Il-Messagg tal-GRTU lil Dr. Lawrence Gonzi fil-Bidu tat-tieni Gvern Gonzi.
Ghaziz Prim Ministru,
Hu l-pjacir kbir taghna li f'isem il-Kunsill Ezekuttiv Nazzjonali u l-eluf tas-sidien tan-negozji u self-employed imsiehba fil-GRTU nifirhulek ghall-hatra mill-gdid tieghek bhala Prim Ministru ta' Malta. Nifirhulek ukoll bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista ghar-rebha Elettorali fl-Elezzjoni Generali 2008.
Hon. Dr. Lawrenece Gonzi, K.U.O.M.,LL.D.,M.P
Prim Ministru
Auberge de Castille,
Valletta
12 ta' Marzu 2008
Ghaziz Prim Ministru,
Hu l-pjacir kbir taghna li f'isem il-Kunsill Ezekuttiv Nazzjonali u l-eluf tas-sidien tan-negozji u self-employed imsiehba fil-GRTU nifirhulek ghall-hatra mill-gdid tieghek bhala Prim Ministru ta' Malta. Nifirhulek ukoll bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista ghar-rebha Elettorali fl-Elezzjoni Generali 2008.
Ahna qed inharsu l-quddiem biex fl-iqsar zmien possibli inti twettaq l-bidliet mehtiega biex it-tieni Gvern tieghek ikun aktar efficjenti u jkun f'pozizzjoni li jkompli jsahhah aktar l-process ta' partecipazzjoni ta' l-imsiehba socjali fit-tfassil u t-twettiq tal-politika ekonomika, socjali u edukattiva, u ambjentali ta' pajjizna. Innutajna b'sodisfazzjon l-ewwel stqarrijiet tieghek fejn inti ndikajt bic-car li dan ser ikun Gvern aktar miftuh u trasparenti, aktar frisk u aktar deciz li jsahhah l-istrutturi li jwassluna biex bl-aktar mod efikaci Malta tottjeni l-massimu mill-opportunitajiet kbar li s-shubija taghna fl-Unjoni Ewropeja qed toffrilna.
Ir-rieda qawwija tieghek li tghati prijorita lir-rikonciljazzjoni nazzjonali hu awgurju tajjeb hafna ghax nemmnu li din illum hi priorita assoluta. Ma jistax ikun li f'pajjiz zghir bhal taghna nibqghu nkattru l-firda u nhaddmu xi forma ta' eskluzzjoni fuq kriterji politici jew fuq xi kriterju iehor. Il-GRTU hi konfidenti illi f'Malta hawn talenti u hilijiet bizzejjed biex nirbhu l-isfidi li ghandna quddiemna. Ghandna tama qawwija li inti tgharaf tmexxi biex insibu soluzzjonijiet ottimali biex l-energija u t-talenti kollha tal-Maltin ikunu uzati kollha fl-ahjar interess ta' pajjizna. F'dan il-kuntest ninnutaw ukoll l-hegga tieghek li tkabbar l-ivestiment u zzid is-servizzi fl-edukazzjoni u t-tahrig. Is-setturi kollha li tirraprezenta l-GRTU jridu nifs gdid u hu mportanti hafna li int kunfidenti li twettaq dak kollu li hu possibli biex l-investiment tan-nies taghna jrendilhom aktar.
Il-GRTU tistenna li fl-iqsar zmien jibda l-process biex jissahhah l-Kunsill Malti ghall-izvilupp Ekonomiku u Socjali (MCESD). Kif inhu illum dan il-Kunsill mhux qed jahdem sewwa. Nistennew ukoll li tinbidel u tissahhah l-istruttura li hadet post l-MEUSAC.
Hu important li l-imsiehba socjali jkunu nvoluti bis-serjeta fil-process tat-tfassil tal-pjanijiet tal-Gvern. Hu importanti wkoll illi l-konsultazzjonijiet u d-diskussjonijiet strutturati dwar l-Unjoni Ewropeja jergu jilhqu il-livell li kien stabbilit fi zmien l-MEUSAC. Hu importanti li l-Unjoni Ewropeja ssir realta' wkoll ghas-settur privat kollu u li c-cittadini Maltin jhossuhom involuti f'dak li jolqothom. Ir-realta Ewropeja trid tohrog il-barra mil-konfini tal-politici u l-burokratici statali u titwassal aktar lill-poplu.
Ahna b'entuzjazmu nestendulek l-kapacitajiet kollha li llum ghandha l-GRTU biex nghinu lilek u l-Ministri tieghek iwettqu l-proposti kollha ta' fejda li huma nkorporati fil-Programm Elettorali li fuqu inti u shabek irbahtu l-Mandat Elettorali.
Nawguraw lilek u l-Kabinet l-gdid tieghek l-akbar success.
Insellu ghalik,
Paul Abela Vincent Farrugia
President Direttur Generali