Il-GRTU tinnota b’dispjacir li waqt li l-kummercjanti u l-esportaturi Maltin ghadhom ihallsu tariffi esagerati ghall- hrug u dhul ta containers mill-portijiet Maltin bi sfida ghall-weghdi kollha li ilhom isiru s-snin li dawn it-tariffi ser jonqsu, min hu responsabbli ghadu lanqas biss beda jifhem x’suppost kellu jaghmel. Ic-Chairman tal-Malta Maritime Authority Dr. Marc Bonello, li huwa il-bniedem inkarigat mir-Riforma li l-Gvern ikkommetta li jwettaq fil-Portijiet Maltin biex jaghmilhom irhas ghall-kummercjanti u esportaturi u aktar efficjenti, jghid li it-tariffi qed jonqsu meta fil-fatt qed jgholew. Issa Dr. Bonello qed jahseb li t-tariffi qed jgholluhom l-Burdnara( Cargo Hauliers). Din mhux biss hi hrafa izda wkoll turi debolezza kbira minn naha ta’ Dr. Bonello dwar il-fatti veri dwar it-tariffi tal-portijiet.
Il-GRTU tinnota b’dispjacir li waqt li l-kummercjanti u l-esportaturi Maltin ghadhom ihallsu tariffi esagerati ghall- hrug u dhul ta containers mill-portijiet Maltin bi sfida ghall-weghdi kollha li ilhom isiru s-snin li dawn it-tariffi ser jonqsu, min hu responsabbli ghadu lanqas biss beda jifhem x’suppost kellu jaghmel. Ic-Chairman tal-Malta Maritime Authority Dr. Marc Bonello, li huwa il-bniedem inkarigat mir-Riforma li l-Gvern ikkommetta li jwettaq fil-Portijiet Maltin biex jaghmilhom irhas ghall-kummercjanti u esportaturi u aktar efficjenti, jghid li it-tariffi qed jonqsu meta fil-fatt qed jgholew. Issa Dr. Bonello qed jahseb li t-tariffi qed jgholluhom l-Burdnara( Cargo Hauliers). Din mhux biss hi hrafa izda wkoll turi debolezza kbira minn naha ta’ Dr. Bonello dwar il-fatti veri dwar it-tariffi tal-portijiet.
Kull min hu midhla tal-Freeport jaf li n-negozjanti Maltin ilhom ghomor ihallsu, bil-fors, kontribuzzjoni qawwija ghall-iskema tal-pensjonijiet tal-haddiema tax-xatt stevedores u li ilhom ghomor ihallsu ghall-profitti esagerati li l-Cargo Handling ghamlet bla skruplu ta’ xejn u bla kontroll ta’ hadd min fuq it-traffiku kollu ta containers ghas-suq lokali li jaghddi mil-Freeport. Fil-Fond tal-Penzjonijiet tal-haddiema tax-xatt illum hemm Lm10 miljuni kollha mhallsa min-negozjanti Maltin, il-bicca l-kbira minn fuq it-tariffi ta’ containers li jghaddu mill-Freeport. Kulhadd stenna li bir-Riforma fl-ahhar it-tariffi esagerati li kienu qed jithallsu ghax-xoghol tal-Freeport kienu ser jonqsu drastikament.
Meta c-Chairman tal-Malta Maritime Authority u z-zewg esperti li ghandu mieghu nnegozjaw it-tariffi il-godda li ddahhlu fis-sehh fil-Freeport mill- 1 ta’ Lulju 2006, il-GRTU ppredendiet li jkunu, nnegozjati mill-gdid it-tariffi kollha biex waqt li jinatgha dak li hu gust u dovut lill-haddiema tax-xatt (stevedores) issa li l-fond tal-penzjoni taghhom hi l-aktar fond ta’ penzjoni sinjura f’ Malta, il-hlasijiet zejda mghobbija fuq il-kummercjanti jonqsu drastikament. Il-GRTU kienet tippretendi li la spiccat l-Cargo Handling il-profitti kbar li din il-kumpanija kienet taghmel mill-Freeport illum mhux jghaddi b’rigal fis-sena lill-Freeport, izda jitnehhew ghall-kollox u jitgawdew min-negozjanti Maltin bhala tnaqqis drastiku fit-tariffi tal-Freeport. In-negozjanti izda gew imqarqa u minflok dawn il-profitti jinghataw lill-Freeport.
Kieku Dr. Bonello u l-Kumitat tieghu kienu kapaci jinnegozjaw dak li n-negozjanti Maltin ippretendew minnhom kieku it-tariffi tal-Freeport illum naqsu ta l-anqas b’35% u xorta wahda l-haddiema tax-xatt u l-Freeport kienu jkunu hadu prezz gust. Minflokk in-negozjanti Maltin illum qed ihallsu tariffi ghola milli kienu jhallsu qabel. Affarjiet li ma jitwemnux!
U Dr. Bonello ghajjar l-GRTU li ma tafx taghmel is-somom. Il-GRTU is-somom taf taghmilhom. Il-GRTU tippretendi li s-somom taf taghmilhom wkoll il-Kamra tal-Kummerc u l-FOI. Izda dawn minflokk li indunaw minn kmieni il-passata li kienu qed jghadduhom dwar it-tariffi portwali, qaghdu fuq l-weghdiet fierha ta min mhux kapaci jinnegozja u flok support lil GRTU, hargu jajru lil GRTU.
In-negozjant Malti ghandu dritt ikun jaf il-fatti. In-negozjant Malti ghandu dritt jitlob lil Dr. Bonello, bhala l-ghassies pubbliku tieghu, biex jippublika it-tariffi kollha, linja b’linja, biex kullhadd ikun jaf, lira b’lira, fejn qed immorru l-hlasijiet li jsiru lil portijiet. Mhux gust li waqt li n-negozjanti Maltin jistinkaw kontinwament biex ifendu u jhaddmu l-eluf ta’ Maltin maghhom, haddiehor ippapija minn fuq dahrhom u r-Regolatur Pubbliku, li suppost jaqbez ghalihom, mhawwad u jhawwad.
Il-GRTU mhux ser titlaqha din il-kwistjoni. Il-Burdnara setghu ghamlu bhal haddiehor ghollew it-tariffi taghhom u hallew kollox ghaddej. Taht id-direzzjoni tal-GRTU izda l-burdnara ma ghamlux hekk.
Il-fatti juru li l-burdnara, la llum u lanqas qatt ma ggieldu biex jghollu it-tariffi taghhom. L-argumenti tal-burdnara dejjem kienu biex l-awtoritajiet ma jkomplux jabbulhom pizijiet u xkiel zejjed biex huma jkunu jistghu jaghtu servizz ahjar lil kummercjanti u esportaturi Maltin u bl-inqas prezz. Il-kwistjoni tal-lum dwar l-officju fid-Dwana fix-xatt il-Blet flo Kalafrana, mhiex ghajr sforz iehor mil-Burdnara biex ma jhallux lill-min, ghax-xehha jibqa jghabbi fuq dhar il-Burdnara u jtelfilhom l-efficjenza ta’ xogholhom.
In-negozjanti serji dan kollha jafuh. Il-GRTU ma tistenniex grazzi talli wahedha qed tissielet kontra l-imposizzjoni li n-negozjant qed isoffri mill-awtoriatjiet tal-Portijiet Maltin. Il-GRTU izda tippretendi li ohrajn li jitkellem ghan-negozji jerfghu wkoll ir-responsabbilita’ taghhhom. Issa wara l-Freeport diga beda jberraq dwar it-tariffi tal-Port l-Kbir.
Il-GRTU illum tistenna li l-Prim Ministru jwaqqaf Kumitat ta Esperti biex jinvestiga bis-serjeta’ dak li qed isir dwar it-tariffi tal-Portijiet ghax il-fatti li qed jghaddulu huma zbaljati u ghal dawn l-izbalji kollha qed ihallas il-kummercjant u finalment il-konsumatur Malti. In-Negozjanti Maltin jistennew azzjoni u mhux weghdi fierha.