ï‚· Kopja tad-diskors tal-President Charles J Busuttil u
kopja tar-Rapport Amministrattiv ipprezentat mid-Direttur Generali, Vincent
Farrugia, qed nghadduhomlok bl-email.
ï‚· Qed nghaddulkom bl-email ukoll
kopja tal-mozzjonijiet imressqa mill-Kunsill Ezekuttiv ghall approvazzjoni
tal-Laqgha Generali Annwali.
ï‚· Illum ukoll tibda l-elezzjoni
ghall-Kunsill Ezekuttiv ghas-sena 2004. L-elezzjoni tibda illum 11 ta’ Jannar u
tkompli ghada t-Tnejn 12 ta’ Jannar 2004 u ntitolati jivvutaw il-membri kollha
mhallsa sal-ahhar ta’ Dicembru 2003.
Bidla fl-isem
tal-GRTU
Il-mozzjonijiet aktar importanti mressqa ghall-approvazzjoni
tal-Laqgha Generali huma tnejn wahda:
1. B’effett mill-lum il-GRTU ser
tkun maghrufa ukoll hekk:
GRTU: Malta Chamber of Small and Medium
Enterprise
GRTU: Kamra tan-Negozji Zghar u Medji ta’ Malta
Il-GRTU
tibqa’ tkun maghrufa ukoll bhala General Retailers and Traders Union /
Association of General Retailers and Traders.
L-isem il-gdid qed ikun
addottat b’rikonoxximent tal-rwol dejjem jikber tal-GRTU bhala l-organizazzjoni
nazzjonali li tirraprezenta lis-self employed, w in-negozji zghar u medji minn
kull settur tal-intrapriza Maltija. L-isem il-gdid ukoll jidentifika ahjar
lill-GRTU fuq sfera Ewropeja fejn il-GRTU illum hi membru attiv tal-UEAPME –
l-Organizazzjoni Ewropeja li tirraprezenta l-organizazzjonijiet nazzjonali
fl-Istati membri tal-UE li jirraprezentaw l-Inptrapriza Zghira u Medja u li hi
rikonoxxuta mill-Kummissjoni Ewropeja bhala is-social partner ewlieni li
jirraprenzenta lil dawk li jahdmu ghal rashom u lin-negozji zghar u
medji.
Il-GRTU qed izzomm l-isem tradizzjonali taghha ukoll, l-ewwelnett
ghaliex il-GRTU kienet u tibqa’ r-rapprezentanta nazzjonali Maltija
tas-self-employed u negozji mis-setturi tar-retailing, wholesaling u trading u
provvedimenti ta’ servizzi.
Ukoll ghaliex f’dan l-irwol il-GRTU hi membru
attiv fuq livell Ewropew tal-EUROCOMMERCE – l-Organizazzjoni fuq livell
tal-Unjoni Ewropeja li tirraprezenta lis-sidien tan-negozji fil-qasam
tat-trading. wholesaling u retailing.
Il-GRTU ukoll tibqa’ registrata
bhala Employers’ Association li tirraprenzenta lis-self employed u lin-negozji
zghar u medji ta’ pajjizna.
F’dawn it-tlett sferi l-GRTU hi rikonoxxuta
wkoll mill-Kummissjoni Ewropea bhala Employers Association u Traders Association
nazzjonali li tirraprezenta f’Malta l-interess tan-negozji fl-oqsma li ghalihom
tidher l-GRTU.
2. Bidla importanti hi l-approvazzjoni biex il-GRTU tkun
tista’ tiftah rapprezentanza fl-Unjoni Ewropeja, waheda jew b’assocjazzjoni ma’
Korpi Kostitwiti ohra Maltin.
Kopja tad-dokumentazzjoni pprezentata
fil-Laqgha Generali Annwali 2003 hi wkoll disponibbli
mill-GRTU.
|