SME Chamber

Talba tal-GRTU bil-Qorti ghall-kumpens lil tal-hwienet

 Talba tal-GRTU bil-Qorti ghall-kumpens lil tal-hwienet u negozji li qed ikunu sfurzati jitilfu gurnata xoghol nhar is-Sibt 8 ta' Marzu ghaliex l-hwienet taghhom jinsabu fiz-zona tal-Polling Stations.

 

Il-GRTU qed taghmel din it-talba wara li l-kummissjoni Elettorali naqset li tara li l-hwienet u n-negozji ma ssirilhomx din il-hsara.

Din hi hsara li s-sidien tal-hwienet qed ibaghtuha intortament u ghalhekk ghandhom ikunu kumpensati. L-GRTU tfakkar ukoll li l-hwienet, spizeriji u stabillimenti ohra li qed ikunu mitluba jibqghu maghluqa huma l-bicca l-kbira minnhom servizzi utili fil-kommunita u fi zminijiet tal-lum ma hemm l-ebda htiega li jibqghu maghluqa.

Fil-Prim' Awla tal-Qorti Civili

Il-Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji (GRTU)

vs

Il-Kummissjonarju Elettorali Principali

Protest Gudizzjarju tal-Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji (GRTU):

Tesponi bir-rispett:

 

  1. Illi l-Kamra Maltija ghan-Negozji Zghar u Medji (GRTU), jew kif ahjar maghrufa bhala "GRTU", ilmentat mal-protestat kif jidher mill-kopji tal-korrispondenza annessa u immarkati Dok "G1" u "G2", illi s-sidien tal-hwienet kollha membri tal-protestanti li jinstabu fil-vicinanza ta' hamsin (50) metru minn post tal-votazzjoni sejrin jinzammu maghluqa fit-8 ta' Marzu ossija jum l-Elezzjoni Generali;

 

  1. Illi din il-procedura tohrog mill-Artikolu 66 tal-Kap. 354 tal-Ligijiet ta' Malta li jipprovdi illi:

 

Matul il-hin stabbilit ghall-votazzjoni f'xi post tal-votazzjoni, hadd, hlief min ikun qed jistenna biex jivvota, ma jista' jitnikker f'distanza ta' hamsin metru minn dak il-post ta' votazzjoni; u hadd ma jista', f'dik id-distanza ta' hamsin metru, jaghmel propaganda politika b'kull mod ikun x'ikun. Kull kazin, hanut jew stabbiliment pubbliku iehor tul dik id-distanza ghandu jinzamm maghluq fil-jum tal-votazzjoni.

 

  1. Illi l-protestanti f'isem il-hwienet milquta minn din id-dizpozizzjoni ilmentat mal-protestat illi din il-preventiva offruta mill-Ligi hija wahda arkajka li ma tirriflettix il-klima politiku kalm li jezisti f'pajjizna fi zmien l-Elezzjonijiet kemm tal-Kunsilli Lokali kif ukoll tal-Elezzjonijiet Generali llum il-gurnata;

 

  1. Illi b'rizultat ta' din l-ordni, ghexieren ta' stabbilimenti kummercjali ma Malta u Ghawdex ser isofru dannu reali f'telf ta' qliegh f'gurnata shiha minghajr l-ebda raguni valida ghajr ghal din id-dispozizzjoni tal-Ligi;

 

  1. Illi effettivament il-protestat gieli ha d-decizjoni illi waqt Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali ma jenforzax dan l-Artikolu u ma jordnax illi l-hwienet li jinstabu f'distanza inqas minn hamsin (50) metru minn post tal-votazzjoni ghandhom jibqghu maghluqa;

 

  1. Illi madanakollu l-protestat informa lill-protestanti bl-intenzjoni tieghu illi jzomm maghluq kull stabbiliment ikkoncernat fil-gurnata tas-Sibt 8 ta' Marzu 2008, kif jidher mill-ittra tieghu annessa u mmarkata Dok "G3";

 

  1. Illi l-protestanti umilment tissottometti illi l-Ligi hija drakonjana fil-konfront ta' dawk il-hwienet li jaqghu f'din il-kategorija u certament m'humiex ser jaghmlu xi propaganda politika jew, kif jinghad fl-Artikolu 67 tal-Kap. 354 tal-Ligijiet ta' Malta, jintimidaw xi elettur, jew li jfixkluh milli jersaq lejn jew jitlaq minn post ta' votazzjoni, jew li jwasslu ghall-ksur tal-paci pubblika;

 

  1. Illi fil-maggiorparti taghhom, il-hwienet milquta minn din il-provizjoni tal-Ligi huma hwienet tat-te jew cafe', confectionaries, stationeries u hwienet tal-gazzetti. Il-postijiet tal-votazzjoni huma fil-maggjoranza taghhom skejjel u postijiet ohra fic-centru tal-lokal partikolari, u ghalhekk il-hwienet li jinstabu fil-vicinanza ta' hamsin (50) metru hafna drabi jkunu joffru servizzi ta' bzonn kwotidjan, b'eccezzjoni ghall-kazini politici li m'humiex koperti mill-protestanti;

 

Ghaldaqstant il-protestanti, filwaqt illi ggib dana kollu ghall-formali konjizzjoni tal-protestat u filwaqt li tinterpellah sabiex jersaq bonarjament ghall-likwidazzjoni u l-hlas tad-danni reali sofferti mis-sidien tal-hwienet membri tal-protestanti li jinstabu f'distanza ta' anqas minn hamsin (50) metru mill-postijiet ta' votazzjoni u li ser jinzammu maghluqa tul il-gurnata tas-Sibt, 8 ta' Marzu 2008, tqieghed lill-protestat f'dolo, mora u colpa skond il-Ligi u zzomm lill-imsemmija protestat responsabbli ghad-danni kollha li jista' jigu sofruti fil-futur minhabba l-agir tieghu.

Bl-ispejjez u b' riserva ta' kull dritt ta' azzjoni spettanti lill-protestanti.

 

Jan-Karl Farrugia LL.D.                          

15/10, Vincenti Buildings,

Strait Street, Valletta

Protestanti:       Exchange Buildings, Republic Street, Valletta

Protestat:          Electoral Office, Evans Building, St. Elmo Place, Valletta.

                       

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).