1. F’din il-laqgha l-GRTU ipprezentat il-proposti taghha
ghall-soluzzjoni miftiehma dwar il-kwistjoni tat-tipjip f’postijiet
pubblici.
2. Il-GRTU issostni li m’hemmx argument dwar l-ghanijiet
tal-Ligi u l-GRTU ikkonfermat li hi wkoll trid li l-pubbliku jkun imhajjar
jaghzel aktar li ma jpejjipx u li jippreferi postijiet pubblici bla
tipjip.
3. Il-GRTU izda tqies li mhux gust li l-bidla tkun imposta b’Ligi
meta f’pajjizna hawn 80, 000 ruh li jpejpu u li hemm eluf fl-istabbilimenti ta’
kull kwalita’ kemm bars, restoranti, kafeteriji, night clubs, discos u hwienet
tal-merca, workshops, fabbriki, agenziji, ufficini u postijiet tax-xoghol ta’
kull kwalita li ghadhom mhux ippreparati u m'ghandhomx il-facilitajiet li
jwettqu dak li qed jimponi l-gvern. Mhux gust ghalhekk li l-Ligi tkum imposta
bl-ghaggla fis-6 ta’ April li gej. Zgur mhux gust li s-sidien tal-postijiet
tax-xoghol kollha ta’ Malta jkun mhedda f’multi esagerati, habs u tnehhija
tal-licenzja jekk ma jwettqux dak li tghid il-Ligi.
4. Il-GRTU, ghalhekk
ipproponiet:
 Sospenzjoni tal-Avviz Legali
 Bidla tal-Avviz Legali
biex jirrikonoxxi d-dritt tas-sid li jiddikjara –
1. Li l-post tieghu hu
kollu non-smoking
2. Li l-post tieghu ghandu non-smoking area u smoking
area
3. Li fil-post m’hemmx non-smoking area
4. Li fil-post m’hemmx
non-smoking area izda hemm apparat ghall-purifikazzjoni tal-arja
B’dan il-mod
is-sid ikollu c-cans li jiddikjara u l-konsumatur ikollu d-dritt li
jaghzel.
5. Il-GRTU ukoll ressqet it-talba f’isem in-negozji z-zghar biex
jinghataw assistenzi finanzjarji jew fiskali mill-gvern biex jkunu jistghu
jdahhlu apparat li jnaddaf l-arja mit-tniggis tad-duhhan tas-sigaretti. Il-GRTU
ma jifilhux din l-ispiza u mhux gust li l-gvern jimponi fuqhom telf.
6.
Il-GRTU appellat lil Ministru biex mill-Ligi jitnehhew il-pizijiet li qed
jitghabbew fuq is-sidien. Il-GRTU insistiet li l-ligi dwar it-tipjip m’ghandhiex
tirfes fuq il-ligi tal-licenzji tan-negozji. Mhux il-kompita tal-Ministru
tas-Sahha li jhedded lis-sidien tal-hwienet u postijiet tad-divertiment bit-telf
tal-licenzja tan-negozji.
7. Il-GRTU insistiet fuq soluzzjoni miftiehem
fl-ahjar interess tal-pajjiz u tas-sahha ghax issostni li l-ligi kif inhi mhux
ser tahdem u l-ghanijiet tal-gvern mhux ser jintlahqu zgur bil-mod ingust li
ghazel il-Ministru tas-Sahha.
8. Il-GRTU issa ser tistenna r-reazzjoni
tal-Ministru tas-Sahha. Il-GRTU izda ser tkompli bil-kampanja taghha kontra
l-imposizzjoni tal-ligi kif imfassla. Il-ligi qed tfassal linja ta’ gwida
lis-sidien tan-negozji biex ittihom direttivi kif ghandhom jahdmu f’kas li
l-ligi tibqa’ ma tinbidilx.
|