SME Chamber

Zewg messaggi lil Gvern u b’mod partikolari lil Prim Ministru

Messagg tal-President tal-GRTU, is-Sur Charles Busuttil li sar illum 24 ta’
Gunju 2004, fil-Press Conference tal-GRTU.

1. Fil-pajjiz, specjalment fost
in-nies tan-negozju, l-aktar fost is-sidien tan-negozji z-zghar hawn dwejjaq
taqtghu b’sikkina. Temminx lil ta’ madwarek u l-paroli vojt ta’ min irid
jintghogob. Liz-zghar halluhom jahdmu. Jahdmu huma u jhaddmu lil haddiehor. Dawn
lil gvern m’huma qed jitolbuh xejn. Izda l-gvern irid idawwar id-diska. Ma
jistax ikun li bil-paroli jibqa’ jinghad haga u bil-fatti jsir mod iehor. Mhux
vera qed titnaqqas il-burokrazija.


Mhux vera hawn attitudni posittiva
lejn in-negozji z-zghar. L-istess Ministeru li tieghu int responsabbli, dak
tal-Finanzi qed jesagera bil-goff. Qed jaqla’ kontijiet ta’ taxxi ta’ 20 sena
ilu biex idejjaq lin-nies. L-attitudni tal-Ministeru tal-Finanzi hi hazina. Mhux
ser isolvi l-problemi finanzjarji billi jkompli jsallab lin-nies. Zgur mhux ser
isolvi l-problemi billi jkompli jsallab lis-sidien tal-intraprizi z-zghar u
lis-self-employed. Fost il-Ministri tieghek diehla l-arroganza. L-ewwel
jitnikkru, imbaghad meta tittiehed azzjoni ta’ protesta tidhol is-suppervja.
Nitolbuk tibdel ir-rotta Onorevoli.

2. Illum Malta qeghda fl-Unjoni
Ewropeja u ahna kuntenti b’dan. Ahna involuti b’mod dirett fid-djalogu ekonomiku
u socjali li fl-Unjoni Ewropeja jsir bis-serjeta. Mhux jaqbdu u jimponu.
Jitkellmu l-ewwel mal-imsiehba socjali. Flimkien jaghmlu l-abbozzi tal-ligijiet
li jaffetwaw l-industrija, l-intrapriza, il-kummerc, ix-xoghol, l-investiment,
il-finanzi u d-drittijiet tal-konsumaturi. Hadd ma jimponi fuq hadd. Ahna bhala
GRTU, f’isem is-sidien tal-intraprizi Maltin illum involuti f’dan id-djalogu
kollu fuq livell ewropej. Izda f’Malta ghadna naqbdu u nippublikaw abbozzi ta’
ligijiet importanti, u jitfasslu avvizi legali li jolqtu direttament lil
intrapriza u l-kapacita tan-nies taghna li joholqu x-xoghol bla ma jsir l-ebda
djalogu mal-imsiehba socjali. Il-mentalita burokratika tal-gvern li tmexxi int
onorevoli Prim Ministru ghadha li “ahna nikkmandaw, mela ahna niddeciedu.
Ghalfejn dhalna fl-Unjoni Ewropea jekk ser nibqghu b’din il-mentalita ssaqsi
l-GRTU?

Nappella lil gvern u lil burokratici biex din il-mentalita
tinbidel. Id-djalogu socjali jrid isir sewwa. Irid isir mal-Korpi Kostitwiti u
l-isforz ta’ dawn il-korpi jrid ikun rikonoxxut u rikonoxxut bla preferenzi.
Lehen in-negozji z-zghar ta’ pajjizna mhux qed jinstema. Ma rridux dahk
fil-wicc. Ma rridux min ikellimna, jiftiehem maghna u wara jdawwar
kollox.

Ghalhekk qed inkellmu lil medja illum biex nghaddu messagg car.
Hawn l-inkwiet u inkwiet serju. L-inkwiet ekonomiku ser ikompli jizdied. Mizuri
serji mhux qed jittiehdu. Id-djalogu socjali serju mhux qed isir. Il-gvern qisu
bla tmun. Dahlet l-arroganza. Ideat godda m’hemmx. Il-poplu mdejjaq u n-nies
taghna huma l-aktar imdejqin -dan urewh bic-car fl-ahhar elezzjonijiet. Min
ghandu widnejn biex jisma’ jisma. Ahna rridu nahdmu. Ahna rridu nikkoperaw.
Certi li flimkien naslu. Nemmnu li Malta fl-Unjoni Ewropeja ghandha futur
tajjeb. Izda rridu nimxu ahjar. Hemm bzonn li kulhadd jistenbah ghar-realtajiet
tal-llum. Jekk mhux ser nibdlu r-rotta ser inbatu. In-nies taghna mhux ser
joqoghdu ghaliha aktar. Jekk mhux ser ticcaqalqu l-GRTU ser tibda sensiela ta’
azzjonijiet biex lil awtoritajiet iccaqqlaqhom. Mhux ser inkunu intimidati minn
hadd. Nafu li n-nies tan-negozji u s-self employed warajna ghax kollha
mxebbghin. Dan mhux theddid. Dan hu kliem mill-qalb ta’ min dmiru hu li jwassal
il-messagg tal-eluf li huma mweggghin. Ahna rridu nahdmu. Halluna nahdmu. Mhux
ser inhallu lil min ikissirna.

 

What we can do for you

EMPLOYMENT & CONSUMER LAW

INDIVIDUAL ASSISTANCE

PRIORITY ACCESS

LOCAL ISSUES & LEGISLATION

NETWORKING EVENTS

LEGAL ADVICE

EU FUNDS AND SCHEMES

INFORMATION SESSIONS, MASTERCLASSES AND CONFERENCES

BECOME A MEMBER

The Malta Chamber of SMEs represents over 7,000 members from over 90 different sectors which in their majority are either small or medium sized companies, and such issues like the one we're experiencing right now, it's important to be united. Malta Chamber of SMEs offers a number of different services tailored to its members' individual requirements' and necessities. These range from general services offered to all members to more individual & bespoke services catered for specific requirements.

A membership with Malta Chamber of SMEs will guarantee that you are constantly updated and informed with different opportunities which will directly benefit your business and help you grow. It also entails you to a number of services which in their majority are free of charge and offered exclusively to its members (in their majority all free of charge).