Il-GRTU tinnota b’sodisfazzjon li l-Gvern beda jiccaqlaq b’mod affettiv fuq il-hlasijiet li n-negozjanti jridu bil-fors jaghmlu ghall-hrug u dhul ta containers fil-portijiet Maltin. Dak li kien thabbar fit-28 ta’ Gunju 2006 mill-Malta Maritime Authority u li kien ipprezentat bhala rohs fit-tarriffi Portwali ma kienx rohs xejn. L-MMA qatt ma kellha titkellem qabel ma negozjat, ma kulhadd, pakkett shih li kien ifisser rohs bis-serjeta ghall-hrug u dhul ta’ containers.
Il-GRTU tinnota b’sodisfazzjon li l-Gvern beda jiccaqlaq b’mod affettiv fuq il-hlasijiet li n-negozjanti jridu bil-fors jaghmlu ghall-hrug u dhul ta containers fil-portijiet Maltin. Dak li kien thabbar fit-28 ta’ Gunju 2006 mill-Malta Maritime Authority u li kien ipprezentat bhala rohs fit-tarriffi Portwali ma kienx rohs xejn. L-MMA qatt ma kellha titkellem qabel ma negozjat, ma kulhadd, pakkett shih li kien ifisser rohs bis-serjeta ghall-hrug u dhul ta’ containers.
Minflok, l-MMA ghazlet takkuza lil min ikkritikha li huma kontra r-riforma tal-portijiet. Min hu qrib l-portijiet u l-MMA innifisha jaf li l-GRTU dejjem kienet favur ir-riforma. Ir-riformi izda kellha tolqot il-hlasijiet zejda tal-privleggati u l-monopolji li jiddominaw ix-xoghol tal-portijiet.
Minflok gara hekk izda gew attakkati l-burdnara u l-agenti tal-vapuri li bejniethom ihaddmu aktar minn 1,500 ruh u li bejniethom ghandhom investimenti li jqumu il-miljuni tal-liri u huma kollha privati.
Il-Burdnara ghandhom is-support tal-kummercjanti u esportaturi kollha ghax dawn kollha jafu li fost il-burdnara m’hemm l-ebda kartell, anzi hemm kompetizzjoni sfrenata ta’ min jghati l-aqwa servizz bl-ahjar ingenji u trakkijiet u bl-inqas prezzijiet. Ir-Riforma kellha taffetwa l-ineficjenzi kbar li gabu l-port il-kbir fil-faqar ta investiment li waqa’ fih illum u lil dawk li bla ma jinvesta xejn hobzhom dejjem mahbus.
Issa, fl-ahhar, wara l-azzjoni tal-GRTU, r-rati bdew nezlin. Bdew nezlin mir-rati gholjin li l-negozjanti kellhom ihallsu sa mill- 1 ta’ Lulju 2006. Ir-rati li qed jithallsu llum ghall-Freeport izda xorta wahda ghandhom gholjin b’ 5% aktar fuq containers tal-20 pied u b’8% aktar fuq container tal-40 pied. L-GRTU ghalhekk ghadha tippressa lil-Gvern biex jisgura li jkun hemm tnaqqis aktar.
Il-GRTU tawgura li n-negozjati li l-Gvern ghad ghandu mal-kuntrattur il-gdid tal-Port il-Kbir u mal-Freeport jgib tnaqqis aktar, Riforma li twassal biss ghal zidiet fl-ispejjez tan-negozjanti biex min hu komdu jibqa’ komdu, mhi riforma xejn.
Dwar l-Freeport l-GRTU issa waslet qrib ghal arrangament ahhari dwar kif ser jiffunzjona l-Ufficju tal-Hlas fid-Dwana fix-Xatt tal- Belt u dwar arrangamenti ohra li jiffacilitaw ix-xoghol tal-burdnara. Hu ttamat li jkun hemm konkluzjoni dwar dan sal-gimgha id-diehla.
Il-GRTU tiddikjara pubblikament li ma taqbel xejn ma dawk li jghidu li jirraprezentaw lil kummerc u l-industrija izda jridu jgibu l-bidliet bil-paroli biss u billi jikkritikaw, flok li jsostnu, lil min, bhall GRTU, jiehu azzjoni bis-serjeta favur il-bidla.
Il-GRTU tibqa issostni li jekk ma ssehhx il-bidla vera li ssarraf f’ tnaqqis vizibbli fir-rati tal-hlasijiet li jaghmlu l-kummercjanti ghas-servizzi portwali, il- GRTU tkun lesta, terga tiehu azzjoni.
Ghax bid-dgergir biss f’Malta ma tasalx.