Il-GRTU llum laqqet lill-operaturi turistici mill-inhawi tal-Qawra, Bugibba u San Pawl l-Bahar, kemm sidien ta’ hwienet u ta’ bars u restaurants, kif ukoll ohrajn bl-istabbilimenti f’dawn iz-zoni. Id-Direttur Generali tal-GRTU spjega x’inhuma r-regolamenti l-godda li issa bdew jikkontrollaw l-operaturi tat-Time Share. Huwa enfasizza li l-GRTU temmen bi shih, fl-importanza tat-Time Share ghall- industrija 0tat-Turizmu ta’ Malta; izda temmen ukoll li ghandhom jinqatghu l-abbuzi kollha ta’ dawk li b’emilhom qed ihammgu l-isem ta’ din l-industrija, idejqu lit-turisti u jaghmlu hsara lill-istabillimenti fiz-zoni turistici.

Is-sistema ta’ regolamenti godda li hadmet bi shih fuqha l-GRTU, hija bbazata fuq sistema ta’ garanziji bankarji ghal kull individwu li ser ikun llicenzjat biex ibieh it-Time Share. Kull bejjiegh tat-Time Share (OPC) issa ser ikollu Tag li tidentifika li mhux biss min hu u li hu llicenzjat, izda wkoll ma’ liema Time Share u nnagat.
Ir-regolamenti l-godda wkoll jimponu regolamenti stretti dwar l-imgieba ta’ dawn l-bejjiegha bil-ghan car li filwaqt li jkun issalvagwardjat l-ghixien ta’ l-OPC professjonali u ta’ l-affari tieghu, jinqatghu mit-toroq dawk li jiehdu dan ix-xoghol bhala xi haga temporanja minghajr ma jimpurthom xejn mil-hsara li jaghmlu bil-guffagni ta’ emilhom.
Is-sistema l-gdida issa tista’ tithaddem u tkun infurzata. Il-GRTU appuntat rapprezentanti fit-toroq ewlenin ta’ Bugibba, l-Qawra u San Pawl l-Bahar, biex dawn jizguraw li l-Enforcement isir. Ir-responsabilita’ shiha issa hija tac-Chief Enforcement Officer, tal-Ministeru tat-Turizmu, u l-Malta Tourism Authority u n-nies tieghu. Dawn issa m’ghandhom l-ebda skuza li r-regolamenti mhumiex enforceable. M’ghandhom l-ebda skuza li l-affarjiet issa m’ghadhomx isiru sewwa.
Il-GRTU tappella lil Ministeru tat-Turizmu li jizgura li min hu responsabbli, issa ghandu jaghmel dmiru u jisgura li t-Time Share f’ Malta jirbah lura r-rispett li l-industrija serja jixirqilha.