SME Chamber

Pjan ta’ Azzjoni ghax-Xoghol

Il-GRTU – Malta Chamber of Small & Medium Enterprises ippartecipat
fis-sezzjoni ta’ konsultazzjoni mal-organizazzjonijiet li jirraprezentaw
l-employers dwar in-National Action Plan for Employment. Dan hu l-Pjan li
l-gvern qed ifassal biex Malta fis-sitt snin li gejjin tilhaq it-targets
tal-Unjoni Ewropea fil-livell ta’ impjiegi f’Malta. Dan il-Pjan irid iwassal
biex in-numru ta’ nies attivi fil-kamp tax-xoghol jitla’ minn 54.6% kif inhu
illum ghal 70% tal-popolazzjoni, biex il-partecipazzjoni tan-nisa titla’ minn
33.4% ghal 60% u numru ta’ nies ta’ eta kbira jahdmu titla b’5%.


Il-GRTU
taqbel li ghandu jsir kull sforz miftiehem bejn gvern u l-msiehba socjali biex
in-numru ta’ nies disponibbli ghax-xoghol jizdied u biex toghla l-kwalita
tal-haddiema Maltin permezz ta’ aktar tahrig u ppjanar ahjar edukattiv.
Il-kapital uman jibqa’ l-aqwa kapital li ghandha Malta. Il-GRTU issostni li biex
jibqa’ joghla l-GDP ta’ pajjizna bilfors f’Malta jrid ikollha aktar nies
jahdmu.

Fil-laqgha ta’ konsultazzjoni msejha mill-Ministru
tal-Edukazzjoni, il-GRTU enfasizzat bil-kbir li mhux bizzejjed li nisguraw li
jkollna aktar haddiema disponibbli u ta’ kwalita dejjem oghla, izda hu fuq
kollox importanti li jkollna aktar postijiet tax-xoghol. Dawn il-postijiet
f’ekonomija moderna jinholqu mill-entrepreneurs privati zghar u kbar. Jinholqu
meta f’Malta l-gvern ikun verament enterprise-driven. Meta l-awtoritajiet Maltin
bis-serjeta jiehdu hsieb lil min irid jinvesti u jhaddem in-nies. Sfortunatament
il-GRTU issostni li dan mhux qed isir u hu ghalhekk li l-GRTU qed tishaq f’kull
laqgha mal-kandidati ghall-post ta’ Prim Ministru ta’ Malta fil-gejjieni biex
jikkomettu ruhhom bl-aktar mod car favur politika li ssostni lil intrapriza u
lil entrepreneurs bhala l-ghodda ewlenija biex f’Malta jizdied ix-xoghol u
jitkattar il-gid

Fis-sitwazzjoni tal-lum fejn il-qaghad qed jizdied, u
ser ikompli jizdied,il-GRTU qed tishaq aktar minn qatt qabel li l-Gvern ghandu
jkun hafna aktar decisiv fejn tidhol ghajnuna lil intraprizi iz-zghar Maltin li
fihom jahdmu ghexieren ta’ eluf ta’ Maltin. L-iskemi kollha li il-gvern haddem
s’issa ftit li xejn kellhom effett ghax l-attitudni generali tal-awtoritajiet
Maltin hi li jghabbu fuq is-sidien tal-intraprizi hafna u hafna aktar milli
jifilhu bil-konsegwenza li dawn jew inaqqsu jew ma jzidux impjiegi. It-targets
tal-Pjan ta’ Azzjoni Dwar L-Impjiegi ma jintlahqux jekk il-Gvern ma jbiddilx
drastikament l-attitudni lejn is-sidien tal-intraprizi u jrazzan lil dawk
fl-Awtoritajiet, fil-Ministeri u fid-Dipartimenti tal-Gvern li pronti jfarfru
minn fuq daharhom ir-responsabbiltajiet taghhom biex dejjem jghabbu izjed fuq
is-sidien tal-intraprizi Maltin basta jiddandnu bil-pjanijiet u
bir-rapporti.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).