SME Chamber

Twegibiet lil GENS dwar Dr Lawrence Gonzi

Dr Gonzi se jkun il-persuna li l-imsiehba socjali se jkunu qed
jahdmu u jinnegozjaw mieghu fix-xhur u s-snin li gejjin:

 


1. Kif tahseb li
se tkun il-“working relationship” bejn l-imsiehba socjali u l-Prim Ministru
l-gdid?

Il-working relationship zgur li tkun wahda tajba hafna.
L-imsiehba socjali diga kellhom esperjenza posittiva hafna ma’ Dr Gonzi meta
flimkien bnejna l-ligi l-gdida tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg.
Hdimna tajjeb hafna wkoll meta tfasslet il-ligi li waqqfet l-MCESD. Dawn kienu
ligijiet li kienu ilhom gejjin is-snin, izda li kienu ghadhom ma wasslux
ghat-tmiem taghhom. Fi zmien stipulat Dr Gonzi wassal lil imsiehba socjali ghal
konkluzjonijiet posittivi. Il-GRTU bhala wahda mill-Imsiehba Socjali importanti
minn naha tal-Employers zgur li ser tahdem tajjeb ghaliex kemm bhala Deputat
Prim Ministru, kif ukoll bhala Ministru tal-Politika Socjali, il-GRTU dejjem
kellha l-ahjar relazzjonijiet ma’ Dr Gonzi. Jien personalment zgur li ser
inhossni komdu hafna ghaliex inhoss li hemm stima reciproka li hi bazi
importanti ghal working relationship tajjeb.

2. Il-hatra ta’ Dr Gonzi
x’bidliet tahseb li tista’ ggib maghha?

L-aktar bidla importanti zgur li
tkun fl-attegjament tas-sistema burokratika lejn il-proprjetarji tan-negozji
z-zghar ta’ pajjizna. Inhoss li hafna fis-settur pubbliku ghandhom attitudni
negattiva li jbatu biha u li tiggwidhom biex iharsu lejn is-sidien tan-negozji
bhala xi eghdewwa u affarijiet ohra ta' toma negattiva. Nemmen li Dr Gonzi
genwinament ihares lejn is-sidien tan-negozji zghar bhala forza importanti biex
jitwettaq l-izvilupp ta' pajjizna u li bejniethom ihaddmu eluf kbar ta’ Maltin u
li ghalhekk Dr Gonzi ser ikun b’forza posittiva u ta’ gwida biex mhux biss
tinbidel din il-mentalita’ imma li jkun dejjem aktar dispost li jghin milli biex
jghabbi.

3. Fuq liema prijoritajiet tahseb li ghandu jikkoncentra
l-ewwel il-Prim Ministru l-gdid?

Fuq l-ekonomija, u allahares ma jkunx
hekk. Issa ilna nitkellmu s-snin fuq il-htiega li Malta ghandha tkun aktar
kompetittiva. Id-djalogu u l-konsultazzjoni dwar dan is-suggett ma hadimx
tajjeb. Bhalissa hemm kumitat fl-MCESD dwar il-Competitiveness li qed jahdem
tajjeb hafna. Jiena personalment diga kellimt lil Dr Gonzi dwar il-htiega li
fl-iqsar zmien ghandu jaghmel brain-storming session mal-MCESD halli jifhem
sewwa l-kriterji li fuqhom irridu nahdmu. Jiena konvint illi l-abilita kbira ta'
Dr Gonzi li jwassal lis-setturi diversi ghal ftehim ser iwassal biex l-MCESD
jaqbel fuq x'ghandu jsir biex l-ekonomija tqum fuq taghha u tiffaccja l-isfidi
li ghandha quddiemha. Cert ukoll li Dr Gonzi ghandu l-hila li jwassal lil
imsiehba socjali ghal Patt Socjali Ekonomiku li hu l-ghodda l-aktar importanti
biex il-kompetitivita’ ta’ pajjizna tinzamm b'mod konsistenti. Jekk nirbhu
l-kwistjoni ekonomika jkollna imbaghad il-mezzi biex inwettqu l-ghanijiet
socjali u ambjentali li hu konness dwarhom Dr Lawrence
Gonzi.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).