Fortunatament ghalina lkoll izda, dak
iz-zmien ghadda, illum kulhadd jaccetta l-principji ta’ ekonomija bbazata fuq
it-thaddiem tas-suq hieles bl-anqas intervent mill-istat u fejn l-imsiehba
socjali jinghataw spazju shih biex jahdmu ghal gid tal-pajjiz. Il-lum filwaqt li
l-GRTU ghadha thares lejn l-Unjoni Ewropeja bhala forza kbira u qawwija
fid-dinja favur id-demokrazija u l-valuri ta’ liberta fil-kummerc u thaddiem
tar-regoli tas-suq hieles li huma principji fundamentali u gheziez hafna
ghall-GRTU u l-imsiehba taghha, il-GRTU m’ghadhiex tqies li hemm htiega, akkost
ta’ kollox, li Malta tkun fl-Unjoni Ewropeja, bhala salvagwardja ghad-drittijiet
tan-negozjanti, bejjiegha u self-employed.
Principji
Il-GRTU
ghadha temmen izda, li jkun ahjar ghal pajjizna li jkun hemm tarka li tipprotegi
lill-kummercjant u bejjiegh Malti pero dan mhux necessarjament billi Malta
tissieheb fi blokk ekonomiku regjonali. Ifisser dan allura li l-GRTU daret
kontra s-Shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropeja, jew li l-GRTU tqies li s-Shubija
mhux tajba ghall- businessman Malti? Le, mhux dan li qed tghid il-GRTU. Il-GRTU
matul dawn l-ahhar snin, kemm ilhom li bdew bis-serjeta’ l-preparattivi
ghas-Shubija hassitha libera bhala Korp Kostitwit Nazzjonali ewlieni li tersaq
ghal ezercizzju twil u dettaljat ta’ konsultazzjoni kemm f’Malta kif ukoll fi
Brussel, bla ebda pregudizzju favur jew kontra. Il-GRTU bl-aktar mod oggettiv u
pozittiv rat l-ewwelnett x’kien l-ahjar interess tal-membri taghha u tas-setturi
rapprezentati minnha b’mod generali u wara dahlet ukoll fid-dettal ta’ x’kien
jaqbel settur, settur. Dejjem izda attenta ghall-effett kollu fuq l-ekonomija
nazzjonali.
B’mod generali il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU elenka principji
fundamentali li fuqhom ibbaza l-konsultazzjonijiet kollha u zgura li
fil-konkluzzjoni ta’ kull Kapitlu negozjat, dawn ikunu addottati. Il-GRTU
ibbazat fuq dan:
ï‚· Liberta ghas-self employed u s-sid tan–negozju Malti
li jahdem bla xkiel u li jezercita’ l-professjoni tieghu
ï‚· Harsien
tan-negozjant Malti mill-abbuzi ta’ dumping, operat ta’ nies bla licenzja,
operat minn nies bla kwalifika u kull abbuz iehor li jxekkel il-kompetizzjoni
gusta fis-suq intern Malti.
ï‚· Thaddiem ta’ sistema li filwaqt li tgholli
l-istandards ma tohloqx rigidita zejda u pizijiet bla bzonn.
ï‚· Holqien ta
skemi ta’ assistenza finanzjarja, agevolazzjonijiet fiskali, u fejn hemm bzonn
progetti biex s-setturi li jistghu jintlaqtu hazin isibu l-mezzi biex jaddottaw
u jizviluppaw.
ï‚· Holqien ta’ instituzzjonijiet u skemi biex is-self employed
u n-negozjant Malti jkabbar il-kummerc tieghu u jkun jista’ jiffaccja kull
kompetizzjoni gejja minn fejn hi gejja.
ï‚· Skemi u ghajnuniet biex matul
is-snin in-negozjant Malti jkun f’pozizzjoni li jizviluppa l-intrapriza tieghu
biex jiehu l-vantaggi kollha li jinfethulu hekk kif Malta tissieheb fis-Suq
Wiehed kbir Ewropew.
ï‚· Ghajnuna lill-GRTU u ghaqdiet ohra li jirraprezentaw
lis-self employed u lin-negozjant Malti biex jinholqu skemi godda ta’ tahrig u
skemi godda li jwasslu l-entrepreneur Malti biex juza l-aktar sistemi moderni
ta’ komunikazzjoni elettronika li jghinuh ifendi fuq l-istess livell
tan-negozjanti l-ohra Ewropej.
ï‚· Assigurazzjoni li ma jsirux skemi li minnhom
jabbuzaw il-ftit biex jikkompetu ngustament fis-suq Malti kontra n-negozji zghar
Maltin.
ï‚· Fuq kollox assigurazzjoni li l-Gvern isib tarf tal-problemi
finanzjarji tieghu billi jgib finanzjamenti adekwati mill-Unjoni Ewropeja biex
tkun finanzjata l-bidla u r-ristruttura mehtiega minghajr ma jkompli jghabbi
aktar taxxi fuq in-negozjant Malti.
ï‚· Koperazzjoni mill-Awtoritajiet kollha
tal-Gvern biex is-self employed u n-negozjant Malti jinghata kull opportunita’ u
zmien bizzejjed biex ilahhaq mal-bidla.
Negozjati
Il-GRTU hadmet
bla gheda settur, settur u ppartecipat f’aktar laqghat differenti tal-MEUSAC
minn kull ghaqda ohra nazzjonali. Mijiet ta’ membri taghha ppartecipaw f’dan
l-akbar ezercizzjoni ta’ konsultazzjoni li qatt sar f’pajjizna. Idealment dan
il-process kellu jsir fuq meddha ta’ xi ghaxar snin izda sfortunatament sar biss
fuq perjodu qasir ta’ dawn l-ahhar erba’ snin. Pero, hu ta’ sodisfazzjon ghalina
li wara tant sieghat ta’ konsultazzjoni, studji, laqghat u negozjati, fl-ahhar
pajjizna ghalaq in-negozjati kollha ma l-Unjoni Ewropeja. L-esperjenza kollha
kienet wahda pozittiva. Dan ifisser li l-pakkett innegozjat mill-Gvern hu tajjeb
jew li hu tajjeb ghal kulhadd? Din hi mistoqsija difficli hafna. Li tghid
il-GRTU hu, li fil-kuntest ta’ dak li kien possibli li jintlahaq, il-principji
li fuqhom il-mexxejja tal-GRTU bnew l-proposti u s-submissions taghhom ntlahhqu
u ghal setturi partikulari r-rapprezentati mill-GRTU saru ukoll arrangamenti
specjali. Il-GRTU illum qed tghid li aktar milli gudizzju fuq il-pakkett
negozjat, in-negozjant Malti ghandu jiddeciedi dwar kemm ghandu fiducja fil-hila
tas-settur pubbliku li jhaddem l-iskemi kollha ta’ assistenza u support biex
minn issa l’hemm dak li ghandu jsir jsir. Dan hu commitment li l-GRTU ser tesigi
bil-kbir.
Lesti ghall-Isfida
Il-GRTU m’ghandha l-ebda dubju li
jekk l-poplu Malti jiddeciedi li jiehu it-triq tas-Shubija fl-Unjoni Ewropeja,
li s-self employed u n-negozjant Malti jkun lest li jilqa l-isfida u jasal biex
ikattar il-gid tieghu ghalih, ghal familja tieghu u ghal l-impjegati tieghu, u
fuq kollox jghin fit-tkattir tal-gid ta’ pajjizna. Izda nalludu ruhna jekk
nahsbu li dan in-negozjant u l-imprenditur Malti jista’ jaghmlu wahdu. Il-Gvern
li ser imexxi lill-Malta, jekk ser nissiehbu, irid ikun dinamiku u kapaci li
jhaddem b’kapacita kbira s-sistemi kollha u l-iskemi kollha ta’ support li jkunu
disponibbli ghan-negozjant u s-self emloyed Malti.
L-entrepreneur Malti,
aktar minn qatt qabel irid ixammar u jkun lest ghal l-isfida. Dan lil
businessman Malti ma jbezzghux. Izda l-isfida irridu niffaccjawha flimkien,
settur pubbliku u settur privat flimkien u msiehba socjali, employers u trade
Unons, flimkien. Jekk nibqghu bil-marda tradizzjonali taghna li naha ma tafdax
lill-ohra u wahda tghid mod u naha ohra tghid iehor ma naslux u hafna
jbatu.
Il-Posizzjoni illum
Illum il-GRTU mhux tghid lil-membri u
lis-setturi rapprezentati minnha, li Shubija fl-Unjoni Ewropeja hi l-unika
ghazla. Il-Kunsill Ezekuttiv u l-Laqgha Generali ddecidew li jhallu d-decizjoni
ahharija f’idejn is-sidien tan-negozji ndividwali. Dawn huma decision-makers u
allahares m’humiex kapaci jiddeciedu huma x’inhu l-ahjar ghalihom. Il-GRTU izda,
mhux qeghda gallarija. Il-GRTU qed tghin l-imsiehba taghha sezzjoni, sezzjoni
biex dawn ikunu jistghu jaslu ghal konkluzzjoni taghhom.
Il-GRTU tqis li
din il-kwistjoni mhix wahda biss ta’ natura ekonomika. Id-decizjoni ta’ Shubija
fl-Unjoni Ewropeja hi wahda li tolqot hafna lin-negozjant, bejjiegh u
self-employed Maltin fix-xoghol taghhom izda hi aktar minn hekk. Din l-kwistjoni
hi munita b’zewg ucuh. Fuq naha wahda hemm l-aspetti ekonomici, kummercjali,
industrijali u ta’ xoghol u ta’ thaddim tas-suq hieles. Fuq in-naha l-ohra hemm
il-kwistjonijiet l-ohra li mhumiex ta’ natura kummercjali u ekonomika:
l-kwistjoni tas-sovranita’ u tan-newtralita’ u r-rabtiet li l-poplu Malti jrid
li jkollu ma’ din l-familja kbira ta’ pajjizi Ewropej li bhalna batew mit-tifrik
tal-ahhar gwerra u li bhalna jhaddnu l-principji ta’ demokrazija u liberta’,
l-kwistjoni kollha tas-sigurezza u d-difiza ta’ pajjizna u dik tal-harsien
kulturali u ambjentali taghna, u ohrajn.
Il-GRTU tqis li ghandha
kompetenzi, u hu l-obbligu taghha li tezercita dawn il-kompetenzi, fuq l-ewwel
naha tal-munita, dawk kummercjali, ekonomici u finanzjarji. Fuq dawn il-GRTU qed
titkellem u titkellem bla tlaqliq. Fuq il-kwistjonijiet l-ohrajn ghalkemm
il-mexxejja tal-GRTU bhalha Maltin ghandhom opinjonijiet, huma izda ma jhossux
li hi il-kompetenza taghhom li jaghtu pariri dwar oqsma li mhumiex taghhom. U
ghalhekk li l-GRTU qed thalli il-gudizzju totali dwar is-Shubija f’idejn
l-imsiehba ndividwali.
Il-GRTU xtaqet u ghamlet hilitha kollha biex
twassal il-mexxejja politici ta’ pajizna u l-imsiehba socjali halli jaqblu fuq
x’inhi l-ahjar ghazla ghal pajjizna. Mhux tort ta’ l-ebda Korp Kostitwit li dan
ma sarx. Id-dwejjaq illum, infatti huwa li jekk pajjizna qieghed f’salib
it-toroq, il-poplu illum hu mifrud. Kieku hu mifrud fi zminijiet tajbin, kieku
forsi mhux tant ta’ inkwiet. Il-kerha izda hi li pajjizna illum qieghed fi stat
li ma jistax jibqa fih aktar.
L-Ekonomija Maltija
fl-Inkwiet
Pajjizna llum ghandu problemi ekonomici serji. Id-dejn
nazzjonali lahaq livelli allarmanti. Jekk mhux ser niehdu decizjonijiet serji
dan ser jibqa’ tiela b’dannu ghalina lkoll u ghal uliedna. Id-deficit
fil-finanzi pubblici mhux vera li qed jissewwa u dan qed johloq sitwazzjoni
kerha ghax kull sena il-gvern jrid jaghsar is-settur privat aktar, jrid
jiddejjen aktar u l-ekonomija Maltija ma tistax ghalhekk tikber b’ritmu ta’
tkattir akbar. Fis-sena 2001 waqajna f’ricessjoni li bil-mod qed ninqalghu
minnha. Biex pajjizna jsewwi l-problemi li ghandu jrid aktar investiment u jrid
izid bil-kbir il-produzzjoni nazzjonali. Hu biss bit-tkattir ekonomiku ta’ aktar
minn 4% f’termini reali fis-sena fuq meddha ta’ snin li nistghu nibdew ikollna
s-surpluses li l-ekonomija Maltija ghandha bzonn biex nibdew inrazznu u nnaqqsu
d-dejn nazzjonali. Hu biss b’rati ta’ tkattir ekonomiku fuq livelli hafna aktar
gholjin minn dawk li Malta hi kapaci tohloq illum bil-kapacitajiet eziztenti li
nistghu naslu biex nsolvu darba ghal dejjem il-problema enormi tad-deficit
pubbliku.
Il-GRTU mhiex talludi ruhha. Pajjizna ghandu problemi kbar.
Dawn il-problemi mhux ser nsolvuhom jekk mhux ser nsibu zbokk gdid ghal
ekonomija Maltija. Mill-Independenza sal-lum morna tajjeb hafna. Issa qisu li
ghasarna kull possibilita’ li ttina aktar tkabbir u dhalna fi sqaq. Bilfors
irridu nohorgu minn dan l-isqaq. Ghalhekk id-deficit. Ghalhekk id-djun. Ghalhekk
il-cash flow problems. Pajjizna jrid zbokk gdid. Irridu bilfors niddeciedu.
Iz-zmien hu kontrina. Haddiehor qieghed jiddeciedi u ser jaqdef il-quddiem. Waqt
li m’ahniex niddeciedu l-incertezza dwar il-futur ta’ pajjizna qed tkompli
tkissirna. Irridu niddeciedu, u minn imexxi jrid iwettaq ir-rieda
taghna.
Cost/Benefit Analysis
Il-GRTU talbet studji ekonomici dwar
l-impatt tal-ghazliet li ghandu quddiemu l-poplu. Dawn il-gvern m’ghamilhomx u
l-ghaqdiet li jirraprezentaw il-Kummerc u l-Industrija ghalhekk ghamluhom huma.
Ir-rapport ekonomiku nkarigat mill-Korpi Kostitwiti u mfassal mill-ekonomist
ewlieni l-Professur Ali Bayar (wiehed jista’ jarah fuq il-website tal-GRTU:
www.grtu.org.mt) juri li meta pajjiz, hu liema hu, u jekk b’mod partikulari jkun
pajjiz ckejken bhal Malta, jissieheb b’mod intelligenti f’suq regjonali kbir u
l-pajjiz jilliberalizza u jirristruttura l-ekonomija biex ifendi f’dan is-suq,
l-ekonomija tal-pajjiz tikber b’rati ta’ tkabbir hafna akbar milli kieku
l-pajjiz jibqa jfendi ghar-rasu, wahdu. Dan hu gudizzju importanti hafna ghal
pajjizna.
Dan il-cost/benefit analysis dwar is-Shubija ta’ Malta
fis-suq wiehed Ewropej flimkien mal-kompetituri taghna mill-pajjizi tal-Lvant u
c-Centru tal-Ewropa, juri bl-aktar mod car li s-Shubija ta’ Malta f’dan is-Suq
ikollha l-effett ta’ tkattir sostanzjali fir-ritmu ta’ zvilupp ta’ pajjizna. Dan
l-istudju juri li jekk nibqghu kif ahna l-ekonomija taghna tibqa’ tkarkar u ma
tikbirx bizzejjed waqt li s-Shubija fis-Suq Singolu Kbir Ewropew iggibilna
opportunitajiet godda li jgieghlu l-ekonomija Maltija tinbidel bil-kbir ghal
ahjar. Dawn l-opportunitajiet jirrizultaw f’livell ta’ nfieq aktar fis-suq
intern Malti, aktar flus fl-idejn u zieda konsistenti fil-livell generali ta’
konsum u fid-domanda ghas-servizzi u prodotti tan-negozjant Malti. Prof. Bayar
ikejjel ukoll l-alternattivi u ma jqies li dawn huma ta’ paragun ma’ dawn
il-konkluzjonijiet.
Sfortunatament m’ghandniex studji ohra ekonomici ta’
kwalita li fuqhom nistghu noqoghdu. Ghalhekk il-GRTU illum qed tghid li abbazi
tal-informazzjoni li ghandna f’idejna illum, li l-isfidi u l-bidliet li ghandu
quddiemu pajjizna llum in-negozjant, bejjiegh u self-employed Malti m’ghandux
ghalfejn jibza u joqghod jaqta’ nifsu. Hu ghalhekk li l-GRTU mhiex tbezza
lill-businessman u self-employed Malti.
Il-Kunsill Ezekuttiv tal-GRTU
jaqbel unaminament li fuq dawk l-aspetti li dwarhom huma kompetenti li
jiggudika, jigifieri l-aspetti ekonomici u kummercjali. Is-Shubija fl-Unjoni
Ewropea hija ghazla valida u posittiva ghan-negozji u self-employed Maltin.
Fl-istess hin il-GRTU tghid ukoll li l-kwistjoni tal-Unjoni Ewropea mhix biss
wahda ta’ natura ekonomika u kummercjali u ghalhekk kull membru, negozjant u
self-employed ghandu jiehu gudizzju fuq kollox.
Ahna certi minn haga
wahda: jekk pajjizna ma jsibx l-izbokk li ghandu bzonn, kif ahna mhux ser
naslu.