SME Chamber

Buzzieqa ta’ Dejn

Awash with debt
L-ekonomija Maltija llum pogguta fuq
buzzieqa enormi ta’ dejn. Id-dejn nazzjonali lahaq cifri li sa ftit ta’ snin ilu
kienu immaginabbli. Izda l-buzzieqa mhux biss tad-dejn nazzjonali. Il-buzzieqa
hi hafna akbar minn hekk ghaliex hi buzzieqa li tifrex u ssostni l-ekonomija ta’
Malta kollha. Bl-ingliz nghidu li Malta “is awash with debt”. Id-dejn rikibna:
negozji privati kbar u zghar, minn kull settur, korporazzjonijiet tal-gvern u
l-gvern innifsu, flimkien ma eluf kbar ta’ konsumaturi u households Maltin. Mhux
hekk jahdmu l-ekonomiji moderni hawn min jghid? Le, mhux hekk. Dejn li jirrelata
mat-tkabbir attwali tal-ekonomija ta’ pajjiz, iva. Dejn li jsostni ritmu
ekonomiku artificjali, le. It-tkattir ekonomiku jrid ikun reali u sostnut
miz-zieda fil-produttivita. Meta t-tkattir jkun sostnut biss b’estenzjoni ta’
aktar dejn dan ikun hazin. Meta l-perjodu ta’ tkattir mghobbi u mhallas bid-djun
jittawwal sena wara sena, bhal ma gara f’Malta f’dawn l-ahhar snin, il-pajjiz
jiffacja krizi li mhux facli tohrog minnha.

 


Dan hu dak li ghandna f’Malta
llum. U hi sitwazzjoni li qed tkompli tagrava. Meta l-ekonomija Maltija kienet
tidher li qed tikber, fil-fatt hafna minn dak li kien jidher bhala tkattir kien
tkattir finta, ghaliex imhallas biss mid-dejn. Jigifieri meta d-dejn ma jkunx
qed jintuza biex ihallas attivita’ ekonomika li thalli warajha aktar holqien ta’
gid, id-dejn ma jkunx ghajr johloq dehra ta’ tkattir ekonomiku. Fil-fatt jkun
johloq biss nefha. Buzzieqa.

X’inhu jigri f’pajjizna
Ha naraw sewwa
x’inhu jigri f’pajjizna. L-esportazzjoni niezla. Il-qliegh mit-turizmu niezel.
Ix-xoghol fil-Freeport qed jonqos. Il-bini ta’ Malta bhala centru finanzjarju,
waqaf. L-intraprizi barranin stabbiliti’ f’Malta mhux izzommu il-profitti li
jaqghilu hawn, f’pajjizna. Il-Maltin baqghu johorgu flushom ‘il barra u
l-kampanja tal-gvern biex dan il-vojt jimtela’ minn flus ta’ Maltin li jgibu
flushom minn barra lura f’Malta, ghad iridu inkejluha. Investiment gdid minn
barra ma jidhirx li qed jigi. Il-Prodott Gross Nazzjonali ta’ pajjizna qed
jonqos. Ilna ma naraw il-Prodott Gross Nazzjonali jonqos is-snin il-kbar.
L-istess il-Prodott Nazzjonali. Mhux biss naqas ir-ritmu tat-tkattir, l-iskuza
li sab min semma’ s-slow down, le, ghad-dirittura l-GDP u l-GNP qed jonqsu;
niezla ‘l isfel, mixjin b’lura.

Ic-cifri statistici juru li dak li
l-aktar li jghodd biex f’qasir zmien il-GDP jerga’ jibda jikber b’mod regolari
mhux hemm: m’hemmx zieda fil-materja prima’, m’hemmx zieda fis-semi
manifatturat, m’hemmx zieda fil-makkinarju u l-kapitali ghall-industrija,
m’hemmx zieda fil-booking tat-tour operators f’Malta. Jigifieri c-cifri
ppublikati mill-Ufficcju Nazzjonali tal-Istatistika qed juru dak li ilhom juru,
tlett xhur wara tlett xhur ghal tmintax – il xahar shah, tnaqqis wara tnaqqis.
Il-figuri hziena tal-lum jindikaw ir-rizultati hziena ta’ tlett xhur ohra. Ilna
issa sejrin hekk.

Negozji Maltin
L-imprendituri, l-aktar dawk li
jemmnu lil min jghidilhom li kollox sewwa u li l-fejqan qieghed wara
l-kantuniera, jibqghu ghaddejjin. Kif? Jiddejnu. Jaqghu lura fil-hlas
lill-fornituri taghhom: jigifieri jiddejnu minn ghand min jixtru. Jgebbdu aktar
id-dejn li ghandhom mal-Banek Kummercjali. Kif qal il-boss tal-HSBC, Tom Robson,
hawn min ukoll jiddisinja accounts kuluriti biex ikun jista’ jkattar il-livell
ta’ dejn mal-Banek. Hawn min ukoll jaqa’ lura fil-hlas tal-pagi. Hawn negozji
kbar u zghar li m’ghandhom l-ebda cans li jhallsu d-djun li ghandhom. Hu mirkalu
kif jirnexxielhom itellghu tant djun ma’ bank wiehed, ma bank iehor, mal-gvern,
mal-kredituri taghhom u qiesu ma jigri xejn. Nindunaw biss meta tfaqqa’ xi wahda
bhal tal-Price Club. Qiesu kullhadd rieqed. Nies jiddejnu ma’ dan, jiddejnu
mal-iehor, jiddejnu mal-banek u qieshom mhux huma. U wkoll qiesu min iddejjinhom
stordut.

Kieku dawn kienu ftit u fuq zmien qasir, kieku forsi mhux tant
problema. Aktar u aktar jekk id-dejn kollu jista’ jinfeda hekk kif progett jew
transazzjoni, hi x’inhi, titlesta u jidhlu flus godda ghal kulhadd. Izda
n-negozji li qeghdin fil-buzzieqa tad-dejn huma hafna u hafna u l-bicca l-kbira
minn negozji li qeghdin f’dan l-istat m’ghandhomx cans li jinqalghu.

Sa
ftit ilu xi negozji inqalghu ftit ghax sabu flus li qalghu extra jew ghax marru
tajjeb bil-bejgh ta’ assi li kellhom fuq l-iStock Exchange jew ghax bieghu
proprejta’ li kienu xtraw bi prezz irhis snin qabel. Illum dawn is-safety values
qed jisparrixxu. Il-valur tal-art ma baqax tiela’ kif tela’ bejn il-1991 u
l-1998. Barra minn hekk il-pizzijiet u l-imghaxxijiet tal-banek illum jikluk.
Per ezempju, art li nxtrat mitt elf lira bid-dejn sena ilu, din is-sena trid
tinbiegh Lm110,000 biex tibqa’ bl-istess prezz. Ma dan trid izzid it-taxxi.
Il-prezz f’hafna kazi mhux jitla’ biex ikopri l-imghaxx u t-taxxi. Dan barra li
s-suq mifqugh. Ghax meta hafna negozji f’daqqa jkollhom problemi, kulhadd
jfittex l-istess soluzzjonijiet. Kollha jippruvaw jtajjru l-istock li jkollhom
bl-irhis. Kollha jippruvaw jbieghu xi bicca art jew jippruvaw jwillu xi hanut
jew xi post. Meta kapital x’issarraf ma jkollokx izda, r-rizultat hu aktar dejn.
Meta n-negozju jkun hazin, issodd it-toqba ghal ftit zmien biss u wara aktar
dejn. Tonfoh dejjem aktar il-buzzieqa.

Dejn tal-familji
Illum
sfortunatament din l-istorja tad-dejn rikbet bil-kbir ukoll lil hafna familji u
households Maltin. In-numru ta’ familji Maltin midjunin wahda sewwa huwa kbir
enormi. Hafna minn dak li kien jidher bhala “boom” fis-snin disghin kien
imhallas minn consumer credit ta’ livell li Malta qatt ma rat bhalhom qabel. U
hawn gara l-istess bhal tan-negozji. Hafna household kienu ghamlu capital gains
billi raw xi shares li kellhom fuq l-iStock Exchange joghlew jew ghax bieghu xi
bicca art, jew sempliciment ghax qalghuha tajjeb b’job extra jew b’xi negozju
barra il-main job. Bhan-negozji li kienet giethom wahda tajba u kabbru ghax
hasbu li l-gid ser jibqa’ gej regolari, hafna households ukoll hasbu li
l-bonanza ser tibqa’ gejja. Meta waqfet baqghu jghixu bl-istess ritmu ta’
spejjez billi bdew jiddejnu. Hafna giethom komda li jiehdu overdraft, jhallsu
bin-nifs ghal kollox, juzaw credit cards ghal wahda, tnejn u anke tlieta.
Il-livell ta’ dejn li ghandhom illum il-Maltin privati wkoll hu l-oghola li qatt
kellna. Il-generazzjoni zghazugha b’mod partikolari drat tuza l-credit cards u
tixtri llum b’li trid taqla’ ghada. Issa l-qliegh naqas kullimkien. Issa hawn
dan il-krib kollu. Kulhadd jittama li dalwaqt ir-rota ddur u din ir-rota ma
ddurx ghax l-ekonomija Maltija qeghda fi gwaj kbir. Irid l-ewwel jissewwa l-gwaj
biex il-gid jerga’ jibda gej. Jekk le, inkomplu nonfhu l-buzzieqa
tad-dejn.

Jekk tinfaqa’
Mela, l-ekonomija kollha kemm hi qed tiddejjen
dejjem aktar ma’ barra. Ir-riservi barranin li jaghmlu tajjeb ghal dan id-dejn
dejjem nizlin. Il-gvern tal-pajjiz jahdem b’deficit, bit-telf jigfieri, u
jaghlaq il-kotba billi jiddejjen aktar. Biex jlahhaq man-nefqa pubblika li
dejjem tikber, il-gvern mhux biss jiddejjen aktar izda jintaxxa lin-nies u
lin-negozji aktar. Dawn b’anqas flus fil-but jew jonfqu anqas jew jiddejnu
aktar. Il-korporazzjonijiet tal-istat – Tarznari, Water Corporation, Enemalta,
Freeport, AirMalta, Sea Malta, nista’ nsemmihom kollha, mobbighijin tilja dejn
nobis. Il-kumpaniji privati – servizzi, hotels, fabbriki, retailers, huma aktar
iva milli le, mghobbijin bid-dejn. Maghhom issa hawn eluf kbar ta’ familji
Maltin.

L-ekonomija mhux tikber. Qed taqa’ lura u m’hemmx dehra li
tirpilja. Buzzieqa kbira. Alla jilliberana li ma tisplodiex.

Qiesna
qeghdin fuq ajruplan b’time-bomb aboard.ma nafux meta ser tisplodi.

Izda
m’hemmx recession! Skond it-text books kollha tal-ekonomija Malta hi kaz car ta’
recession ekonomika. Izda ara ma tghidx!

Issa zdid iehor li jghid li hu
perikoluz li ssemmi recession. Tal-biki!

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).