1. Kull
gimgha, kwazi kuljum, johorgu regolamenti godda minn Dipartiment, Awtorita jew
entita pubblika ohra li jolqtu sidien differenti ta’ negozji zghar. Illum
regolamenti li jolqtu lil bars, snack bars u restoranti, l-bierah regolamenti li
jolqtu lill-istabilimenti kummercjali kollha, ftit qabel regolamenti li jolqtu
lill-kuntratturi, regolamenti li jolqtu lill-importaturi, regolamenti li jolqtu
lil min jghati s-servizzi, standards godda, proceduri godda, regolamenti godda
dwar inpjiegi, hlasijiet, sahha, ambjent, kollox ghal wicc sid
l-intrapriza.
2. Din hi l-burokrazija li dejjem tizdied. U s-sabiha hi li
jfassluhom u jimponuhom bla ma jitkellmu ma hadd. Tiftah il-gazzetta, tiftah
l-gazzetta tal-gvern, tisma r-radju jew t-televizjoni, u ssibhom hemm ma wiccek.
Minghajr kunsultazzjoni ma hadd.
3. Mela, l-kapijiet tal-Unjoni Ewropeja
joholqu d-djalogu socjali mall-msiehba socjali settur, settur, qabel ifasslu xi
haga u f’Malta dawk kollha li tghidx kemm ippriedkaw li l-mudell ewropew jghodd
ghaliena, ifajjru regolamenti wiehed wara l-iehor u ma jitkellmu ma hadd.
B’daqqa ta’ pinna jibdlu l-vijabilita, l-kundizzjonijiet tax-xoghol u ta’ kif
taghmel in-negozju u bhal allat zghar jahsbu li ghax ghamluha huma allura
sewwa.
4. Din hi ipokrezija li l-GRTU mhux ser toqghod ghalija aktar. Min
jippriedka d-Djalogu Socjali jrid jara li dan jitwettaq, min jaccetta li
l-borokrazija zejda tohnoq l-investiment u l-impjieg irid bil-fatti jwettaq dak
li jghid. Ma jistax ikun gvern jibqa ghaddej jippubblika abbozzi ta’ ligijiet li
jolqtu lis-settur shih tal-kummerc u ma jitkellem ma hadd.
5. Hekk rega
gara fil-kaz ra’ Abbozz Nru27. Anke jekk huma affarijiet tajbin u bzonjuzi, izda
x’jigifieri titfassal ligi fundamentali lil tolqot lin-negozji kollha u ma jkun
ikkunsultat hadd qabel. Din il-haga qed issir wisq. Dan mhux il-mudell Ewropew.
Dan hu l-mudell qadim Malti ta’ dejjem. M’hemmx gustifikazzjoni
ghall-imposizzjoni. M’hemmx gustifikazzjoni ghan-nuqqas ta’ kunsultazzjoni u
ftehim mall-imsiehba socjali. L-imsiehba socjali jew taghti kashom is-sena
kollha u f’kollox inkella kif ahna ser nibqghu; ninponu, jonqos l-investiment,
jizdied il-qaghd u min hu komdu jghabbi fuq min irid igorr l-piz.
Il-GRTU
qed tappella lill-gvern biex bis-serjeta’ jibdel
ir-rotta.
|
|