lejn in-Negozji z-Zghar ta’ Pajjizna
Nifirhulek ghal darb’ohra
ghall-elezzjoni tieghek bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista u nawgurawlek bhala
l-Prim Ministru li jmiss ta’ Pajjizna. Ahna konvinti li inti ser taghmel l-almu
tieghek kollu biex dak li wghedt twettqu, b’mod partikolari l-weghda tieghek li
taghmel id-differenza bis-serjeta fl-attenzjoni li l-gvern jaghti lil interessi
tal-proprjetarji tal-intraprizi z-zghar u ta’ dawk li jahdmu ghal
rashom.
rikonoxxut li l-intraprizi z-zghar huma s-sinsla tal-ekonomija ta’ pajjizna.
Ghad m’hawnx rikonoxximent li aktar minn nofs ta’ dawk li jahdmu mhux mal-gvern
jew mas-settur pubbliku, fil-fatt jahdmu fl-intraprizi z-zghar.
Il-GRTU
bhala l-organizazzjoni nazzjonali li ghal hamsa u hamsin sena ilha titkellem
f’isem is-sidien tan-negozji z-zghar Maltin u Ghawdxin ma tistax tishaq aktar
dwar il-htiega li mill-kliem u l-weghdi nghaddu ghall-fatti. Ma jistax ikun li
nibqghu b’sistema burokratika li dejjem tghabbi u dejjem tippretendi li taf hi
x’inhu tajjeb u mhux tajjeb li jsir u tfajjar regolamenti pizijiet bla ma taghti
kaz tal-konsegwenzi negattivi li dawn l-istess regolamenti jgibu fuq
l-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna. Xbajna nisimghu li l-proprjetarji
tal-intraprizi mohhhom biss fil-profitti. U jekk ma jkunux mohhhom fil-profitti
tal-intraprizi taghhom f’hiex insaqqsu, jriduhom ikun mohhhom il-managers u
s-sidien tal-intraprizi? Ghal dawn in-nies u ghall-eluf ta’ impjegati taghhom
m’hemmx “job for life” u paga diehla dejjem. Bilfors li huma jridu jahsbu kif
ser jaqilghuha.
Facli ghal min minn barra, ghall-gvern, ghal xi politici
u ghal xi armchair critics u ohrajn li m’ghandhomx x’jaghmlu li jkunu galantomi
bl-impjieg ta’ haddiehor. Ghax ma jafux x’jigifieri tiffacja s-suq kuljum u
kollox ghal wiccek. Ghax il-komdu jahseb li kulhadd komdu
bhalu.
Nixtiequk verament li tibda pagna gdida fejn jidhlu l-htigijiet
tas-sidien tal-intraprizi z-zghar. Ghalhekk illum qed nappellawlek biex twarrab
minn nofs din il-kwistjoni bla sens li dahhalna fiha l-Ministru tas-Sahha
bir-regolamenti goffi dwar it-tipjip. Gvern li jemmen bis-serjeta fl-intraprizi
z-zghar ma jistax f’sitt xhur jaghmel siegha biss ta’ konsultazzjoni dwar
ir-regolamenti li ser jolqtu eluf ta’ postijiet tax-xoghol, u dan wara li konna
mgeghla nitolbu biex ikellmuna. Qieshom qatt ma semghu li fl-Unjoni Ewropeja u
fid-dinja demokratika m’ghadekx taqbad u timponi bla konsultazzjoni u minghajr
ma tahdem l-impatt ekonomiku ta’ dak li tkun qed tipproponi. Nappellawlek b’mod
genwin biex ma tibdiex it-tregija ta’ pajjizna tieghek bi clash mal-mexxejja
tal-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna.
Dawn ir-regolamenti huma kefrin.
Mhux qed jaghtu ghazla xierqa lis-sidien tal-bars, clubs, restoranti, casinos,
nightclubs, postijiet tad-divertiment, canteens, kafeteriji, launges u hafna
postijiet ohra li ser jintlaqtu. Dawn il-postijiet iridu s-snin biex ikunu
jistghu lkoll jaddottaw ghal sistema bla tipjip. Illum jezistu tekonologiji li
jaghmluha possibbli li post ikollu arja purifikata minghajr htiega li dawn
in-negozji jitilfu mill-qliegh taghhom. Mhux vera li bar jew post iehor li
ghandu klijentela li tpejjep tista’ ggib it-telf ta’ business minn nies ohra li
ma jpejpux. Ir-ricerka fil-pajjizi kollha fejn dahlu ligijiet bhal dawn juru li
dan ma sarx. Ir-ricerka fi New York, Canada u postijiet ohra juru li numru kbir
ta’ intraprizi zghar kellhom jaghlqu u intilfu hafna impjiegi. Fis-settur
tal-bars u postijiet ohra fejn l-aktar li jkun ikkunsmat hu x-xorb, l-impjiegi
waqghu kwazi bin-nofs ghall-postijiet li m’ghandhomx spazju fl-apert. Barra minn
hekk ir-ricerka turi li ghal kull persuna li tpejjep li tiffrekwenta il-bars,
il-kazini u l-postijiet tad-divertiment, trid tlieta u nofs li ma jpejjpux biex
tirriplejsja lil min ipejjep fl-ammont ta’ infieq. Ghall-industrija kollha,
inkluzi r-restoranti, trid tnejn ghal kull wiehed li titlef.
Dawn
ir-regolamenti qed ikunu mplimentati bla ebda kaz ta’ l-impatt fuq in-nies
taghna. Dan mhux sewwa. Dawk li ser jitilfu l-impjieg u n-negozji li jkollhom
jaghlqu mhux facli illum isibu fejn imorru. Nappellawlek ghalhekk li tissospendi
l-implimentazzjoni tal-ligi kif inhi. Il-pajjizi u l-ibliet li dahhluha llum
rega’ bdielhom u qed jaraw kif jirrangawha minhabba l-hsara li saret lil settur
importanti tal-imjiegi. M’ghandniex ghalfejn naghglu u nafguha biex wara jkollna
nirrangawha. Ahna rridu niehdu sehem fil-kampanja nazzjonali biex ikun imrazzan
it-tipjip u l-hsara li qed issir lis-sahha ta’ tant nies. Izda mhux bil-mod kif
ftit bla ebda hjiel ta’ impatt ekonomiku jriduha li ssir. Ahna rridu li s-sidien
ikollhom l-ghazla li jiddikjaraw jekk il-post taghhom hux miftuh ghat-tipjip jew
le. Mhux vera li fejn kien hemm l-ghazla kollha ghazlu favur it-tipjip. Diga
f’pajjizna hafna postijiet ghazlu favur post bla tipjip. Ahna rridu li
l-konsumatur jkun hu li jaghzel u mhux jaghzillu l-gvern qiesna pajjiz tat-tfal
tan-nuna.
Ahna rridu perjodu ta’ mill-anqas tlett snin u preferibilment
hames snin li fih is-sidien jkunu meghjuna finanzjament u b’incentivi fiskali
biex idahhlu sistemi ta’ purifikazzjoni tal-arja halli joffru lkoll smoke-free
environment. L-affarijiet iridu jsiru sewwa u bil-galbu. Kif inhuma proposti
llum huma bil-genn u ser jaghmlu l-hsara lil hafna. Ir-ricerka turi li fejn sar
hekk mhux vera li l-ghanijiet tas-sahha ntlahqu.
Ahna rridu nghinuk issib
soluzzjoni prattika. Bil-konsultazzjoni u bil-ftehim naslu. Bl-imposizzjoni,
inkwiet bla bzonn ser ikollna. Dan fi zmien meta jinhtieg li nikkoncentraw
ilkoll bis-serjeta fuq il-problemi kbar li qed jiffaccja pajjizna, dak ta’
inkwiet kbir fis-settur tal-impjiegi, l-izbilanc inkwetanti fil-finanzi
tal-gvern, is-sistema tas-sahha u tal-penzjonijiet u l-htiega enormi li nhajru
aktar investiment dirett f’pajjizna. Ahna fiducjuzi li naslu. Nappellawlek li ma
thalliex aktar lil ftit fl-amministrazzjoni jizvejjawna u jaqtawlna
nifisna.
Mill-gdid nawgurawlek.