Fabian Demicoli

Mid-Duhhan ghall-Fatti

Pjan Nazzjonali
Mela issa dalwaqt ser ikollna il-Pjan
Nazzjonali tal-Izvillup. Biex Malta timxi ‘l quddiem lejn s-shubija fl-Unjoni
Ewropea Malta trid bilfors tfassal u timplimenta l-Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp.
Malta dejjem ghandha bzonn ta’ Pjan ta’ Zvilupp u meta kellha Pjan u haddmitu ma
marritx hazin. Izda imbaghad f’daqqa wahda dahlet il-mentalita’ li nistghu
nghaddu minghajr ippjanar tal-izvilupp. Ma rridx noqghod niftah u nsemmi kemm
morna tajjeb bla Pjan ta’ Zvilupp. Bizzejjed inharsu madwarna. Bizzejjed
nitkellmu ma min qieghed fl-intrapriza. Bizzejjed naqraw x’jghidu fuq pajjizna
r-rapporti li jinkitbu dwarna. Imma ejja ma nidhlux f’din il-kontroversja. Issa
li ser ikollna Pjan Nazzjonali tal-Izvilupp u jidher li la jriduha ta’ Brussels
m’hemmx aktar argument jekk il-Pjan hux mehtieg jew le. Hux ta’ min jaghmlu jew
le. Issa bdejna nahdmu fuqu. Ser ikun lest fiz-zmien li jridu Brussels. Tajjeb
jew hazin issa ta’ lanqas ser naccettaw li Pjan jaghmel sens. S’intendi jekk
ikun Pjan tajjeb. Naraw issa x’ikun dan il-Pjan.

 


Sfond
Ekonomiku
L-ewwel li jaghmel il-Pjan hu li jindika l-isfond ekonomiku. Hawn
fejn jibdew l-ewwel argumenti. Nistghu nibdew bid-duhhan li tefghalna madwarna
dan l-ahhar ta’ kollox tajjeb u kollox sejjer sewwa jew inkella nibdew b’analizi
xjentifika serja ta’ x’inhu verament jigri fl-ekonomija Maltija. Nistghu niktbu
biex nimpressjonaw lil Brussels jew inkella nghidu l-fatti kif inhuma vera. Min
ser jikteb din il-parti krucjali tal-Pjan ser jibni jew jghaxxaq kollox. Dan
l-isfond hu l-pedament li fuqu ser jinbena l-Pjan. L-istatistiki ekonomici kif
rajna dan l-ahhar b’mod partikulari tista’ taqra u tinterpreta kif trid. Ghal
Pjan Nazzjonali mod wiehed hemm kif tinterpreta dak sewwa. Jekk
l-interpretazzjoni tkun politika ghax min jikteb din il-parti jibza’ jpoggi
jdejh fuq il-feriti minhabba l-impatt politiku li jista’ jkollu dak li jghid
ghax jista’ jikkontradixxi bil-kbir dak li ilhom jghidu certi professuri
tal-ekonomija, allura nistghu nieqfu hawn. Ghax l-isfond korrett jwassal
ghall-indikazzjoni ta’ dak li jrid isir. Sfond propogandistiku u zbaljat
jgharraq kollox u jkun jiswa’ lil Malta hsara bla qies u telf ta’ miljuni ta’
liri f’assistenza li forsi b’xi mod inkunu nistghu nigbdu lejn Malta. Din
l-analizi ghalhekk m’ghandiex issir mill-impjegati tal-gvern. Mhux ghax m’hemmx
min hu kapaci. Izda ghax naf b’esperjenza qarsa li dan aktar iva milli le
jaghmlu li jkun “prudentement” mehtieg.

Prioritajiet u
Strategiji
Mill-Isfond Ekonomiku johorgu l-iStrategija u l-Prijoritajiet li
fuqu jkun imsejjah il-pjan li ghandu jkopri medda ta’ mill-anqas 4
snin.

Dawn il-prioritajiet ikunu jinkludu policies li jsahhu dak li hu
tajjeb fl-ekonomija Maltija u jeliminaw jew jghelbu d-djufijiet tal-ekonomija u
jindirizzaw problemi bhal:

 Il-kordinament ta’ macro economic policies –
jigifieri ko-ordinament tal-istrategjia kollha ekonomika tal-gvern


Programm ta’ investiment li jsahhah l-istruttura ekonomika u socjali


Programm biex tkun assigurata firxa ahjar tal-investiment fl-oqsma kollha u fuq
iz-zoni kollha tal-gzejjer Maltin.

 Programm ta’ zvilupp edukattiv u ta’
tahrig li jizguraw li l-labour market jghati n-nies bil-kwalifiki adatti
ghat-twettiq tal-istrategija tal-pjan.

 Programm li jolqot b’kull mezz
il-promozjoni ta’ socjeta’ inkluziva immirata biex hadd ma jintrema u tinqabad
is-socjeta kollha fix-xibka tal-izvilupp.

Infrastruttura
Il-Pjan
jindika bid-dettal x’jehtieg isir biex l-infrastruttra ekonomika, socjali u
civili tizgura li Malta jkollha l-potenzjal li tigbed investiment dirett ta’
kwalita’ u li tkun kapaci ssostni ekonomija b’sahhitha b’kompetizzjoni diretta
bla protezzjoni. Din m’hiex facli. Fil-kaz taghna din bilfors trid titfassal bi
pjan miftiehem bejn l-imsiehba socjali kollha: gvern, business u c-civil
society. Ghandna l-anqas biss bdejna nibnuh bis-serjeta’ dan il-kuncett izda
l-kitba tal-Pjan diga’ qed issir, tafux.

Firxa Regjonali
Il-Pjan jkun
irid ukoll jaghti kaz u jippjana sew l-izvilupp tar-regjuni ta’ Malta. Anke jekk
il-gzejjer Maltin huma zghar izda issa rridu nippjanaw b’mod li l-attivita’
ekonomika u specjalizata tinfirex sew bejn Malta kollha inkluzi Ghawdex. Dan
ghall-pajjiz zghir bhal Malta hu mportanti biex ikun assigurat li l-potenzjal
tal-pajjiz kollu jkun taht il-mira tal-izvilupp.

Rizorsi Umani
Din hi
l-parti tal-pjan li tikkoncerna dak li jrid isir biex ir-rizors uman Malti u
Ghawdxi jkun zviluppat sewwa. Dan ghaliex dan hu l-ikbar rizors li ghandna Malta
u pajjizna ma jistax jilhaq livell ta’ ghixien komparabbli sewwa mal-kumplament
tal-Ewropa jekk ir-rizors uman Malti ma jkunx tal-ghola livell u ma jkollniex
partecipazzjoni akbar ta’ nies fil-kamp tax-xoghol. Il-proporzjoni ta’ nies
jahdmu llum hu baxx b’paragun ta’ dak li hu mehtieg biex l-istandard of living
taghna jibqa’ joghla. Il-kwalita’ tar-risors uman taghna wkoll fil-bicca l-kbira
ghadu taht dak li jrid jkollna jekk irridu nikkompetu. Min din il-problema mhux
qed jara, nibza’ li ghadu lanqas beda jifhem x’ghandna hazin
f’Malta.

Programmi ghaz-Zieda fil-Produttivita’
Il-Pjan bilfors li
jrid jindirizza din il-problema u jfassal dawk l-iskemi u mizuri ta’ incentivi u
operattivi biex il-produttivita’ f’pajjizna toghla. Jghidu x’jghidu l-professuri
li jghidu li kollox sewwa, f’Malta ghandna problema ser?a ta’ produttivita’.
Jekk mhux ser nindirizzawha fis-snin li gejjin nibqghu naqghu lura
fl-esportazzjoni, nibqghu naqghu lura fit-turizmu, nibqghu bid-deficit
fil-budget u nibqghu nonfhu d-dejn nazzjonali. Is-salvazzjoni hi wahda; rridu
nziedu bil-kbir il-produttivita’ ta’ pajjizna. Kull zieda fil-qliegh ta’ kulhadd
trid tigi miz-zieda fil-produttivita u mhux zieda artificjali imposta b’xi ligi
jew bis-sahha.

Ghalhekk tant naqbel ma Pjan Nazzjonali ta’ Zvilupp
serju. Ghax dak li haddiehor ma jridx jammetti u li ilhom jargumentaw dwarhom
bla waqfien issa jew jammettuh jew jaghmlu froga. L-istess ghall-imsiehba
socjali. Issa min iqum u jorqod jghid viva l-Ewropa, issa jrid ixammar. Il-qofol
tas-success ta’ Malta fl-Ewropa huwa t-tkattir bil-kbir u fi zmien qasir u skond
pjan onest u mfassal tajjeb, tal-produttivita’ tal-Maltin u l-Ghawdxin f’kull
qasam. Jigu l-flus minn barra wkoll, mela le, izda jekk inxammru bis-serjeta’,
nammettu d-djufijiet taghna, u nintrabtu bejnietna, l-ewwel, imbaghad ma
Brussels, li dak li ghandu jsir ser naghmluh. U mhux bil-paroli. Izda skond Pjan
li ahna nfasslu u nifthemu dwaru u li huma japprovawh.

J’Alla.

 

What we can do for you

INFORMATION POINT

BUSINESS SERVICES

MEMBERSHIP BENEFITS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

B2B NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

FUNDING ASSISTANCE

COURSES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).