-hlas tal-pagi. Hawn negozji
kbar u zghar li m’ghandhom l-ebda cans li jhallsu d-djun li ghandhom. Hu mirkalu
kif jirnexxielhom itellghu tant djun ma’ bank wiehed, ma bank iehor, mal-gvern,
mal-kredituri taghhom u qiesu ma jigri xejn. Nindunaw biss meta tfaqqa’ xi wahda
bhal tal-Price Club. Qiesu kullhadd rieqed. Nies jiddejnu ma’ dan, jiddejnu
mal-iehor, jiddejnu mal-banek u qieshom mhux huma. U wkoll qiesu min iddejjinhom
stordut.

Kieku dawn kienu ftit u fuq zmien qasir, kieku forsi mhux tant
problema. Aktar u aktar jekk id-dejn kollu jista’ jinfeda hekk kif progett jew
transazzjoni, hi x’inhi, titlesta u jidhlu flus godda ghal kulhadd. Izda
n-negozji li qeghdin fil-buzzieqa tad-dejn huma hafna u hafna u l-bicca l-kbira
minn negozji li qeghdin f’dan l-istat m’ghandhomx cans li jinqalghu.

Sa
ftit ilu xi negozji inqalghu ftit ghax sabu flus li qalghu extra jew ghax marru
tajjeb bil-bejgh ta’ assi li kellhom fuq l-iStock Exchange jew ghax bieghu
proprejta’ li kienu xtraw bi prezz irhis snin qabel. Illum dawn is-safety values
qed jisparrixxu. Il-valur tal-art ma baqax tiela’ kif tela’ bejn il-1991 u
l-1998. Barra minn hekk il-pizzijiet u l-imghaxxijiet tal-banek illum jikluk.
Per ezempju, art li nxtrat mitt elf lira bid-dejn sena ilu, din is-sena trid
tinbiegh Lm110,000 biex tibqa’ bl-istess prezz. Ma dan trid izzid it-taxxi.
Il-prezz f’hafna kazi mhux jitla’ biex ikopri l-imghaxx u t-taxxi. Dan barra li
s-suq mifqugh. Ghax meta hafna negozji f’daqqa jkollhom problemi, kulhadd
jfittex l-istess soluzzjonijiet. Kollha jippruvaw jtajjru l-istock li jkollhom
bl-irhis. Kollha jippruvaw jbieghu xi bicca art jew jippruvaw jwillu xi hanut
jew xi post. Meta kapital x’issarraf ma jkollokx izda, r-rizultat hu aktar dejn.
Meta n-negozju jkun hazin, issodd it-toqba ghal ftit zmien biss u wara aktar
dejn. Tonfoh dejjem aktar il-buzzieqa.

Dejn tal-familji
Illum
sfortunatament din l-istorja tad-dejn rikbet bil-kbir ukoll lil hafna familji u
households Maltin. In-numru ta’ familji Maltin midjunin wahda sewwa huwa kbir
enormi. Hafna minn dak li kien jidher bhala “boom” fis-snin disghin kien
imhallas minn consumer credit ta’ livell li Malta qatt ma rat bhalhom qabel. U
hawn gara l-istess bhal tan-negozji. Hafna household kienu ghamlu capital gains
billi raw xi shares li kellhom fuq l-iStock Exchange joghlew jew ghax bieghu xi
bicca art, jew sempliciment ghax qalghuha tajjeb b’job extra jew b’xi negozju
barra il-main job. Bhan-negozji li kienet giethom wahda tajba u kabbru ghax
hasbu li l-gid ser jibqa’ gej regolari, hafna households ukoll hasbu li
l-bonanza ser tibqa’ gejja. Meta waqfet baqghu jghixu bl-istess ritmu ta’
spejjez billi bdew jiddejnu. Hafna giethom komda li jiehdu overdraft, jhallsu
bin-nifs ghal kollox, juzaw credit cards ghal wahda, tnejn u anke tlieta.
Il-livell ta’ dejn li ghandhom illum il-Maltin privati wkoll hu l-oghola li qatt
kellna. Il-generazzjoni zghazugha b’mod partikolari drat tuza l-credit cards u
tixtri llum b’li trid taqla’ ghada. Issa l-qliegh naqas kullimkien. Issa hawn
dan il-krib kollu. Kulhadd jittama li dalwaqt ir-rota ddur u din ir-rota ma
ddurx ghax l-ekonomija Maltija qeghda fi gwaj kbir. Irid l-ewwel jissewwa l-gwaj
biex il-gid jerga’ jibda gej. Jekk le, inkomplu nonfhu l-buzzieqa
tad-dejn.

Jekk tinfaqa’
Mela, l-ekonomija kollha kemm hi qed tiddejjen
dejjem aktar ma’ barra. Ir-riservi barranin li jaghmlu tajjeb ghal dan id-dejn
dejjem nizlin. Il-gvern tal-pajjiz jahdem b’deficit, bit-telf jigfieri, u
jaghlaq il-kotba billi jiddejjen aktar. Biex jlahhaq man-nefqa pubblika li
dejjem tikber, il-gvern mhux biss jiddejjen aktar izda jintaxxa lin-nies u
lin-negozji aktar. Dawn b’anqas flus fil-but jew jonfqu anqas jew jiddejnu
aktar. Il-korporazzjonijiet tal-istat – Tarznari, Water Corporation, Enemalta,
Freeport, AirMalta, Sea Malta, nista’ nsemmihom kollha, mobbighijin tilja dejn
nobis. Il-kumpaniji privati – servizzi, hotels, fabbriki, retailers, huma aktar
iva milli le, mghobbijin bid-dejn. Maghhom issa hawn eluf kbar ta’ familji
Maltin.

L-ekonomija mhux tikber. Qed taqa’ lura u m’hemmx dehra li
tirpilja. Buzzieqa kbira. Alla jilliberana li ma tisplodiex.

Qiesna
qeghdin fuq ajruplan b’time-bomb aboard.ma nafux meta ser tisplodi.

Izda
m’hemmx recession! Skond it-text books kollha tal-ekonomija Malta hi kaz car ta’
recession ekonomika. Izda ara ma tghidx!

Issa zdid iehor li jghid li hu
perikoluz li ssemmi recession. Tal-biki!

 

L-ekonomija Maltija fil-periklu

Ghan-nizla
L-ekonomija ma tridx taf. Xahar wara xahar,
l-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika johrog set ta’ statistika wiehed wara
l-iehor b’sinjali cari kollha f’direzzjoni wahda, dik il-hazina. L-isfel. Izda
haga tal-ghageb f’pajjizna l-ekonomija taghna mhux news. L-importanti huma
l-hrejjef l-ohra li min irid jaljenana jistordina bihom.

 


Ic-cifri
tal-ekonomija m’humiex numri tal-lottu. Jitilghu biex inharsu lejhom izda bla
valur jekk mhux ghar-rebbieh. Ic-cifri tal-ekonomija huma bhal mera. Dak li
jidher fihom hu dak li hu. Ikrah jew sabih, hu dak li hu. Issa c-cifri ilhom
juru stampa hazina. U mhux hazina darba. Hazina u qed tiddeterjora. L-ahhar
cifri li hargu huma dawk dwar il-kummerc ta’ Malta ma’ barra minn Malta
ghall-ewwel ghaxar xhur tas-sena 2001 u ghax-xahar ta’ Novembru 2001. Ghal darba
ohra cifri li juru l-inkwiet li hemm fl-ekonomija ta’ Malta. Ghidtha bla tlaqliq
u nerga’ nghidha ghax ma kkonvincieni hadd bil-kuntrarju. L-ekonomija Maltija
qeghda f’ricessjoni. U mhu qed isir xejn biex il-pajjiz jinqala’
minnha.

Li gab bhala argument kuntrarju min rid bhal speci jirredikola
dak li ili nghid jien hu li il-qaghad f’pajjizna mhux qed jizdied kif suppost
isir meta ekonomija tkun fi stat ta’ ricessjoni. L-ewwelnett jien diga’ spjegajt
li stat ta’ ricessjoni f’ekonomija moderna mhux bilfors ifisser dipressjoni.
Anzi fejn l-istrutturi huma adatti ricessjoni taf tinbidel ghal ahjar fi ftit
xhur. Basta jittiehdu mizuri tajbin u fil-waqt. Ezempju car hu dak li qed isir
fl-Amerika. L-Amerikani jafu jhaddmuha l-ekonomija tas-suq. Ma joqghodux
jghajjru perikoluz lil min jindika l-istat hazin li tkun qalbet fih l-ekonomija.
Le, fl-Amerika u f’pajjiz fejn l-ekonomija tas-suq moderna tahdem sewwa u hi
mifhuma, l-awtoritajiet jiccaqalqu mal-ewwel. Jiehdu l-mizuri fil-pront biex
l-aghar ta’ ricessjoni, jigifieri zieda qawwija fil-qaghad, ma jigriex, u
l-aghar jghaddi malajr.

Izda mhux f’Malta. Le, f’Malta nafu li
l-ekonomija ghandha problemi serji fl-istruttura taghha. Nafu li jridu jsiru
bidliet adatti. Nafu li jekk ma nibdluhomx l-ekonomija taghna tibqa’ fl-isqaq.
Nafu li hu sqaq li minnu jekk lill-ekonomija ma ntuhiex ftuh gdid bilfors li
trid timxi b’lura biex tohrog minnu. Spjegajt dan f’artikli ohra xhur ilu. Issa
la l-ftuh b’investimenti u inizjattivi godda u b’ristruttura serja li johloq
opportunitajiet godda ta’ xoghol ma sarx, l-ekonomija miexja b’lura. Il-qaghad
tiela’ wkoll u ser ikompli jitla’.

Il-livell tal-qaghad
Il-livell
tal-qaghad f’Malta mhux dak ta’ ekonomija li qeghda f’ricessjoni li qed tihzien
ghar-raguni ovja: ghax il-gvern u s-settur pubbliku, u sa certu punt il-privat
ukoll, jzomm in-nies jahdmu akkost li jitilfu. Fis-settur pubbliku hemm telf
kbir. It-telf tal-gvern jidher fl-izbilanc tad-deficit pubbliku. Jidher wkoll
fil-livell gholi ta’ sussidji li jinghataw lill-korporazzjonijiet pubblici u
l-habi li jsir fejn il-gvern hu fi stat ta’ monopolju. Habi ta’ nies mhux
utilizati sewwa li jirrifletti f’telf u sussidji. Izda anke fil-privat hemm
intraprizi kbar li jzommu livell gholi ta’ impjieg aktar milli jifilhu
ekonomikament ghax jew jibzghu mill-Unions jew jibzghu mill-gvern jew ghax
ghandhom monopolji fis-suq. Dejjem imbaghad jaghmel tajjeb ghaz-zejjed
il-konsumatur ghax ikollu jhallas prezzijiet ghola.

Ma rridx niftiehem
li allura n-nies ghandhom jintefghu ‘l barra. Allahares. Li qed nghid hu li
ekonomija li tahdem sewwa jkollha strutturi adatti biex l-intraprizi jahdmu
b’mod efficjenti u kompettitiv u s-suq tax-xoghol jkun flessibbli bizzejjed biex
in-nies ma jibqghux maqbuda fejn m’hemmx qliegh izda jghaddi ghall-impjieg
f’intraprizi fejn hemm il-qliegh u prospetti ta’ investimenti godda u tkabbir.
Qed nghid ukoll li billi l-gvern jghatti bl-gharbiel, kif jghidu u jahbi
l-qaghad b’daqshekk ma jfissirx li l-ekonomija qed tahdem sewwa. Dan bhal meta
ghandek it-tank tal-petrol fuq ir-reserve u l-arlogg jurik li hu full. L-iblah
joqghod fuq meter bhal dan.

Strutturi hziena
F’ekonomija efficjenti
l-gvern johloq dawk l-istrutturi biex il-haddiem jkun ‘employable’ matul
il-karriera tax-xoghol kollha tieghu. F’pajjizna dan hu possibbli. Izda mhux qed
isir. Ghax mhux qed isir qed naharbu mill-verita’. Nghattu l-ghawg bis-sussidji.
Nibzghu mill-kompetizzjoni. Il-gvern jiddejjen dejjem aktar akkost ta’ kollox.
Hekk kif l-ekonomija maqbuda fi sqaq tibda miexja b’lura bhal ma qed taghmel ta’
Malta, l-gvern jkompli jghodos fl-inkwiet. Il-Budget deficit jkompli jikber. Ma
jista’ qatt gvern ifejjaq lilu nnifsu meta l-ekonomija tkun marida. Hi biss
ekonomija b’sahhitha li tfejjaq id-deficit tal-gvern. Ekonomija f’ricessjoni
zzid l-gwaj lill-gvern u l-gwaj tal-gvern izomm l-ekonomija milli tohrog
mir-ricessjoni. Min irid ikun onest jaf li l-ekonomiji serji hekk jahdmu.

Cifri koroh
Dawk li c-cifri ekonomici jafu jaqrahom, jarawhom kollha.
Mhux jaraw ic-cifri biex ifittxu c-cejca. Le, min hu serju jarhom sewwa.
Iqabbilhom sett ma sett, u tlett xhur ma tlett xhur. Meta wiehed jistudja
c-cifri ekonomici ta’ Malta ghal dawn l-ahhar 18 –il xahar jaf li l-ekonomija
Maltija qeghda fil-gwaj. Ic-cifri nazzjonali jixhdu dan u jixduh ukoll ic-cifri
tan-negozju tal-korporazzjonijiet kemm pubblici kif ukoll privati. Jixduh
ic-cifri tal-kumpaniji privati kbar u zghar. Jixhduh il-banek kemm, is-Central
Bank kif ukoll il-Banek Kummercjali. Jixdu kull min qieghed fin-negozju, hu
x’inhu l-qasam. Jibqghu jichduh biss l-apologisti. U haga tal-ghageb kemm hawn
minnhom. Dak ghax il-paga tieghu gejja minn hawn u ahjar jintghogob. Dak li
qieghed fuq ma nafx kemm il-bord u ahjar jaghlaq halqu. L-iehor ghax gmielu
jithallas ta’ studji u rapporti. L-iehor ghax imhallas specifikament biex
jfahhar u jiftahar. L-iehor ghax jgholu l-“ispinning” is-sistema l-gdida ta’ kif
tinfluwenza lin-nies bi xejn. Izda dan kollu ma jkaddadx is-sewwa. Kif jghid
il-Malti, z-zejt dejjem jitla’ f’wicc l-ilma.

Is-sewwa
Is-sewwa hu li
l-ekonomija Maltija marida u l-medicina li titfejjaq m’hiex tinghata. L-ahhar
cifri tal-NSO juru li l-esportazzjoni kompliet nizla b’rata allarmanti.
Is-summary li qed nghati hawn ta’ dak li deher fl-ahhar rapport tal-NSO juri dan
bic-car. Esportajna anqas kwazi fis-settur kollha. Issa lanqas ghadhom iwahhlu
fl-ST Microelectronics, qiesha din l-akbar gawhra ta’ Malta, tahti tal-gwaj. Le,
issa m’hemmx aktar kwalifika. Kompliet tonqos ukoll l-importazzjoni ta’
makkinarju. Kompliet tonqos l-importazzjoni tal-materja prima u tas-semi
manifatturat li jintuza fil-produzzjoni industrijali. Kompliet tonqos ukoll
l-importazzjoni tal-prodotti tal-konsum. Naqset l-importazzjoni ghall-konsum
f’Novembru, x-xahar ta’ qabel il-Milied, meta normalmet l-importazzjoni titla’.

Fil-periklu
In-nuqqas fl-importazzjoni jirrifletti, t-tnaqqis
fl-esportazzjoni. Tonqos illum l-importazzjoni, tonqos ghada l-esportazzjoni.
Ilna sejrin hekk aktar minn sena. Tonqos l-esportazzjoni, jonqos il-qliegh minn
barra. Jonqos il-qliegh, jonqsu l-flus fl-idejn. U terga’ tonqos
l-importazzjoni. Cirku vizzjuz. Cirku perikoluz. Aktar ma jghaddu x-xhur aktar
il-krizi tikber. F’nuqqas ta’ investimenti godda u firxa gdida dinamika
fl-ekonomija d-direzzjoni tibqa’ l-istess: ‘l isfel.

L-ekonomija Maltija
llum hi f’periklu serju.

U ara ma tghidx il-verita’ ghax jghidulek
perikoluz.

 
Malta Chamber of SMEs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.