Talba tal-GRTU bil-Qorti ghall-kumpens lil tal-hwienet u negozji li qed ikunu sfurzati jitilfu gurnata xoghol nhar is-Sibt 8 ta' Marzu ghaliex l-hwienet taghhom jinsabu fiz-zona tal-Polling Stations.
Il-GRTU qed taghmel din it-talba wara li l-kummissjoni Elettorali naqset li tara li l-hwienet u n-negozji ma ssirilhomx din il-hsara.
Din hi hsara li s-sidien tal-hwienet qed ibaghtuha intortament u ghalhekk ghandhom ikunu kumpensati. L-GRTU tfakkar ukoll li l-hwienet, spizeriji u stabillimenti ohra li qed ikunu mitluba jibqghu maghluqa huma l-bicca l-kbira minnhom servizzi utili fil-kommunita u fi zminijiet tal-lum ma hemm l-ebda htiega li jibqghu maghluqa.
Fil-Prim' Awla tal-Qorti Civili
Il-Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji (GRTU)
vs
Il-Kummissjonarju Elettorali Principali
Protest Gudizzjarju tal-Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji (GRTU):
Tesponi bir-rispett:
-
Illi l-Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji (GRTU), jew kif ahjar maghrufa bhala "GRTU", ilmentat mal-protestat kif jidher mill-kopji tal-korrispondenza annessa u immarkati Dok "G1" u "G2", illi s-sidien tal-hwienet kollha membri tal-protestanti li jinstabu fil-vicinanza ta' hamsin (50) metru minn post tal-votazzjoni sejrin jinzammu maghluqa fit-8 ta' Marzu ossija jum l-Elezzjoni Generali;
-
Illi din il-procedura tohrog mill-Artikolu 66 tal-Kap. 354 tal-Ligijiet ta' Malta li jipprovdi illi:
Matul il-hin stabbilit ghall-votazzjoni f'xi post tal-votazzjoni, hadd, hlief min ikun qed jistenna biex jivvota, ma jista' jitnikker f'distanza ta' hamsin metru minn dak il-post ta' votazzjoni; u hadd ma jista', f'dik id-distanza ta' hamsin metru, jaghmel propaganda politika b'kull mod ikun x'ikun. Kull kazin, hanut jew stabbiliment pubbliku iehor tul dik id-distanza ghandu jinzamm maghluq fil-jum tal-votazzjoni.
-
Illi l-protestanti f'isem il-hwienet milquta minn din id-dizpozizzjoni ilmentat mal-protestat illi din il-preventiva offruta mill-Ligi hija wahda arkajka li ma tirriflettix il-klima politiku kalm li jezisti f'pajjizna fi zmien l-Elezzjonijiet kemm tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tal-Elezzjonijiet Generali llum il-gurnata;
-
Illi b'rizultat ta' din l-ordni, ghexieren ta' stabbilimenti kummercjali ma Malta u Ghawdex ser isofru dannu reali f'telf ta' qliegh f'gurnata shiha minghajr l-ebda raguni valida ghajr ghal din id-dispozizzjoni tal-Ligi;
-
Illi effettivament il-protestat gieli ha d-decizjoni illi waqt Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma jenforzax dan l-Artikolu u ma jordnax illi l-hwienet li jinstabu f'distanza inqas minn hamsin (50) metru minn post tal-votazzjoni ghandhom jibqghu maghluqa;
-
Illi madanakollu l-protestat informa lill-protestanti bl-intenzjoni tieghu illi jzomm maghluq kull stabbiliment ikkoncernat fil-gurnata tas-Sibt 8 ta' Marzu 2008, kif jidher mill-ittra tieghu annessa u mmarkata Dok "G3";
-
Illi l-protestanti umilment tissottometti illi l-Ligi hija drakonjana fil-konfront ta' dawk il-hwienet li jaqghu f'din il-kategorija u certament m'humiex ser jaghmlu xi propaganda politika jew, kif jinghad fl-Artikolu 67 tal-Kap. 354 tal-Ligijiet ta' Malta, jintimidaw xi elettur, jew li jfixkluh milli jersaq lejn jew jitlaq minn post ta' votazzjoni, jew li jwasslu ghall-ksur tal-paci pubblika;
-
Illi fil-maggiorparti taghhom, il-hwienet milquta minn din il-provizjoni tal-Ligi huma hwienet tat-te jew cafe', confectionaries, stationeries u hwienet tal-gazzetti. Il-postijiet tal-votazzjoni huma fil-maggjoranza taghhom skejjel u postijiet ohra fic-centru tal-lokal partikolari, u ghalhekk il-hwienet li jinstabu fil-vicinanza ta' hamsin (50) metru hafna drabi jkunu joffru servizzi ta' bzonn kwotidjan, b'eccezzjoni ghall-kazini politici li m'humiex koperti mill-protestanti;
Ghaldaqstant il-protestanti, filwaqt illi ggib dana kollu ghall-formali konjizzjoni tal-protestat u filwaqt li tinterpellah sabiex jersaq bonarjament ghall-likwidazzjoni u l-hlas tad-danni reali sofferti mis-sidien tal-hwienet membri tal-protestanti li jinstabu f'distanza ta' anqas minn hamsin (50) metru mill-postijiet ta' votazzjoni u li ser jinzammu maghluqa tul il-gurnata tas-Sibt, 8 ta' Marzu 2008, tqieghed lill-protestat f'dolo, mora u colpa skond il-Ligi u zzomm lill-imsemmija protestat responsabbli ghad-danni kollha li jista' jigu sofruti fil-futur minhabba l-agir tieghu.
Bl-ispejjez u b' riserva ta' kull dritt ta' azzjoni spettanti lill-protestanti.
Jan-Karl Farrugia LL.D.
15/10, Vincenti Buildings,
Strait Street, Valletta
Protestanti: Exchange Buildings, Republic Street, Valletta
Protestat: Electoral Office, Evans Building, St. Elmo Place, Valletta.