Kemm hi marida Malta?


 

Pat Cox
Ftit huma dawk , hu x’inhu l-kulur politiku
taghhom, li ma jammettux li Malta hi marida. Meta smajt lil Pat Cox, President
tal-Parlament Ewropej jghid kemm kienet marida l-Irlanda qabel ma dahlet
fl-Unjoni Ewropea, tbissimt ghax dan hu paragun li jghodd ghal Malta illum. Li
ma kienx jghodd hu l-paragun tal-Irlanda mill-indipendenza taghha fl-1922 sa ma
dahlet fl-Ewropa Maghquda. Pat Cox irrefera ghall-Irlanda bhala l-pajjiz fi stat
ta’ neokolonjalizmu, ghal kollox dipendenti fuq l-Ingilterra u b’ekonomija
daghjfa, qaghad gholi u b’investiment baxx. Irrefera ghal Irlanda bhala pajjiz
fi stat permanenti ta’ stagnar. Dan meta l-Irlanda indipendenti kienet immexxija
mill-Irlandizi wahedhom, rajhom f’idejhom.




Dan il-paragun ghal Malta ma
jghoddx. Malta ilha sa mill-1979 ma tkun b’xi mod fi stat ta’ neokolonjalizmu.
Malta rajha f’idejha marret tajjeb. Qatt fl-istorja ta’ Malta, l-Maltin ma kienu
tant komdi f’pajjizhom daqs kemm ilhom minn meta hadu rajhom f’idejhom. Dan hu
fatt li ma jista’ jinnegah hadd. Malta hlief ghas-sena l-ohra, prattikament
dejjem irnexxiela tkabbar il-prodott gross nazzjonali taghha u meta l-pajjiz
sofra rati ta’ qaghad qawwija, dan gara waqt li kien qed jinghalaq l-bazi
militari Ingliza f’Malta, u f’perjodu meta d-dinja ta’ madwarna kienet
f’ricessjoni u f’pajjizna infligna fi glied politiku intern li kien qed jiflina.
Bhala ekonomija izda Malta issa mill-Indipendenza ‘l hawn imdorrija b’perjodu
twil ta’ tkattir ekonomiku fejn il-gid kien qed jikber u jinhass u l-poplu Malti
kien qed ihossu.

Ristruttura
L-istramberija hi li Malta qiesu li bdiet
ghan-nizla hekk kif bdiet taqdef lejn l-Ewropa. Jien ma nghidx li hemm rabta ma
dan. Ghax effettivament li tipprepara ghal Ewropa jfisser li tirristruttura
l-ekonomija biex din tkun aktar libera li tikkompeti fi swieq mondjali. Ma
naqbel xejn ma dawk li jghidu li ghax tilliberaliza taqa’ lura. Ekonomikament
dan mhux veru. Izda l-verita’ hi li l-ekonomija f’dawn l-ahhar snin bdiet miexja
bir-reverse u r-ristruttura ekonomika ftit li xejn qed tirnexxi. Jidher
jigifieri li l-ekonomija mhux qed tkun amministrata sewwa u qed jehel il-process
tal-liberalizazzjoni ghall-istaggnar dovut ghall-amministrazzjoni hazina
tal-ekonomija.

Fejn ir-ristrutturar qed jahdem qed tahdem bl-isforz
tal-privat fejn il-proprjetarji raw l-opportunitajiet u investew bil-kbir bhal
ma ghamlu tal-ST Microelectronics, tad-Dowty u tan-Denim. Hemm numru iehor ta’
industriji li wkoll, bla daqq ta’ trombi, irristrutturaw u qed jaqdfu ‘il
quddiem. Sar ukoll hafna ristrutturar u ri-investment fis-settur tat-turizmu u
fis-setturi finanzjarji u kummercjali. Izda kwazi xejn min dan kollu ma sar
minhabba d-dhul ta’ xi regolamenti godda. Dawn huma settur fejn is-sidien ma
qaghdux jistennew lill-gvern jiccaqlaq. L-istandards ghollew bla htiega ta’
ligijiet ghax is-suq taghhom hekk instighom li jaghmlu. Fis-settur tat-turizmu
l-assistenzi governattivi ma jezistux u l-ligijiet huma prattikament li huma.
F’dan is-settur l-isforzi huma kwazi kollha tal-privat. Fis-settur kummercjali
l-istess. L-investimenti l-godda zgur li ma kienux instigati min xi IPSE jew xi
METCO jew xi MDC. L-istess ghal investiment il-gdid li sar f’dawn l-ahhar snin
fis-settur tal-kostruzzjoni u tas-servizzi. L-investiment hu kollu privat u sar
bla ghajnuna ta’ hadd. Jigifieri l-ekonomija Maltija zammet ritmu qawwi ta’
zvilupp bla ghajnuna. Dan waqt li kienu qed jiddahhlu hafna tibdiliet
fil-pajjiz. Is-settur privat zamm ir-ritmu tal-investiment ghal hafna snin u
baqa’ jzied l-impjiegi anke kontra t-tfixkiel.

Min waqqana lura
Li
waqqa’ l-ekonomija tal-pajjiz lura hu s-settur pubbliku. In-nefqa pubblika
baqghet tikber. Biex il-gvern ilahhaq man-nefqa beda dejjem jghabbi aktar
pizijiet u taxxi u jissikka fuq min m’ghandux inaffar – fuq l-investituri u fuq
is-settur privat. Ir-ristrutturar li hadmet fil-pajjiz hi r-ristrutturar
tas-settur privat. Mhux vera li r-ristrutturar f’Malta u “public sector led” kif
imorru jghidu fi Brussels. Il-privat mexxa wahdu “in spite of them”. Baqa’ hafna
u hafna xi jsir fil-privat, izda bidla saret u saret bidla li swiet il-miljuni
kbar ta’ liri.

Izda l-gvern x’ghamel? Kemm bis-serjeta’ irristruttura
s-settur pubbliku biex dan ikattar il-produttivita’, jsir anqas dipendenti fuq
is-sussidji u fuq id-deficit finanazjarju u jillibera r-rizorsi biex dawn
jithaddmu b’aktar profitabilita’ band’ohra? Dan hu settur li jekk Malta tidhol
fl-Unjoni Ewropea ser ikollu bilfors jirristruttura bil-kbir u b’pass mghaggel u
that id-direzzjoni tla-penalitajiet imposti minn Brussels.

Sar, mhux ma
sarx bdiel fis-settur pubbliku. Jekk wiehed ihares lejn ic-Civil illum zgur li
jara hafna tibdiel. Il-mistoqsija hi kemm minn dan it-tibdeil kien
cost-effective. Kemm mill-positjiet kollha li nholqu, l-Awtoritajiet kollha li
twaqqfu, l-istudji kollha li saru, u l-investimenti kollha li saru f’apparat,
kien fil-fatt ippjanat b’sens ta’ entrepreneurship? Kemm minnu sar b’fantasia u
mhux bi xjenza?

Il-Gwaj li jmarrad
Dan hu paragun li jrid isir ma
l-Irlanda. Il-bidla kbira li rat l-Irlanda ma kinitx meta dahhlet fl-Unjoni
Ewropea. Fl-ewwel 10 snin tas-shubija infatti l-Irlanda tkarkar baqghet.
L-Irlanda ingabret meta identifikat il-mard li kellha: dipendenza fuq suq
wiehed, tahrig tan-nies tax-xoghol fjakk; settur pubbliku kbir u ma jrendiex;
deficit pubblici li dejjem jikbru, nefqa pubblika iddettata minn nies li mohhhom
biex jibqghu komdi huma u ma jimpurtahhomx mill-impatt ekonomiku ta’ dan
il-pajjiz kollu; abbuzi mis-sistema tal-welfare; nuqqas kbir ta’ investiment;
qaghad mghola s-smewwiet li baqa’ wkoll f’livelli gholjin sa 20 sena wara li
l-Irlanda dahlet fl-Unjoni Erwopea; riservi nazzjonali dejjem nizlin;
inflazzjoni qawwija u lira Irlandiza b’valur dejjem jitmermer. Dan il-mard kollu
gab l-Irlanda fi gwaj kbir. Gwaj li waqghet fih l-Irlanda minhabba
amministrazzjoni hazina tal-ekonomija Irlandiza mill-gvernijiet Irlandizi li
aktar kien mohhhom f’li jithabbu milli jamministraw sewwa.

Kienu hawn li
t-Trade Unions u l-Employers Associations stembhu u ghamlu Patt Nazzjonali
mal-gvern biex flimkien ifejqu lill-pajjizhom. Meta ftehmu bejniethom, l-Unjoni
Ewropea sabuha warajhom. Mhux l-Ewropa qajmithom. L-Irlandizi stembhu b’tisbita.
Dawru r-rotta huma u s-sistemi tal-Unjoni Ewropea sabuhom ta’ ghajnuna kbira.
Is-sidien u l-haddiema flimkien zguraw li l-vantagg ta’ suq wiehed kbir ewropej
li fethilhom quddiemhom l-Kummissjoni Ewropea jitgawda. Jitgawda wara li
f’sagrificcji kbar u b’ristrutturar bis-serjeta’ l-Irlanda saret kompetittiva.
Meta saret kompetittiva, gawdiet bil-kbir mill-fondi tal-Unjoni Ewropea
ghat-tahrig, ghar-ristrutturar, ghall-izvilupp ta’ kull qasam industrijali,
agrikoltura, sajd u turizmu. Pat Cox u l-Irlandizi jaghmlu sew li llum jiftahru
u jkunu kburin bl-investiment li gabu lejn pajjizhom, l-aktar mill-Amerika u
wkoll mill-Asja biex ippenetraw bil-kbir fis-swieq ewropej u mondjali. Tajba
l-lezzjoni tal-Irlanda ghaliex il-Maltin mela le, izda mhux kif ikwadra Pat
Cox.

Pjan ta’ salvazzjoni nazzjonali
Il-paragun ma’ Malta jkun jista’
jsir biss meta Malta wkoll tirrikonoxxi l-mard li ghandha u l-partijiet socjali
kollha – gvern, sidien, haddiema u socjeta’ civili – jfasslu u jintrabbtu ma
Pjan ta’ Salvazzjoni Nazzjonali. Flimkien imbaghad niddeciedu xi jrid isir u hux
ahjar li l-pjan inhaddmuh bl-ghajnuna ta’ fondi li jistghu jigu wara shubija
fl-Unjoni Ewropea jew jekk hux mod iehor. L-ghazla dwar l-Ewropa ghandha tkun
l-ghazla ta’ liema hi l-ahjar ghodda biex il-Pjan ta’ Salvazzjoni jirnexxi. Izda
biex naqblu fuq Pjan u wara fuq l-ghodda biex twettqu, irridu l-ewwelnett naqblu
li Malta marida.

Ir-radd tas-salib hu li l-kbarat ta’ dan il-pajjiz
jammettu li Malta ghandha bzonn Pjan ta’ Salvazzjoni. Mhux Pjan ta’ Zvilupp biex
nidhlu fl-Unjoni Ewropea bhal ma qed ifassal il-gvern. Izda dokument serju
maqbul bejn kulhadd. Fuq dan haqqu qed jahdem il-President ta’ Malta la l-gvern
qiesu mhux konvint. Kemm hi marida Malta jixhduh il-figuri. Kemm ahna b’sahhitna
li bla bidliet serji nfiequ wahedna jixhduh ukoll il-fatti.

Produzzjoni
Nazzjonali
Il-fatti huma li Malta m’hiex tikkompeti bizzejjed fl-oqsma
l-aktar importanti li jsostnu l-ekonomija taghna llum – industrija, turizmu,
tarznari, freeport, settur finanzjarju, kummerc, biedja – u dan ghaliex? Ghaliex
hafna mir-rizorsi limitati li ghandna huma maqbuda f’xoghol li ma jrendiex. Biex
insostnu l-ineficenzi qed incahhdu l-efficenti milli jkollhom l-fondi u
r-rizorsi biex nespandu. Ghalhekk din il-krizi kollha ta’ eluf ta’ negozji xotti
mill-kapital. Qed nghabbu lill-pajjiz b’pizjiet li biex insostnuhom qed ikollna
niddejnu dejjem aktar. B’dejn u b’infieq mhux mahsub il-pjaga dejjem miftuha.
Ir-rizultat hu li fondi bizzejjed biex niehdu hsieb lill-pajjizna m’ghandniex.
Ghalhekk tant toroq imkissrin; problemi tal-maghtab u tal-ambjent ma nsolvuhomx;
ghalhekk il-problemi tal-isptarijiet; tal-iskejjel; tal-penzjonijiet u t-telqa
generali fil-pajjiz kollu. Ghax meta l-mutur ekonomiku mhux f’siktu m’hemmx
x’jaghmel tajjeb biex il-pajjiz jintrefa’.

Jekk pajjizna ma jintrefax
fid-dehra generali tieghu jkun inutli li nonfqu l-miljuni fi propoganda
turistika. U t-turizmu hu l-akbar industrija li ghandna – the goose that lays
the golden eggs – kif jghidu l-Inglizi. Malta biex tfieq trid bilfors issir
aktar kompetittiva u tgholli bil-kbir l-produttivita’ nazzjonali taghha. M’hemmx
triq ohra.

Malta marida? U kemm hi marida? Inharsu madwarna
ghar-risposta. Tista’ titfejjaq? Dan zgur li tista’. Min ser ifejjaqha?

Ahna u hadd aktar.

 

Ewropa si Ewropa no


ProtezzjoniFl-Unjoni Ewropea ftit jezistu ligijiet li
jipprotegu lis-self employed. Pero’ t-tendeza llum hi li l-Kummissjoni Ewropea u
l-gvernijiet tal-pajjizi msiehba jiehdu bis-serjeta’ t-twettieq ta’ programmi li
jagevolaw lis-self employed u lin-negozji z-zghar. Bhal ma gara f’Malta f’dawn
l-ahhar snin, kulhadd dahhal f’halqu l-kelma SME – Small and Medium Enterprises
– u SME tiela u SME niezla. Izda hafna paroli u fatti baqa’ ma sar kwazi xejn.
Bhal f’Malta. Paroli tal-Ministri kkoncernati u tal-istituzzjonijiet imhallsa bi
flus pubblici, izda fatti ftit li xejn.


 



Issa l-folja donna li qed
tinbidel u l-intraprizi zghar u self employed ewropej saru aktar mportanti.
Il-Prim Ministri tal-Ewropa maghquda f’Lisbona f’Gunju tas-sena 2000 halfu li
jtellghu lill-UE u l-pajjizi membri taghha fil-quccata tal-lista tar-regjuni
bl-aktar rata ta’ zvilupp mghaggel fid-dinja. Il-Prim Ministri identifikaw numru
ta’ azzjonijiet li riedu jiehdu biex jaslu ghal dan il-ghan. S’intendi biex
jiddentifikaw l-ghodod li jridu jhaddmu biex jilhqu l-ghan taghhom bilfors li
riedu jharsu lejn l-USA. L-Amerika hi l-pilastru ewlieni tal-ekonomiji imhaddma
fuq il-principji tas-suq hieles.

Principji Ekonomici
Il-Prim Ministru
taghna, Dr. Eddie Fenech Adami, jhobb jirrepeti ghall-widnejn tal-Maltin li
fl-ekonomija jifhmu ftit li xejn, t-teoriji tieghu ta’ “social market economy”.
Din m’hi teorija ekonomika xejn: din hi slogan politiku u xejn aktar. Il-verita’
hi li l-principji tal-ekonomija huma dawk li huma u bazikament huma dawk li
elenka l-fundatur tal-kitba ekonomika l-illustri Adam Smith: is-suq isuq; fejn
m’hemmx domandi ghall-prodott u ghas-servizz m’hemmx xoghol; l-incentiva tas-suq
tigbed l-investiment; il-prezz jinzamm aktar m’hemm kompetizzjoni; ineficjenza
fl-uzu ta’ kapitali, art u nies tax-xoghol ixekkel l-izvilupp ekonomiku; kull
restrizzjoni lid-domanda tohloq inficjenza fl-uzu tar-rizorsi ekonomici. Is-suq
hieles johloq il-gid li minnu jgawdi kulhadd.

L-operaturi socjali fasslu
diversi skemi biex mill-gid nazzjonali jitwarrab bizzejjed biex ma jbaghti hadd.
L-ekonomija tohloq il-gid anqas ma tixxekkel. L-operaturi socjali jkollhom aktar
xi jqassmu u jferxu aktar ma jinholoq gid. Bl-iskuza tas-social market economy
sar hafna indhil zejjed li xekkel u fixkel biex fl-ahhar spiccajna f’hafna
deficits u b’fondi tal-penzjonijiet fallutti u settur pubbliku mifqugh
bl-ineficenza. Kif gara f’pajjizna. Sfortunatament li gara matul is-snin f’hafna
pajjizi, l-aktar f’dawk ewropej, hu li hafna skemi socjali ghabbew wisq fuq
l-efficjenza u l-hila tal-pajjizi li joholqu aktar gid. Dan bil-konsegwenza li
l-qaghad tela’ f’livelli gholja u baqa’ hekk qiesu ma jistax jinzel. Nholoq
il-fenomenu tal-immigrazzjoni tal-massa lejn il-pajjizi Ewropej u r-regjun
ekonomiku Ewropew waqa’ lura fil-kompetizzjoni ma’ regjuni ohra l-aktar mal-Asja
u mal-USA u l-Kanada.

Ristruttura
Issa l-Unjoni Ewropea qed tipprova
tinqala’ billi tirrikonoxxi li l-entrepreneur z-zghir biex flok tfixklu, tghinu
jikber u jkabbar lil kulhadd mieghu. Issa l-Ewropej qed jirristrutturaw
il-policies taghhom biex liz-zghar ituhom spinta. Izda bi Brussels issir
rapidament l-akbar burokrazija fid-dinja hekk kif waqghet l-burokrazija
tal-Unjoni Sovjetika, l-Ewropa Maghquda qed issibha ferm bi tqila biex thaddem
skemi li jitfasslu minn burokratici li ftit li xejn jafu kif jahdmu n-negozji
z-zghar. Liz-zghazagh Maltin li jintbaghtu fil-kuleggi ewropej, l-aktar fi
Brussels, biex jistudjaw l-istrutturi ewropej, dawn l-iskemi jimpressjonawhom.
F’Malta illum ghandna numru gmielu minn dawn iz-zghazagh. Zghazagh bravi u li
jafu l-ligijiet, d-direttivi u l-iskemi li tghallmu sewwa dwarhom fl-iskola ta’
Brussels. Hawn numru gmielu ta’ dawn il-gradwati zghazagh kapitanati minn Dr.
Simon Busuttil tal-MIC u min Dr. Saviour Falzon tal-EU Directorate. Zghazagh li
qed jersqu lejn il-kwistjoni kollha ewropeja b’entuzjazmu u b’knowledge
superjuri ghal dak li jippossjedu hafna minn dawk attivi fil-politika u
fil-media li jitkellmu fuq l-Ewropa b’tgharif ta’ natura generali biss u hafna
drabi mghobbi wkoll b’hafna pregudizzju.

Burokratici
Meta l-kelliema
ghall-Unjoni Ewropea jirrepetu l-hin kollu x’hemm miktub biss minghajr ma jghidu
jekk fil-prattika dak li hemm miktub isirx, jitilfu mill-kredibilita’. Ghax
fil-verita’ kemm minn dawn l-iskemi u mill-biljuni kbar ta’ Euros li huma
ivvutati ghalihom mill-Kummissjoni Ewropea qed jirnexxu u kemm fil-verita’
l-ekonomiji Ewropej qed igawdu minnhom? Il-burokratici Ewropej li s’issa iltqajt
maghhom u hafna miz-zghazagh specjalisti taghhom jimpressjonawni l-aktar
bl-abilita’ taghhom li jahsbu li ghax fassluha mela l-skema ser tahdem.
Il-burokratici Ewropej mhux differenti mill-burokratici ohra fid-dinja kollha.
Malta ghandha hafna minnhom u dejjem jizdiedu. Ifasslu wahedhom, jiddeciedu,
jonfqu l-flus tat-tax payers, jaghmlu hafna projections u weghdi. Wara certu
zmien jintesa kollox. U meta jidfnu l-iskema li snin qabel tkun thabbret b’hafna
daqq ta’ trombi, hadd ma jipprezenta l-kont ta’ tberbieq. Ghax il-flus li jkunu
nhlew ikunu tat-tax payer, hadd ma jbghati l-konsegwenzi tal-falliment. L-ebda
konsulent li jkun dahhal il-belli liri ma jkun akkuzat li neffaq il-flus
fix-xejn. Xejn. L-Ewropa llum mimlija b’dawn l-istejjer. F’laqghat barra minn
Malta niltaqa’ mar-rapprezentanti tan-negozji z-zghar ta’ pajjizi ohra u nixba
nisma’ stejjer ta’ hela, ineficjenza u holm dwar skemi li jithabbru b’tant
storbju.

L-intraprizi z-zghar
Fil-pajjizi tal-Ewropa wara snin
jitkellmu dwar l-SME’s issa qed jghatu aktar importanza liz-zghar, lil dawk li
jghidulhom micro enterprises. Dawn huma n-negozji mahluqa u mhaddma mis-self
employed. Illum il-gvernijiet ewropej jirbhu l-punti f’ghajnejn il-kbarat ta’
Brussels aktar ma joholqu u jhaddmu skemi li jagevolaw lis-self employed. Anke
l-pajjizi applikanti jridu juru li z-zghar qed jagevolawhom. Anke Malta dahhlet
f’din il-loghba. Kieku tikkalkula biss fuq dak li hemm imfassal tista’ tghid li
s-self employed fl-ewropa maghquda qieghed fuq wicc l-idejn. Fl-Amerika hekk sar
bil-fatti u r-rizultat kien tajjeb hafna. Fl-Amerika liz-zghar agevolwahom
bl-aktar mod effettiv. Lil dawk li ma jhaddmux aktar minn 50 ruh prattikament
hallewhom hielsa. La jbamblulhom hafna burokrazija u lanqas jsallbuhom b’hafna
taxxi. Hafna regolamentazzjoni li jimponu fuq kumpaniji u intraprizi ikbar,
ghaz-zghar ma jghoddux. Ir-responsabbilita’ hi tal-imprenditur iz-zghir u li
jaqla’ effettivament ghalih. L-amministrazzjoni tipprovdi skemi ta’ assistenza u
ghajnuna finanzjarja u l-banek huma obligati li jghinu liz-zghar. L-enfazi izda
hi li l-inzjattiva privata ma ixxekkiliex u thalliha timxi u
tikber.

Is-self employed f’pajjizna
Fl-Ewropa maghquda issa wkoll qed
jinbidlu l-attitudni u jitfasslu skemi aktar attrajenti. Qed ikun inkoraggut
it-tnehhija tal-burokrazija zejda u l-pizijiet ta’ taxxi. Ic-Charter Ewropew
tan-Negozji z-Zghar qed isir sforz kbir biex ikun implimentat. Biss s’issa aktar
paroli milli fatti. Meta nisma’ l-burokratici Ewropej kollha jitkellmu l-istess:
kollox ward u zahar, progetti sbieh u hafna successi. Meta nitkellmu
mat-Taljani, l-aktar mal-Isqallin, mal-Griegi, ma’ l-Ispanjoli u mal-Portugizi,
jghidulna li l-bicca l-kbira nett tal-intraprizi z-zghar m’ghandhom l-ebda ideja
ta’ dawn l-iskemi. Min izur Sqallija, spiss, u fuq numru ta’ snin, jaf li ghal
kemm Sqallija ilha fl-Unjoni Ewropea sal-1957, Sqallija prattikament dejjem li
kienet baqghet. L-iskemi Ewropej bil-kemm resqu lejhom. L-istess il-Griegi u
l-istess il-Portugizi. Mhux bilfors tort li l-iskemi mhux tajbin. Jista’ jkun li
l-gvernijiet mhux armati biz-zejjed biex ihaddmuhom. Ma nafx. Li naf hu li
jithaddmu l-aghar ghall-intraprizi bhal Griegi, l-Portugizi u l-Isqallin milli
bhal Germanizi, Danizi u Zvedizi. Meta nitkellem mal-leaders tal-intrapriza
z-zghira Svediza ingib ghajneja wara widneja bl-istejjer ta’ burokrazija zejda,
hela ta’ flus u pizijiet fuq z-zghar li jifnuhom, li jibdew jghiduli. Jigifieri
ma nghaglux naqbdu u niggudikaw li la hemm skemi mela kollox
orrajt.

Ghaliex qed nghid dan? Ghax f’Malta dalwaqt tibda x-xalata ta’
stejjer u paroli ta’ kemm imorru tajjeb is-self employed f’Malta fl-Unjoni
Ewropea. Jien ma ndoqx id-diska ta’ kemm ser imorru hazin, din id-diska jdoqqha
haddiehor. Pero’ ma ninxtarax malajr bil-kliem fierah. Allura l-Ewropa ma
toffriex opportunitajiet godda? Zgur li toffri. Jekk iz-zghazagh bravi esperti
tal-Unjoni Ewropea li ghandna f’Malta issa jsarfu l-gherf taghhom b’entuzjazmu
biex is-self employed u n-negozji z-zghar Maltin igawdu minn dawn l-iskemi jien
nahseb li mmorru ahjar mill-Isqallin u l-Griegi. Jien nemmen ukoll li l-Maltin
li dejjem kienu maghluqa f’dawn il-gzejjer zghar ikollhom hafna opportunitajiet
godda f’suq kbir Ewropew. Hemm opportunitajiet godda ta’ tahrig ghal min jaf u
jsib fondi biex jgholli l-livell tal-produttivita’ u l-kwalita’ tal-prodott jew
servizz tieghu fuq is-suq lokali. Ghal avventurier hemm wkoll opportunitajiet
enormi ta’ investiment fil-pajjizi l-godda Ewropej: Slovenja, Slovakja,
Repubblika Ceka, Bulgarija, Rumanija. Dan jekk jaghrfu jahtfuhom bhal ma hatfu
ta’ qabilna l-opportunitajiet li tawna l-Inglizi fil-Kanada u fl-Awstralja.

Istituzzjonijiet Maltin
Pero’ ma jien konvint xejn li hekk ser jigri.
J’alla l-gherf tal-gradwati minn Brussels jintuza biex il-posittiv johrog
fil-prattika. L-esperjenza tal-MDC, tal-METCO u f’dawn l-ahhar ftit snin,
tal-ETC u tal-IPSE, uritna li l-burokratici Maltin, bhal dawk Ewropej, bravi
biex ifasslu, jitkellmu u jithallsu, izda x’hin jigi ghar-rizultat ftit li xejn.
Il-ftit rizultat nonfhuh u nzejnuh b’xalata ta’ frazijiet sbieh. Rapporti
glorjuzi u prezentazzjoni f’konferenzi f’Malta u barra li jimpressjonaw lil min
ma jifhimx, l-aktar lill-burokratici u politici ohra. Izda fir-realta’ ftit li
xejn. Min irid ikun jaf kemm huma effettivi l-MDC u l-IPSE jigi ghal-laqghat li
jkolli jien kontinwament mal-proprjetarji tal-intraprizi Maltin u jkun jaf. Issa
l-Prof. Josef Bonnici u ta’ madwaru iddeciedew li l-burokrazija tal-MDC,
tal-IPSE u tal-METCO jaghmluha burokrazija wahda. Fil-kumplament tal-Ewropa
mixjin lejn id-distinzjoni bejn is-self employed u z-zghar nett u l-kumplament
biex mhux jitfghu lil kulhadd f'keffa wahda.

Ewropa Si, Ewropa
No
Ahna hawn Malta mixjin bil-maqlub. Qiesu Ministru wiehed miexi lejn
l-Ewropa u l-iehor ghazel triq ohra. Ghax il-poplu Malti veru li mhawwad bejn
Ewropa Si u Ewropa No. Izda jidher li din tghodd ukoll ghall-burokratici Maltin.
Min ifassal skond l-Unjoni Ewropea b’fedelta u zeghlu basta jikkopja, u min
ghaddej skond kif ifettillu hu u dak li jghidulu l-ahhar konsultenti. Ghalhekk
nghid mhux il-pajjiz biss, izda anke l-istess gvern: ewropa si u ewropa no.

Is-self employed u s-sidien tan-negozji z-zghar zgur li mhawdin wahda
sew. Ghalihom ukoll Ewropa si u Ewropa no. Pero’ nahseb li dejjem aktar
no.

 

Bla Pjan Mhux Ser Naslu

Dewmien fil-Hlasijiet
L-iktar haga li jsemghu s-sidien
tan-negozji hi l-kwistjoni tad-dewmien fil-hlasijiet. Mhux kwistjoni ta’ settur
jew iehor izda settur wiehed wara l-iehor kollha jgergru u kemm ghandhom jiehdu
u kemm hu difficli li jithallsu. In-negozji l-kbar inghaqdu flimkien ghax hasbu
li billi jinfurmaw lil xulxin b’dawk in-negozjanti li m’humiex jonoraw
il-kundizzjonijiet tal-hlas miftehma, huma kienu ser igaghlu lin-negozji
jiccaqalqu. Il-GRTU wkoll thaddem skema fejn sezzjonijiet differenti jzommu
lilhom nfushom infurmati biex kemm jista’ jkun jevitaw li jinqabdu bi hlasijiet
li ma jkunux jistghu jissarfu.

 


Izda biex tiehu trid issib. Jekk min
ghandu jtik qieghed f’sitwazzjoni li ma jistax ihallas inutli li thammarlu
wiccu. Tista’ lil dak li jkun ma tfornilux aktar. Ma tforniex lil dan, ma
tforniex lil iehor, tista’ ma tforni lil hadd u taghlaq. Izda inti tkun
fl-istess ilma bhal l-ohrajn kollha. Hafna jridu minn ghandek u l-uniku cans li
ddahhal xi haga hu li tibqa’ tistinka u tirsisti. Kif tithallas int tara lil min
tista’ thallas minn fost dawk li jridu minn ghandek. Sitwazzjoni tassew
tal-genn. Hafna jgebdu kemm jifilhu f’din is-sitwazzjoni izda fl-ahhar jieqfu.
Il-punt hu li kulhadd jittama li l-affarijiet jitrangaw, izda minn flok
jihzienu. Aktar ma negozji u self employed jaqghu lura fil-hlas aktar jwaqqghu
lil haddiehor. Ir-rizultat ikun li kulhadd jipprova jnaqqas l-ispejjez. Tnaqqas
tfisser li nies godda ma thaddimx u tahdem int u l-familja tieghek aktar.
Tfisser li ma tkabbarx. Ma ziedx fl-overtime. Tnaqqas il-part timers u tevita
kull xiri u tiswijiet mhux urgenti. Dan kollu jaffetwa n-negozji li jridu
minnek.

Hafna Negozji?
Hawn min jghid li ghax hawn hafna negozji.
Hawn min jghid li ghax hafna raw kbir u meta d-daqqa kienet tajba fethu u kabbru
ghax hasbu li t-tajjeb jibqa’ gej dejjem u meta l-affarijiet hzienu inqabdu
b’aktar spejjez milli jifilhu. Ohrajn jghidu ghaliex hafna negozji kabbru
permezz tad-dejn u issa sfurzati jhallsu d-dejn tal-banek ghax inkella jitilfu
kollox u b’hekk qed ihallu lil haddiehor isaffar. Hemm imbaghad il-gvern.
Il-gvern irid jigbor tal-lum u tal-bierah u ma jimpurtahx jekk in-negozji llum
ghandhomx. L-istess bl-ilma u d-dawl, tal-kera. Kulhadd irid ghax kulhadd
fl-istess dghajsa.

X’ser naghmlu? Billi wiehed jghid li hawn hafna
negozji, xi jfisser? Min jghid hekk irid li jibdew jaghlqu u jispiccaw bla
xoghol huma, jkeccu n-nies u jkomplu jsallbu lil min jixtri minn ghandhom ghax
huwa wkoll jkecci u jaghlaq? Ghax facli li tghid li ghandna hafna minn dawn u
hafna minn dawk.

Il-Privat u l-Gvern
Fil-verita’ izda hekk jigri.
Fis-settur privat m’hemmx Ministeru tal-Finanzi li meta l-kotba ma jinghalqux
jtiek sussidju jew ihallaslek il-pagi, jew jtik nifs jew loan biex thallas
il-kontribuzzjonijiet socjali jew it-taxxi. Fil-privat il-gvern jghidlek jekk ma
tasalx ghalaq. U hadd m’hu qed jippretendi li l-privat jkun issussidjat. Izda
mhux hekk ghal kulhadd. Meta x-xoghol ikun tas-settur pubbliku l-gvern jaghmel
tajjeb. Jinghad hafna kliem, jinhargu hafna flus fi studji, jitwaqqfu tasks
forces, jithaddmu skemi apposta. Izda fl-ahhar mill-ahhar il-gvern ihallas.
Deficit u mhux deficit, fis-settur pubbliku mhux bhal privat, il-haddiem ma
jiddependiex minn jekk sidu jaghmilx profitt jew le. Ghalhekk min ihossu protett
ghax tal-gvern xejn m’hi toghgbu din il-bicca tal-privatizzazzjoni u ma tiehx
tort.

S’issa l-privatizzazzjoni ma tantx tfissret f’aktar gid izda
pjuttost f’inqas impjiegi u aktar hlasijiet. Mhux facli din u ma llum lil hadd
li ma jghaggilx jiddeciedi li bil-privatizzazzjoni jaqbel jekk dak li jkun
impjegat go intraprizi tal-istat.

Is-sitwazzjoni
ekonomika
Il-problemi hi izda li dan l-imbierek pajjiz taghna ghandu
kwistjonijiet li taqta’ minn fejn taqta’ dejjem johrog id-demm. Izda qiesu hadd
ma jrid jiddeciedi u dejjem ghaddejjin. Il-gvern ma jridx jisma’. L-ahhar li
smajt kien lill-Gvernatur tal-Bank Centrali u lill-Ministru tal-Finanzi f’laqgha
dwar l-ekonomija li saret mill-MCESD. Jekk noqghod fuq dak li smajt minn dawn
il-kbarat, lil nies li nirrapprezenta nista’ nserhilhom rashom. Nista’
nghidilhom li problemi kbar m’hemmx. Li meta l-ekonomija s-sena l-ohra, ghal
ewwel darba f’ghixieren ta’ snin, ckienet u mhux kibret, dak fil-fatt ma kien
xejn allarmanti. Li ghal kemm id-dejn nazzjonali tiela’, l-esportazzjoni niezla,
il-qaghad qed jizdied, l-importazzjoni ta’ materja prima niezla, u n-nefqa
tal-gvern qed tikber hafna aktar milli qed jikber il-gid nazzjonali u li
l-inflazzjoni tiela’ filwaqt li l-produzzjoni nazzjonali niezla, li dawn mhux
problema tant inkwetanti.

Il-Gvernatur tal-Bank Centrali jara problemi
ta’ ristrutturar izda l-gap bejna u bejn pajjizi ohra fl-Ewropa qed jinghalaq u
ghalhekk mhux tant allarmanti. John Dalli posittiv li mexjin fit-triq it-tajba.
Nitkellem izda man-nies li nirraprezenta, settur wara settur, burdnara,
kuntratturi, importaturi, distributuri, retailers, self employed fis-servizzi,
garaxxijiet tat-tiswijiet, industriji zghar, second hand car dealers, bejjiegha
tal-proprjeta’, restoranti, night clubs, skejjel tat-tahrig, kull tip ta’
operatur u negozji zghar – kollha jghidu li ghandhom problema, jaqdfu aktar,
jaqilghu anqas, kulhadd jigri wara flusu u ma jiftakrux zmien iebes bhal dan.
Dejjem jittamaw li ser imorru dalwaqt ghal ahjar. Sa ma jasal skoss iehor ta’
kontijiet u jibghat ghalihom il-Bank. Jafu li jrossu iktar ma jistghux, hafna
drabi jaghlqu lanqas ma jistghu u jridu u ma jridux jibqghu fil-morsa. Imma
l-gvern mhux hekk jghid. Ottimizmu ppritkat bit-tama li bil-kliem jonfhu
l-fiducja u kollox jimxi sewwa. Lilna n-nies izda jkellmuna car. U ahna
nitkellmu car ukoll. Jien zgur li hekk naghmel. Ma nistghux b’responsabbilita’
ngennu lin-nies izda lanqas ma nistghu nimlewhom bl-arja biex jonfqu flushom u
jitkissru.

Pjan Nazzjonali
Ahna rridu npoggu quddiem l-investitur
pjan li jaspira fiducja. Izda biex pjan bhal dan inresquh quddiem is-sidien
tan-negozji u intraprizi li nirrapprezentaw dan il-pjan irid ikun jezisti
bis-serjeta’. Illum Malta m’ghandiex Pjan Nazzjonali bhal dan. M’ghandhiex pjan
li jirrikonoxxi r-realta’ tas-sitwazzjoni ekonomika u jmexxi lejn soluzzjoni li
jaqblu maghhom kemm gvern, rapprezentanti tas-sidien, rapprezentanti
tal-haddiema u tas-socjeta’ civili. Qabel ma jitfassal u jithaddem pjan
nazzjonali bhal dan l-ebda kliem fierah ma jerga’ jqajjem il-fiducja li pajjizna
tant ghandu bzonn. Min jahseb li bil-kliem biss ser imexxi qed jahlilna l-hin u
jitfana aktar lura. Pajjizna llum hu nieqes minn leadership serja li tammetti
l-verita’ u tizgura li pajjizna jinqala mill-hofra li waqa’
fiha.

Produttivita’ u Kompetittivita’
Pajjizna mhux ser jinqala’ jghid
x’jghid min irid, mis-sitwazzjoni li qeghdin fiha jekk ma nhaddmux pjan serju li
jgholli konsistentament il-produttivita’ taghna. Il-produttivita’ ta’ pajjizna
mhux tajba bizzejjed biex jikkompetu fis-swieq miftuha bla htiega ta’
protezzjoni u l-protezzjoni ma nistghux inzommuha ghal zmien bla limiti.
Il-produzzjoni taghna hi l-bazi tal-kompetittivita’ taghna fid-dinja. Ma
nistghux ir-regoli ekonomici nivintawhom ahna ghax ser jigrilna kif kien gralha
l-Irlanda u l-Olanda li meta twasslu f’xifer ta’ falliment ghax hasbu li setghu
jibqghu jieklu minn gewwa bla ma jsahhu l-produttivita’ u l-kompetittivita’
taghhom. Meta kienu ghoddhom tkissru bhal ma qed titkisser illum l-Argentina,
l-partijiet socjali u l-gvern ftehmu fuq x’irid isir biex il-produttivita’
taghhom toghla u jikkompetu bis-serjeta’ u konsistentament f’suq hieles
mondjali. Illum l-Olanda u l-Irlanda huma fost l-ewwel 10 pajjizi fid-dinja li
huma l-aktar kompetittivi skond l-ahhar stharrig mondjali. Il-pajjizi l-ohra
qeghdin mal-ewwel ghaxra kollha jhaddmu pjanijiet nazzjonali dwar
il-produttivita’ u l-kompetittivita. L-istampa ta’ l-aqwa ghaxar pajjizi hi
din:

Countries with a Competitive Edge
1. U.S.
2. Finland
3.
Luxembourg
4. Netherlands
5. Singapore
6. Denmark
7.
Switzerland
8. Canada
9. Hong Kong
10. Ireland

Malta jixirqilha
jekk irridu ahna nkunu wkoll minn ta’ quddiem nett. U mhux veru li biex nifthemu
dwar kif ser inzidu l-produttivita’ ta’ pajjizna rridu inaqqru mis-servizzi
socjali. Fost l-aqwa ghaxar pajjizi kompetittivi hemm l-Lussimburgu,
d-Danimarka, l-Finlandja u l-Kanada, li huma pajjizi li ghandhom ukoll l-aqwa
servizzi socjali, sptarijiet u penzjonijiet. Ghax hu l-gid li jsostni s-servizzi
socjali. Il-gid issostni l-produttivita’ mhux l-ghazz u
l-privileggi.

 

X’ser naghmlu?

Incertezza
Bhalissa kulhadd jghid tieghu dwar jekk ghandniex
noqghodu fuq dak li jghid ir-rizlutat tar-Referendum dwar shubija fl-Unjoni
Ewropea jew jekk ghandniex norbtu biss skond ir-rizultat tal-Elezzjonijiet
Generali li jmiss. Huma nkwetati hafna nies. Forsi l-aktar inkwetati dwar dan
huma s-sidien tal-intraprizi.


Fin-negozju mhux kwistjoni li jekk titlef
ix-xoghol, tmur tirregistra u tittama li ssib xoghol iehor. Meta
l-kundizzjonijiet tan-negozju jinbidlu int ghandek hafna problemi x’tiffaccja.
Mhux biss il-qliegh tieghek u tal-familja tieghek, izda ghandek ukoll
il-kwistjonijiet l-ohra kollha – hlasijiet lill-banek u lill-kredituri tieghek,
hlasijiet u rabtiet mal-haddiema tieghek u hafna mpenji ta’ taxxi u rapporti
dwar likwidazzjoni, qrati, avukati u elf haga ohra. Mhux la kemm taghlaq il-bieb
u daqshekk. In-negozju f’Malta mhux tant facli li tibdih, mhux tant facli li
tmexxih bi profitt u mhux facli xejn biex taghlqu. Ghalhekk in-negozjant Malti
jixtieq li din il-kwistjoni tinqata’ halli forsi jkun jaf fejn hu u jkun jista’
jippjana ahjar ghall-futur.

Ghalhekk min qieghed fin-negozju jhares lejn
din il-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea b’hafna aktar interess minn nghidu ahna,
pensjonant, mara tad-dar, impjegat tal-gvern, impjegat f’lukanda jew impjegat
f’korporazzjoni statali jew teacher jew professur l-Universita’, professjonista
jew benestant. Sa certu punt dawn ghandhom inqas diffikulta ghaliex jintlaqtu
tajjeb jew hazin skond kif imur il-pajjiz, kollu izda theddida diretta
lill-impjieg jew sors ta’ qliegh taghhom probabbilment li m’hemmx. Ghax nghidu
s-sewwa d-differenza bejn shubija u partnership m’hiex xi precipizju u mhux
sewwa li n-nies ikunu mgenna b’xeni ta’ disastri kemm minn naha kif ukoll minn
naha l-ohra, jekk l-ghazla tkun wahda minflokk l-ohra. Li hu zgur hu li
l-kwistjoni qed tohloq incertezza li qed tkid lil
hafna.

L-Ghazla
L-ghazla ser tolqot affarijiet ta’ mportanza li jien
inhoss li mhux qed jigu spjegati sewwa. Ir-referendum suppost li ghandu jkun
intiz biex wara li jitlestew n-negozjati dwar il-kapitoli kollha li Malta trid
titratta biex tkun tista’ tidhol fl-Unjoni Ewropea, wara li tal-Unjoni jkunu
ddeciedew li jdahhluna, l-poplu Malti jiddeciedi jekk taht il-kundizzjonijiet
miksuba jkunx irid jidhol jew le. Kwistjoni cara ta’ Iva jew Le. Iz-zewg partiti
ewlenin diga’ ddecidew irrispettivament mill-pakkett ta’ kundizzjonijiet ahhari.
Lesti. Huma qatghuha. Maghhom qatghuha wkoll l-GWU, l-UHM, c-CMTU, l-Kamra
tal-Kummerc, l-FOI, l-MEA u l-MHRA. Tal-GRTU insostnu li decizjoni titiehed meta
inkunu nafu l-pakkett kollu. Inhossu li baqa’ hafna xi jsir u l-kapitoli li
baqghu huma mportanti hafna. Mhux ghax dawk li diga’ inghalqu mhux importanti,
anzi x’uhud minnhom huma hafna importanti bhal ma huma dawk tal-free movement of
persons, l-free movement of capital, l-free movement of goods u l-free movement
to establish services.

B’dak li iffirma l-gvern s’issa, Malta
prattikament ma tista’ zzomm lil ebda cittadin ta’ pajjiz membru tal-Unjoni
Ewropea, inkluzi dawk kollha li jidhlu fl-Unjoni Ewropea ma’ Malta bhal
Pollakki, Ceki, Sloveni, Estonji, Litwanji, Slovakki, Ungerizi u Bulgari milli
jifthu negozju f’Malta, jixtru negozju f’Malta u jezercitaw xoghol bhala
self-employed f’pajjizna. Ghalkemm il-gvern jghid li hemm il-kwistjoni
tal-licenzja tan-negozji li wiehed irid igib qabel jibda jinnegozja f’Malta,
izda fil-verita’ l-gvern Malti jaf li ma jista’ jzomm l-ebda kunrattur,
negozjant jew self-employed cittadin tal-Unjoni Ewropea, meta nkunu msiehba,
b’xi skuza jew ohra milli jahdem u jixtri proprjeta’ jew jiftah negozju bi ksur
tad-dritt tal-kompetizzjoni hielsa.

Kummerc Hieles
Il-principju
fundamenti ghall-Unjoni Ewropea huwa l-kompetizzjoni u kull regolament iehor
taht l-acquis hu subordinat ghall-principju tal-kompetizzjoni. L-ebda gvern
fl-Unjoni ma jista’ johloq xkiel lill-kummercjanti milli jinnegozjaw fejn iridu
fit-teritorju kollu tal-Unjoni Ewropea bi skuza ta’ xi regolament jew iehor.
Malta zgur bhala pajjiz zghir jaqbzu fuqha hekk kif tirfes dan il-principju
fundamentali. Ghalhekk ghan-negozjant hu mportanti li din il-kwistjoni
tal-Unjoni Ewropea trid tinqata’. Ghax b’Malta barra jippjana mod, b’Malta gewwa
jrid jiffacja kompetizzjoni aktar wiesgha u sfrenata u jmexxi b’mod differenti
mill-lum. In-negozjant ghalhekk jrid li din il-kwistjoni tinqata’ u jekk jista’
jkun ma tergax tinfetah tal-anqas hames, jekk mhux ghal ghaxar, snin ohra.

Dak li jkun irid jkun jaf fejn hu halli jqies ir-riskji jew vantaggi
ghan-negozju tieghu u jippjana u jidhol f’commitment u rabtiet ta’ investiment,
xiri ta’ proprjeta’ u makkinarju u impjieg ta’ nies li jorbtuh fuq mhedda ta’
snin bla biza’ ta’ bidliet kbar. Illum ghalhekk, infatti, li hawn din
l-incertezza kollha. Mhux ghax partit irid haga u l-iehor irid ohra.
L-incertezza hi dovuta ghall-fatt li qiesna mhux kapaci niddeciedu. Min hu
f’sensih irid decizjoni u decizjoni li torbot. Jista’ jkollna izda decizjoni li
torbot? Jien nghid li nistghu. Izda dan jiddependi hafna minn dak li jiddeciedu
l-Partit Politici u mill-pressjoni li kapaci jaghmlu l-Korpi Kostitwiti u
t-Trade Unions.

X’jista’ jsir?
Kif jidher s’issa, ta’ lanqas,
il-gvern bi hsiebu jaghmel ir-Referendum hekk kif ilesti n-negozjati u wara ssir
l-Elezzjoni Generali. Mela l-poplu Malti issa ser jiffacja wahda minn dawn
is-sitwazzjonijiet:

ï‚· jirbhu tal-IVA fir-Referendum u wara jirbah
l-Elezzjoni l-Partit Nazzjonalista
ï‚· jirbhu r-Referendum tal-LE u wara jirbah
l-Elezzjoni l-Partit Laburista
ï‚· jirbhu r-Referendum tal-IVA u wara jirbhu
l-Elezzjoni l-Partit Laburista
ï‚· jirbhu r-Referendum tal-LE u wara jirbhu
l-Elezzjoni l-Partit Nazzjonalista

L-ewwel zewg sitwazzjonijiet ma tantx
jaqilghu problemi ghax ikunu decizjonijiet cari. Il-polemici jinqalghu dejjem,
izda l-poplu dara li wara li jiddeciedi f’Elezzjoni imbaghad ihallu l-gvern
jmexxi. Il-problemi jinholqu jekk jissucciedi xi wahda miz-zewg sitwazzjonijet
l-ohra.

X’ser jaghmel il-Partit Nazzjonalista jekk ir-Referendum jghid
LE u fil-gvern jerga’ jitla’ l-PN? Jabbanduna dak kollu li ilu jaghmel dwar
l-Unjoni Ewropea? Jabbanduna l-politika unika u ewlenija tieghu? Jien nahseb li
le. Probabbli jghid li Elezzjoni Generali hi aktar importanti minn Referendum u
li la l-poplu jkun tella’ fil-gvern lill-Partit Nazzjonalista dan ifisser
ghall-PN li l-Maltin iridu l-program tieghu ta’ shubija fl-Unjoni Ewropea. Il-PN
b’dan ir-ragunar jitlaq full speed lejn it-triq tas-shubija ghax jemmen b’mod
profond li kull dewmien hu ta’ hsara ghal Malta u wkoll ghax ma jemmen fl-ebda
alternattiva.

U jekk jigri bil-maqlub, ir-Referendum jghid IVA u
fil-gvern jitla’ l-Labour Party? Jsir l-istess. Le? Tal-Labour ilhom jghidu li
Elezzjoni hi aqwa minn Referendum u li f’Elezzjoni Generali l-poplu jiddeciedi
fuq programm shih. Il-Partit Laburista jsostni li l-Programm tieghu hu msawwar
fuq li Malta tidhol f’Partnership mal-Unjoni Ewropea izda li ma tkunx membru.
Il-Partit Laburista jghid zgur kif ilu jghid mill-bidu, li mandat ta’ Elezzjoni
jorbot jghid x’jghid ir-Referendum.

Meta jieqfu l-argumenti
Jekk
wiehed joqghod jahseb jghid li wara l-Elezzjoni l-argument ghandu jieqaf hemm.
Hafna ghandhom tama qawwija fir-Referendum. Jghidulek mhux referendum juri xi
jrid il-poplu hu x’inhu l-kulur politiku tal-individwu? Pero’ jidher li
r-Referendum, kuntrarjament ghal dak li qed jistennew hafna, ser ikun sar
ghalxejn. Izda dan hu li jridu l-Maltin? Veru li jridu li din il-kwisjtoni
tinqata’ fl-Elezzjoni Generali? Veru li huma hafna l-Maltin li jridu li din
il-kwistjoni tinqata’ fir-Referendum u li l-gvern li jtellghu fl-Elezzjoni ta’
wara jkun marbut li jmexxi skond ir-Referendum? Jew veru li hawn hafna Maltin li
jridu jaghzlu l-gvern irrispettivament minn dak li jghid ir-Referendum u li
l-ghazla dwar l-Ewropa ser tiristringilhom l-ghazla? Skond il-Kostittuzzjoni ta’
pajjizna gvern elett b’mandat tal-poplu jimxi skond dak il-mandat. Jigifieri
jekk ser tithaddem xi haga bhal din fejn ir-Referendum jkun jorbot jkun iridu
jsiru tibdiliet fil-Kostituzzjoni jew fil-Ligi. Qabel xi bidla zgur irid ikun
hemm ftehiem bejn iz-zewg partiti.

Kemm hu possibbli dan ma nafx. Forsi
li jista’ jsir hu li z-zewg partiti jaqblu li jekk il-vot tar-Referendum u l-vot
tal-Elezzjoni jkunu kontraditorji allura jergghu jsejhu Referendum iehor u din
id-darba t-tieni Referendum jkun jorbot. U jorbot sa kemm? Terga’ tqum
il-mistoqsija. Nahseb li ta’ lanqas sa l-Elezzjoni ta’ wara. U ghax mhux ghal
ghaxar snin? U l-mistoqsija terga’ tqum: jekk lesti jaccettaw it-tieni
Referendum ghax ma jaccettawx l-ewwel wiehed u jiftehmu kif ir-referendum isir
b’modd l-aktar fair biex b’hekk in-nies jaghzlu l-gvern li jridu bla ebda
xkiel.

Referendum
Izda hekk kif tibda titkellem fuq Referendum u
Elezzjonijiet taqa’ dejjem ghall-punt minn fejn titlaq. F’Malta d-decizjonijiet
il-kbar nohduhom fl-Elezzjonjiet Generali. Ahna mdorrijin intellghu gvern u
jorbot u jholl hu. Id-decizjonijiet il-kbar bhal dik tal-Indipendenza u
tar-Repubblika u tal-Helsien mill-Bazi Militari hekk ittiehdu wkoll. Hadhom
il-gvern anke meta ma kellux maggoranza kbira. Ir-Referendum tal-Indipendenza ma
kienx dwar jekk insirux indipendenti jew le. Id-decizjoni kienet dwar jekk hux
Indipendenti bi Gvernatur Generali bil-Monarkija jew jekk hux President u
Repubblika. Fl-elezzjoni ta’ qabel l-Indipendenza, dik tal-1962, tahwid shih
kien hawn f’Malta bi dnubiet mejta, sitt punti, sfafar u sitt partiti politici,
kollha jghidu taghhom u b’hamsa minnhom taht l-Umbrella tal-Knisja maqghudin
biss kontra Mintoff. Fost il-hamsa kien hemm min ma ried l-ebda Indipendenza u
ried membership fil-House of Lords tal-Gran Brittanja, min ried Indipendenza
fil-futur ‘l boghod, min ried dominion status u min ma jafx x’irid. Iz-zewg
partiti l-kbar izda, n-Nazzjonalisti u l-MLP, it-tnejn riedu l-Indipendenza
ghalkemm b’kostituzzjonijet differenti. Izda fir-referendum il-Maltin ma
ddecidewx dwar l-Indipendenza. Id-decizjoni dwar l-Indipendenza hadha
l-Parlament Malti. L-istess il-kwistjoni tar-Repubblika. Id-decizjoni hadha
l-Parlament Malti u l-istess l-eghluq tal-bazi militari. Il-Parlament jintghazel
f’Elezzjoni Generali. F’dawn l-okkazzjonijiet izda kien hemm fil-Parlament
maggoranza li tifrex lil’hinn mill-konfini tal-Partiti.

Is-sitwazzjoni
llum
Is-sitwazzjoni llum hi differenti. Illum il-poplu Malti jrid jiddeciedi
dwar xi haga li l-Partiti ma jaqblux dwarha u d-differenza hi fundamentali
ghall-programm taghhom. Effettivament il-Partiti qed jinbuttaw lill-Maltin biex
jiddeciedu: jekk tridu lilna dan hu l-program taghna. Ittelghuniex jekk triduna
nhaddmu l-program tan-naha l-ohra.

Il-Korpi Kostitwiti u t-Trade Unions
u issa, sa certu punt, wkoll l-Isqfijiet qed jippruvaw jgghielu lill-Partiti
Politici jahsbuha mod iehor. Ma nafx kemm il-Partiti Politici ser jibdu
fehmthom, mhux dwar l-Ewropa, dwar din fehmthom ma jibdluhiex izda dwar
ir-referendum. Jigifieri kemm Partit jew iehor lest li jmexxi, jekk il-poplu
jtih il-poter, anke jekk ir-rizultat tar-referendum ma jkunx jaqbel mal-program
elettorali. Il-probabbilita’ hi li ser tghaddi tal-Partiti ghaliex l-logika
qeghda favurihom. Jidher jigifieri li ser tiddeciedi l-Elezzjoni Generali anke
jekk hafna jippreferu li le. Wiehed ghalhekk jistenna li ta’ lanqas iz-zewg
partiti jaccettaw t-tnejn li huma li din hi
l-verita’.

 

Charter Ewropew ghan-negozji z-zghar

CC Best Conference
Il-gimgha l-ohra attendejt ghall-iffirmar
mill-gvernijiet tal-pajjizi applikanti ghall-Unjoni Ewropeja tac-Charter Ewropew
ghan-negozji z-zghar. The European Charter for Small Enterprises – ic-Charter
Ewropew ghan-negozji z-zghar – kif approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropeja
f’Feira, il-Portugal, fl-20 ta’ Gunju 2000 hu dokument importanti li
l-gvernijiet tal-pajjizi diga’ membri fl-Unjoni Ewropeja huma marbutin mieghu.
Issa hu marbut il-gvern Malti wkoll. Dan hu charter illi l-organizazzjonijiet li
jirapprezentaw lin-negozji z-zghar, fosthom il-GRTU ta’ Malta, kienu ilhom
jahdmu fuqu s-snin qabel ma gie addottat mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea
f’Gunju 2000.

 


Fl-Ewropa jezistu Charters dwar id-drittijiet tal-bniedem,
dwar id-drittijiet tal-haddiema u anke dwar id-drittijiet ta’ l-annimali izda
Charter dwar l-intrapriza z-zghira kien ghadu ma jezistiex. L-ESBA (European
Small Business Alliance) fl-ahhar kungress taghha kienet approvat dokument
imtella’ mill-Federazzjoni ta’ l-Intraprizi iz-Zghar ta’ l-Ingilterra (FSB) u
hadmet hafna biex dan id-dokument jigi nkorporat f’dan ic-Charter. Il-GRTU ta’
Malta bil-partecipazzjoni taghha fil-Kungressi u fil-Board Ezekuttiv tal-ESBA
hadet sehem ukoll fil-preparattivi ghal dan id-dokument. Ghalhekk kien ta’
sodisfazzjon kbir ghall-ESBA li rat hafna mill-principji u l-punti li hadmet
fuqhom fi snin li ilha tezisti jigu nkorporati f’dan
ic-Charter.

Ic-Charter
Dan ic-Charter illum iservi bhal l-bazi li fuqu
ghandhom jitfasslu l-ligijiet u r-regolamenti mfassla mill-Kummissjoni Ewropeja
kif ukol dawk imfassla mill-gvernijiet u l-Parlament tal-pajjizi membri.
Ghalkemm Malta ghadha mhux membru, Malta giet komessa illi torbot is-sistema
taghha mac-Charters approvati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropeja bil-prezenza
tal-Prim Ministru ta’ Malta fil-laqgha tal-Portugal. Wiehed ghalhekk stenna li
minn dak inhar il-gvern Malti jifli sewwa dan ic-Charter u jibda jara li
l-ligijiet ta’ pajjizna u l-bosta regolamenti li jinhargu ikunu jiriflettu dak
li jinghad f’dan ic-Charter. Din, ghan-negozji z-zghar, hija mportanti hafna u
pass tremend ‘il quddiem. Il-GRTU sa mill-bidu zgurat li kopja ta’ dan
ic-Charter tghaddi ghand il-Ministri kollha tal-Kabinet Malti, Segretarji
Parlamentari u Kapijiet ta’ Korporazzjonijiet biex ikun assigurat li c-Charter
f’Malta jithaddem. F’cerimonja simbolika wkoll il-GRTU kienet ghaddiet kopja
lill-President ta’ Malta, l-Prof Gwido de Marco. Is-Segretarju Parlamentari
Edwin Vassallo, minn kmieni qabad din il-kwistjoni u zamm il-kuntatt flimkien
mal-organizazzjonijiet li jirrapprezentaw in-negozji f’Malta biex ir-rapport
bejn dawk fi Brussels li jiehdu hsieb it-twettiq tac-Charter u l-gvern Malti
jkun rapport haj u attiv. Id-delegazzjoni li telghet Slovenja l-gimgha l-ohra,
fejn is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo iffirma c-Charter ghan-nom
tal-gvern Malti, kienet ghalhekk okkazzjoni ta’ sodisfazzjon ghal kull min irrid
jara l-progress tan-negozji z-zghar.

Principji
Fil-bicca l-kbira
tal-pajjizi ta’ l-Ewropa Maghquda u aktar u aktar go Malta, n-negozji z-zghar
l-anqas biss huma ikkunsidrati fejn tidhol il-maggoranza assoluta tal-qafas
legali Malti. Il-GRTU ilha s-snin u bla waqfien, ta’ xejn tappella u tirsisti
biex dan ir-rikonoxximent jasal. Jien illum nippretendi li issa, li l-Prim
Ministri ta’ l-Ewropa Maqghuda qablu ma’ dan ic-Charter u li Malta wkoll
iffirmat dan ic-Charter, li Malta tkun minn quddiem nett fit-twettiq ta’ dan
ic-Charter. U nispjega ghaliex. Ic-Charter jaccetta mill-ewwel sentenza tieghu
li “l-intrapriza z-zghira hija s-sinsla ta’ l-ekonomija Ewropeja, n-negozji
z-zghar huma bazi mportanti ghal hafna mpjiegi u art fertili ghall-izvillup ta’
l-inizjattiva dwar in-negozju. L-isforzi ta’ l-Ewropa biex thaddem l-ekonomija
l-gdida (the New Economy) jirnexxu biss jekk in-negozji z-zghar jittellghu fuq
nett fl-agenda. In-negozji z-zghar huma l-aktar li jintlaqghtu meta jkun hemm
bidliet fic-cirkostanzi tan-negozju. Huma l-ewwel li jsofru jekk jitghabbew
iz-zejjed b’hafna burokrazija zejda. Ikunu huma wkoll l-ewwel illi jgawdu u
jkattru minn inizjattivi li jwasslu biex jitnaqqas ir-red tape u jigi premjat
aktar is-success”.

Haga ta’ l-iskantament kif wiehed jista’ jaqbad dawn
l-istess sentenzi minn kull presentazzjoni li ktibt u minn kull dokument li
hareg mill-GRTU matul is-snin. Illum li dawn is-sentenzi qeghdin fil-ftuh ta’
dan id-dokument hu sinjifikanti hafna. F’Lisbona, il-Prim Ministri Ewropej
iddikjaraw “li fuq din il-bazi jridu li l-Ewropa issir l-aktar ekonomija
kompetittiva u dinamika u nformata fid-dinja b’kapacita’ li tkattar il-gdid
ekonomiku b’modd sostenibbli u tohloq u tkattar aktar impjiegi u twessa’
il-koezjoni socjali. In-negozji z-zghar ser ikunu rikonoxxuti bhala l-mutur
ewlieni li ghandu jwassal ghal aktar tigdid, aktar impjiegi kif ukoll aktar
integrazzjoni socjali u lokali fl-Ewropa.” Il-Prim Ministri qablu “li ghalhekk
ghanda tinghata spinta biex jinholoq l-ahjar ambjent possibbli li fih in-negozji
z-zghar u l-ispirtu ta’ l-intrapriza ikun jista’ jimrah”.

Twettieq
Wara li c-Charter ikompli bil-lista ta’ x’ghandhom jaghmlu
l-gvernijiet imsejha biex in-negozji z-zghar mhux biss ma jibqghux ifixxkluhom
izda joholqulhom ic-cirkostanzi kollha favorevoli biex ikomplu jisahhu,
il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropeja jintrabat li jaghti s-support kollu tieghu biex
ikunu sostnuti l-inizjattivi kollha li jwasslu biex l-ghanijiet ta’ dan
ic-Charter jitwettqu. Fuq kollox il-kapijiet tal-gvernijiet ta’ l-Ewropa
jintrabtu li jisimghu l-lehen tan-negozji z-zghar. Nispera li l-Ministri ta’
Malta dan ic-Charter jarawh, jifluh u jwettquh. Jien din il-gimgha qed nizgura
li kull wiehed minnhom ser ikollu fuq l-iskrivanija tieghu kopja ta’ dan
ic-Charter.

Red Tape
Punt importanti li jenfassiza dan ic-Charter hu
it-tnaqqis tal-muntanja esagerata ta’ red tape li bih huma msallba n-negozji
z-zghar. Negozji kbar ikunu jistghu jaffordjaw ihallsu impjegati full time u
specjalisti biex jghinuhom igorru l-piz burokratiku izda z-zghar ma jifilhux.
Studju li ghamlet l-FSB fl-Ingilterrra juri li ghan-negozji li ma jhaddmux aktar
minn ghaxar impjegati (micro enterprises) in-nefqa fuq it-thaddim ta’ pizijiet
burokratica tqum hdax –il darba aktar liz-zghir milli lill-kbir. Dan ghaliex
il-kbir ikun jista’ jifrex in-nefqa fuq firxa wiesa’ ta’ klijenti waqt li
z-zghir m’ghandux din il-possibbilta’ u jkollu jgorr in-nefqa zejda kollha hu.
Barra minn dan il-hin li n-negozjant iz-zghir irid jiddedika biex jamministra
s-sistema vasta ta’ red tape tikollu sa’ hamsin fil-mija tal-hin u l-energija li
hu jista’ jiddedika lejn in-negozju tieghu. Jigifieri meta pajjiz qed
jirrikonxxi li l-intrapriza z-zghira hija fonti ewlenija ta’ inizjattivi godda u
hija il-mutur tat-tigdid fl-ekonomija moderna, tkun qed tirrikonoxxi wkoll illi
l-hin zejjed li qed jinhela biex in-negozji jhaddmu l-esagerazjoni ta’ pizijiet
zejda mposti fuqhojm qeghdha tohnoq u tharbat dak li hu rikonoxxut li llum hu
tant importanti ghalina llkoll: is-sahha taz-zghir li jkattar il-gid u johloq
aktar koezjoni socjali.

Tassazzjoni u Finanzi
Il-kapitlu f’dan
ic-Charter dwar it-tassazzjoni jigbor kwazi kelma b’kelma dak li ilna nghidu
ghal snin shah u li nittama li l-Ministru tal-Finanzi ta’ Malta jixtghar u
jifhem sewwa qabel ifassal il-Budget li jmiss. L-ewwelnett ic-charter jghid dak
li l-GRTU ilha thanbaq dwaru s-snin, jigifieri, li n-negozji z-zghar ghandhom
ikunu ezentati minn hafna obligazzjonijiet regolatorji. Id-dikjarazzjoni ta’
Feira qed tinsisti li l-gvernijiet “ghandhom jaghmlu l-affarijiet aktar semplici
biex il-piz ta’ compliance fuq in-negozji z-zghar jonqos”. Fuq kollox
id-dikjarazzjoni tghid “li s-sistemi ta’ tassazzjoni ghandhom jigu rrangati biex
jipremjaw is-success, jinkoraggixxu l-holqien ta’ negozji godda, jaghtu vantaggi
lin-negozji z-zghar biex ikunu jistghu jespandu u jkattru l-impjiegi u jkunu
f’posizzjoni ahjar li jwettqu inizjattivi godda u jghaddu l-intraprizi
ghall-generazzjonijiet ohra. Il-pajjizi Ewropej huma nstigati biex jibbazaw
it-tassazzjoni fuq principji ta’ best practice u ta’ personal performance
incentives”.

Ic-Charter jitkellem ukoll dwar x’ghandhom jaghmlu
l-gvernijiet biex jizguraw li l-intrapriza z-zghira tkun mghoqdija tajjeb
mis-servizzi finanzjarji u jenfassiza bil-kbir il-htiega li jigu zviluppati
relazzjonijiet hafna ahjar bejn is-sistema bankarja u n-negozji z-zghar biex
jinholqu accessi ahjar u kundizzjonijiet aktar ragonevoli biex iz-zghar igawdu
aktar kreditu bankarju u nvestiment kapitali. L-Unjoni Ewropeja ser taghmel
aktar sforzi biex il-European Investment Bank tkun aktar accessibbli mill-ftit
li hi llum biex tiprovdi kapitali finanzjarji ghat-twaqqif u tkattir ta’
intraprizi li jhaddmu teknologiji godda. L-Unjoni Ewropeja bi hsiebha ghalhekk
tkattar l-impenn u l-fondi biex iz-zghar ikollhom access aktar ghat-teknologijii
l-godda minghajr ma jitkissru finanzjarjament.

Il-Lehen
taz-Zghar
L-ESBA issejjah lilha nfisha “l-lehen indipendenti ta’ l-intrapriza
z-zghira u medja fl-Ewropa”. Il-GRTU issejjah lilha nfisha “l-lehen ta’
l-inizjattiva privat f’Malta”. Hemm numru ta’ organizazzjonijiet ohra fuq livell
Ewropew li jitkellmu ghall-intrapriza z-zghira. L-istrutturi fl-Ewropa Maghquda
ghadhom torox ghall-lehen ta’ l-intrapriza z-zghira. Anke f’pajjizna
l-gvernijiet ghadhom isibuha bi tqila mmens biex jisimghu bis-serjeta’ dak li
ghandhom x’jghidu l-kelliema ta’ l-intrapriza z-zghira.

Sodisfazzjon
kbir li kelli f’hajti f’dan l-ahhar snin kien precizament li rnexxieli nsahhah
il-lehen taz-zghar f’pajjizna. Izda baqa’ hafna u hafna xi jsir. Il-Prim
Ministri ta’ l-Unjoni Ewropeja issa qabblu, u issa maghhom intrabat ukoll ll
il-Prim Ministru ta’ pajjizna, li ghandha issir revizjoni shiha ta’ kif
l-interessi tan-negozji z-zghar huma rapprezentanti fuq livell nazzjonali u fuq
livell Ewropew. Qablu wkoll li l-lehen taz-zghar ikun nkluz bi shih f’dak li qed
jissejjah id-djalogu socjali.

Il-Weghda
“Ahna kommessi”, jghidu
l-kapijiet tal-gvern ta’ l-Ewropa Maqghuda, “li nimxu lejn it-twettiq ta’
l-ghanijiet imfassla fic-Charter tan-negozji z-zghar fit-tfassil ta’ politika
nazzjonali u Ewropeja dwar l-intrapriza”.

In-negozji z-zghar u s-self
employed ilhom jisimghu weghdi, izda fatti rari li raw. Dan ic-Charter illum ser
ikun il-frosta li l-organizazzjonijiet li jirrappresentaw lin-negozji z-zghar
ser juzaw fuq il-gvernijiet biex kemm fuq skala nazzjonali kif ukoll fuq skala
ikbar Ewropeja, jiccaqalqu u jimplimentaw dak li weghdu u halfu dwaru
fil-Portugal. F’Malta hekk ser naghmlu wkoll.

 

Palestina! Palestina!

L-Art Mqaddsa
Dak li qed jigri fil-Palestina hu tragedja
ghalina l-Maltin. Il-Palestina hi l-Art Mqaddsa. Il-postijiet li qed nisimghu
fl-ahbarijiet huma qrib taghna. Il-Palestina ghall-Maltin mhiex art barranija.
Hija bicca minna. Ghall-Maltin li twieldu wara l-gwerra l-Israel ukoll hu pajjiz
b’rabta maghna. Generazzjoni shiha ta’ Maltin kibru bi stampa friska f’mohhhom
tal-holokawst u l-miljuni ta’ Lhud maqtula b’mod tant barbaru minn Hitler u
n-Nazi tieghu. L-Exodus hu ktieb u film li hu frisk fil-memorja ta’ hafna
Maltin. Generazzjoni shiha ta’ Maltin kibret b’ammirazzjoni shiha ghal isforzi
kuragguzi u kapaci tal-Lhud biex mix-xejn holqu l-istat modern tal-Israel.
Maltin, izda, li gharfu jaqsmu r-rispett lejn il-bzulija u hila ta’ l-Israeliti
mas-simpatija u s-solidarjeta’ mal-isforzi tal-Palestinjani li jibnu huma wkoll
pajjiz ghalihom hieles u b’sahhtu li jsostnihom bhal ma hu dritt taghhom. Malta
fil-fori internazzjonali, fuq mhedda twila ta’ snin, uriet rispett lejn
l-aspirazzjonijiet ta’ dawn iz-zewg popli li jghixu f’pajjiz hieles u
b’sigurta’.

 


Ix-xewqa tal-maggoranza assoluta tal-Maltin hi li jirbah
is-sens komun, jitwarrab l-estremizmu u li tinstab soluzzjoni li tahdem.
Ic-ckejkna Malta tat sehmha matul iz-zmien, sehem kbir paragunat mall-qies
taghna, fil-verita’, biex tinstab soluzzjoni. Zewg statisti Matin b’mod
partikolari, jigbdu rispett kbir mill-Palestinjani ghall-isforzi taghhom biex
tinstab soluzzjoni li tghati nifs u hajja lill-Palestina: Dom Mintoff u Gwido de
Marco.

Ferocita’
Ghaliex, hafna jsaqsu din it-tragedja kollha?
Ghaliex l-Israel wasal biex jisfida lill-insara tad-dinja bil-mod krudili li qed
juri bl-assedju kontra l-Bazilika tat-Twelid ta’ Kristu? Kif jista’ jkun li
l-Maltin ta’ rieda tajba, anke dawk hbieb ta’ Israel, jiggustifikaw dak li qed
isir fit-toroq, fl-ibliet u fl-irhula tal-Palestina? Ghaliex 230 ruh rifugjati
gol-Bazilika l-aktar sagra ghall-insara qed jithallew imutu bil-guh, b’uhud
minnhom b’feriti li qed jikkankraw, bi tfal u nisa li ma jifilhux aktar, u dan
kollu mhux biex jinqabad xi kapurjun kbir tat-terrorizzmu izda ghaxra minn nies
infittxija ghall-krimini tas-sekonda kategorija? Ghaliex, hafna f’Malta u
fid-dinja, qed isaqsu, l-Israel hammar wicc il-hbieb tieghu b’din il-ferocita’
kollha?

Barak
Sharon tela’ fil-gvern wara li l-Partit tieghu xewwex
kemm felah kontra l-mexxej Laburista Barak u rnexxielu jwaqqa’ l-gvern ta’ Barak
wara zmien qasir li dam fil-gvern. Il-Partit Likud qiesu li assuma li ghandu
dritt aktar minn haddiehor li jmexxi, u lil Barak, General ta’ esperjenza kbira
u mgharuf ghall-intelligenza tieghu u ghar-rispett kbir li kien igawdi fl-armata
Israelita bhala strategista kapaci u bhala bniedem li jasal. Barak izda ma
kellux l-esperjenza politika u l-makkakerija tax-xjuh li jiddominaw il-politika
go l-Israel. Il-Progett ta’ Paci kuraggjuz li fassal Barak biex jaqla l-Israel
mill-isqaq diplomatiku, politiku u ekonomiku li kien dahal fih, kissruhulu ghax
ma hamluhx jirnexxi. Kienu jafu li Barak, politiku relattivament zaghzugh kien
jibqa’ hemm snin twal kieku irnexxielu jtemm darba ghal dejjem il-kwistjoni ta’
bejn l-Israeliti u l-Palestinjani. Tajruh ghax Barak ma kienx komdu ghal hafna
li kellhom kilba li jikmandaw huma u li tghaddi taghhom.

Pjan ta’
Paci
Il-Pjan ta’ Paci ta’ Barak kien jaghmel hafna sens. Illum huma hafna,
anke Palestinjani, li jghidu li l-Pjan ta’ Barak kien l-ahjar li qatt gie offrut
lilhom u li kieku kien accettat kieku t-tragedja tal-lum ma gratx. Huma hafna
wkoll li jsostnu li l-Palestinjani illum mhux possibbli li jkollhom offerta
ahjar milli b’kurragg kien taghhom Barak. Izda lil Barak kisruh ukoll
il-Palestinjani. X’ma qalux fuqu? Li kien suldat? Li ried jeqred lil
Palestinjani? Li kien pupu f’idejn l-Amerika? Li ma kienx ta’ min jafdah? X’ma
tefaghlux?

X’kien ppropona Barak? Barak effettivament kien wieghed
lill-Palestinjani li jirrikonoxxi l-Istat indipendenti tal-Palestina li jkun
jikkonsisti 95% tal-art Palestinjana li kellhom qabel il-gwerra tal-1967 li fiha
l-Israel kien okkupa mheded kbar tal-Palestina. Barak kien fil-fatt ser izomm
is-settlements strategigi li l-Lhud kienu bnew matul it-teritorji okkupati
kollha u kien fil-fatt ghaggel il-process li jcedi l-artijiet tal-pajjizi
tal-madwar li kienu ukoll qabel ikkapparati mill-Izraeliti.

B’kuragg
ukoll, u kontra ir-rieda tal-fanatici religfjuzi tal-Izreal, Barak kien ppropona
li l-Belt Mqaddsa tal-Gerusalem tinqasam b’mod li effettivament il-parti biss
l-aktar sagra ghal Lhud tibqa taht il-kontrol tal-Izrael u l-parti Kristjana u
l-parti Musulmana taqa’ taht il-Palestinjani. Kienet bla dibju l-ahjar offerta
li qatt inghataw il-Palestinjani. Kien pjan li il-paci seta’ imbaghad kompla
sahhah u li l-Palestinjani setghu komplew jibnu fuqu. Il-prezz li l-Palestinjani
riedu ihossu ta’ dak il-ftehim kien li l-Palestinjani li illum jghixu
fil-Lebanon u li jiffurmaw popolazzjoni ta’ 3.5 miljuni kienu ser jitilfu
nid-dritt li dejjem sostnew li ghandhom li jmorru huma ukoll jghixu
fil-Palestina bhala pajjizhom. Din kienet weghda importanti li Arafat dejjem
ghamel lill-dan il-poplu u kien difficli ferm ghalih li accetta pjan li jcahhad
tant Palestinjani min dritt li jghamlu parti minn pajjizhom wara il-fidwa. Din
hi d-decizjoni li Arafat ha u li l-lum qed ihallas bl-ikrah
ghaliha.

Barak falla. Falla ghax l-Izraeliti ghalkemm tellawh biex igib
il-paci ma sostnewhx meta b’kuragg pogga il-hajja politika tieghu f’riskju
mortali biex jasal fejn il-maggoranza tal-poplu xtaqitu li jasal. Arafat ulkoll
falla. Falla ghaliex ma gharafx jahtaf l-opportunita’ storika li tpoggiet
quddiema.

L-Amerika
Falliet ukoll l-Amerika. L-Amerika ta’ Clinton
bghatiet biex fehmet x’kien l-ahjar ghall-Palestina u l-Israel. Meta Clinton
fehem u ta’ s-sehem kbir tieghu, kien tard wisq biex isalva lil Barak u l-ahjar
Pjan ta’ Paci li tpogga fuq il-mejda tan-negozjati fis-snin kollha li ilha sejra
din it-tragedja.

Illum nibku naraw dak li qed jigri. Falla ukoll Powell.
Is-segretarju tas-segretarjat Amerikan, il-General Powell li intbghat
mill-President Bush fl-Art Imqaddsa f’attentat iddisprat u tard wisq li jevita
aktar dmija u stragi. Powell qata figura miskina fil-mawra tieghu fil-Palestina
u fl-Israel. Pero’ Powell hu bniedem intelligenti. Bhala suldat ta’ esperjenza
kbira ra bizzejjed biex jifhem li jekk l-Amerika trid il-paci ma jistax ikun li
thalli lill-Palestinjani u lill-Israeliti wahedhom. Powell fehem li wahedhom
dawn mhu ser jaslu qatt. Fehem li t-tragedja Palestinjana hi xi haga li tkexkex.
Mhiex l-istampa mcajpra li tidher minn Washington.

Powell fehem li
l-President Bush ghamel zball enormi li ghal hmistax-il xahar shah halla
lill-Israel u lill-Palestinjani jaqghu fil-livell ta’ disprament li waqghu fih.
Is-suwicidji u l-qtiel ta’ Israeliti nnocenti hu att ta’ disprament. Att bla
sens li ma jistax ikun gustifikat qatt. Huma atti li bilfors kienu ser igibu
maghhom atti ohra ta’ disprament. L-invazzjoni tal-Palestina mill-Israeliti u
l-barbarizmu li rajna f’dawn l-ahhar gimghat huma atti ta’ disprament li ma
jistghux ikunu gustifikati.

Soluzzjoni
Il-President Bush ittratiena
zzejjed. Il-piz tal-Amerika llum bhala l-pulizija tad-dinja hu kbir wisq. Hu
izda piz li ma tistax tahrab minnu. Il-forzi internazzjonali, in-Nazzjonijiet
Uniti u tal-Unjoni Ewropea ghadhom fjakki wisq biex jiccaqalqu b’urgenza u
b’hila u jevitaw it-tragedji. Ghal darb’ohra dawn fallew ukoll. Izda kulhadd
jittama li l-Amerika ticcaqlaq. Kulhadd jikkritika lill-Amerika u kulhadd irid
mill-Amerika. Tal-Unjoni Ewropea, l-aktar li ghandhom ghalfejn jisthu. Il-fatt
hu li l-Amerika ma ccaqalqietx. Ghax Bush abbanduna x-xoghol ta’ Clinton, jew
ghax ma kienx jifhem, jew ghax ma ridx, il-Palestinjani u l-Israeliti thallew
jghoddsu fi tragedja akbar minn qatt qabel.

Jista’ jkun li l-fatt li
l-Israel issa gab sitwazzjoni li qed tkexkex anke l-aktar hbieb fidili ta’
Israel stess u li l-Palestinjani twaqqghu fl-aktar livell ta’ disprament li qatt
thallew jaqghu fih ser iggib hafna kbarat f’sensiehom bizzejjed li jiccaqalqu
bil-kbir. L-istess wiehed jittama ghal Sharon u ghal Arafat. Dawn jafu li
id-dinja ma tiflahx aktar din il-pjaga.

Jista’ jkun li Powell juza
l-influwenza enormi li ghandu fil-gvern u fil-forzi militari Amerikani u
jgieghel lill-Amerika timponi Pjan ta’ Paci fuq l-Israel li jaghmel sens
ghas-snien li gejjien. Pjan li jghatti l-ugieh tal-lum u jipperpetwa t-tragedja
u l-umilta’ tal-Palestinjani kif iridu l-fanatici fl-Israel ma jahdimx. Izda
mhux l-Israeliti kollha fanatici. Anzi, l-maggoranza tal-Israeliti llum huma
genwinament imbezzghin. Sa ftit ilu, jigri x’jigri, kellhom fiducja li kollox
fl-ahhar mill-ahhar imur ghall-ahjar. Mhux aktar. Illum il-Lhud jafu li l-Israel
m’ghandux futur bla paci. Izda l-Istat hieles tal-Palestina mhux ser tigi wahdu.

Ghax it-tragedja tal-lum kisret l-istrutturi li kienu bdew jinbnew biex
fuqhom jinbena l-Istat tal-Palestina. Issa bilfors trid tidhol l-Amerika. Maghha
wkoll il forzi tas-sigurezza internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea. U ma jistax
jintilef zmien aktar. Bilfors trid tidhol l-id b’sahhitha ta’ min hu setghan u
ghandu il-hila jasal. Jridu jigu ivvutati somom enormi ta’ flus biex il-pjan
jirnexxi. L-Amerika biss taffordja.

J’alla mit-tragedja tinbet il-paci
vera. Ghal dan il-Maltin jitolbu l-Alla l-imbierek. Ftit aktar jistghu jaghmlu
l-Maltin. Ix-xalpa mal-ghonq ftit li xejn tiswa.

 

Noholqu x-Xoghol

Activity Rate
L-informazzjoni li tohrog mill-Labour Force Survey hi
interessanti hafna. Barra li tkejjel is-suq tax-xoghol u tiddentifika kemm hawn
nies disponibbli ghax-xoghol tghat wkoll hafna nformazzjoni ohra. In-numru ta’
nies disponibbli ghax-xoghol hu 155,751 li jikkostitwixxi 58% tal-popolazzjoni
dik li tissejjah l-activity rate. Min dawk attivi 81.3% huma rgiel u 34.2% huma
nisa. Sinjal iehor li r-rata ta’ zvilupp ta’ pajjizna tmajniet jidher mill-fatt
li l-activity rate minflokk zdiedet, kif suppost li taghmel hekk kif l-ekonomija
tespandi, r-rata fil-fatt naqset b’0.4% minn 58.4% fl-ahhar tas-sena 2000
ghall-58% fl-ahhar tas-sena 2001. Ma ninsewx li l-activity rate ta’ pajjizna
hija inqas sew min dik li nehtiegu li jkollna biex pajjizna jilhaq l-livelli ta’
pajjizi aktar zviluppati u skond dak li hu mehtieg biex insostnu livell ta’
ghexien li dejjem jghola u sistema ta’ servizzi socjali avvanzati.



Pajjizna nieqes minn hafna rizorsi u hu ghalhekk importanti
ferm ghalina mhux biss li jkollna rata gholja ta’ nies jahdmu bhala proporzjon
tal-popolazzjoni izda li jkollna rata gholja minn ta’ haddiehor la l-kapital
uman hu l-aktar rizorsi mportanti li ghandna. Il-politika ekonomika ta’ pajjizna
suppost hi mmirata li tgholli konsistentament l-activity rate bhala mezz
importanti li jsostni l-espansjoni tal-ekonomija. Aktar nies ihallsu
l-kontribuzzjonijiet socjali u t-taxxi u jfisser ghalhekk li s-servizzi socjali
jkunu aktar sostenibbli aktar ma jizdied l-impjieg u jonqsu dawk li m’humiex
attivi ekonomikament.

Employment Rate
Il-popolazzjoni attiva
ekonomikament mhux kollha tkun tahdem. Il-figura ta’ dawk disponibbli
ghax-xoghol tizdied aktar ma jkun registrat progress ekonomiku li jgib mieghu
holqien ta’ aktar opportunitajiet ta’ xoghol. Nisa, zghazagh, nies ta’ certi
eta’, jkunu aktar lesti li jkunu ekonomikament attivi hekk kif l-ekonomija
toffri fiducja u opportunita’. Jigri l-kuntrarju hekk kif l-atmosfera ekonomika
ma tkunx tajba. Ir-rata tan-nies jahdmu, l-employment rate, bejn s-sena 2000 u
s-sena 2001 ma zdiditx, anzi naqset minn 54.6% ghall-54.2%. Dan fi zmien meta
Malta qeghda disperatament tipprova tilhaqq livelli aktar qrib il-medja
tal-Unjoni Ewropea. Huma hafna it-targets ekonomici tal-gvern li matul is-sena
2001 ma ntlahaqx u marru lura flok ‘il quddiem. Ir-rata ta’ nies jahdmu bhala
proporzjoni tal-popolazzjoni, hi wahda mit-targets li marru
zmerc.

Unemployment Rate
Bhala percentwali r-rata ta’ nies li huma
disponibbli ghax-xoghol izda li ma jahdmux, l-unemployment rate, ma inbidlitx
bejn is-sena 2000 u s-sena 2001. Ghal darb’ohra dan hu sinjal li progress
fl-ekonomija ma kienx hemm. L-unemployment rate hi ta’ 6.5%. Bhala cifra din
tfisser li minn labour force ta’ 155,751, in-nies li ma ghandhomx xoghol,
l-unemployed, lahqu c-cifra ta’ 10,164. Iddur kemm iddur ma’ din, ic-cifri
l-fatt jibqa’ wiehed: aktar minn 10,000 ruh f’Malta jridu jahdmu u xoghol
m’ghandhomx. Mhux kwistjoni jekk ghandhomx 17 – il sena, 30 sena jew 62 sena.
Huma nies li jridu jahdmu, jaghmlu parti mill-Labour Force u xoghol m’ghandhomx.
Zgur li ma hux u ma kienx it-target tal-gvern li fl-ahhar tas-sena 2001 in-numru
ta’ nies qeghda jaqbez l-10,000. Il-fatt li hekk hu registrat jfisser li
l-incentivi u l-policies li jehtieg li nhaddmu f’pajjizna biex ninkoragixxu
l-holqien ta’ opportunitajiet godda ta’ xoghol ghadhom mhux qed jithaddmu.
Jidher wkoll li l-proposti ta’ dawk li jridu li jinholqu dawn l-opportunitajiet
m’humiex jintlaqghu. Jidher bla dubju li l-imprendituri zghar u kbar li jridu
joholqu positjiet godda ta’ xoghol mhux qed ikunu inkoraguti li l-iskemi kollha
li nisimghu b’hafna daq ta’ tnabar mhux qed jirnexxu jew mhux qed jirnexxu
bizzejjed. Il-fatt hu li nies li jridu x-xoghol f’Malta llum qabez
l-10,000.

Investiment
Il-posittiv ta’ dan hu li jekk titkejjel
mid-disponibbilita’ tal-Maltin ghax-xoghol, il-fatt li n-numru ta’ nies
disponibbli ghax-xoghol hu aktar minn 10,000 din fiha nnifisha hi inkoraggiment
ghal min irid jinvesti. Li mhux qed isir hu li investitur jkun imhajjar ihaddem.
Jien insostni li hafna affarijiet li qed isiru f’pajjizna llum huma fil-fatt
atti li jiskoragixxu u mhux jinkoragixxu l-holqien tax-xoghol.

Ma kull
investitur u imprenditur li titkellem illum, kollha jghidulek li m’hawn xejn li
jinkoragixxik thaddem aktar nies. Inweggha ferm meta nismaghha din ghaliex jien
qattajt hafna snin nirsisti biex ninkoragixxi l-holqien tax-xoghol u nemmen li
l-investitur Malti ghadu jiehu sodisfazzjoni li jkollu intrapriza li thaddem.
L-intrapriza imprenditarjali f’pajjizna izda qed tinqatel minn sistema zbaljata
li ma tifhimx l-importanza tal-imprendituri u ghadha tahseb biss kif issahhah
is-sistema burokratika ta’ pajjizna b’aktar awtoritajiet, aktar
regolamentazzjoni u aktar pizijiet li fl-ahhar mill-ahhar irid igorrhom
l-imprenditur. L-imprenditur Malti llum qed jahli tant u tant energija jlahhaq
mal-burokrazija esagerata u mhux qed jibqalghu l-ebda energija jahseb kif ser
ikabbar, kif ser igib aktar ordnijiet, kif ser idahhal teknologija gdida, kif
ser johloq aktar gid. Nistieden li kull min hu f’awtoritajiet li jitkellem
mal-imprendituri zghar, kbar, Maltin, barranin, godda, anitki, minn kull qasam.
Jara li l-messagg hu wiehed: halluna nahdmu.

L-industrija
Meta wiehed
jifli l-oqsma fejn jahdmu l-Maltin wiehed wkoll ikun jista’ jahseb x’policies
iridu jitfasslu biex dak li ghandna nsahhuh. Importanti hafna hu s-settur
tal-manifattura. Mhux biss ghax ihaddem hafna nies direttament izda wkoll
ghaliex minnu tigi l-esportazzjoni u l-qliegh u ta’ flus barranin tant
importanti ghall-pajjizna, izda wkoll ghax mal-manifattura jahdmu hafna negozji
ohra li jfornu l-industrija bhas-servizzi tal-port, burdnara, importaturi,
servizzi professjonali u hafna u hafna negozji ohra li jikbru jew jickienu
mas-success jew id-dghejfin tal-industrija
tal-manifattura.

Il-manifattura f’pajjizna izda tinsab fil-gwaj u s’issa
ghadu ma harigx fil-berah il-gwaj kollu. Il-manifattura fis-sena 2001 esportat
b’kollox Lm882 miljun. Is-sena ta’ qabel l-industrija esportat Lm1,072 miljun,
waqa’ ta’ Lm190 miljun f’sena. Fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena l-waqa’
fl-esportazzjoni kompliet b’waqa’ ohra ta’ Lm13.6 miljun. Il-waqa’
fl-esportazzjoni tirrifletti l-waqa’ fl-ordnijiet li tfisser waqa’
fl-investiment li tfisser waqa’ fl-impjiegi.

Il-fatti juru li fis-sena
l-2000 fil-manifattura kien hemm jahdmu 33,749 filwaqt li fis-sena 2001 din
nizlet ghal 31,432. Meta jonqsu l-opportunitajiet fl-industrija din tinhass
f’oqsma ohra u tirrifletti ruhha mhux biss fir-rata ta’ nies li jirregistraw
ghax-xoghol izda fit-total tan-nies qeghda, dan ghaliex l-industrija tattira
hafna zghazagh.

Noholqu x-xoghol
Ifisser li l-pajjiz irid jifli
bis-serjeta’ x’inhu jigri f’dan il-qasam. Saru hafna studji u hafna rapporti
dwar ir-ristruttura tal-industrija. Jidher izda li baqa’ hafna x’isir u li
l-ingranagg mehtieg biex naghmluha aktar facli ghall-industrija li tikkompeti,
tirbah ordnijiet godda u tigbed aktar investiment gdid, mhux hemm. Jidher li
ghadna nahsbu b’mentalita’ antika li nistghu nbieghu dak kollu li nipproducu. Ma
nistghux nahsbu biss fis-settur pubbliku u li nibqghu nsostnu l-ineficenzi li
ghandna. Irridu niddeciedu fejn nikkompetu sewwa u fejn nistghu nikkompetu mhux
qed nghinuh bizzejjed. Mhux dejjem nistghu naghmlu differenza wisq ahna, izda.
F’settur bhal tal-eletronika Malta tista’ tghin billi jkollha l-politika gusta
li tghin lill-industrija takwista ordnijiet minn kull fejn jistghu jigu bla ebda
xkiel u li tghin biex l-industrija tixtri l-materja prima minn fejn issib
l-orhos. Il-politika interna tghin ukoll biex l-industrija ma jkolliex xkiel
intern u imposizzjonijiet li jghollulha l-ispejjez u jtelfuha l-efficjenza, izda
fl-ahhar mill-ahhar jkun jiddependi hafna mis-swieq internazzjonali li ahna
m’ghandna l-ebda kontrol fuqhom. Din hi sitwazzjoni iebsa hafna ghal Malta ghax
l-esportazzjoni taghna tmur fi swieq li ahna m’ghandna l-ebda kontrol fuqhom.

L-ghazla taghna
Li ghandna kontrol hu fuq dak li jsir f’Malta.
L-industrija u kull settur tax-xoghol zghir u kbir hu importanti ghalina ghax
kull m’ghandna f’Malta hloqnih b’sagrificcji kbar. Ghalhekk importanti hafna li
l-politika nazzjonali ta’ pajjizna tkun primarjament immirata lejn x’inhu
l-ahjar biex nigbdu l-investiment, nsostnu li ghandna u noholqu aktar xoghol.
Ghax ix-xoghol ma jigix wahdu. Ix-xoghol trid toholqu. Tbghati biex toholqu izda
facli li titilfu. Meta l-affarijiet kienu sejrin tajjeb kulhadd gharef. Meta
l-affarijiet ikunu sejrin hziena bhal ma ilhom f’Malta ghal zmien twil izzejjed,
kulhadd qiesu jghoddos rasu. Illum ghandna sitwazzjoni fejn il-kapaci jridu
jinghataw l-ispazju. L-inkompetenti jridu jwarrbu. Ma ninqalghux jekk nibqghu
b’min falla.

 

Ir-Responsabbilita’ Enormi tal-Mexxejja tal-Bdiewa u r-Rahhala

Acquis
Nhar it-Tlieta 2 t’April 2002 kienet gurnata
importanti hafna ghall-oqsma kollha tal-biedja ta’ pajjizna. M’hiex zgur izda li
l-bdiewa u r-rahhala fehmu l-importanza enormi ta’ dak li kien qed jigri.
Ir-rapprezentanti tal-bdiewa u r-rahhala illum huma mghobbija b’responsabbilita’
enormi u ghandhom s-sahha jhollu jew jorbtu l-futur tal-biedja f’’pajjizna u
l-ghixien tal-imsiehba taghhom. Jien ma nafx kemm dawn il-mexxejja qed
jikkunsultaw mal-membri taghhom u kemm qed jispjegaw u jgibu l-appogg tal-bdiewa
u r-rahhala li jitkellmu ghalihom qabel jorbtu jew ma jorbtux. Nispera f’Alla li
qed jitkellmu, qed jifhmu, qed ifhemu u qed ikollhom warajhom lill-bdiewa u
lir-rahhala fuq dak kollu li jiddeciedu. Ghax li titkellem ghalik u terfa’
r-responsabbilita’ ta’ ghemilek int hija haga, izda li titkellem ghal haddiehor
u aghar minn hekk li torbot lil haddiehor fuq affarijiet li jistghu jaffetwaw
il-futur u l-ghixien ta’ dak li jkun b’mod mill-aktar determinanti, hi haga
kbira u serja hafna. Nhar it-Tlieta fil-laqgha ta’ konsultazzjoni mal-Ministri
Dr. Joe Borg, Prof. Josef Bonnici, il-Perit Ninu Zammit u John Dalli u
fil-laqgha tal-Meusac, il-mexxejja tal-bdiewa u tar-rahhala hadu decizjonijiet
ta’ importanza enormi.

 


Matul din l-ahhar sena, l-aktar, jien ppruvajt
b’kull mod li lill-gruppi differenti ta’ bdiewa u rahhala nghinhom u noffrilhom
s-servizzi u l-esperjenza tal-GRTU biex huma jkunu f’posizzjoni ahjar li jerfghu
s-salib kbir u enormi li qed ikunu mgeghla jgorru hekk kif Malta qed tigi
kostretta li tadotta l-acquis communautairre prattikament sas-sena
d-diehla.

Jien qrajt kull rapport li tpogga ghad-disposizzjoni tieghi u
li jirreferi ghall-impatt u d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea ser ikollu fuq
il-bdiewa u r-rahhala Maltin. Tkellimt ukoll ma rapprezentanti tal-bdiewa u
rahhala minn diversi pajjizi kemm dawk diga’ membri biex inkun naf x’gara wara
li dahhlu, bhal Grecja, Portugal u Spanja u ma ohrajn minn pajjizi li bhalna
ghadhom fuq l-ghatba.

Ma nemminx li xi hadd minn dawn il-pajjizi kollha
huwa ekwivalenti ghal Malta. L-istudji serji li saru kollha jenfasizzaw li ahna
differenti. Malta hi gzira maqghtuha bil-bahar mill-eqreb post Ewropew u mdawwra
b’pajjizi ohra akbar minna fil-Lvant Nofsani u fin-Nord tal-Afrika li ghandhom
produzzjoni tal-biedja li tikkompeti direttament ma’ Malta. Malta ghandha hafna
diffikultajiet biex izzomm produzzjoni ghaddejja izda l-genju u l-hila tal-bidwi
u r-rahhal Malti u l-ghaqal ta’ hafna nies kapaci li hadmu fid-dipartiment
tal-biedja irnexxielhom jaghtu lill-pajjizna biedja li tatna hafna u hafna
sodisfazzjon u li halliet qliegh kbir lill-pajjizna u lill-eluf kbar ta’ Maltin
ghal hafna u hafna snin. Illum fil-biedja mhux biss hemm eluf ta’ Maltin jahdmu,
izda hemm investiti l-miljuni ta’ flus tal-Maltin u ghal min investa f’dan
il-qasam, kemm bdiewa, rahhala, processuri, distributturi u hafna u hafna ohra,
il-biedja ghalihom hi kollox u s-sors kollu tal-ghixien taghhom. Hawn
sfortunatament minn jipprova jcekken l-importanza tal-biedja f’pajjizna. Dan hu
zball ohxon. Il-biedja hi fil-fatt importanti ghal pajjizna aktar milli juru
c-cifri. Partijiet kbar ta’ Malta huma rurali. Kull min jghix qrib il-kampanja
jaf li f’zoni shah ta’ Malta l-biedja hi l-mutur tal-ekonomija ta’ dawn
in-nahat.

Il-karba tal-bdiewa u r-rahhala
Ghalhekk l-argument dwar
il-biedja hu serju hafna u jridu jidhlu fih bis-serjeta’ dawk kollha li verament
ihobbu lill-pajjizna. Il-karba tal-bdiewa u r-rahhala li qed jifhmu x’inhu
jigri, trid l-ewwel u qabel kollox tinstema mill-bdiewa u r-rahhala l-ohra
kollha ghax baqa’ hafna li ghadhom jghixu bit-tama u bil-fiducja ghamja f’nies
li ma jidhrux li huma kapaci jerfghu r-responsabbilita’ tal-mument. Il-karba
trid tinstema wkoll minn hafna ohrajn. Mhux kwistjoni biss tal-bdiewa u
r-rahhala. Hi kwistjoni socjali u mhux biss ekonomika ghax tolqot il-mod
tal-hajja barra l-introjtu ta’ hafna familji Maltin. Hi kwistjoni ta’ sigurezza
nazzjonali. Min ghex l-ahhar gwerra dinjija jaf x’ifisser li pajjizna ma jkollux
biex jghix u jrid mill-barranin. Hi kwistjoni ta’ aktar qliegh mit-turizmu:
x’jiswa li ngibu t-turist f’pajjizna, imbaghad kull ma jkun irid irridu
nimpurtawh ghax il-produzzjoni lokali nkunu qtilniha? Hi kwistjoni wkoll ta’
ambjent. Fejnhom l-ambjentalisti? L-ambjent Malti hu li hu ghaliex ghandna
biedja u hajja rurali vitali. Il-biedja hi taghna lkoll u rridu nibzghu ghaliha
lkoll. Min ghandu jitkellem irid jitkellem illum. Ghada jista’ jkun too
late.

Il-mexxejja tas-setturi differenti tal-bdiewa u rahhala – iz-zewg
assocjazzjonijiet nazzjonali tal-bdiewa, l-lobby group tal-biedja, l-koperattiva
centrali tal-bdiewa, l-koperattivi l-ohra tal-bdiewa u l-Apex li tikkordina
x-xoghol ta’ dawn il-koperattivi, l-koperattivi tal-prodotturi kemm dik
tal-prodotturi tal-majjal, l-ohra tal-produtturi tac-canga u tal-halib,
l-koperattiva tal-produtturi tat-tigieg u tal-bajd, l-ghaqdiet ta’ min irabbi
l-fniek u dawk li jzommu n-naghag, dawk li jipproducu l-gheneb, iz-zebbug u
l-ghasel – illum ghandhom responsabbilita’ enormi. L-istess dawk li
jirrapprezentaw lill-processuri u l-fabbriki agro-industrijali.

Il-biedja
tista’ tinqatel
Ir-rapport serju li kitbu l-esperti tal-CIHEAM-IAM ta’ Bari
fl-Italja, jghid bl-aktar mod car, li ghandna quddiemna l-possibilita’ reali li
l-biedja Maltija tisparixxi darba ghal dejjem. Dan m’ghandux isir u hi
r-responsabbilita’ enormi ta’ min imexxi l-ghaqdiet tal-bdiewa u r-rahhala li
jkun zgur li dan ma jsirx. Nghid bl-aktar mod sod, bhal ma ili nghid lil dawk
kollha li jkellmuni: min mhux kapaci, min m’ghandux il-hila li jmexxi, li jifhem
x’inhu jsir u jrid ifiehem lil haddiehor u mhux kapaci jmexxi b’hila u ghaqal
kbir lil shabu, ghandu jwarrab u jaghmel il-wisa’ lil min hu kapaci u ghandu
l-hila. It-tnehhija tal-levies qabel ma’ Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea u
l-program tal-gvern biex speci ipaci l-impatt ta’ din it-tnehhija bis-sussidji,
mhiex soluzzjoni tajba. Ir-rahhala u l-bdiewa din il-haga jridu jifhmuha.

Il-biedja Maltija diehla fl-aktar bahar imqalleb li qatt dahlet fih kemm
ilha tezisti. Min mhux kapaci jara dan ghandu jwarrab u mhux joqghod johlom u
jittama u jafda bl-amment. Li tmexxi qatt m’hu komdu. Zgur, li tkun f’posizzjoni
ta’ tmexxija illum fil-qasam tal-biedja hi responsabbilita’ kbira hafna.
Fil-maltemp ma jimpurtakx mill-wicc u l-forma tal-kaptan. L-importanti li hu
kapaci. Dan hu li jien l-aktar li nappella lill-bdiewa u lir-rahhala: kunu zguri
li min qed imexxikom hu l-aktar kapaci; lil min imexxikom nghidlu biex ma jafdax
u fejn ma jifhimx iqabbad lil min jifhem. Ma rridx inkun f’qoxort min izomm
il-posizzjoni u jorbot u wara jsib li ghamel froga. Din m’hiex kwistjoni ta’
mbaghad naraw. Hi kwistjoni ta’ hajja jew mewt
tas-settur.

Is-salvazzjoni
Dan ifisser li Malta m’ghandiex ghazla. Le,
ta lanqas mhux hekk qed jghidu l-esperti. L-esperti qed jghidu li Malta ma
tistax tiftah il-bibien ghall-kompetizzjoni ta’ prodotti importati minn barra
qabel ma ssahhah sew il-produzzjoni lokali. L-esperti qed jghidu li biex
ir-rahhala u l-bdiewa Maltin ikunu f’posizzjoni li jikkompetu irid jitfassal
pjan serju ta’ investiment qawwi immirat biex Malta tipproduci l-aktar kwalita’
gholja ta’ prodotti li tkun kapaci iggib prezzijiet gholjin fis-swieq Ewropej.
Malta trid tkun kapaci tbiegh il-prodotti ta’ kwalita’ barra waqt li tkun qed
tixtri minn pajjizi ohra prodotti ohra irhas. Izda Malta trid tonfoq il-miljuni
l-kbar biex ikun ristrutturat bis-serjeta’ il-qasam kollu tal-biedja biex
jitwettaq dak li qed jghidu l-esperti. Dak li qed jipproponi l-gvern illum
mhuwiex dak li hu mehtieg li jsir jekk Malta trid tigwadanja mis-suq komuni
Ewropew. Il-program tal-gvern hu program tat-traqqih. Ghar-ristruttura serja
issemmiet ic-cifra ta’ aktar minn sittin miljun lira. Dan l-investiment irid
isir kwazi fl-oqsma kollha u jrid iz-zmien u jrid hafna tahrig. Zgur li ma
jistax isir f’daqqa u bla ppjanar serju.

L-ippjanar irid isir ghas-settur
kollu u ghall-qasam rurali kollu. Mhux xoghol tad-dilettanti. Mhux sewwa li
l-gvern jippretendi li bidwi jew rahhal jitlaq minn fuq il-post tax-xoghol
tieghu, jitfaghlu quddiemu pataflun karti, li anke lil min hu intiz ihawdu, u
jippretendi li bidwi u rahhal jiddeciedi u jorbot il-futur tieghu u ta’
shabu.

It-Tlieta 2 t’April
Dak li rajt isir nhar it-Tlieta 2 t’April
2002 fin-New Dolmen Hotel, il-Qawra, sewwidli qalbi bil-kbir. Nies li lanqas hu
xogholhom li jifhmu li l-kumplikazzjonijiet li gelghuhom jiddeciedu dwarhom,
kienu qed ikunu immartellati minn ohrajn li issa ilhom ix-xhur ifasslu u jiktbu
u jistudjaw. Huma hadu x-xhur u niddubita kemm fehmu u kemm fasslu tajjeb. Issa
lil haddiehor, bidwi u rahhal bi professjoni, ippretendewh jorbot u jiddeciedi
fi ftit sighat.

Nhar l-Erbgha 3 t’April 2002, jien u shabi, tkellimna
mal-President ta’ Malta, l-Prof. Gwido de Marco. Il-messagg li s-sidien
tal-intraprizi Maltin ghaddewlu kien wiehed car: ma jistax ikun li nibqghu
sejrin hekk. Il-gvern ma jistax jibqa’ ghaddej jahseb li hu u n-nies tieghu
jifhmu l-aktar, taparsi jikkonsulta, u ma jismax. Pajjizna taghna lkoll. Aktar
milli hu tal-politici u tal-burokratici hu ta’ dawk li jahdmu, ta’ dawk li
jistinkaw, ta’ dawk li jinvestu u jghatu hilithom u sahhithom. Dak li sar nhar
it-Tlieta 2 t’April 2002 hu ezempju car. Iddecidejt, qed jghid il-gvern, u ser
nibqa’ ghaddej. Inkellmek nghid li int qbilt mieghi, imma ser nibqa’ ghaddej.
Il-bdiewa u r-rahhala jekk iridu baqghalhom cans jitkellmu. Ftit, imma
baqghalhom. Ohrajn diga’ tilfu c-cans taghhom. Dan hu zmien li fih il-hmar biss
jorqod.

 

Il-qaghad u l-holqien tax-xoghol gdid

Labour force survey
l-aktar studju dettaljat li qed isir
dwar ix-xoghol huwa dak mahdum mill-NSO maghruf bhala l-labour force survey.
L-ahhar rapport li hareg hu dak li hareg ghall-Settembru 2001.

 



L-overall employment rate ta’ pajjizna ghadha baxxa mqabbla ma dik ta’ pajjizi
ndustrijalizati, specjalment pajjizi Ewropej, u l-percentwali hu ta’ 54.7%
tan-nies disponibbli ghax-xoghol

 Id-differenza bejn ir-rata ta’ rgiel
li jahdmu u nisa li jahdmu hi ta’ 44.2%, din turi zieda ta’ 1.5% fuq perjodu ta’
sena u nofs

 L-overall activity rate hi ta’ 58.4%, din hi rata baxxa u
fil-kaz tan-nisa, r-rata matul dan l-ahhar 18 – il xahar nizlet b’1.6%


Skond il-labour force survey, fuq l-ahhar 18 – il xahar ir-rata ta’ nies ma
jahdmux naqset b’0.5% u m’hemmx differenza bejn ir-rata ta’ nisa u rgiel ifittxu
x-xoghol

 Naqas fuq dan l-ahhar 18 – il xahar il-percentagg ta’ nisa
jahdmu fl-eta ta’ bejn 35 u 44

 Il-youth employment rate f’pajjizna hi
baxxa u turi rata ta’ 54.6% taz-zghazagh kollha disponibbli ghax-xoghol. Fost
iz-zghazagh maskili r-rata hi ta’ 57.5%, waqt li ta’ tfajliet hi 51.5%


Minn dawk kollha jahdmu 2.4% jahdmu fil-biedja, 31.3% jahdmu fl-industrija u
66.3% jahdmu fl-intraprizi li joffru s-servizzi

 Tnejn minn kull tlett
haddiema jahdmu fis-settur privat

 Ir-rata tas-self employed f’pajjizna
hi baxxa meta mqabbla mar-rata ta’ pajjizi ohra b’modd partikolari fejn jidhlu
n-nisa. Minn dawk kollha li jahdmu hemm 13.7% li jahdmu bhala self
employed

 F’Malta ghandna 7.2% ta’ dawk kollha li jahdmu huma part
timers. Minn dawn il-bicca l-kbira huma nisa, infatti 16.7% tan-nisa kollha li
jahdmu, jahdmu bhala part timers

Politka dwar ix-xoghol
L-Employment
and Training Corporation illum qed tanalizza l-figuri kollha li ghandha
ghad-disposizzjoni taghha dwar nies li jahdmu, nies li ma jahdmux u d-dettalji
li issa akkumulat mir-ricerka kollha li taghmel biex fasslet numru ta’ policies
li jirrigwardja l-kamp tax-xoghol. Dawn il-policies huma mdahhla fil-Joint
Assessment Paper on the Employment Policy Priorities of Malta, dokument li gie
iffirmat mill-gvern Malti u l-Kummissjoni Ewropea fis-26 t’Ottubru 2001.
L-Employment Policies ewlenin huma dawn:

 Li jkun analizzat l-effett
tat-taxxi u tal-beneficcji socjali bil-ghan li jitnehhew dawk li jissejhu
“poverty traps” u li jinholqu incentivi addattati biex dawk li ma jahdmux u dawn
fil-popolazzjoni huma inattivi wkoll jersqu fil-kamp tax-xoghol u jinstabilhom
impjieg.

 Li tghola r-rata ta’ nies jahdmu f’pajjizna, b’modd
partikolari li tghola r-rata ta’ nisa li jahdmu u li jkunu mhaddma sistemi li
joholqu opportunitajiet godda biex tickien id-differenza bejn in-numru ta’
irgiel u nisa li jahdmu.

 Din il-policy ukoll tipromwovi legislazzjoni
gdida li toffri kundizzjonijiet aktar agevolati biex filwaqt li jahdmu aktar
nisa tkun tista’ tissahhah ukoll il-familja.

 Jithaddmu skemi biex
tkompli tonqos dik li tissejjah “informal sector”, dik li sa ftit ilu kienu
jghidulha b’mod negattiv “the black economy”, jigifieri s-settur ta’ dawk li
jahdmu minghajr ma jkunu jidhru fuq il-kotba.

 Li jithaddmu skemi biex
ikun hemm matching ahjar bejn id-domanda ghax-xoghol u s-supply ta’ xoghol. Dan
billi jithaddmu sistemi ahjar ta’ vocational training bil-partecipazzjoni
tal-imsiehba socjali u li jithaddmu skemi li jghollu l-livell ta’ skills li
ghandhom il-haddiema Maltin l-aktar dawk li huma meqjusa bhala zvantagjati.
B’din il-policy l-awtoritajiet jridu jhadmu skemi li jghollu l-livell ta’
snajja’ ta’ dawk li jahdmu, li jirristrutturaw is-settur pubbliku biex jigu
utilizzati ahjar in-nies disponibbli ghall-gvern u li jithaddmu skemi u
incentivi biex il-haddiema li llum qed jahdmu f’setturi mhux produttivi jigu
mqassma f’xoghol aktar produttiv. Ma din il-policy tidhol ukoll il-kampanja biex
jonqsu n-numru ta’ haddiema illiterati.

 Li jkunu zviluppati ahjar
mizuri li jinkoragixxu l-holqien ta’ aktar impjiegi u li jkun hemm koordinament
tal-mizuri kollha mhaddma mis-setturi differenti u li s-settur pubbliku
jindirizza ahjar il-problemi li jolqtu setturi partikolari u gruppi ta’ haddiema
partikolari.

 Li jittiehdu l-mizuri biex f’Malta jitwaqqfu
l-istituzzjonijiet u jinholqu l-mezzi biex f’pajjizna tkun tista’ tithaddem
il-European Social Fund.

Il-prattika
Meta tghasar dan kollu issib dak
li qed jigri repetutament f’pajjizna. F’pajjiz zghir bhal taghna: qeghdin dejjem
aktar indahhlu fil-policy papers taghna frazijiet u proposti li jidhru sbieh fuq
il-karta izda x’hin nigu ghar-realta’ kull darba nehlu. Noholqu dejjem aktar
organizazzjonijiet, inkabbru dejjem aktar is-settur pubbliku pero’ ma nkejjlu
qatt l-impatt ta’ dan kollu u ma nahsbu qatt jekk dak li jkun propost minn
esperti go Brussels hux bilfors adattabbli ghal Malta. Qiesu ninsew illi biex
tkun taf il-problemi ta’ pajjizna u biex tahseb b’mizuri li jistghu jitwettqu
malajr m’hemmx xi diffikulta’ kbira. Ninsew li pajjizna mhux il-Germanja jew
Franza, fejn trid ix-xhur biex tara dak kollu li hu mehtieg. F’pajjizna
kullimkien tefa’ ta’ gebla. Tidhol f’postijiet tax-xoghol bl-anqas diffikulta’,
tista’ titkellem mas-sidien tal-intraprizi individwalment, tista’
tindividwalizza l-problemi ta’ pajjizna mhux biss qasam b’qasam, izda intrapriza
b’intrapriza, persuna b’persuna.

Jien l-esperjenza tieghi ghalmitni li
l-policies u l-indikazzjonijiet huma haga izda t-twettiq irid ikun adottat
bl-aktar mod cost effective skond il-htigijiet taghna. Jidher izda illi filwaqt
illi nindikaw it-triq gusta qieshom li l-awtoritajiet jitfixklu x’hin jigu biex
iwettqu. X’uhud mill-problemi huma dawn:

Beneficcji socjali u minimum
wage
Id-differenza bejn il-beneficcju li jircievu minn hu intitolat
ghall-assistenza socjali, l-aktar dawk li ghandhom it-tfal, u l-paga minima
nazzjonali hi negligibbli. F’certi kazi anzi, dak li jkun, jaqbillu ma jahdimx
milli jmur jahdem bil-paga minima. Suppost li din hi wahda mill-problemi li
kellha tirraporta dwarha l-Kummissjoni Nazzjonali dwar ir-Riforma fil-Welfare li
twaqqfet fl-1999. Din il-Kummissjoni izda m’ghadiex tiffunzjona wara li telaq
ic-Chairman li kellha. Il-problema izda ghadha hemm flimkien mal-problemi l-ohra
li suppost kellha tanalizza din il-Kummissjoni.

Li hu zgur hu li
s-sistema tal-beneficcji socjali waqt il-qaghad mhiex tinkoragixxi l-holqien ta’
aktar xoghol. Wasalna fi zmien li rridu nahsbu bis-serjeta’ jekk taghmilx aktar
sens li minflokk jinghataw flus bhala beneficcji lil min ma jahdimx, l-istess
flus jinghataw lil sidien ta’ intraprizi li lesti biex ihaddmu lin-nies li jkunu
bla xoghol. Huma hafna l-intraprizi li ghandhom job vacancies pero’ ma jifilhux
izidu hafna l-piz ta’ hlas regolari ta’ pagi u salarji.

Inwiegbu ahjar
ghall-htigijiet tas-suq tax-xoghol
L-ahhar survey dwar it-tahrig vokazzjonali
li gie ppubblikat f’Ottubru 2001 wera li ghalkemm 60% tas-sidien tal-intraprizi
jiprovdu xi forma ta’ tahrig vokazzjonali lill-haddiema taghhom, tnejn minn kull
tlieta izda, jghidu li l-iskills li ghandhom l-impjegati taghhom huma bizzejjed.
Dan juri li ghad ma tezistix kuxjenza qawwija bizzejjed fost il-haddiema u
s-sidien kemm hu importanti illi l-iskills tan-nies tax-xoghol ikunu
kontinwament mizjuda u aggornati jekk Malta trid tibqa’ persistentement
kompettitiva. Jien nemmen li l-iskemi li qed ihaddem il-gvern illum m’humiex
jilhqu l-ghanijiet taghhom u l-konsegwenza ta’ dan hu li hafna intraprizi
l-aktar iz-zghar m’humiex joholqu l-opportunitajiet ta’ xoghol li ghandhom
il-hila li joholqu. Jidher li qed nikkoncentraw fuq l-istituzzjoniijet u mhux
tant fuq ir-rizultati. Settur wara settur li jmiss maghhom jien jghiduli li
m’humiex ikabbru u m’humiex izidu fl-impjiegi ghal raguni li jew m’hemmx
inkoragiment, jew li l-iskemi tal-MDC, tal-IPSE u ta’ l-ETC m’humiex adekwati
ghalihom jew m’humiex imfassla sewwa, jew ghax m’humiex isibu l-kapitali
finanzjarju u l-krediti minn ghand il-banek ghaliex intraprizi zghar huma dejjem
fl-ahhar tal-kju ghall-finanzjamenti, jew inkella ghaliex illum f’pajjizna biex
tiftah jew tkabbar negozju jew biex tohrog progett gdid literalment jaqlawlek
fwiedek. Ma dan kollu issa zdiedet l-incertezza f’hafna setturi li llum jaqghu
taht il-protezzjoni. Dan l-ahhar per ezempju l-gvern tana d-dokument rivedut
dwar l-assistenza li s-setturi tal-agrikoltura biex dawn ikunu jistghu jibqghu
jfendu meta jitnehhew il-levies. Id-dokument izda ma juriex apprezament
tas-sitwazzjoni reali u ghalkemm is-somom ta’ flus disponibbli issa huma hafna
akbar milli kienu qabel, xorta wahda l-imprenditur ma jafx fejn hu. Ma jafx kif
ser jiehu l-assistenza u ma jafx jaqbillux jindahal ghar-responsabiltajiet godda
meta quddiemu qed jara futur mhux cert.

Incertezza
Ghandna problema
ta’ nuqqas ta’ xoghol f’pajjizna li qed tikber. Ghandna istituzzjonijiet u nies
kapaci li qed iqumu lill-pajjiz miljuni tal-liri u li xogholhom hu li joholqu
x-xoghol. Dan izda mhux qed isir. Mill-banda l-ohra, ghandna imprendituri li
ghandhom il-progetti, ghandhom l-idejat u l-energija u jridu joholqu x-xoghol.
Dawn jghidu li hlief tfixkiel ma jsibux. Xi haga fl-ingranagg tas-sistema hi
hazina hafna. Qiesu li l-kaptani u l-ufficjalita’ kollha fuq il-bridge, u
fl-engine room, ma jinzel hadd minnhom biex jara li fil-magni tal-vapur hemm
il-problemi. Li jekk ma jitrangawx jieqaf
kollox.