Il-GRTU tikteb lil Ministru u Deputat Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi

Inkunu Posittivi
lejn in-Negozji z-Zghar ta’ Pajjizna

Nifirhulek ghal darb’ohra
ghall-elezzjoni tieghek bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista u nawgurawlek bhala
l-Prim Ministru li jmiss ta’ Pajjizna. Ahna konvinti li inti ser taghmel l-almu
tieghek kollu biex dak li wghedt twettqu, b’mod partikolari l-weghda tieghek li
taghmel id-differenza bis-serjeta fl-attenzjoni li l-gvern jaghti lil interessi
tal-proprjetarji tal-intraprizi z-zghar u ta’ dawk li jahdmu ghal
rashom.


Sfortunatament ghadu sar ftit wisq mill-gvern biex ikun tassew
rikonoxxut li l-intraprizi z-zghar huma s-sinsla tal-ekonomija ta’ pajjizna.
Ghad m’hawnx rikonoxximent li aktar minn nofs ta’ dawk li jahdmu mhux mal-gvern
jew mas-settur pubbliku, fil-fatt jahdmu fl-intraprizi z-zghar.

Il-GRTU
bhala l-organizazzjoni nazzjonali li ghal hamsa u hamsin sena ilha titkellem
f’isem is-sidien tan-negozji z-zghar Maltin u Ghawdxin ma tistax tishaq aktar
dwar il-htiega li mill-kliem u l-weghdi nghaddu ghall-fatti. Ma jistax ikun li
nibqghu b’sistema burokratika li dejjem tghabbi u dejjem tippretendi li taf hi
x’inhu tajjeb u mhux tajjeb li jsir u tfajjar regolamenti pizijiet bla ma taghti
kaz tal-konsegwenzi negattivi li dawn l-istess regolamenti jgibu fuq
l-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna. Xbajna nisimghu li l-proprjetarji
tal-intraprizi mohhhom biss fil-profitti. U jekk ma jkunux mohhhom fil-profitti
tal-intraprizi taghhom f’hiex insaqqsu, jriduhom ikun mohhhom il-managers u
s-sidien tal-intraprizi? Ghal dawn in-nies u ghall-eluf ta’ impjegati taghhom
m’hemmx “job for life” u paga diehla dejjem. Bilfors li huma jridu jahsbu kif
ser jaqilghuha.

Facli ghal min minn barra, ghall-gvern, ghal xi politici
u ghal xi armchair critics u ohrajn li m’ghandhomx x’jaghmlu li jkunu galantomi
bl-impjieg ta’ haddiehor. Ghax ma jafux x’jigifieri tiffacja s-suq kuljum u
kollox ghal wiccek. Ghax il-komdu jahseb li kulhadd komdu
bhalu.

Nixtiequk verament li tibda pagna gdida fejn jidhlu l-htigijiet
tas-sidien tal-intraprizi z-zghar. Ghalhekk illum qed nappellawlek biex twarrab
minn nofs din il-kwistjoni bla sens li dahhalna fiha l-Ministru tas-Sahha
bir-regolamenti goffi dwar it-tipjip. Gvern li jemmen bis-serjeta fl-intraprizi
z-zghar ma jistax f’sitt xhur jaghmel siegha biss ta’ konsultazzjoni dwar
ir-regolamenti li ser jolqtu eluf ta’ postijiet tax-xoghol, u dan wara li konna
mgeghla nitolbu biex ikellmuna. Qieshom qatt ma semghu li fl-Unjoni Ewropeja u
fid-dinja demokratika m’ghadekx taqbad u timponi bla konsultazzjoni u minghajr
ma tahdem l-impatt ekonomiku ta’ dak li tkun qed tipproponi. Nappellawlek b’mod
genwin biex ma tibdiex it-tregija ta’ pajjizna tieghek bi clash mal-mexxejja
tal-intraprizi z-zghar ta’ pajjizna.

Dawn ir-regolamenti huma kefrin.
Mhux qed jaghtu ghazla xierqa lis-sidien tal-bars, clubs, restoranti, casinos,
nightclubs, postijiet tad-divertiment, canteens, kafeteriji, launges u hafna
postijiet ohra li ser jintlaqtu. Dawn il-postijiet iridu s-snin biex ikunu
jistghu lkoll jaddottaw ghal sistema bla tipjip. Illum jezistu tekonologiji li
jaghmluha possibbli li post ikollu arja purifikata minghajr htiega li dawn
in-negozji jitilfu mill-qliegh taghhom. Mhux vera li bar jew post iehor li
ghandu klijentela li tpejjep tista’ ggib it-telf ta’ business minn nies ohra li
ma jpejpux. Ir-ricerka fil-pajjizi kollha fejn dahlu ligijiet bhal dawn juru li
dan ma sarx. Ir-ricerka fi New York, Canada u postijiet ohra juru li numru kbir
ta’ intraprizi zghar kellhom jaghlqu u intilfu hafna impjiegi. Fis-settur
tal-bars u postijiet ohra fejn l-aktar li jkun ikkunsmat hu x-xorb, l-impjiegi
waqghu kwazi bin-nofs ghall-postijiet li m’ghandhomx spazju fl-apert. Barra minn
hekk ir-ricerka turi li ghal kull persuna li tpejjep li tiffrekwenta il-bars,
il-kazini u l-postijiet tad-divertiment, trid tlieta u nofs li ma jpejjpux biex
tirriplejsja lil min ipejjep fl-ammont ta’ infieq. Ghall-industrija kollha,
inkluzi r-restoranti, trid tnejn ghal kull wiehed li titlef.

Dawn
ir-regolamenti qed ikunu mplimentati bla ebda kaz ta’ l-impatt fuq in-nies
taghna. Dan mhux sewwa. Dawk li ser jitilfu l-impjieg u n-negozji li jkollhom
jaghlqu mhux facli illum isibu fejn imorru. Nappellawlek ghalhekk li tissospendi
l-implimentazzjoni tal-ligi kif inhi. Il-pajjizi u l-ibliet li dahhluha llum
rega’ bdielhom u qed jaraw kif jirrangawha minhabba l-hsara li saret lil settur
importanti tal-imjiegi. M’ghandniex ghalfejn naghglu u nafguha biex wara jkollna
nirrangawha. Ahna rridu niehdu sehem fil-kampanja nazzjonali biex ikun imrazzan
it-tipjip u l-hsara li qed issir lis-sahha ta’ tant nies. Izda mhux bil-mod kif
ftit bla ebda hjiel ta’ impatt ekonomiku jriduha li ssir. Ahna rridu li s-sidien
ikollhom l-ghazla li jiddikjaraw jekk il-post taghhom hux miftuh ghat-tipjip jew
le. Mhux vera li fejn kien hemm l-ghazla kollha ghazlu favur it-tipjip. Diga
f’pajjizna hafna postijiet ghazlu favur post bla tipjip. Ahna rridu li
l-konsumatur jkun hu li jaghzel u mhux jaghzillu l-gvern qiesna pajjiz tat-tfal
tan-nuna.

Ahna rridu perjodu ta’ mill-anqas tlett snin u preferibilment
hames snin li fih is-sidien jkunu meghjuna finanzjament u b’incentivi fiskali
biex idahhlu sistemi ta’ purifikazzjoni tal-arja halli joffru lkoll smoke-free
environment. L-affarijiet iridu jsiru sewwa u bil-galbu. Kif inhuma proposti
llum huma bil-genn u ser jaghmlu l-hsara lil hafna. Ir-ricerka turi li fejn sar
hekk mhux vera li l-ghanijiet tas-sahha ntlahqu.

Ahna rridu nghinuk issib
soluzzjoni prattika. Bil-konsultazzjoni u bil-ftehim naslu. Bl-imposizzjoni,
inkwiet bla bzonn ser ikollna. Dan fi zmien meta jinhtieg li nikkoncentraw
ilkoll bis-serjeta fuq il-problemi kbar li qed jiffaccja pajjizna, dak ta’
inkwiet kbir fis-settur tal-impjiegi, l-izbilanc inkwetanti fil-finanzi
tal-gvern, is-sistema tas-sahha u tal-penzjonijiet u l-htiega enormi li nhajru
aktar investiment dirett f’pajjizna. Ahna fiducjuzi li naslu. Nappellawlek li ma
thalliex aktar lil ftit fl-amministrazzjoni jizvejjawna u jaqtawlna
nifisna.

Mill-gdid nawgurawlek.

Circular to members re Eco Contribution Act

When not to charge Eco-Tax


If chargeable products have been purchased by
the retailer prior to September 1, 2004, products cannot be charged
Eco-Tax.


Such products must be covered by a tax invoice dated prior on or
prior to August 31, 2004.


The principle is very simple: if you did not
pay Eco-Tax on the product purchased from a supplier you cannot charge Eco-Tax
to your customers. The penalties for abuse are too large for retailers to
contemplate it.



When to Charge Eco- Tax

If a product has been
purchased (tax invoiced) on or after September 1, 2004, then Eco-Tax is included
in the price of the product. Retailers sell at the new price plus their margin
plus VAT and that’s it. Retailers do not charge Eco-Tax again. This would be an
abuse. Retailers pay to suppliers, they do not pay Eco-Tax directly to the VAT
Department. Retailers do not register as Eco-Tax collectors. They simply pay
more to the supplier and charge price accordingly. Responsible for Eco-Tax is
the supplier i.e. the direct importer or producer.

Importers
/Retailers

If a retailer is also the direct importer of the product, then
Eco-Tax is charged on all sales made after 1st September 2004 on all Eco-Taxed
products. This provided that no tax invoice exist between one legal entity that
imports and another legal entity that retails and dated prior to September 1,
2004.

All importers, producers and importers/retailers must register as
Eco-Tax collectors on the prescribed form available form the VAT Department.
Wholesalers and Retailers do not register.

Regards,

Vincent
Farrugia

Director General

Twegibiet lil GENS dwar Dr Lawrence Gonzi

Dr Gonzi se jkun il-persuna li l-imsiehba socjali se jkunu qed
jahdmu u jinnegozjaw mieghu fix-xhur u s-snin li gejjin:

 


1. Kif tahseb li
se tkun il-“working relationship” bejn l-imsiehba socjali u l-Prim Ministru
l-gdid?

Il-working relationship zgur li tkun wahda tajba hafna.
L-imsiehba socjali diga kellhom esperjenza posittiva hafna ma’ Dr Gonzi meta
flimkien bnejna l-ligi l-gdida tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg.
Hdimna tajjeb hafna wkoll meta tfasslet il-ligi li waqqfet l-MCESD. Dawn kienu
ligijiet li kienu ilhom gejjin is-snin, izda li kienu ghadhom ma wasslux
ghat-tmiem taghhom. Fi zmien stipulat Dr Gonzi wassal lil imsiehba socjali ghal
konkluzjonijiet posittivi. Il-GRTU bhala wahda mill-Imsiehba Socjali importanti
minn naha tal-Employers zgur li ser tahdem tajjeb ghaliex kemm bhala Deputat
Prim Ministru, kif ukoll bhala Ministru tal-Politika Socjali, il-GRTU dejjem
kellha l-ahjar relazzjonijiet ma’ Dr Gonzi. Jien personalment zgur li ser
inhossni komdu hafna ghaliex inhoss li hemm stima reciproka li hi bazi
importanti ghal working relationship tajjeb.

2. Il-hatra ta’ Dr Gonzi
x’bidliet tahseb li tista’ ggib maghha?

L-aktar bidla importanti zgur li
tkun fl-attegjament tas-sistema burokratika lejn il-proprjetarji tan-negozji
z-zghar ta’ pajjizna. Inhoss li hafna fis-settur pubbliku ghandhom attitudni
negattiva li jbatu biha u li tiggwidhom biex iharsu lejn is-sidien tan-negozji
bhala xi eghdewwa u affarijiet ohra ta' toma negattiva. Nemmen li Dr Gonzi
genwinament ihares lejn is-sidien tan-negozji zghar bhala forza importanti biex
jitwettaq l-izvilupp ta' pajjizna u li bejniethom ihaddmu eluf kbar ta’ Maltin u
li ghalhekk Dr Gonzi ser ikun b’forza posittiva u ta’ gwida biex mhux biss
tinbidel din il-mentalita’ imma li jkun dejjem aktar dispost li jghin milli biex
jghabbi.

3. Fuq liema prijoritajiet tahseb li ghandu jikkoncentra
l-ewwel il-Prim Ministru l-gdid?

Fuq l-ekonomija, u allahares ma jkunx
hekk. Issa ilna nitkellmu s-snin fuq il-htiega li Malta ghandha tkun aktar
kompetittiva. Id-djalogu u l-konsultazzjoni dwar dan is-suggett ma hadimx
tajjeb. Bhalissa hemm kumitat fl-MCESD dwar il-Competitiveness li qed jahdem
tajjeb hafna. Jiena personalment diga kellimt lil Dr Gonzi dwar il-htiega li
fl-iqsar zmien ghandu jaghmel brain-storming session mal-MCESD halli jifhem
sewwa l-kriterji li fuqhom irridu nahdmu. Jiena konvint illi l-abilita kbira ta'
Dr Gonzi li jwassal lis-setturi diversi ghal ftehim ser iwassal biex l-MCESD
jaqbel fuq x'ghandu jsir biex l-ekonomija tqum fuq taghha u tiffaccja l-isfidi
li ghandha quddiemha. Cert ukoll li Dr Gonzi ghandu l-hila li jwassal lil
imsiehba socjali ghal Patt Socjali Ekonomiku li hu l-ghodda l-aktar importanti
biex il-kompetitivita’ ta’ pajjizna tinzamm b'mod konsistenti. Jekk nirbhu
l-kwistjoni ekonomika jkollna imbaghad il-mezzi biex inwettqu l-ghanijiet
socjali u ambjentali li hu konness dwarhom Dr Lawrence
Gonzi.

 

Il-GRTU tipprezenta l-Proposta dwar tibdil fil-ligi dwar it-tipjip fil-postijiet pubblici

Delegazzjoni tal-GRTU – Chamber of Small & Medium Enterprises –
immexxija mid-Direttur Generali Vince Farrugia u l-President tal-Hospitality
& Leisure Division tal-GRTU, Mr Philip Fenech, illum iltaqghet mal-Onor. Dr
Louis Deguara, Ministru tas-Sahha u l-ghola ufficjali fil-Ministeru
tas-Sahha.


1. F’din il-laqgha l-GRTU ipprezentat il-proposti taghha
ghall-soluzzjoni miftiehma dwar il-kwistjoni tat-tipjip f’postijiet
pubblici.

2. Il-GRTU issostni li m’hemmx argument dwar l-ghanijiet
tal-Ligi u l-GRTU ikkonfermat li hi wkoll trid li l-pubbliku jkun imhajjar
jaghzel aktar li ma jpejjipx u li jippreferi postijiet pubblici bla
tipjip.

3. Il-GRTU izda tqies li mhux gust li l-bidla tkun imposta b’Ligi
meta f’pajjizna hawn 80, 000 ruh li jpejpu u li hemm eluf fl-istabbilimenti ta’
kull kwalita’ kemm bars, restoranti, kafeteriji, night clubs, discos u hwienet
tal-merca, workshops, fabbriki, agenziji, ufficini u postijiet tax-xoghol ta’
kull kwalita li ghadhom mhux ippreparati u m'ghandhomx il-facilitajiet li
jwettqu dak li qed jimponi l-gvern. Mhux gust ghalhekk li l-Ligi tkum imposta
bl-ghaggla fis-6 ta’ April li gej. Zgur mhux gust li s-sidien tal-postijiet
tax-xoghol kollha ta’ Malta jkun mhedda f’multi esagerati, habs u tnehhija
tal-licenzja jekk ma jwettqux dak li tghid il-Ligi.

4. Il-GRTU, ghalhekk
ipproponiet:

 Sospenzjoni tal-Avviz Legali
 Bidla tal-Avviz Legali
biex jirrikonoxxi d-dritt tas-sid li jiddikjara –
1. Li l-post tieghu hu
kollu non-smoking
2. Li l-post tieghu ghandu non-smoking area u smoking
area
3. Li fil-post m’hemmx non-smoking area
4. Li fil-post m’hemmx
non-smoking area izda hemm apparat ghall-purifikazzjoni tal-arja
B’dan il-mod
is-sid ikollu c-cans li jiddikjara u l-konsumatur ikollu d-dritt li
jaghzel.

5. Il-GRTU ukoll ressqet it-talba f’isem in-negozji z-zghar biex
jinghataw assistenzi finanzjarji jew fiskali mill-gvern biex jkunu jistghu
jdahhlu apparat li jnaddaf l-arja mit-tniggis tad-duhhan tas-sigaretti. Il-GRTU
ma jifilhux din l-ispiza u mhux gust li l-gvern jimponi fuqhom telf.

6.
Il-GRTU appellat lil Ministru biex mill-Ligi jitnehhew il-pizijiet li qed
jitghabbew fuq is-sidien. Il-GRTU insistiet li l-ligi dwar it-tipjip m’ghandhiex
tirfes fuq il-ligi tal-licenzji tan-negozji. Mhux il-kompita tal-Ministru
tas-Sahha li jhedded lis-sidien tal-hwienet u postijiet tad-divertiment bit-telf
tal-licenzja tan-negozji.

7. Il-GRTU insistiet fuq soluzzjoni miftiehem
fl-ahjar interess tal-pajjiz u tas-sahha ghax issostni li l-ligi kif inhi mhux
ser tahdem u l-ghanijiet tal-gvern mhux ser jintlahqu zgur bil-mod ingust li
ghazel il-Ministru tas-Sahha.

8. Il-GRTU issa ser tistenna r-reazzjoni
tal-Ministru tas-Sahha. Il-GRTU izda ser tkompli bil-kampanja taghha kontra
l-imposizzjoni tal-ligi kif imfassla. Il-ligi qed tfassal linja ta’ gwida
lis-sidien tan-negozji biex ittihom direttivi kif ghandhom jahdmu f’kas li
l-ligi tibqa’ ma tinbidilx.

 

No Smoking Gvern tan-Nuna

Mistoqsija: Il-GRTU qieghda tinsisti li, bir-regolamenti li se jigu
introdotti mill-5 ta’ April permezz ta’ Avviz Legali 244, il-Gvern qieghed
ifarfar ir-reponsabbiltà minn fuq spalltu u jitfaghha fuq spallet is-sidien
privati. Jistax jaghti l-kaz li huwa l-privat li qieghed ifarfar fuq il-Gvern
billi jipprova jitfaghlu l-ballun lura f’saqajh?


Twegiba: Lanqas xejn.
L-ewwel nett, irridu naghmluha cara li ahna naqblu li fil-pajjiz jonqos
it-tipjip, ghax huwa fatt maghruf li l-konsum tat-tabakk huwa wiehed mill-ikbar
perikli li jezistu ghas-sahha tal-bniedem. Ahna qeghdin nilmentaw ghax, b’daqqa
ta’ pinna, il-Gvern qabad u dahhal regolamenti godda u qieghed jghid li, minn
issa ‘l quddiem, is-sidien ta’ l-istabbilimenti privati kollha huma responsabbli
li jaraw li fil-postijiet taghhom ma jsirx tipjip.

Minflok beda minn daru
u l-ewwel applika dawn ir-regolamenti fid-dipartimenti tal-Gvern, ghadda l-piz
mill-ewwel fuq il-privat. Ahna din inqisuha bhala decizjoni ngusta hafna.

Kieku beda bid-dipartimenti tieghu, il-Gvern kien ikollu c-cans li
janalizza l-effetti ta’ dawn ir-regolamenti u jaghmel studju serju qabel ma
jimponi r-regolamenti fuq il-privat ukoll.

Biex ghaggel, il-Gvern ma
studjax, nghidu ahna, x’inhu l-proporzjon ta’ nies li jpejpu u ohrajn li ma
jpejpux fuq il-postijiet tax-xoghol. Ma hasibx li, jekk se taqta’ t-tipjip
mil-lant tax-xoghol, iridu jinholqu facilitajiet fejn il-haddiema jistghu jmorru
jqabbdu sigarett. Ma qiesx x’konsegwenzi se jkun hemm fil-postijiet tax-xoghol
jekk certi haddiema, ghal xi raguni jew ohra, ma jkunux jistghu jithallew
jillargaw biex imorru jpejpu.

X’se jigri jekk xi haddiema jibdew jinsistu
ma’ min ihaddimhom li, kull certu hin, iridu jieqfu mix-xoghol biex imorru
jpejpu? Ahna konna qeghdin nippretendu li l-Gvern l-ewwel jaghmel ezercizzju
bhal dan fid-dipartimenti tieghu, jara kif imorru l-affarijiet u wara jdahhal
ir-regolamenti fis-settur privat ukoll. Kieku mexa hekk, ibqa’ zgur li kien isib
il-koperazzjoni shiha taghna.

M: Fil-principju, taqblu li
t-tipjip f’postijiet pubblici ghandu jinqata’ ghal kollox?

T: Ahna nemmnu
li s-sidien ta’ l-istabbilimenti bhal ‘bars’ u postijiet tad-divertiment
ghandhom jinghataw id-dritt li jaghzlu huma jekk jippermettux tipjip u b’liema
mod. Imbaghad jaghzlu l-klijenti.

Mal-bieb ta’ kull stabbiliment ikun
hemm tabella li tindika jekk f’dak il-post it-tipjip ikunx ipprojbit, jekk ikunx
permess izda jkun hemm apparat li jsaffi l-arja jew jekk ikunx hemm zona ghaliha
fejn ikun jista’ jsir it-tipjip. Imbaghad jiddeciedi dak li jkun.

Ahna
ilna s-snin niggwidaw u ninkoraggixxu lill-membri taghna biex, kemm jista’ jkun,
jinstallaw apparat li jnaddaf l-arja jew joholoqu xi kmamar apposta biex jevitaw
li jinholoq kunflitt bejn dawk li jpejpu u dawk li ma jpejpux.

Illum
tezisti teknologija li, jekk tigi sfruttata sew, ma jkun hemm bzonn ta’ l-ebda
projbizzjoni totali fuq it-tipjip f’postijiet pubblici. Kieku l-Gvern imqar
indaga x’inhu jsir digà f’Malta stess qabel ma qabad u impona dawn
ir-regolamenti, kien isib li hawn diversi postijiet tax-xoghol li dahhlu dawn
il-facilitajiet. Imma dawn il-facilitajiet ma jsirux mil-lum ghal ghada.

Il-Gvern ha l-ehfef triq, izda hemm metodi ohra, li jaghmlu aktar sens
minn projbizzjoni totali fuq tipjip, kif tipprotegi s-sahha u s-sigurtà
tal-haddiema u tal-klijenti fuq il-postijiet tax-xoghol.

Ahna qeghdin
nghidu li, qabel ma nimbuttaw lis-sidien biex izidu din il-protezzjoni, kif inhu
xieraq, il-Gvern irid jara min se jipprovdi l-fondi biex jghinhom jaghmlu dan.
Din kienet wahda mill-weghdiet li saru qabel ma vvotajna dwar is-shubija fl-UE.
Kienu wieghduna li kien se jkun hemm fondi biex lil min se jbati bil-konsegwenza
ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-acquis communautaire nghinuh.

Mela nesiha
l-Gvern din il-weghda? Ghal ditti kbar, nefqa ta’ Lm4,000 tghaddi ma’ l-ohrajn,
izda ghal hafna negozji zghar dan huwa piz kbir wisq. Jekk, per ezempju, niehdu
l-‘bars’ u l-hwienet kollha li ghad m’ghandhomx installat apparat li jnaddaf
l-arja, nikkalkulaw li trid madwar Lm2 miljun biex taghmilhom.

Ahna ma
rridux Gvern tan-nuna. Ir-rwol ta’ l-istat huwa li jeduka u jiggwida
lic-cittadin. Lic-cittadin Malti, fl-2004, ejjew ma nistmawhx izjed tarbija.
Trid tinfurmah li t-tipjip huwa hazin, imma mbaghad jaghzel hu.

M: Imma
l-Gvern m’ghandux ukoll l-obbligu li jhares lil min ma jpejjipx
mill-inkonvenjenza li jista’ johloqlu min jaghzel li jpejjep?

T: Jekk,
bil-vizzju tieghu, l-individwu jkun qieghed jaghmel hsara lil haddiehor,
il-Gvern ghandu l-obbligu wkoll li jara li l-istabbilimenti jkollhom
il-facilitajiet mehtiega biex dan ma jsehhx. Kif ghidt, it-teknologija biex
titnaddaf l-arja u jitnehhew id-dhahen tezisti, imma lill-‘bars’ u
lir-ristoranti trid taghtihom ic-cans jirristrutturaw u taghtihom il-mezzi biex
jaghmlu dan.

Bil-mod kif il-Gvern irid jimponi dawn ir-regolamenti cumm
bumm, se ssir ingustizzja. Dan minhabba li dawk kollha li mxew fuq il-pariri
taghna u nvestew l-eluf biex installaw apparat biex l-arja fl-istabbilimenti
taghhom tinzamm nadifa u bla dhahen, jew li qasmu l-post f’zona fejn joqoghdu
dawk li jpejpu u ohra ghal dawk li ma jpejpux, issa qeghdin nghidulhom li dan
kollu ghamluh ghalxejn ghax hadd m’hu se jkun jista’ jpejjep.

M: Ma
thossx li d-dibattitu li qam dwar din il-kwistjoni se jservi biex il-Gvern
jisma’ l-ilmenti u l-argumenti ta’ min ma jaqbilx mar-regolamenti u
jiccaqlaq?

T: Nittamaw. Kieku ma ghollietx lehinha l-GRTU lanqas biss
kien ikun hawn dibatittu dwar dawn ir-regolamenti fil-pajjiz. Il-Gvern ma
konsulta ma’ hadd, ghax ried idahhalhom inkiss inkiss.

L-intenzjoni
tal-Gvern kienet li jasal April u nsibu dawn ir-regolamenti ma’ wiccna. Dan
m’hux mod kif tmexxi l-pajjiz. Illum il-mod kif il-Gvern ghandu jmexxi huwa dak
li qieghda turina l-Unjoni Ewropea u li qeghdin jiftahru biha l-ministri ewlenin
kollha, li jikkonsulta ma’ l-imsiehba socjali u bil-mod il-mod, jintlahaq qbil
dwar kif se nahdmu flimkien skond pjan miftiehem biex nilhqu miri li dwarhom
naqblu lkoll. Il-Gvern jibqa’ jigdeb u jghid li ddecieda li jippubblika
r-regolamenti f’Settembru biex jidhlu fis-sehh f’April biex tilhaq issir
diskussjoni.

Kieku dan huwa minnu, l-ewwelnett kien johrog White Paper u
mhux johrog l-Avviz Legali mill-ewwel. It-tieni nett, kien jibda diskussjoni
pubblika fuq is-suggett.

Il-verità hi li l-Gvern ippubblika r-regolamenti
f’Settembru ghax, skond direttiva ta’ l-UE, ma jistax jghaddi xi legislazzjoni
li taffettwa cittadini ohra ta’ l-Unjoni jekk ma jaghtix avviz bil-quddiem ta’
sitt xhur.

Imma allura intom ghaliex biex semmejtu lehinkom dwar
il-kwistjoni stennejtu s’issa u ma tkellimtux mill-ewwel, malli nhargu
r-regolamenti f’Settembru? Ahna qajjimna l-kwistjoni meta hassejna li kien
fl-ahjar interess taghna li nqajmuha. Kieku qajjimniha qabel, in-nies taghna ma
kinux jirreagixxu kif ghamlu issa.

M: X’tixtiequ tbiddlu f’dawn
ir-regolamenti?

T: Hemm diversi affarijiet li jridu jinbidlu. Insemmu
zewg punti. Kif sar, dan l-Avviz Legali qieghed jaghti ‘drittijiet’ godda
lill-haddiema li, sa fejn naf jien, l-ebda trade union qatt ma talbithom. Nghidu
ahna, jekk fil-post fejn tahdem ikun hemm xi klijent jew haddiem iehor ipejjep u
lilek idejqek, se jkollok id-dritt li tieqaf mix-xoghol u titlaq ‘il
barra.

Dan huwa ezempju car ta’ kemm din il-Ligi tfasslet b’mod
irresponsabbli. Ma taghmel l-ebda sens u dan jghiduh l-avukati. Minn mindu
l-kundizzjonijiet tax-xoghol tal-haddiema sar jibdilhom il-Ministru tas-Sahha?
Jezisti l-‘Employment and Industrial Relations Board’, li fih hemm
ir-rapprezentanti tat-trade unions u ta’ min ihaddem, li fih jiddiskutu bidliet
fil-kundizzjonijiet tax-xoghol. X’jigifieri tohrog avviz legali taht l-Att dwar
il-Kontroll tat-Tabakk, li m’ghandha x’taqsam xejn mal-kundizzjonijiet
tax-xoghol u taghti drittijiet godda lill-haddiema fuq il-post
tax-xoghol?

Ahna wkoll kontra l-fatt li dawn ir-regolamenti qeghdin
idawru t-tipjip f’post pubbliku, li huwa uzanza socjali, f’att kriminali. Izda
minflok jehel il-habs min jinqabad ipejjep, skond dawn ir-regolamenti, se jehel
is-sid tal-hanut!

Lanqas jekk toqtol f’hanut ma jehel is-sid! Jigifieri
l-pulizija, li digà ghandha problema biex taqbad lil dawk li jpejpu d-droga, se
toqghod tinhela biex taqbad lil dawk li jpejpu t-tabakk u tarresta lis-sidien
tal-bars?!

M: Imma, jekk nitkellmu dwar il-qasam tad-divertiment, ma
thossx li hija esagerazzjoni li wiehed jipprova jaghti l-impressjoni li
l-istabbilimenti f’dan is-settur jispiccaw biex ifallu lkoll jekk jghaddu dawn
ir-regolamenti?

T: New York dahhlu regolamenti simili fil-‘bars’,
il-‘canteens’, il-kafeteriji u l-postijiet tad-divertiment. L-istatistika wriet
li dawn in-negozji tilfu nofs il-kummerc taghhom. Ir-raguni hi li min ipejjep
jibda jaghzel postijiet miftuha minflok maghluqa.

M: … imma dawk mhux
membri taghkom ukoll?

T: Iva, imma jekk jien ghamilt ghomri u zmieni
ninvesti f’post li ghandu gewwa biss u li minnu jiena u l-haddiema tieghi
naqilghu l-hobza ta’ kuljum, min hu l-Gvern biex jghid lin-nies li jpejpu ma
jigux aktar fil-post tieghi u jmorru f’ta’ haddiehor?

M: Il-Gvern laqa’
t-talba tal-GRTU u se jiltaqa’ maghkom nhar il-Gimgha. Jekk il-Gvern jibqa’
jinsisti li jibqa’ ghaddej bil-pjani tieghu u fil-5 ta’ April jintroduci
r-regolamenti l-godda kontra t-tipjip f’postijiet pubblici, x’se tkun
ir-reazzjoni taghkom?

T: Ahna qeghdin niehdu pariri legali biex inkunu
f’qaghda li nisfidaw dawn ir-regolamenti. Jekk ma jirnexxilniex insibu
soluzzjoni bid-diskussjonijiet, ahna se niddikjaraw tilwima mal-Gvern. Il-GRTU
llum hija rregistrata bhala assocjazzjoni ta’ min ihaddem. Din il-kwistjoni se
taffettwa lis-sidien tan-negozji u tal-postijiet tax-xoghol kollha ta’
Malta.

Ahna nemmnu li, meta nibdew nitkellmu, jekk iz-zewg nahat ikollhom
intenzjoni tajba, iz-zejt jitla’ f’wicc l-ilma, l-affarijiet jiccaraw u nsibu
tarf.

Ahna certi li ghandna argumenti bizzejjed biex inbieghu. Imma ahna
nafu li jekk dawk ir-regolamenti se jidhlu kif inhuma, tant se jkunu ta’ hsara
ghall-membri taghna li ma nkunux nistghu ma naghtux direttivi lill-membri
taghna. Ahna rridu regolamenti li jkunu serji u applikabbli.

M: X’tip ta’
direttivi?

T: Id-direttivi li naghtu lill-membri taghna jkunu b’mod li
niggwidawhom kif ghandhom igibu ruhhom biex jinjoraw ir-rigidità ta’ dawn
ir-regolamenti u jkunu konformi ma’ kampanja suret in-nies kontra t-tipjip.
Qieghed niehu r-responsabbiltà ta’ dak li qieghed nghid, ghax il-GRTU ghandha
d-dmir li tiddefendi l-interessi tal-membri taghha u ta’ l-impjegati taghhom.
Ahna lesti wkoll li nisfidaw dawn ir-regolamenti fil-Qorti, ghax qeghdin jimponu
fuq il-membri taghna kudizzjonijiet godda li m’humiex gusti.

 

Pjan ta’ Azzjoni ghax-Xoghol

Il-GRTU – Malta Chamber of Small & Medium Enterprises ippartecipat
fis-sezzjoni ta’ konsultazzjoni mal-organizazzjonijiet li jirraprezentaw
l-employers dwar in-National Action Plan for Employment. Dan hu l-Pjan li
l-gvern qed ifassal biex Malta fis-sitt snin li gejjin tilhaq it-targets
tal-Unjoni Ewropea fil-livell ta’ impjiegi f’Malta. Dan il-Pjan irid iwassal
biex in-numru ta’ nies attivi fil-kamp tax-xoghol jitla’ minn 54.6% kif inhu
illum ghal 70% tal-popolazzjoni, biex il-partecipazzjoni tan-nisa titla’ minn
33.4% ghal 60% u numru ta’ nies ta’ eta kbira jahdmu titla b’5%.


Il-GRTU
taqbel li ghandu jsir kull sforz miftiehem bejn gvern u l-msiehba socjali biex
in-numru ta’ nies disponibbli ghax-xoghol jizdied u biex toghla l-kwalita
tal-haddiema Maltin permezz ta’ aktar tahrig u ppjanar ahjar edukattiv.
Il-kapital uman jibqa’ l-aqwa kapital li ghandha Malta. Il-GRTU issostni li biex
jibqa’ joghla l-GDP ta’ pajjizna bilfors f’Malta jrid ikollha aktar nies
jahdmu.

Fil-laqgha ta’ konsultazzjoni msejha mill-Ministru
tal-Edukazzjoni, il-GRTU enfasizzat bil-kbir li mhux bizzejjed li nisguraw li
jkollna aktar haddiema disponibbli u ta’ kwalita dejjem oghla, izda hu fuq
kollox importanti li jkollna aktar postijiet tax-xoghol. Dawn il-postijiet
f’ekonomija moderna jinholqu mill-entrepreneurs privati zghar u kbar. Jinholqu
meta f’Malta l-gvern ikun verament enterprise-driven. Meta l-awtoritajiet Maltin
bis-serjeta jiehdu hsieb lil min irid jinvesti u jhaddem in-nies. Sfortunatament
il-GRTU issostni li dan mhux qed isir u hu ghalhekk li l-GRTU qed tishaq f’kull
laqgha mal-kandidati ghall-post ta’ Prim Ministru ta’ Malta fil-gejjieni biex
jikkomettu ruhhom bl-aktar mod car favur politika li ssostni lil intrapriza u
lil entrepreneurs bhala l-ghodda ewlenija biex f’Malta jizdied ix-xoghol u
jitkattar il-gid

Fis-sitwazzjoni tal-lum fejn il-qaghad qed jizdied, u
ser ikompli jizdied,il-GRTU qed tishaq aktar minn qatt qabel li l-Gvern ghandu
jkun hafna aktar decisiv fejn tidhol ghajnuna lil intraprizi iz-zghar Maltin li
fihom jahdmu ghexieren ta’ eluf ta’ Maltin. L-iskemi kollha li il-gvern haddem
s’issa ftit li xejn kellhom effett ghax l-attitudni generali tal-awtoritajiet
Maltin hi li jghabbu fuq is-sidien tal-intraprizi hafna u hafna aktar milli
jifilhu bil-konsegwenza li dawn jew inaqqsu jew ma jzidux impjiegi. It-targets
tal-Pjan ta’ Azzjoni Dwar L-Impjiegi ma jintlahqux jekk il-Gvern ma jbiddilx
drastikament l-attitudni lejn is-sidien tal-intraprizi u jrazzan lil dawk
fl-Awtoritajiet, fil-Ministeri u fid-Dipartimenti tal-Gvern li pronti jfarfru
minn fuq daharhom ir-responsabbiltajiet taghhom biex dejjem jghabbu izjed fuq
is-sidien tal-intraprizi Maltin basta jiddandnu bil-pjanijiet u
bir-rapporti.

 

It’s about enterprise not smoking


Anyone that tries to depict GRTU as a lobby in favour of smoking or
passive smoking is very, very wrong, not to say dishonest. We have made this
clear enough in our interventions in the media. And Vince Farrugia is not
disloyal to anyone but true to the thousands of smaller entrepreneurs
represented by GRTU when he states that politicians that messed up with trading
licences did not enjoy their power too long. It is not a threat. It's a true
fact of Maltese political history. He who does not take this seriously does so
at his peril.


And it is absolutely silly to depict Mr Farrugia as a
smoker who has a personal axe to grind. Mr Farrugia is not a smoker and anyone
who has been to his office knows of his objection to passive smoking.

The
point GRTU is making, however, is not so difficult to be understood by those who
want to listen.

Smoking is a social habit. It is not a criminal act.
Employers and owners of enterprises cannot be made responsible under heavy
penalties of up to Lm500 and up to Lm50 a day and extended to prison sentences
of up to three months and suspension of working place operating licences simply
because smoking takes place in their establishment. This is an affront to
private investment in Malta and whoever drafted and approved those regulations
should have the grace to admit a grave mistake and to rethink and re-draw the
regulations without much more fuss.

Achieving agreed aims to reduce
smoking is one thing but castigating employers and enterprise is something else.
We will not have it and we will fight it because it is unjust. Only stubbornness
on the part of the minister will be to blame if the issue is allowed to
escalate.

 

Il-GRTU tappella lil Ministru Pullicino biex iwassal ftehim

Il-KPH -Il-Koperattiva tal-Produtturi tal-Halib – il-bierah it-Tnejn 9
ta’ Frar 2004 tellghat ghall-qatla l-biccerija 65 bhima. Is-soltu nhar ta’ Tnejn
jinqatlu bejn 90 u 110 bhejjem.

Il-GRTU, f’isem l-Bicciera li n-negozju
normali taghom hu li jixtru l-bhejjem, jtellghuhom ghall-qatla u jaraw li
c-canga titqatta skond d-domanda u jizguraw li l-laham tal-bhejjem maqtula
jinbiegh kollu, ma intervjenietx bl-ebda mod. Il-membri tal-GRTU nfatti nghataw
l-parir li ma jostakolawx l-lavranti taghhom milli jghinu biex ix-xoghol isir
normali. Il-GRTU dan ghamlitu ghax temmen li meta l-KPH tidhol ghall-qatla
direttament hi, l-membri tal-KPH jindunaw li ma jaghmilx sens ghar-rahhal li
jkisser n-negozju tal-bicciera biex fl-ahhar mill-ahhar fil-but jibqghalu anqas
flus minn dak li lest li jhallas l-biccier.



Il-kwistjoni bejn l-bicciera
u r-rahhala nqalghet wara li l-gvern hames xhur qabel Malta tidhol fl-Unjoni
Ewropeja, qabad u nehha l-assistenza li kien jaghti lill-bicciera biex dawn
jixtru, jqattghu w jbieghu l-laham tac-canga kollu li r-rahhala jpoggu fuq
is-suq.

Il-GRTU issostni li d-decizjoni tal-gvern hi zbaljata u
l-Ministru George Pullicino naqas bil-kbir li waqt li ltaqa’ mar-rahhala ma
kienx dispost jiltaqa’ mall-bicciera. Kien zbaljat ukoll li halla lill-KPH li
filwaqt li tgawdi s-sussidji mhallsa mit-taxxi tal-Maltin tabbuza
mill-pozizzjoni ta’ monopolju li ghandha u timponi prezzjiet li jkissru
n-negozju tal-bicciera.

Il-KPH imponiet prezzijiet take it or leave it
fuq il-bicciera ghax l-Ufficcju tal-Kummerc Gust baqa’ rieqed.

Xorta
wahda l-GRTU temmen li ftehim jista’ jintlahaq ghaliex id-differenzi mhux kbar.
Issa, li l-KPH taf li dak li qalet l-GRTU meta ipprezentat il-costings
tal-bicciera lil Ministru tal-Affarijiet Rurali kien gust, ghandha tkun
f’pozizzjoni li tuza s-sahha ta’ momopolju li ghandha illum biex toffri lil
bicciera prezzijiet gusti li ghandhom jwasslu ghal ftehim.

Il-GRTU
issostni li hu l-obligu tal-Ministru George Pullicino li jara li ftehim isir u
li ma jhallhux lil min jabbuza mis-sussidji li jaghti l-Ministeru tieghu biex
jitkissru negozji zghar li dejjem taw servizz genwin u professjonali kemm
lir-rahhala kif ukoll lis-sidien tal-hwienet tal-laham.

 

Il-Kwistjoni tac-Canga Friska

1.
Ghat tieni gimgha wara l-ohra l-Bicciera tal-laham tac-canga friska membri
tal-GRTU regghu ma xtrawx bhejjem ghall-qatla u ghalhekk illum it-Tnejn 2 ta’
Frar 2004 regghet ma sarietx qatla ghac-canga friska.

2. Il-GRTU f’isem
il-bicciera qed issostni li ma kinietx gusta d-decizjoni tal-Ministeru
tal-Affarijiet Rurali li filwaqt li gholla s-sussidju lir-rahhala ippretenda li
dan ghandu jaghmel tajjeb ghalih il-biccier, li huwa ix-xerrej tal-bhejjem
ghall-qatla minghand ir-rahhal. Ir-rahhal bhala produttur permezz
tar-rapprezentanti tieghu il-KPH ta’ l-prezzijiet illi fuqhom huwa lest li
jbiegh izda l-bicciera ma jistghux jaccettaw dawn il-prezzijiet jekk ma tinstabx
soluzzjoni ghal minn ser jaghmel tajjeb ghat-telf li l-bicciera jsofru meta
l-Ministeru ma jibqax ihallas il-production bonus fuq kull bhima maqtula.

Dan il-bonus kien jinghata biex il-biccier jiehu minghand ir-rahhal kemm
il-bhejjem li ghall-laham taghhom hemm domanda kif ukoll ohrajn li ghalihom
is-suq hu fjakk jew xejn. Il-GRTU qed tistenna li l-gvern jidika b’mod car kif
ser jsolvi din il-problema li holoq l-istess Ministeru minghajr ma jigu sfurzati
l-fuq il-prezzijiet tac-canga friska lill-konsumatur, haga li la jridha il-gvern
u lanqas il-bicciera.

3. Il-GRTU qed issostni ukoll li la l-Ministeru
investa sistema accettabli ta’ Grading ta’ annimali li jitilghu ghal qatla, din
is-sistema ta’ Grading ghandha immedjatament tithaddem biex tkun il-bazi
tal-pagamenti li l-bicciera jghamlu lir-rahhala ghal bhejjem li jkunu inqatlu.

4. Il-GRTU disposta biex fl-aktar zmien possibli tinstab soluzzjoni
li tkun tinkludi:
ï‚· il-kontinwazzjoni tal-iskema ta’ sussidju lil bicciera u

ï‚· it-thaddiem tal-Grading tal-bhejjem li diga qed isir fil-biccerija bhala
bazi ghal hlas li jsir lir-rahhala ghal kull bhima
maqtula.

 
Malta Chamber of SMEs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.