Maghhom irridu nieklu

Referendum
Baqa’ ftit gimghat ghar-Referendum. Din
tar-relazzjonijiet mal-Unjoni Ewropea izda hi xi haga li tibqa’ maghna. Ghax
Malta trid wisq mill-pajjizi msiehba fl-Unjoni Ewropea. Din il-htiega tizdied
hekk kif tal-Unjoni jsiru 25 pajjiz. Jew 24, jekk Malta tghid le.


Izda
l-Unjoni hi mhux biss importanti izda essenzjali ghal Malta. Niddeciedu
x’niddeciedu l-Unjoni Ewropea tibqa’ importantissima ghal Malta. L-Unjoni
Ewropea mhux bhal xi gvern ta’ pajjiz singolu, li illum ikun immexxi minn Prim
Ministru mod u snin wara minn Prim Ministru iehor, jew minn Partit Politiku
elett u wara minn Partit iehor. It-tmexxija tal-Unjoni Ewropeja hi kostanti. Ma
tinbidilx skond ix-xejra tal-politika jew skond il-popolarita’ ta’ xi hadd. Din
ftit nies jifhmuha. Meta tiddilja mal-UE mhux qed taghmilha ma’ politici li
tithabbeb maghhom f’xi konvenzjoni tal-partiti politici u tirranga b’xi mod. Jew
politici li timpressjonhom b’kampanji politici. Mhux hekk jahdmu l-mekkanizmi
tal-Unjoni Ewropea. Mhux gvern Federali lanqas. Mhux bhal Amerika jew
il-Germanja li meta ma tinqediex fil-Lokal, fl-Istat jew fir-Regjun tappella
b’xi mod lil xi Senat jew lil xi Ministru Federali. Kuntrarjament dak li
mdorrijin naghmlu ahna f’Malta, mal-Unjoni Ewropea ma taqbadx u ccempel xi
Ministru jew Prim Ministru u tirranga. Mhux hekk jahdmu.

Kif
jahdmu

Il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea huma eletti, izda
eletti mill-pajjizi taghhom. Il-Kummissjoni Ewropea hi maghzula mill-gvernijiet
tal-pajjizi membri. Dawn il-gvernijiet huma eletti, izda il-Kummissarji,
ghalkemm maghzula minn gvernijiet u parlamenti nazzjonali eletti huma stess
mhumiex eletti. Is-sistema ta’ tregija imbaghad hi bir-roster. Illum immissu
r-rapprezentant ta’ gvern nazzjonali mod, u ghada ta’ gvern iehor. Ghalhekk ma
tistax tqabbel is-sistema tal-Unjoni Ewropea ma’ wahda ta’ gvern Federali lanqas
ma’ wahda ta’ gvern Nazzjonali. Ghax verament mhux gvern m’hemmx. Lanqas
Opposizzjoni. Min imdorri biss jirreferi ghal gvernijiet u ghal kif jahdmu
l-gvernijiet din ma jifhiemix.

Anke il-Lobbying, il-pressjoni li
l-ghaqdiet, unions u korpi kostituti jaghmlu mal-Unjoni Ewropea hi differenti
minn dak li jsir ma’ gvernijiet Nazzjonali. Fejn mal-gvernijiet eletti ssir
hafna pressjoni biex ikun influwenzat l-elettorat u l-opinjoni pubblika. Ma’
tal-Unjoni Ewropea din it-tip ta’ pressjoni mhiex tant effettiva. Ma jfissirx li
d-dirigenti tal-Unjoni Ewropea ma jaghtux kaz u mhumiex konxji tal-opinjoni
pubblika, izda ma taffetwahomx bhal ma taffetwa lil politici li l-hin kollu
jridu jiffacjaw il-pressjoni tal-elettorat li minnu jridu. Din ukoll hafna ma
jifmuhiex.

Sistema differenti

Pero meta twaqqfet is-sistema
tal-Unjoni Ewropea, precisament dan li l-gvernijiet ippruvaw jaghmlu. Ippruvaw
joholqu sistema li ghalkemm tkun accountable lilhom bhala gvernijiet eletti
mill-poplu tal-pajjizi msiehba, izda tkun tista’ tahdem minghajr il-pressjoni
tal-elettorat li hafna drabi f’demokrazija ma jhallux lill-gvernijiet
jamministraw sewwa. Dan ghaliex mohh il-Ministri u Deputati jkun aktar kif ser
ikunu popolari. Din narawha anke f’pajjizna fejn jintefqu hafna flus u jsiru
hafna gabirjoli u stramberiji ghaliex tkun wasslet elezzjoni jew biex jiehu
vantagg politiku deputat politiku jew iehor. Fis-sistema tal-Unjoni Ewropea din
il-haga ftit tahdem. Wkoll fl-Unjoni Ewropea m’hemmx bidla bhal ma jsir f’bidla
ta’ gvern meta l-ligijiet jistghu jinbidlu, il-linja politika tinbidel, in-nies
jinbidlu u jkun hemm hafna skossaturi kull meta jinbidel il-gvern. Fit-tmexxija
tal-Unjoni Ewropea hu anqas difficli li ggib il-bidla u fl-istess waqt hemm
aktar progettazzjoni fit-tul. Mhumiex marbutin bit-terminu ta’ snin minn
elezzjoni ghal ohra u ghalhekk jistghu jharsu
fit-tul.

Konsultazzjoni

L-Unjoni Ewropea mill-bidu taghha
bhala Komunita Ekonomika Ewropea (EEC) u wara bhala Komunita Ewropea (EC) u issa
bhala Unjoni Ewropea, mxiet bil-mod. Ghax haga ohra li mill-bidu, skond
it-Trattat ta’ Ruma li waqqaf l-Unjoni, thaddmet fl-Ewropa hi li
id-decizjonijiet iridu jittiehdu wara process ta’ konsultazzjoni. Mhux
konsultazzjoni kif naghmlu ahna f’Malta fejn il-konsultazzjoni ssir meta
jfettillu Ministru jew Kap ta’ Korporazzjoni. Fejn l-istess Kunsill Malti
ghall-Izvilupp Ekonomiku sa sena ilu lanqas biss kien istitwit b’mod legali. Le
fl-Unjoni Ewropea l-konsultazzjoni trid issir bilfors. Bl-Economic and Social
Committee, mwaqqaf that it-Trattat ta’ Ruma, mhu marbut bl-ebda mod ma’ Partiti
Politici. Xoghlu huwa li jaghti pariri lit-tlett istituzzjonijiet l-aktar
importanti fis-sistema tal-Amministrazzjoni tal-Unjoni Ewropea: il-Kunsill
tal-Unjoni Ewropea, il-Kummisjoni Ewropea u l-Parlament
Ewropew.

Fil-Europe Economic and Social Committee (ECOSOC) hemm 222
membru maqsumin fi tlett gruppi. L-Imsiehba Socjali, l-Employer u il-Haddiema,
huma rapprezentati mill-Assocjazzjoni li jirraprezentaw lis-Sidien u mit-Trade
Unions. It-tielet grupp jinkludi interessi mill-gruppi varji fosthom
rapprezentanti tal-artigjani, tal-bdiewa, tas-self-employed u
tal-professjonisti. L-ECOSOC jirrifletti is-socjeta civili fl-istati membri.
L-iskop tal-ECOSOC hu li jkun hemm djalogu u konsultazzjoni strutturata u
permanenti. Mhux haga ta’ darba u tal-okkazzjoni skond kif jiddeciedi gvern jew
ministru partikolari. Le sistema istituzjonalista fejn kull ma jinkiteb u jrid
isir bhala regolament, direttiva jew ligi, jrid l-ewwel jigi mgharbel
mill-Imsiehba Socjali. L-azzjoni originata hi minn fejn hi, irid ikollha l-parir
tal-Imsiehba fl-ECOSOC. L-Assemblea primarja tal-ECOSOC huwa bhal parlament
tal-imsiehba socjali. Mhux erba’ minn nies fuq agenda mfassla minn xi hadd izda
analisi bir-reqqa u diskussjoni fuq stil parlamentari fejn il-partecipanti
mhumiex politici izda imsiehba socjali u rapprezentanti tas-socjeta civili.
Suppost f’Malta l-Kunsill Malti ghal Izvilupp Ekonomiku u Socjali hekk ghandu
jizviluppa wkoll.

Mhux Unjoni

Dan kollu jwassal biex decizjonijiet
qabel ma jkunu implimentati jiehdu fit-tul u d-dokumenti fl-ahhar jkun twal u
dettaljati. L-ghazla l-ohra izda hi li taqta’ l-konsultazzjoni u thalli
l-Imsiehba Socjali barra haga li fl-Ewropa illum hadd ma jridha. U ghalhekk
m’hemmx Gvern u Opposizzjoni. Ghax mhux sistema ta’ wiehed jaghmel u l-iehor
kontra. Lanqas il-Parlament Ewropew ma jahdem hekk. Ahna il-Maltin drajna
bis-sistema ta’ gvern u opposizzjoni u nahsbu li kollox u kullimkien hekk. Zgur
li fl-Unjoni Ewropea mhux hekk.

Ghaliex jghidulha Unjoni, ma nafx, pero,
l-Unjoni mhi Unjoni xejn. Hemm hafna u hafna interessi diversi, nazzjonali,
settorali, msiehba socjali, socjeta civili li kollha juzaw il-mezzi ta’
influwenza u ta’ rapprezentazzjoni taghhom biex l-affarijiet isiru kemm jista’
jkun sewwa u li jinkludi lil kulhadd. Ghalhekk umbaghad allura mhix lakemm
terga’ tibdel u twaqqa’. Ghalhekk allura mhux lakemm tmur tghidilhom din ma
rridix u dik le. Il-mod kif tahdem l-UE taghmilha difficli li tikkonvinci u
tbiddel. Jekk naraw biss dak li qed isir bhalissa fuq il-kwistjoni tal-Iraq
malajr nifhmu li l-Unjoni mhi fil-fatt xejn, izda grupp ta’ pajjizi li fejn
jaqblu jorbtu, izda fejn ma jaqblux kulhadd ghal rasu. Mhux ghax huma xi allat,
izda tant hemm sistema li kollox irid jghaddi minn kumitati u skond ir-regoli li
hafna drabi tehel. Izda dejjem il-mistoqsija: x’taghmel thalli lil min jikmanda
kif irid hu? Kif issib il-bilanc bejn demokraziji u accountability? Mhux facli.
Li hu zgur hu li ahjar sistema partecipattiva fejn issir konsultazzjoni wiesgha
milli sistema fejn ghax wiehed popolari, gab il-voti, hu poter u beda jmexxi,
jifhem u ma jifhimx, u wara waqa’ hu, gie iehor, u rgajna bdejna. Il-verita hi
li l-ahjar xi haga bejn it-tnejn: kif ser ikollok demokrazija li tkun verament
accountable u sistema amministrattiva konsultattiva li ma ssirx super
barokkratika.

Mhux Imperu

Meta wiehed jipprova jifhem
allura jinduna li mhux la kemm tghid li l-Ewropa maghquda hi xi Imperu gdid. Jew
li xi hadd irid jiddomina lil haddiehor u li jintuzaw termini ta’ zmien
il-kolonjalizmu . l-UE ma tmurx tipprova tikkopparra it-territorju l-pajjizi
izda huma l-pajjizi li japplikaw biex jidhlu. Li hu zgur hu izda li “ it’s a
different ball game” kif jghidu l-Inglizi. Il-pruzuntuzi biss jitkellmu fuq
l-Unjoni Ewropea bla ma studjawha u pprattikawha. Mhux qed naghmlu gid lilna
nfusna f’Malta meta nparlaw bl-addocc. Aktar u aktar meta jintuzaw frazijiet li
jweggghu lil dak li jkun. Wiehed jista’ ma jaqbilx ma li Malta tissieheb izda ma
jsirx sew meta lil Unjoni Ewropea xi hadd ipengiha qiesha xi tirann jew xi
Imperu.

L-Ewropa mhi Unjoni xejn. Lanqas f’terminu ta’ xi forza federali.
Mhiex bhal Amerika u ftit hemm cans li tkun. Huma Taljani, Germanizi, Inglizi,
Olandizi, Belgjani, Svedizi ecc li kollha jghassu u josservaw lil xulxin u lil
barranin. Kliemna jaslilhom u jferrahhom jew iweggaghhom skond kif jinghad. Huma
nies u pajjizi kollha hbieb taghna u rridu minnhom, tkun xi tkun l-ghazla
tar-relazzjonijiet li l-Maltin iridu maghhom.

Min ikun fil-gvern, hu min
hu, jrid jahdem ma’ l-Unjoni Ewropea. Jrid jahdem mal-Kummisarji, u l-individwi
fid-diversi oqsma. Irid jahdem ma’ ambaxxati u mal-gvernijiet tad-diversi
pajjizi membri, u mal- gvernijiet taghhom. Taghmel x’taghmel l-Unjoni huma li
l-aktar li jikkmandaw. U fuq kollox irridu mill-Ewropej – nies bhalna li jigu
hawn bhala turisti u jixtru l-prodotti taghna u jsibulna l-investiment
f’pajjizna li rridu hafna minnu. Mal-Ewropa nieklu. Niddeciedu x’niddeciedu
minnhom irridu.

 

Iva jew Le

Wasalna ghal ghazla

Dejjem noqorbu lejn il-jum tal-ghazla. Baqa’ hafna li ghadhom imhawdin. Izda n-numru dejjem jonqos. Hekk kif joqrob il-jum tar-Referendum il-bicca l-kbira jkunu ddecidew. Hemm dawk li ilhom li ddecidew. Jew iddecidew skond kif il-Partit taghhom iddecida ghalihom. Hemm ohrajn izda li ddecidew wahedhom. Jekk ghamlux xi studju profond jew waslux ghal konkluzjoni taghhom fuq aspett wiehed jew iehor li l-aktar li laqathom, hi haga ohra. Zgur izda li baqa’ min ma ddecidiex u li ser jiddeciedi fl-ahhar.


Fil-kas ta’ elezzjoni politika jkunu dawn in-nies li jiddeciedu li jaghmlu d-differenza ghax id-distanza bejn il-partiti ewlenin Maltin tant hi zghira li l-5% jew 6% li jiddeciedu fl-ahhar jaghmlu d-differenza. Fil-kaz tar-Referendum il-proporzjon ta’ dawk li baqghu jtellghu u jnizzlu baqa’ gholi pero, issa dan qed jonqos ukoll. Pero zgur li baqa’. In-nies li mmiss l-aktar maghhom jien, sidien ta’ negozji u self-employed u wkoll l-impjegati taghhom, huma fost l-aktar li ghadhom itellghu u jnizzlu. Pero jien ma nghidx li bhal fil-kaz tal-Elezzjoni ser tkun margini ta’ 5% jew 6% li jiddeciedu fl-ahhar li jaghmlu d-differenza. Dan ghaliex nahseb li d-differenza bejn IVA jew LE tkun hafna usa minn daqshekk. Il-kwistjoni issa thawdet sew ghaliex filwaqt li min jaqbel mas-Shubija fl-Unjoni Ewropea ser jivvota IVA, l-ohrajn ser jinqassmu fi tlieta: min jivvota LE, min ihassar u min jastjeni.

Ghazla politika

Ma nafx x’wassal ghad-decizjoni li min hu kontra d-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea jinghata l-ghazla li jaqsam il-blokk ta’ kontra. Nista’ nobsor ghaliex, izda ma nifhimiex. Li tinkoragixxi lil min ihassar il-vot, jien personalment ma naqbilx maghha, ghax mhiex haga sewwa fiha nnifisha. Lanqas li tastjeni ma togghobni ghax fiha elementi ta’ nuqqas ta’ hila li tiddeciedi u taghmel dmirek. Li kien ghalija kont naghzel il-linja l-aktar cara: jekk int favur ivvota IVA u jekk ma taqbilx ivvota LE. Nghoddu l-IVA u nghoddu l-LE, niddeciedu u naqtughha. Pero difficli hafna li tikkonvinci lil kulhadd.

Fil-GRTU ma rnexxilnix naqblu fuq konsensus favur IVA jew favur LE u verament lanqas ma riedet li jsir hekk il-maggoranza. Izda l-GRTU taqbel li l-membri individwali ghandhom jazlu u ghandhom jesprimu l-ghazla taghhom b’mod car.

F’ghaqda nazzjonali li se tirraprezenta hafna interessi diversi, difficli li ssib qbil fuq linja wahda. Jekk tipprova, iggib il-firda. Ghalhekk il-GRTU qaghdet lura milli tilfet id-dritt ta’ l-individwu li jiddeciedi hu. Izda tinsisti li decizjoni trid tittiehed. Ikun too late li wara l-ghazla li l-membru individwali jghid ara xi grali. Izda Partit Politiku hu l-magna li twassal ghal ghazliet politici. Ghalkemm il-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea hi kwistjoni importanti ta’ natura ekonomika u socjali, izda hi essenzjalment decizjoni politika. Hi decizjoni li tiehu inkonsiderazzjoni l-istorja u l-izvilupp politiku tal-poplu Malti. Tiehu inkonsiderazzjoni r-relazzjonijiet politici li l-Maltin iridu li jkollhom mal-girien l-aktar importanti taghhom, l-Ewropej fuq naha u l-Afrika fuq in-naha l-ohra. Tiehu inkonsiderazzjoni l-valuri politici li trawmu f’dawn il-gzejjer matul iz-zmien u fuq kollox tiehu inkonsiderazzjoni il-futur politiku taghna bhala poplu fl-aspetti kollha: dawk ta’ gid ekonomiku, ta’ integrazzjoni u sahha socjali, ta’ difiza u ta’ sigurezza ta’ pajjizna. Tiehu wkoll inkonsiderazzjoni ta’ postna fl-isfera internazzjonali u mhux biss regjonali, u fuq kollox l-aspetti importanti ta’ sovranita’ u liberta nazzjonali.

Ma naqbel xejn ghalhekk ma’ min jghid li din mhux ghazla politika. Hi ghazla essenzjalment politika. Jekk ghandniex ninqasmu fuqha jew le, dik haga ohra. Mhux id-decizjonijiet politici kollha huma bilfors fihom infushom decizjonijiet li jifirdu. Id- decizjoni ta’ l-Indipendenza kienet wahda politika importanti izda dwar l-Indipendenza il-poplu Malti kien maghqud. Argumentaw il-Partiti Politici dak iz-zmien ukoll, biss fuq il-forma tal-Kostituzzjoni u minoranza f’Malta wkoll fuq meta Malta kellha tiehu l-Indipendenza. Izda illum dwar din il-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea hemm firda kbira. Hemm argumenti sodi ghaliex Malta ghandha tissieheb fl-Unjoni Ewropea u hemm argumenti wkoll sodi ghaliex Malta ghandha issib rabta mod iehor.

Referendum

Korpi kostitiwiti, bhal GWU u l-GRTU, minn kmieni talbu li din il-kwistjoni tkun marbla sew u wara l-poplu Malti jkun imsejjah biex jivvota f’Referendum fuq mistoqsija cara ta’ jekk jaqbilx jew le mas-Shubija. Jien li kien ghalija kellu jkun l-Kunsill Malti ghall-izvilupp Ekonomiku (l-MCED, illum l-MCESD) l-awtorita li tordna studju professjonali tal-costs and benefits u tal-impatt socjali u ekonomiku shih ta’ shubija jew ta’ forma ta’ rabta ohra, u wara l-partiti politici jkunu mitluba jiehdu decizjoni fuq il-fatti mkejla u skond dak li jaqblu maghhom l-imsiehba socjali. Pero dan ma kienx facli li jsir u nhoss li ma kienx hemm rieda biex dan isir ghax mill-bidu nett ta’ l-argument dwar is-Shubija fl-Unjoni Ewropea kien hemm min qabad u ddecieda kienu x’kienu l-argumenti.

Kienu dawn in-nies li hawdu l-borma l-aktar. Ghax wara li ddecidew huma kaxkru maghhom lil hafna ohrajn. Jekk iddecidewx fuq bazi ta’ sempliciment emozjoni (ghax ahna Ewropej u mhux Afrikani), jew hux fuq bazi ekonomiku (ghax jaqblilna jew ma jaqblilniex), ma nafx. Li hu zgur hu izda, li kienu nies ta’ influwenza li ddecidew vi jew va kmieni, u maghhom kaxkru hafna ohrajn. Dawn minghajr ma hasbu xejn, imxew fuq dak li ddecidew il-kbarat, u wara spiccajna fejn spiccajna. Issa ghandna hafna studji, rapporti u kitbiet li saru aktar biex isostnu dak li kien iddecieda min qabbadhom milli biex verament jidderiegu.

Bla pregudizzju
Kull min hadem mieghi matul dawn l-ahhar snin jaf li jien persistentament oggezzjonajt li l-attitudni tkun wahda pregudikata. Kull min rani niffunsjona fil-MEUSAC u fil-hafna laqghat ta’ konsultazzjoni jaf li jien kont persistentament kritiku, kultant iebes hafna, izda dejjem posittiv. Mhux posittiv lejn ghazla wahda izda bla ghamad. Qatt ma hadt, jew hallejt laqgha mmexxija minni, tiehu l-attitudni ta’ IVA jew LE, ghax hekk xi hadd qal. Ghasarna flimkien elf argument, qasam wara qasam ta’ negozji u ta’ kummerc. Fassalna dokument bhala reazzjoni tal-Programm tal-Gvern ghat-Twettieq tal-Acquis Kommunitarju (dan id-dokument wiehed jista’ jsibu fuq www.grtu.org.mt) u mexxejna hafna mill- konsultazzjonijiet u t-talbiet fuq dan id-dokument. Staqsejna, argumentajna, qbilna, chadna. F’wahda hadna li ridna, fl-ohra kellna naghmlu kompromess. F’wahda konna iebsin, fl-ohra pacejna. Fejn accettajna, anke jekk ma qbilniex, ghamilna hekk ghax sibna li l-bieb jibqa’ miftuh taht ir-regolamenti. Kien hemm kazi fejn assulutament ma qbilniex.

Fl-ahhar tpogga kollox fuq il-mizien. Ghal xi whud qaleb naha, ghal ohrajn qaleb in-naha l-ohra. Xorta wahda izda fl-ahhar mill-ahhar l-individwu dejjem irid jiehu l-aspett globali ekonomiku u socjali u fuq kollox dak politiku. Iva, wiehed irid jiehu l-ewwel u qabel kollox l-interess tan-negozju tieghu, ghax hekk dan ma jiehdux hu mhux se jiehdu ghalih haddiehor. Ma ninsewx li kull min hu fin-negozju hu responsabbli huwa ghal qliegh tieghu u tal-familja tieghu, tal-qliegh tal-impjegati tieghu u dawk kollha li jridu minnu. Izda jrid jiehu wkoll l-interess tal-pajjiz kollu, kemm ghal llum kif ukoll ghaz-zmien li gej. Ghax din decizjoni li torbot ghat-tul.

Jew IVAjew LE.
Issa izda wasalna. Il-pakkett ta’ negozjati hu maghruf. Id-differenza bejn it-talbiet li kull assocjazzjoni u grupp ghamel u l-arrangamenti li fl-ahhar saru illum hu maghruf u wiehed jista’ jghid jaqbilx jew le. Sfortunatament studji globali ta l-effett fuq l-ekonomija u shubija jew ta’ rabta mod iehor. S’issa ghadu ma harigx. Issa izda qalulna li dan ir-rapport lest u l-membri tal-FOI, tal-Kamra tal-Kummerc, tal-GRTU, tal-MEA, u tal-MHRA issa ghada ser ikunu infurmati dwar x’ikkalkula min gie mqabbad biex jaghmel dan il-kejl. Kulhadd jkun jista’ jiehu dan il-kejl kif irid.

Baqa’ konferenzi ohra x’isiru. Baqa’ aktar spjegazzjoni x’issir. Erba’ gimghat ohra ta’ domandi u argumenti. Zgur li min mhux ser ikun kapaci jiddeciedi wara dan kollu ghax ma jkunx irid. Kieku kien possibbli kulhadd ghandu jiehu decizjoni u l-ghazliet waqt l-ghadd ikunu tnejn biss: dawk ta’ l-IVA u dawk tal-LE. Hekk ikollna rizultat car dwar wahda mill-aktar decizjonijiet importanti li l-poplu Malti qatt gie mgieghel jiddeciedi dwarhom.

Wara dak kollu li jkun ntqal sat-8 ta’ Marzu 2003 ma tkunx trid sforz kbir biex tiddeciedi u taghmel l-ghazla tieghek. Kulhadd ghandu jkun kapaci jiddeciedi. Hadd ma ghandu ghalfejn jevita li jivvota. Kulhadd jista’ jesprimi car u tond l-ghazla tieghu. Aktar minn hekk, ma narax ghaliex ir-rizultat m’ghandux jkun rispettat u ghaliex m’ghandux jorbot.

Jekk l-ghazla tkun cara u accetta, wara r-Referendum il-poplu jkun jista’ jikkoncentra fuq l-ghazla politika importanti l-ohra: liema partit irid li jkun fil-gvern fil-hames snin li gejjin.

 

Ghaliex?

Wasalna
Issa lesti ghat-8 ta’ Marzu. Wara tletin sena li
ilna nitkellmlu dwar l-Unjoni Ewropea. Wara tlettax –il sena li applikajna biex
nidhlu. Wara sittax –il sena ta’ liberalizazzjoni, privatizazzjoni u
ristrutturazzjoni. Wara sentejn ta’ argumenti. Wara tibdil, giri, studji,
argumenti. Fl-ahhar wasalna. Il- famuza mixja ta’ elf kilometru li l-Ministru
tal-Affarijiet Barranin qal li ghandu quddiemu meta ghamel l-ewwel pass f’Lulju
tal-1990, issa waslet fl-ahhar. Fit-tmienja ta’ Marzu, il-poplu Malti jiddeciedi
jekk iridx li Malta tidhol fl-Unjoni Ewropea fl-ewwel ta’ Mejju 2004. Issa
f’idejn il-poplu. Baqalna hames gimghat ta’ argumenti. Izda fl-ahhar
nivvutaw.


Dispjacir
Fil-konferenza tal-MIC ta’ nhar il-Hamis 30 ta’
Jannar fin-New Dolmen jien esprimejt id-dispjacir tieghi u ta’ eluf kbar ta’
Maltin li l-mexxejja politici taghhom ma kellhomx il-hila jwassluna
ghall-ftehim. Mhux dwar il-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, din it-tama ilha li
ntilfet, izda dwar ir-Referendum u dwar l-Elezzjoni. Jien nemmen li ftehim kien
possibli. Jien ghedt li ma nistax nifhem kif hadd mill- kbar nett ta’ dan
il-pajjiz ma ndahal biex wassal liz-zewg mexxejja ghal ftehim meta dan kien
possibli. U ghadni nsostni li ghadu possibbli anke jekk issa beda
l-count-down

Meta wiehed jifli sewwa l-ittra tal-Prim Ministru u
r-risposta tal-Kap tal-Oppozizzjoni jsib xrar li fuqu seta’ jinbena ftehim.
Negozjati seta’ kien hemm. Ahna li ghandna esperjenza ta’ negozjati, ta’
konciljazzjoni u ta’ arbitraggi, nafu li f’kull sitwazzjoni fejn m’hemmx
eskluzjoni assoluta u rigidata akkost ta’ kollox, nafu li il-ftehim ikun
possibli. Basta jkun hemm rieda tajba u jkun hemm l-intervent ta’ min ghalih
il-ftehim hu l-ewwel u qabel kollox.

Jien ghedt li f’Malta fil-passat
rajna cirkostanzi iebsin ferm fejn b’hila kbira wasalna ghal ftehim u ohrajn,
fejn, ghax l-intervent b’sahhtu ma kienx hemm bqajna ma wasalniex. Meta ftehemna
kien il-poplu Malti u l-pajjiz li gawda, u l-istorja tbierek lil min ftiehem u
lil min wassal ghal ftehim. Meta ma ftehmniex kien il-poplu u l-pajjiz li hallas
il-prezz.

L-Indipendenza
Fil-konferenza tad-Dolmen fakkart x’kien
gara fl-1964, meta Malta waslet ghall-Indipendenza taghha wara sekli ta’ hakma
barranija. Dakinhar iz-zewg partiti ewlenin tal-pajjiz, il-Partit Nazzjonalista
u l-Partit Laburista kienu t-tnejn favur l-Indipendenza. Il-Partit Laburista
kien militanti f’Malta u barra minn Malta bil-bosta aktar mill-Partit
Nazzjonalista mhux kif isostnu dawk li l-istorja ta’ Malta b’konvenjenza
jinsewha. Il-Partit Nazzjonalista kien ilu ghomor isostni l-Indipendenza. Fejn
iz-zewg Partiti ma qablux u spiccajna b’Referendum kien dwar il-forma
tal-Kostituzzjoni ta’ Indipendenza. Il-Partit Nazzjonalista ried Kostituzzjoni
bi Gvernatur Generali bhal Kap ta’ Stat li jirraprezenta lir-Regina ta’
l-Ingilterra li effettivament kienet ser tkun il-Monarka ta’ Malta u ma kienx
ried li jiddahhlu klawsoli fil-Kostituzzjoni li jinkorporaw sitt drittijiet li
il-Partit Laburista emmen li kienu fundamentali biex Malta tkun verament
demokratika u hielsa. Il-Partit Laburista ried ukoll Kostituzzjoni Repubblikana
bi President maghzul mill-Maltin bhala Kap ta’ Stat.

Meta illum inharsu
lura nghidu: ara fuq x’hiex argumentaw il-mexxejja politici ewlenin ta’ pajjiz?
Il-famuzi sitt punti illum huma elementi basici li zgur illum kienet tesigi
fuqhom l-Unjoni Ewropea kieku ghaxar snin wara ma dahhlux fil-Kostituzzjoni.
Izda Malta dakinhar tilfet ghaxar snin u ghaddiet minn storja tal-biki, ta’
inkwiet, kundanni u incertezzi. Ir-rizultat tad-danni ekonomici li dik il-firda
kiefra f’pajjizna kienet gabet kien li eluf ta’ familji Maltin emigraw.
Iddahhlet mibeghda bejn il-Maltin li min ghixa biss jaf x’sarrfet. Pajjizna
tilef snin shah li fihom seta’ sar hafna u hafna gid. Hsara li waqghet fuq
pajjizna ghax ma kien hawn hadd kapaci li lil tnejn min nies ta’ hila u genwini
kif kienu Dom Mintoff u George Borg Olivier iwassalhom biex f’gieh pajjizna
jiftehmu. Ftehim li zgur kien ikun ta’ fejda ghall-poplu Malti li dakinhar kien
ghadu qed jistenbah mill-qirda tal-gwerra Mondjali li farkitna. Kien qed johrog
minn snin shah ta’ krizi Kostituzzjonali u kien, flimkien mal-kumplament tal-
ex-kolonji Inglizi, Francizi, Olandizi, Spanjoli, Portugizi u Belgjani, qed
iwarrab il-kolonjalizmu u jersaq lejn il-helsien. Bla ftehim izda tlifna u
xellifna ghal dejjem il-ferh tal-Indipendenza.

Republika
Mhux hekk
izda gara fl-1974. Malta fl-1971 bidlet il-gvern u tat mandat lil Partit
Laburista li jibdel il-Kostituzzjoni f’wahda Repubblikana u jdahhal bidliet li
ma dahhlux fil-Kostituzzjoni Monarkika tal-1964. Ghal tlett snin shah ma kienx
hemm ftehim. Ghal darb’ohra l-poplu fi zmien li kien difficli hafna minhabba
is-sitwazzjoni ekonomika imweghra ta’ pajjizna fejn il-gvern kellu diffikulta
sahansitra biex ihallas il-pagi u salarji tal-impjegati tal-gvern, kellu jghaddi
minn taqtiegh il-qalb jistenna li l-mexxejja tieghu jifthemu. Din id-darba,
izda, ftehim intlahaq. Kien ta’ sodisfazzjon ghal maggoranza assoluta tal-Maltin
meta bi ftehim bejn iz-zewg Partiti il-Kostituzzjoni Repubblikana ta’ Malta
ghaddiet b’maggoranza ta’ aktar minn zewg terzi biex fl-ahhar pajjizna kellu
Kostituzzjoni miftehma. Pajjizna kien immatura.

In-Newtralita
F’Malta
izda qiesna li l-krizijiet infaqqsuhom u hu destin kiefer ta’ dan il-poplu li
dejjem maqsum fuq affarijiet mill-aktar serji. Hekk gara wara l-Elezzjoni
tal-1981 meta l-Partit Laburista b’maggoranza ta’ siggijiet fil-Parlament, izda
bla maggoranza ta’ voti fil-pajjiz iddecieda skond il-Kostituzzjoni li
jiggverna. Inqalghet krizi serja meta id-Deputati tal-Partit Nazzjonalista
irrifjutaw li jidhlu fil-Parlament. Malta baghtiet. Min ma jifhimx fl-ekonomija
u kif jahdem pajjiz ma jafx xi hsara issir. Meta pajjiz jaqa’ f’inkwiet ikun
hemm incertezza kbira u l-investitur ma jarax hlief cpar iswed. Meta Malta
tbati, l-aktar li jbatu huma dawk li jispiccaw bla xoghol, negozji zghar li
jiddependu min haddiehor u negozji bhal hotels u esportaturi u l-impjegati
taghhom. Hekk kif Malta tidbengel l-industriji u l-lukandi u maghhom kull min
iservihom bin-negozju taghhom jitilfu l-ordnijiet u b’hekk jinqalaghlhom
problemi mal-banek u jaqghu lura fl-impjiegi u fil-hlasijiet hekk kif
l-ordnijiet jonqsu. F’ekonomija tas-suq hieles u ekonomija bhal taghna li trid
minn negozji f’pajjizi li malajr jitfantzu hekk kif jisimghu bi stejjer
anti-demokratici u ta’ inkwiet intern, il-ftehim jiswa’ mitqlu deheb. In-nuqqas
ta’ ftehim u nuqqas ta’ direzzjoni cara jgib ncertezzi li minnu jbatu hafna
nies, l-aktar haddiema li ma jkunu jahtu xejn. Din f’Malta qisna kattivi wisq
biex nifhmuha.

Fl-aqwa ta’ din il-krizi izda Malta kellha Presidenti
tar-Repubblika li gharfu il-mument storiku, hatfu l-opportunita’ u b’hila waslu
lil mexxejja politici Maltin ghal ftehim. Ftehim storiku. Ftehim ta’ gieh. Kemm
Agatha Barbara kif ukoll Ugo Mifsud Bonnici hadmu u tal-ahhar wassal ghal
ftehim. Ftehim li salva lil pajjizna minn hafna ghawg u wassal biex fi ftit snin
pajjizna rega’ qabad il-pass ta’ tkattir tal-gid u tal-progress li tant
jixraqlu.

Il-ftehim wassal biex ghal darb’ohra inbidlet il-Kostituzzjoni
b’maggoranza ta’ aktar minn zewg terzi. Issa Malta bdiet tgawdi Stat ta’
Newtralita’, stabbiliet bil-Kostituzzjoni wkoll l-assigurazzjoni li qatt aktar
ma jigri li Partit Politiku b’manipulazzjoni tad-distretti jew b’mod iehor ma
jgibx maggoranza ta’ voti u jibqa bla maggoranza ta’ siggijiet fil-Parlament.
Rebhet id-demokrazija. Rebhet Malta.

Unjoni Ewropea
Issa gejna ghal
zmienna. Il-gvern igawdi maggoranza fil-Parlament ta’ hames siggijiet u l-Partit
Nazzjonalista intrabat b’mandat li jinnegozzja biex idahhal lil Malta fl-Unjoni
Ewropea u fl-ahhar tan-negozjati jaghmel Referendum dwar l-ghazla ta’ shubija
fl-Unjoni Ewropea. Il-Partit Laburista fl-Oppozizzjoni jsostni li Referendum ma
jsolvi xejn ghaliex Malta tidhol biss f’Mejju 2004 u sa dakinhar bil-fors li
trid issir Elezzjoni.

Id-diffikulta ghalhekk qamet dwar x’effett ghandu
r-Referendum meta l-Elezzjoni tista' taghti rizultat bil-maqlub ta’ dak li
jaghti Referendum. Il-poplu sema’ l-argumenti u stenna x’ser jigri. Saru l-ewwel
mossi: ittra tal-Prim Ministru u risposta tal-Kap tal-Opposizzjoni u daqshekk.
Kull min hu serju staghgeb. Possibbli staqsejt jien fil-Konferenza tad-Dolmen
il-kbarat ta’ dan il-pajjiz ma fehmux il-hsara ta’ rizultat mhux accettat u
tat-tigdid tal-perjodu ta’ incertezza li diga qed jifni lil pajjizna? Iva
possibli min jikkmanda u min imexxi ma jarax li eluf ta’ nies fin-negozji u nies
fl-impjiegi diga qed ibatu. Ma jafux li diga ghandna 12,000 ruh jixtiequ jahdmu
u xoghol m’ghandhomx u xi nghidu ghall-krizi ta’ cash flow u ta’ nuqqas ta’
ordnijiet f’kull settur? Perjodu ta’ aktar incertezzi u inkwiet ikattar in-numru
ta’ nies li qed ibatu.
Staqsejt din id-darba, ghaliex ma garax l-istess bhal
ma gara fil-bidu tat-tmenijiet, ghaliex il-President ta’ Malta, bniedem kapaci
fin-negozjati u f’posizzjoni ta’ tant awtorita’ ma wassalx liz-zewg mexxejja
biex talanqas jidhru li qed jippruvaw jiftehmu? Jien m’ghandiex dubju li kieku
l-attentat sar u sar b’determinazzjoni li l-ftehim kien jintlahaq.
Il-Poplu
Malti ftehim ried. Bla ftehim ikun x’ikun ir-rizultat tat-8 ta’ Marzu, l-inkwiet
ikompli. Il-Poplu izda jibqa’ jittama fi ftehim ghax ma jiflahx aktar inkwiet u
firda u jibza mit-tkattir tal-incertezza.

Ftehim biss igib
d-direzzjoni.

 

X’jghodd u x’ma jghoddx

Kliem il-Gvernatur
Il-Gvernatur tal-Bank Centrali ghal
darb’ohra hareg jikkummenta, kif inhu d-dmir tieghu, dwar l-ekonomija Maltija u
kif qe ihares lejn l-izviluppi matul is-sena 2003. Il-kummenti tas-Sur Michael
Bonello huma mahsuba sewwa u l-Gvernatur joqghod ferm attent li jghaddi messagg
minghajr ma jgerrex jew iwerwer jew jonfoh u jfahhar. Ir-raguni hi li kliem
il-persuna l-aktar awtorevoli dwar dak li ghandu x’jaqsam ma’ ekonomija u
finanzi fih inniffsu jista’ jinfluenza l-istess andament ta’ l-ekonomija,
l-isfel jew il-fuq, skond it-ton ta’ dak li jintqal. Il-kliem tal-Gvernatur
iwasslu wkoll messagg kemm lill-awtoritajiet kif ukoll lill-operaturi
fis-suq.


Prospetti
Il-Gvernatur tkellem dwar kif ihares lejn
il-prospetti ekonomici. Huwa ma dahalx fil-kwistjoni ta’ x’effett ikollha
s-shubija fl-Unjoni Ewropea, izda hares lejn fatturi ta’ kummerc u finanzi
nternazzjonali. Huwa esprima ottimizmu li l-ekonomija Maltija tkompli tingabar
mill-waqa’ lura tas-sena 2001. Importanti kif l-esperti jharsu lejn is-sena 2003
u s-sentejn ta’ wara. Ma ninsewx li hafna mill-pjanijiet li tkellem dwarhom
il-Ministru Dalli fil-Budget dwar kemm ser jonqos il-Budget deficit u kemm ser
jirnexxielna nghollu l-livell ta’ l-investiment u ta’ l-infieq fil-pajjiz kien
jiddependi fuq l-ottimizmu li l-Ministru kellu li din is-sena u fis-sentejn li
gejjin l-ekonomija Maltija kienet ser tikber b’rata ghola milli rajna s’issa.
Dan meta f’Malta u fil-pajjizi li maghhom nikkummercjalizzaw l-affarijiet kienu
sejrin aghar milli kienu ppjanaw l-esperti bhal dawk tal-Bank Centrali Ewropew u
l-esperti ekonomici ta’ Brussell.

Malta hu pajjiz b’ekonomija miftuha u
bil-fors li dak li jigri barra jinfluenza lilna. Dan ghalhiex kull ma nixtru
hafna minnu gej minn barra. Nixtru minn barra l-materja prima ghall-industrija
taghna u dak li nipproducu rridu nbieghuh barra u rridu wkoll mit-turisti li
jigu minn barra. Dan barra l-fatt li l-Maltin ghandhom hafna investiment barra
minn Malta. Fil-bidu tas-sena 2001 l-ekonomija mondjali kienet diga qed tnaqqas
fir-ritmu u din is-sitwazzjoni kompliet taggrava wara dak li gara f’Settembru
tas-sena 2001. Dan ikkawza waqa’ notevoli fil-kummerc mondjali. L-effett ta’ dan
hassejnieh f’Malta l-aktar fil-waqa’ tax-xoghol ghad-ditta l-kbira ta’ l-ST
Microelectronics li wahidha gibdet l-ekonomija Maltija. L-istess ukoll bil-waqa’
li sofra s-settur tat-turizmu u l-gwaj li ffaccjaw hafna industriji ohra. U ma
ninsewx li dak li gara fis-sena 2001 kien kontinwazzjoni ta’ dak li kien qed
isir fis-sena 2000 meta l-ekonomija Maltija kienet diga bdiet tnaqqas fir-ritmu
ta’ tkattir. Malta, kif dejjem nghid, anki b’rati ta’ tkattir baxxi tkun
fil-fatt mhux tlahhaq biex tirkeb il-problemi li ghandha, ahseb u ara meta taqa’
lura.

M’hemmx dubju li l-ekonomija Maltija fis-sena 2001 waqghet lura, xi
haga li meta ntqalet il-Ministru Dalli canfar lil min qala u wara issemmiet
bhala r-raguni ghalhiex it-targets finanzjarji tal-gvern ma ntlahqux. Is-sena
l-ohra izda l-ekonomija Maltija wkoll regghet bdiet tikber bil-mod dovut l-aktar
ghalhiex is-settur ta’ l-elettronika u xi industriji ohra regghu rnexxielhom
jakkwistaw l-ordnijiet u t-turizmu razzan il-waqa’ li kien sofra s-sena ta’
qabel. Il-fatt izda li l-ekonomija baqghet rezistenti ghall-izviluppi hziena li
laqtu lid-dinja u malajr regghet bdiet tirpilja wera li bid-difetti kollha
taghna l-ekonomija taghna illum ghandha certu sahha li ghalkemm tnaqqret izda hi
bizzejjed biex tiflah ghal daqqiet li ma jkunux tant
fit-tul.

Il-Gvernatur tal-Bank Centrali jghid li matul is-sena 2003 huwa
qed jara li bhal ma gara s-sena l-ohra ser ikun difficli li wiehed ibassar x’ser
jigri matul ix-xhur tas-sena 2003. Is-sena l-ohra kienet difficli li xi hadd
ibassar li kienet ser tkompli l-waqa’ fis-sweiq ta’ l-ishma u hadd ma mmagina li
kienu ser jitfarrku socjetajiet kummercjali enormi bhal Enron u Worldcom. Din
is-sena bdejna bl-istennija ta’ gwerra ohra fl-Iraq. Diga rajna fl-ahhar xhur li
t-tbassir dwar it-tkattir ta’ l-ekonomiji ewlenin li maghhom l-aktar li
nikkummercjalizzaw jigi mnaqqas. Ir-rati tat-tkattir tal-pajjizi l-iktar
industrijalizzati fid-dinja wkoll gew imnaqqsa. Il-Gvernatur tal-Bank Centrali
xorta izda jemmen li ghalkemm it-tbassir ta’ tkattir ta’ bejn 3.1% u 3.8% li qed
jistenna l-gvern fit-tlett snin li gejjin jista jkun ottimist, li l-ekonomija
Maltija ghandha tkompli tirpilja mid-daqqa li sofriet fis-sena
2001.

Id-Deficit
Il-Gvernatur tal-Bank Centrali jibqa’ jqis li
l-kwistjoni tal-Budget Deficit Strutturali ta’ Malta hi kwistjoni serja u
bil-fors iridu jibqghu jsiru l-isforzi kollha biex din il-problema tissolva.
Kuntrarjament ghal pajjizi ohra fejn deficit jghin biex ekonomija ticcaqlaq meta
jkun hemm waqa’ fid-domanda u aktar infieq mill-gvern jghin biex l-industrija
ssib aktar bejgh, fil-kas ta’ Malta hafna mill-flus li jinfirxu kawza ta’
l-infieq aktar tal-gvern imur fuq l-importazzjoni u b’hekk l-industrija Maltija
ftit li xejn tgawdi. Ghalhekk li l-iskema ta’ ghajnuna lill-industriji u
l-intraprizi jridu jkunu iffukati sewwa ghax inkella nispiccaw nehlu l-flus
tat-taxpayers Maltin f’infieq zejjed u f’sussidji li jmorru biex isostnu
l-industrija barra minn Malta u mhux f’pajjizna.

Il-Gvernatur iqis li
s-soluzzjonijiet fit-tul li finalment isolvu l-problemi tal-Budget Deficit
Strutturali ghad irridu nsibuhom. Nibqghu ma nsibuhomx jekk nibqghu ma nifthemux
fuq soluzzjonijiet dejjiema ghal problemi li ghandna fil-qasam tal-welfare
socjali, specjalment fejn tidhol is-sistema tal-penzjonijiet. B’mod partikolari
wkoll jekk nibqghu ma nsolvux il-problemi ta’ l-allokazzjoni u ta’ l-uzu b’mod
iktar efficjenti tar-rizorsi disponibbli ghas-settur pubbliku, l-aktar dawk
disponibbli ghas-settur tal-parastatali. Jien nghid li din is-sitwazzjoni tidher
izda li fis-snin li gejjin ser tkompli tiggrava hekk kif ser nergghu naqghu
ghal-livelli ta’ sussidji lil setturi bhal biedja u anke lil setturi tal-bejgh u
lill-konsumaturi li f’dawn l-ahhar snin konna b’mod determinat warrabna.
Il-kwistjoni tas-sussidji lil parastatali diga hi wahda kbira bizzejjed u sakemm
nibqghu bis-sussidji lil dawn il-korporazzjonijiet u istituzzjonijiet tal-gvern
u nibqghu infaqqsu Awtorita’ wara Awtorita’, il-Budget Deficit ftit jista’
jitranga. Issa x’effett jista’ jkollhom sussidji ta’ miljuni kbar ta’ liri lil
setturi li sal-lum fendew b’livell ta’ sussidji maniggjabbli u li kienu qed
jitnaqqsu, wiehed ghad irid jara. Ma nafx, jien personalment, li sar xi studju
dwar dan u x’impatt dan kollu ser ikollu fuq il-programm tal-gvern. Dawk
l-istess bdiewa u rahhala li kien ilhom is-snin jisimghu kemm ma jaghmlux sens
is-sussidji, issa ma jistghux jifhmu kif f’daqqa wahda l-gvern qed jitkellem fuq
tant miljuni ta’ sussidji. U mhux ta’ b’xejn li ma tantx qed jemmnuha din
tas-sussidji.

Cashflows
Hafna negozji qed jorbtu t-tama taghhom li
jsolvu l-problemi tal-cashflows li ghandhom fit-tkattir previst ta’ l-ekonomija
Maltija. Il-Gvernatur tal-Bank Centrali wkoll jikkummenta fuq din il-kwistjoni
tal-Cashflows. Huwa jikkastiga lill-proprjetarji ta’ l-intraprizi Maltin li meta
d-daqqa kienet tajba huma ghagglu kabbru u ziedu fl-infieq. Dan issa rrizulta li
l-Banek Kummercjali llum qed igorru proporzjon gholi ta’ self li m’ghandux
prospetti li jkun mifdi bl-attivita’ kummercjali li suppost irid jiggenera,
bil-konsegwenza li l-Banek issa qed ikunu ferm attenti qabel ikattru aktar self
u qed jimponu kundizzjonijiet aktar iebsa fuq iz-zieda fil-krediti. Ir-rass li
hawn fuq il-likwidita’ disponibbli ghal kummerc gejja minn hafna regunijiet u
wiehed m’ghandux ihawwad il-kwistjoni ghax jara certu nvestimenti f’certu bonds
li nhargu dan l-ahhar. Il-kwistjoni kollha hi jekk l-ekonomija Maltija hiex
tiggenera aktar qliegh. Il-verita’ hi li mhix, u z-zieda fit-tkattir ekonomiku
mhux kbir bizzejjed biex ikun hawn aktar flus fl-idejn iggenerat mit-tkattir
fil-gid.

Dan qed jikkawza issikkar u l-issikkar zgur li qed ikompli
jgharraq is-sitwazzjoni ta’ cashflow ta’ hafna negozji. Dan kollu meta r-rati
ta’ l-interessi fuq is-self f’Malta bhalissa huma l-anqas li qatt kienu ghal
hafna snin. Hafna negozjanti xorta wahda jsostnu li fic-cirkostanzi prezenti
r-rati ta’ l-imghax f’Malta huma gholjin. Izda l-Gvernatur tal-Bank Centrali
jsostni li huma fl-ahjar livell possibbli biex minn banda wahda tinzamm rata
gusta ta’ kambju tal-lira Maltija u mill-banda l-ohra ma jkollniex interessi
bankarji li jsostnu l-inflazzjoni. Il-Gvernatur ma tantx jemmen li aktar tnaqqis
jista’ jiggenera aktar investiment.

Is-soluzzjoni
Li jsostni
l-ekonomija aktar u li jaghmilha aktar possibbli biex Malta tkun aktar kapaci li
tgawdi mill-espanzjoni tas-suq Ewropej huma riforma strutturali u accelerazzjoni
taz-zieda fil-gwadann tal-produttivita’. Biex jirnexxielna nirristrutturaw
b’pass aktar determinat u biex jirnexxielna nkattru l-produttivita’ izda baqalna
hafna u hafna x’naghmlu. Bla ristrutturar serju mhux ser jirnexxielna b’mod
determinanti nzidu l-kompetittivita’ ta’ l-ekonomija Maltija. Hija din
il-kompetittivita’ li trid taghtina prezenza ahharija fis-swieq Ewropej. Ma jkun
jiswa xejn li nissiehbu f’suq wiehed Ewropew taht forma ta’ arrangament jew
iehor imbaghad ma nkunux kompetittivi biex inbieghu. U ghazla ta’ swieq ohra
hekk kbar m’ghandniex.

Nerga nsostni dak li ilni nghid, naghmlu zball
kbir jekk nalludu ruhna li Brussell ser issolvilna l-problemi taghna. Brussell
bi Shubija jew b’Partnership jifthilna l-bibien aktar ghal dan is-suq hekk kbir
izda mhux ser isolvilna l-problemi taghna. Dawn ahna rridu nsolvuhom u aktar ma
nsolvuhom malajr aktar ahjar ghalina lkoll. Dwar dan jalla nibdew nitmashnu u
nargumentaw.

 

Meta ser nieqfu noholmu

Holm u Fatti
Il-holm ta’ certi nies inixxifni. Nistghageb
kif nies ta’ certu livell u ta’ certa esperjenza jibqghu ilissnu stejjer li
mhumiex ghajr holm u jitkellmu apparentament b’konvinzjoni. Ghax qisu f’dan
il-pajjiz taghna li jekk tghid xi haga, anke l-akbar holma, b’hafna pomposita’ u
tibqa’ tirrepetiha u ssostniha bhala stat ta’ fatt, allura b’daqshekk il-holma
ssir fatt. X’kull wahda! Dwar din il-bicca ta’ l-Unjoni Ewropea u dwar l-istat
ta’ l-ekonomija u l-futur ta’ Malta in-generali qed jinghad kliem li ahjar
insejjahlu holm milli xi haga ohra.


 

Illum fortunatament in-nies mhux
hmir. Ma tantx jimpressjonaw ruhhom mill-paroli fil-vojt u mill-islogans bla
sens. L-aktar li jdejjqu in-fatti huma dawk li bhal pappagall jirrepetu hafna
frazijiet u jirrepetu hafna stejjer li x’hin taghsarhom ma ssibilhom l-ebda
sustanza. Ghax ghalkemm kulhadd ikejjel b’xibru, izda kulhadd jaf li l-manna ma
taqax mis-sema. Li pajjizna hu pajjiz zghir u jrid aktar minn haddiehor milli
haddiehor irid minna. Li dak li ghandna f’pajjizna: riservi, patrimonji,
industrija, kummerc, biedja, sajd, tarznari, skejjel, sptarijiet,
istituzzjonijiet, djar, banek, negozji, lukandi, portijiet, ajruport – hu
x’inhu, ghamilnieh ahna l-Maltin bil-bzulija u l-makkakkerija taghna.

Kull min gie f’pajjizna, gab mieghu, mhux ma gabx, u l-Maltin tghallmu u
mexxew il-quddiem. Izda fl-ahhar mill-ahhar konna dejjem ahna li hadna hsieb
taghna nfusna. Il-klassi politika Maltija, matul is-snin ma nistghux naqbdu u
narmuha, ghax b’mod generali, biex ma noqghodux niddistingwu fost
il-personalitajiet, kienu kapaci li dan n-naqra ta’ pajjiz jibnuh. Ma bnewx ghax
sabu z-zejt jew ghax sabu t-tezori. Bnew ghax habblu rashom, ghax ma fdawx, ghax
gharfu x’kien l-ahjar li jaghmlu fil-mumenti krucjali. Ghax lil hinn mill-genn u
mis-sahna tal-partiggjanizmu, fl-ahhar mill-ahhar dejjem gharfu x’kien l-ahjar
ghal pajjizna. Ghamlu zelqiet mhux m’ghamlux, izda jekk naraw anke l-istorja ta’
dawn l-ahhar mitt sena, naraw kif il-mexxejja politici Maltin imxew sewwa.
Mexxew lill-Maltin mid-dominanza imperjali ghall-ewwel self-government, ghal
holqien ta’ l-iskejjel u l-iskemi ta’ assistenza socjali u ta’ tahrig, lil hinn
mit-tkissir ta’ gwerra mondjali u farkittna. Mexxewna lejn il-holqien ta’
welfare state u possibiltajiet ta’ xoghol godda f’pajjizna bla htiega ta’
emigrazzjoni, lejn il-holqien ta’ valur ekonomiku produttiv f’oqsma li kwazi
kienu mpossibbli ghal pajjiz ckejken bhal taghna bi ftit rizorsi bhal ma
rnexxielna naghmlu fl-industrija u fil-biedja u fit-turizmu. Hloqna produzzjoni
nazzjonali ta’ valur kbir, centri tal-finanzi, free port, banek ta’ kwalita’,
servizzi essenzjali tajbin, portijiet u ajruporti armati sewwa u struttura u
kwalita’ ta’ hajja li ma nistghux immaqdruha meta nqabblu ruhna ma pajjizi li
bhalna huma nieqsa minn hafna rizorsi.

Fuq kollox izda, hrigna
mill-kolonjalizmu bla tixrid ta’ demm. Gibna r-riformi socjali u politici nterni
filwaqt li sahhahna l-istituzzjonijiet demokratici taghna. Hadna postna f’dinja
fejn, ghalkemm fost l-izghar nett, dejjem irnexxielna nsemmghu lehinna
specjalment fuq in-naha t-tajba, favur l-istabbilta’, favur il-paci fid-dinja,
favur in-nuqqas ta’ tensjoni, kontra l-armamenti, favur il-gustizzja, favur
is-sewwa. Hadna fama bhala pajjiz zghir, kapaci, stabbli u hanin. Mhux ftit dan
ghal pajjiz zghir. U dan mhux holm. Dawn huma fatti.

Fejn sejrin
Issa
pero’ qed iwebbluna li qisna f’xifer ta’ presipicju, jew lejliet l-ispluzjoni
ta’ gid u hena li qatt ma rajna bhala. Dan hu holm u kliem esagerat. Jigri
x’jigri f’pajjizna fis-snin li gejjin, ahna mhux ser nisparixxu jew ser
ninbelghu. U jwieghduna kemm iwieghduna, hadd mhu ser jigi f’pajjizna u
jaghmilna sinjuri u kuntenti. L-ghazla verament hija dwar modi differenti ta’
kif ser inkunu kapaci nkomplu nhaddmu l-izviluppi politici, ekonomici, socjali u
kulturali taghna. Dwar x’ghodod ser nuzaw biex nohorgu mill-problemi li ghandna
u kif nistghu nibnu futur ahjar fis-sikurezza u bi kwalita’ ta’ hajja li tibqa’
toghla. Izda zgur li l-ewwel irridu naghzlu l-ahjar mezzi biex insolbu
l-problemi l-kbar li ghandna llum. Problemi kbar li d-dahna kbira ta’ kliem li
hawn bhalissa dwar nidhlu u ma nidhlux fl-Unjoni Ewropea bhal donnu qed jidfen u
jinsa.

U din fil-fatt hi l-ewwel holma li l-poplu Malti jrid johrog
minna. Mhux ghax, bhal ma jsir dejjem, kien hemm is-soltu xiri u xalar ta’ matul
il-festi ta’ l-ahhar tas-sena, nahsbu li kollox sewwa u li l-problemi ghaddew.
Il-problemi, l-aktar dawk ekonomici, mhux talli ma solvewhomx, talli qed ikomplu
jikkargaw u jigravaw. Jien ktibt qabel il-Budget, li aktar ma budget speech
idoqqulu trombi u jonfhuh aktar ikun budget li jintesa malajr. U hekk gara. Ghax
il-Budget li ghadda diga indifen taht l-istatistika ekonomika li hierga.
Statistika li qed turi li kontra t-tbassir tal-Ministru, id-dhul tal-gvern qed
ikompli jnaqqas allavolja id-dipartiment tat-taxxa qed igennen lil kulhadd u qed
jigri wara flus li mhux vera huma taghhom. Tant qed joholqu genn li hafna
negozji u proprjetarji issa qed jaqtghu qalbhom li xi darba ser ikollhom cans
jergghu jibdew ifendu bil-ghaqal u rega f’pajjizna qed jikber n-negozju
tal-ghazzard u tal-ispekulazzjoni. Ghax illum hafna qed jirragunaw li hi iebsa
wisq il-hajja li tmexxi intrapriza, thaddem in-nies u titfarrak bix-xoghol biex
imbaghad igennuk bit-taxxi u bit-talbiet meta jahsbu jew joholmu huma li hemm
il-qliegh. Hafna ghalhekk qed ibieghu jew jaghlqu u jaqilbu ghal negozju ta’
qliegh aktar ta’ malajr u b’anqas tbghatija. Ghalhekk qed imorru ghal negozju
ta’ l-ispekular. Bhal meta tispekola fil-proprjeta’ u fix-xiri u l-bejgh li ma
tantx jidher ghax hu biss ta’ fuq il-karta. Dawn l-affarijiet isiru meta
l-investitur ihoss li s-sitwazzjoni ghal investiment fit-tul, dirett u
produttiv, mhux tajba. Ghalhekk jaghzel il-facli. L-ispekulazzjoni li ftit li
xejn taghti sahha lill-pajjiz izda taghti hafna lil ftit.

Ir-realta’
tal-lum
Din hi realta’ li l-gvern jaqbillu jistenbah ghaliha ghax hi marda li
ser tkompli tgherri dak li hu diga fjakk: l-entuzjazmu ta’ l-imprenditur Malti
li jinvesti, jhaddem u jkabbar. Mhux l-ghazla bejn Shubija jew Partnership
fl-Ewropa li qed jeqirdu l-ekonomija, izda l-attitudni ta’ min hu responsabbli
li tefa lill-pajjiz f’dahna ta’ kliem fieragh meta l-bazi ekonomika ta’ pajjizna
hi marida. Meta l-gvern qed jaghsar u jaghsar biex ifejjaq il-ferita kbira ta’
dejn nazzjonali u ta’ dejn bejn Maltin u Maltin, negozji u negozji, u fuq kollox
it-tragedja ta’ budget deficit li dejjem jikber. Il-qerda gejja ghalihiex
minflok jghin lil min irid jipproduci, jahdem u johloq ix-xoghol, il-gvern aktar
lest biex jonfoh lil min twebbel bil-progetti ta’ l-ispekulzzjoni. Iva, aktar
lesti biex jonfhu l-ispekulazzjoni. Araw il-gurnali u taraw kif l-ispazju mohli
bl-opportunitajiet ghall-ispekulazzjonijiet u kif qisu lill-ispekolaturi qed
jittimbrawhom bhala eroj. Fittxu ha taraw jirnexxielkhomx issibu storja wahda
ta’ xi investitur li jrid verament johloq jew ikattar negozju u johloq ix-xoghol
fit-tul u jzid il-produzzjoni nazzjonali. Min qed jissogra, jivvinta u jinvesti
fil-bzulija mhux veru li qieghed jigi mghejjun.

Tkellmu ma min tridu
mis-setturi ta’ l-industrija, tat-turizmu, tal-biedja u tas-setturi produttivi u
araw issibux ottimizmu. Allura mhux bil-fors li r-revenue tal-gvern jonqos. Jekk
jizdied ikun ifisser anzi li l-gvern ghadu mhux qed jifhem u jkun qed jibqa
jigdem fil-laham il-haj lil min irid jahdem. Jekk, kif qed jigri izda, l-VAT u
l-Income Tax jaghtu anqas, ikun ifisser li l-profitti qed jisparixxu u l-flus
fil-but qed jonqsu u l-bejgh qed jonqos. Ghax kif tista zzid id-dhul mill-income
tax meta l-ekonomija mhux tikber u l-profitti sparixxew? Kif trid izzid mill-VAT
meta n-nies qed tonfoq anqas? U kif ser tnaqqas id-dejn meta tibqa tonfoq aktar
milli ddahhal u l-isbilanc trid taghmel tajjeb ghalih bid-dejn? U kif ser tohloq
opportunitajiet ghal aktar qliegh fil-futur jekk biex ittaffi d-dejn li qed
taghmel illum, tbiegh l-assi li jridu jtuk il-profitt ghada biex taghmel tajjeb
ghat-telf tal-lum? U kif ser issostni l-problemi ta’ l-industrija u tan-nuqqas
tax-xoghol: bil-holm?

Joholmu
Ghax hi holma, holma kbira nobis, dik
li xi hadd qed jghid li l-Unjoni Ewropea ser tifthilna l-opportunitajiet ghal
investiment u x-xoghol. Meta? Ghada? Is-sena d-diehla? Lil min? Lit-tarzna?
Lill-bdiewa? Lil manifattura? Lill-kummercjanti? Lil-lukandi? Lil min? Fejnhom
il-fatti? Fejnhom il-figuri? Jekk il-gvern jibqa jimla ras in-nies bil-holm
nibqghu nezlin. Ninzlu dejjem iktar l-isfel, fin-nizla tar-rovina. Ghax mhux
vera li l-ekonomija qed tissahhah. Mhux vera li nvestituri u mprendituri Maltin
ghandhom opportunitajiet ahjar li ser isibuhom ghada. Mhux vera li l-finanzi
tal-gvern qed jitrangaw. Mhux vera li qed jinstabu opportunitajiet godda ta’
xoghol produttiv. Mhux vera qed jizdiedu l-proffitti, li huma l-akbar garanzija
ghal aktar investiment fil-futur.

Allura jfisser li qedghin f’xifer
precipizju? Allura jfisser li bl-Unjoni Ewropea nindifnu? Le mhux vera. Li hu
vera hu li la Shubija fl-Unjoni Ewropea u lanqas xi forma ta’ Partnership ma’
l-Unjoni Ewropea m’huma wahidhom ser isolvulna l-problemi ta’ pajjizna. Hi
holma, u holma kbira, li nitwebblu li r-relazzjoni taghna ma’ l-Ewropa hi
l-qofol tas-soluzzjoni.

Il-qofol hu ahna. Ahna l-Maltin irridu nieqfu
noholmu u rridu nibdew nerfghu salibna bis-serjeta’. Is-Shubija jew
il-Partnership joffru ghodod differenti li jghinuna aktar jew anqas biex insolvu
l-problemi taghna. Tajjeb hafna li naghmlu l-ghazla t-tajba u li din l-ghazla
naghmluha malajr. Jalla ma nkomplux nithawwdu aktar u ma nikkumplikawx hajjitna
aktar.

Imma l-ghada tar-Referendum, l-ghada ta’ l-Elezzjoni, il-problemi
ser jibqghu hemm u ser ikunu akbar.

Ma rridx inkun f’qoxort il-Prim
Ministru dak inhar.

 

Nawguraw ix-xoghol

Telfa ta’ Mpjiegi
L-ahhar rapport ta’ l-ETC dwar in-numru
ta’ haddiema disponibbli ghax-xoghol sa Awwissu li ghadda juri li l-labour
supply naqset b’1,111 persuna fuq is-sena ta’ qabel, bit-total tal-forza
tax-xoghol f’pajjizna tkun ta’ 145,080. In-numru ta’ persuni li ghandhom
ix-xoghol naqsu b’1,467. In-nies jahdmu f’pajjizna ghalhekk ilahhqu 137,668
persuna.


In-numru ta’ nies registrati bhala self-employed komplew jonqsu
minn 15,963 fl-1997, ghal 15,421 fis-sena 2000 u sa Awwissu 2002 nizlu ghal
15,322. Ix-xoghol fis-settur privat tal-produzzjoni kompla niezel bi 344 persuni
ohra u t-total ta’ haddiema f’dan is-settur ilahhqu 38,143. Naqsu wkoll
l-impjiegi full-time fis-settur tas-servizzi, fejn intilfu 201 impjieg.
Is-settur tar-retailing u wholesaling kompla wkoll jitlef l-impjiegi. Bejn
is-sena 2000 u s-sena 2001, dan is-settur kien diga naqqas 300 impjieg. Sa
Awwissu ta’ din is-sena, dan is-settur kompla jitlef 135 impjieg iehor. Jintilfu
wkoll 600 impjieg mid-dipartiment tal-gvern, 83 impjieg fis-settur bankarju u
100 impjieg iehor mill-kumpaniji u korporazzjonijiet tal-gvern.

Dan kollu
wassal biex in-numru ta’ dawk li jirregistraw ghax-xoghol tela’ minn 6,529
f’Gunju 2001 ghal 7,412 f’Awwissu 2002. Dan kollu juri li lil hinn mill-kliem
sabih u mid-duhhan li jhobbu jitfghu l-politici, is-sitwazzjoni mhix tajba. Ma
jiswa xejn li niftahru kemm sejrin tajjeb hawn jew hemm, jekk nibqghu ma nsibux
tarf tal-problema tat-telf ta’ mpjiegi. U donnu lanqas m’ahna kapaci
nanalizzawha sewwa. Ghax kif illum nghidu li m’ghandniex nies bizzejjed,
imbaghad johorgu l-figuri ta’ l-ETC u nsibu li hemm 7,462 jirregistraw
ghax-xoghol, u wara johorgu r-rapporti ta’ l-NSO, il-Labour Force Survey, u
nsibu li hawn 5,000 ohra ma’ dawn disponibbli
ghax-xoghol.

Il-Problema
U mbaghad nisimghu lil min jitlob biex
ihaddem lill-barranin, lil min irid jilqa’ lill-klandestini, u ohrajn ighidu li
mhux qed isibu nies biex jahdmu. Jien nahseb li d-Dipartiment tax-Xoghol qed
jonqos bil-kbir li din is-sitwazzjoni ma jispjegahiex sewwa. L-ETC illum armata
sewwa u taghmel studji kontra studji. Izda donnu li l-esperti tax-xoghol aktar
huma nteressati jistudjaw cifri ta’ mportanza minuri bhal ma huma dawk
tal-granet mitlufa fi strikes milli din il-problema. Qisu l-problema tat-telf
ta’ mpjiegi u nuqqas ta’ holqien ta’ mpjiegi godda mhix problema.

Dan
kollu wkoll jirrifletti n-nuqqas ta’ serjeta’ fit-tregija ekonomika. Nisimghu
lil Ministru tas-Servizzi Ekonomici, l-ekonomista professur Josef Bonnici,
jitkellem fuq investimenti godda u jhabbar studji teoretici li fuqhom qed johloq
il-Malta Enterprise Board. Izda x’relevanza ghandu dan kollu u x’impatt qed
jistenna fuq is-suq tax-xoghol, ma nisimghu xejn. Nisimghu lil Ministru
tax-Xoghol, Dr Lawrence Gonzi, jiftahar b'kemm qed isahhah id-drittijiet
tal-haddiema u kemm qed jaghmilha difficli ghal employers li jkeccu n-nies, izda
qatt ma nisimghuh jghid jew jaghmel xi haga li verament tinkoragixxi lis-sidien
joholqu aktar impjiegi u jzommu l-impjiegi li ghandhom. Din hi storja li
l-pajjiz ghadda minnha qabel. Kien hawn zmien fil-passat meta l-gvern kien aktar
mohhu kif minghalih izomm l-impjiegi li jezistu milli jinkoragixxu l-holqien ta’
mpjiegi godda. Din l-istrategija kienet falliet bil-kbir. Jaghmel tajjeb Dr
Gonzi li jsaqsi dwar dan ghax donnu li hu dan insieh. L-employers in-fatti,
b’certa ironija jirreferu ghal Ministru Gonzi bhala l-Ministru “taghhom”.

Il-Ministru Dalli izda jizboq lil kulhadd. Biex issib mizura wahdu
f’Budget wara l-iehor, li verament tinkoragixxi l-holqien ta’ l-impjiegi u
l-inkoraggiment lil dak li jkun jhaddem iktar nies, trid tassew tisforza. Anke
fejn jindaqqu t-trombi li hemm mizuri favur is-sidien tista’ tkun zgur li x’hin
taghsar ma ssib xejn. Tipprova kemm tipprova tkun pozittiv, tbghati ferm biex
tikkonvinci lil min ihaddem li l-Ministru tal-Finanzi jhobbhom. Qed nitkellmu
jigifieri fuq it-tlett Ministri l-aktar importanti ghal holqien ta’ impjiegi
godda. It-tlieta li huma ftit li xejn jaspiraw fiducja f’min
ihaddem.

Politika dwar ix-xoghol
Jien membru ta’ l-Employment
Relations Board li ghadu kemm twaqqaf. Nghidha kif inhossha, diga iddejjaqt,
ghax il-filosofija tieghi hi li x-xoghol tant hu mportanti li trid bil-fors
tibda billi tibza ghal min johloq ix-xoghol. Dan ma jfissirx li tpoggi
l-haddiema b’xi sitwazzjoni ta’ anqas importanza. Xejn affattu. Izda, trid
bil-fors tifhem li impjieg, hu x’inhu, ma jaqax mis-sema. Wara kull impjieg hemm
xi hadd li qieghed jaghmel tajjeb ghalih. Hemm xi hadd li holqu. Mhux tant
difficli ghalhekk biex tifhem li kieku jkun hemm aktar inkoraggiment, kieku jkun
hemm aktar entuzjazmu biex jinholqu aktar impjiegi, kieku nkunu bdejna nsolvu
l-problema. Izda dan l-entuzjazmu mhux talli mhux hemm, izda hafna intraprizi
waslu fi stat li kontinwament jahsbu kif jistghu jghaddu b’anqas nies u jahsbuha
hafna qabel joholqu impjiegi godda. Possibbli nghid jien li l-Ministri Dalli,
Bonnici u Gonzi qatt ma jitkellmu ma’ l-accountant li jehdulhom hsieb il-kotba.
Iva ma l-accountants ta’ dawk li dejjem sejrin tajjeb biss jitkellmu?

Bla
inkoraggiment
Biex wiehed jifhem kif jahsbuha li l-bicca l-kbira tas-sidien
ta’ l-intraprizi, hu x’inhu s-settur fejn jahdmu, trid taghmilha maghhom.
Inkoraggiment imkien. Meta titkellem jahsbuk anti-socjali. Anke fuq il-Bord ta’
l-Impjiegi, ir-raprezentanti tas-sidien ihossuhom li mhux posthom. Ghax f’dan
il-pajjiz, ghadha tirrenja l-mentalita’ stupida li l-gid ekonomiku jista’
jinholoq mill-Istat. Minn xi hadd li mhux entrepreneur. Ghad ghandha wisq nies
f’pajjizna li ghadhom ma jafux li waqa l-hajt ta’ Berlin. Li l-ekonomiji llum
huma essenzjalment ekonomiji tas-suq. Li xoghol il-gvernijiet illum huwa li
joholqu dawk ic-cirkostanzi u dawk l-istituzzjonijiet u dawk is-servizzi li
l-aktar li jghinu lis-sidien u l-entrepreneurs jirnexxu.

Qed
niddistingwu bejn sidien u entrepreneurs appost. Ghax illum is-sid nistghu nkunu
jien u int permezz tax-shares taghna f’intraprizi. Izda l-entrepreneur jista
jkun haddiehor. L-entrepreneur hu dak is-sid, jew manager impjegat, li jaf
johloq. Jaf jimmaniggja, jaf ifittex is-suq, jaf isib u jkabbar il-finanzi, jaf
jimmotiva lill-haddiema, jaf johloq u jzid l-impjiegi. Bi ftit inkoraggiment
jahdem ahjar. B’anqas xkiel, pizijiet u dwejjaq zejda jaf ikabbar u
jkattar.

Entrepreneurship
Malta m’ghandhiex politika favur
l-entrepreneurship. Din misshom jaraw bis-serjeta’ it-tlett Ministri. Bla
politika favur l-entrepreneurship, Malta tibqa titlef l-impjiegi zgur.
F’pajjizna din dejjem qed insibuha aktar bi kbira biex nifhmuha. Jaghmel zball
min jahseb li ghax ser ikollna l-Malta Enterprise Board, ghax ser nonfqu aktar
fl-investment promotion, ghax ser nidhlu fl-Unjoni Ewropeja, allura b’daqshekk
ser noholqu aktar impjiegi. L-impjiegi johloqhom l-entrepreneur. L-entrepreneur
irid sitwazzjoni li jaf li fiha ser ifendi. Irid sitwazzjoni li jaf li mhux ma
kull fejn imiss isib min lest ghalih. Irid sitwazzjoni fejn ihoss li hu miztieq,
li hu stmat u li hemm l-ghajnuna hekk kif jitlobha. F’pajjizna din l-atmosfera
ma tezistix b’mod generali. Tezisti mhux le fost x’uhud, izda mhux fost
il-hafna. L-atmosfera generali hi wahda li tiskoraggik. Kull meta jsir pass
tajjeb tista tkun zgur li ser isiru tnejn hziena. Hi kwistjoni ta’ mentalita’.
Jekk din il-mentalita’ mhix ser tinbidel, ser inbghatu.

L-aghar hu li
tghidha kemm tghidha din qisu kollu ta’ xejn. qisek qed tkellem it-torox. Ghax
ghandu wisq nies li jahsbu li geddumhom fix-xghir u jahsbu biss. Ghax
fil-verita’ ekonomija moderna li m’ghandhiex politika soda u cara favur
l-entrepreneurship hi ekonomija fit-triq tal-falliment. Ghelhekk id-deficits
fil-budgets. Ghalhekk il-buzzieqa tad-dejn nazzjonali. Xi darba f’Malta din
nifhmuha wkoll. Dan hu l-awguri tieghi ghas-sena 2003. Ejjew flimkien nifhmu
aktar x’ihajjar il-holqien ta’ iktar xoghol. Ix-xoghol igib il-gid u l-gid li
rridu hu gid mahluq bix-xoghol. Hawn gid li jinholoq bi ftit xoghol u b’hafna
hazen. Izda l-bicca l-kbira minnha rridu l-gid li jinholoq bix-xoghol. Ghax
il-bicca l-kbira tal-Maltin jahdmu jridu u jridu jahdmu mhux biss ghal paga izda
ghax jemmnu wkoll li x-xoghol hu mportanti. Ghalhekk l-awguri tieghi ghas-sena
2003 huwa x-xoghol.