White Paper ghall-Bierah u mhux ghall-ghada

L-ERA
Diga’ ghidt li l-ERA, l-Employment Relations Act,
propost mill-Ministru Dr. Lawrence Gonzi, hu bad news ghall-proprjetarji
tan-negozji z-zghar u ghal dawk kollha li jahdmu ghal rashom. L-aghar li marru
b’dawn il-proposti huma n-negozji tal-familja. Aktar minn 90% tal-intraprizi
Maltin huma intraprizi fejn jahdmu aktar minn membru wiehed tal-familja. Fl-ERA
m’hemm xejn favurihom. M’hemm xejn favur min jahdem ghal rasu. M’hemm xejn
ghall-intraprizi Maltin li ma jhaddmux aktar minn 10 minn nies. Addio l-kliem
dwar politika favur in-negozji z-zghar. Addio l-kliem favur ic-Charter
tan-Negozji z-Zghar tal-Unjoni Ewropea. Addio il-kliem sabih favur
il-familja.

 


Bil-kemm nixfet il-linka tal-Budget speech bil-kliem sabih
favur iz-zghar. Gejna ghall-White Paper. Il-kuncetti u l-principji li tfasslet
fuqhom din il-White Paper huma tal-bierah. Taz-zmien meta fuq naha ghandek
il-principal u fuq in-naha l-ohra ghandek il-haddiem. Qieshom dawk li kitbuha
qatt ma semghu fl-organizazzjoni l-gdida tax-xoghol, li qed tifrex anke
f’pajjizna b’pass mghaggel. Fl-organizazzjoni l-gdida fuq il-post tax-xoghol din
id-distinzjoni antika bejn “huma” u “ahna” qed tisfuma. Illum f’numru dejjem
jikber ta’ postijiet tax-xoghol id-distinzjoni l-antika ma tantx ghada tghodd
ghax hafna minn dawn il-postijet tax-xoghol il-godda l-aktar dawk li joffru
servizzi, nitkellmu lkoll bhala “ahna”. It-tajjeb jew hazin li jolqot il-post
tax-xoghol jolqotna lkoll. Din hi it-tendenza llum fl-ekonomiji l-godda. Dan hu
l-ghada, li anke f’pajjizna diga’ qieghed maghna.

L-intrapriza
l-ewwel
L-interess li intrapriza tibqa’ tikkompeti u tiffacja l-kompetizzjoni
“head on” b’aktar efficjenza fl-uzu tar-rizorsi disponibbli ghaliha, hi ta’
kulhadd fl-intrapriza moderna. M’hemmx aktar xi “big brother” li jigri x’jigri
fis-suq, izzomm il-post tax-xoghol ghaddej. F’Malta ghadd ghandna xi postijiet
ewlenin fejn jaqa’ jew ma jaqax is-suq, taqla’ jew ma taqlax l-intrapriza kollox
jibqa’ ghaddej ghax hemm xi hadd iehor li jaghmel tajjeb ghall-pagi u ghat-telf.
Izda f’ekonomija fejn aktar u aktar intraprizi huma tal-privat jew privatizzati
u li jridu mis-sahha tal-kompetizzjoni taghhom fuq is-suq, dawn il-kazi ser
ikunu rari jew jisparixxu ghal kollox. Anke fis-settur pubbliku, aktar ma tidhol
il-kuxjenza li l-hlasijiet isiru ghas spejjez tat-tax payer, u aktar mat-tax
payer jitghallem jirribella kontra tassazzjoni qawwija li tohodlu dejjem aktar
mill-flus li jaqla’ b’xogholu aktar tidhol il-htiega li l-hlas irid isir skond
benchmarks ta’ produttivita’. Aktar ma’ f’Malta wkoll nifhmu lkoll dan jkun
ahjar ghalina lkoll.

Mhux vera li f’ekonomija amministrata sewwa u fejn
l-efficenza u l-kompettitivita’ tirrenja ma jkunx hawn aktar sigurezza ta’
impjieg. Is-sigurezza tigi mill-efficjenza. U mhux veru li jkun hawn aktar biza’
ta’ qaghad. Din il-biza’ tiddependi mill-istrutturi li jkollna fil-pajjiz.
F’pajjiz fejn l-istrutturar tal-ekonomija hi kontinwa, l-opportunitajiet godda
jinholqu l-hin kollu u s-sistema toffri opportunita’ lill-haddiema li waqt
perjodu ta’ trasferiment minn job ghal iehor, jkun hemm skemi ta’ tahrig u ta’
hlas li jizguraw li l-hajja tax-xoghol tkun kontiwa u li l-familja ma tbghatix.
Li qed isir hazin f’pajjizna llum hu li qed tizzeffen fin-nofs il-kelma
strutturar bhala skuza ghat-telf u ghat-theddida lill-impjiegi meta dan mhux
vera. F’pajjizna mhux vera li qed isir strutturar bis-serjeta’. Strutturar serju
jfisser jintilef impjieg u jinholqu tnejn fuq mhedda relattivament qasira ta’
zmien. U l-pajjiz ikollu sistemi li waqt il-perjodu ta’ transazzjoni l-pajjiz
ikollu sistemi li bihom il-haddiem ma jbghatix telf ta’ qlieh waqt li jkun qed
jigi mharreg ghall-impjieg il-gdid. Hu l-pajjiz li jrid jaghmel is-sistemi
adatti li jizguraw l-ewwel u qabel kollox li pajjizna ma jitlef l-ebda
opportunita’ li jzid ix-xoghol u jkattar il-gid. Il-mutur ta’ dan kollu hu
l-investiment. Aktar u aktar dan l-investiment illum gej mill-imprendituri
z-zghar. F’dan l-isfond il-ligi tal-ERA tfalli.

Idejat godda
Kull
sistema li tahseb li bir-regolament u bil-pizijiet zejda fuq l-investitur ser
issahhah ix-xoghol hi sistema zbaljata. Hi sistema tal-bierah. Tal-lum jimmiraw
lejn l-intrapriza. Tal-lum jimmiraw lejn opportunitajiet. Tal-lum jimmiraw lejn
it-tkattir tal-gid. Tal-lum jimmiraw lejn l-efficjenza fl-uzu tar-rizorsi.
Tal-lum jimmiraw biex joholqu dawk l-istrutturi fejn l-investitur iz-zghir
jista’ jimrah u jikber u jhaddem. Tal-lum jaraw li n-negozju tal-familja jkollu
l-vantaggi kollha possibbli. Tal-lum jaraw li l-haddiema mhux biss jahdmu izda
jkollhom l-opportunitajiet kollha li jithargu kontinwament u li jakkumulaw
skills li jaghmlu “employable” ghomorhom kollu. Tal-lum jimmiraw lejn
il-familja, l-familja tal-principal u l-familja tal-impjegat. Tal-lum jizguraw
li lkoll nahdmu biex nghixu ahjar u ngawdu l-familja taghna flimkien f’jum
wiehed ta’ lanqas darba fil-gimgha. Fuq dawn il-kriterji kollha l-White Paper
tfalli.

Bl-ERA l-gvern qed jitlef opportunita’ li jaghmel xi haga
verament gdida. Fiha hafna tajjeb mhux le. Izda titlef hafna ghaliex min
fassalha ma kellux il-kuragg ihares ‘il quddiem. Lejn x’inhuma l-htigijiet
tal-intrapriza ghada. Lejn x’ghandu jsir biex ikun assigurat aktar xoghol ghal
ghada. Lejn x’ghandu jsir biex Malta tkun tista’ verament tikkompeti f’suq
wiehed kbir Ewropej meta jaqghu s-salvagwardji li llum jsostnu hafna intraprizi
Maltin. Dan hu li jinkwetani l-aktar illum, Ministeru wiehed b’idejat mod u
l-iehor b’idejat ohra. Wiehed ihares ‘il quddiem u l-iehor lura. U suppost li
d-direzzjoni hi ‘l quddiem. Zghar wisq f’Malta biex ma ngharfux x’irridu u ma
nfasslux flimkien l-istrategija li twassalna fejn irridu ahna
flimkien.

L-IRA
L-IRA hi l-Industrial Relations Act. Din ilha ma
tinbidel mill-1976 ‘l hawn. Dak inhar saru bidliet fuq dak li kien jezisti qabel
li politikament setghu ghamlu sens ghac-cirkostanzi li kienu jezistu dak inhar
hekk kif l-ekonomija Maltija kienet hierga mid-dominanza tal-Bazi Ingliza
f’Malta ghall-ekonomija differenti fejn il-gvern kellu hafna poter u sehem qawwi
fl-izvillup.

Izda mill-1976 ‘l hawn l-affarijiet inbidlu hafna.
Ghaddejna minn zminijiet koroh hafna. Hafna minna jiftakru l-inkwiet kbir
tal-bidu tat-tmenijiet ta’ wara l-Elezzjonijiet l-1987 u problemi ohrajn li
nholqu f’dawn l-ahhar snin. Is-soluzzjonijiet dejjem fl-ahhar instaghbu. Izda
mhux ghax il-ligijiet tax-xoghol kienu tabin. Anzi, aktarx kif jghidu l-Inglizi
“in spite of them”. Pero’ xorta wahda ma kellniex il-hila nibdluhom. Ghax wahda
mis-sahtiet ta’ dan il-pajjiz hu li m’ghandniex hila naggornaw il-ligijiet b’mod
efficjenti u minghajr tikitrakki. Lanqas nibdlu triq go rahal m’ghandna hila
minghajr hafna argumenti u hafna hoss. Ahseb u ara meta nigu biex nibdlu
l-affarijiet il-kbar. Pero’ dan hu nuqqas li jcekkinna bhala nazzjoni.

Issa ghandna ic-cans li nibdlu. Il-proposti tal-White Paper fihom hafna
affarijiet li m’humiex tajbin. L-ERA tista’ tkun hafna ahjar. L-IRA hi aghar.
Min fassalha ghadu jghix fi zmien Charles Dickens u jahseb li Oliver Twist ghadu
maghna. Id-definizjoni ta’ x’inhu konflit u dispute fuq il-post tax-xoghol,
x’mekkanizmu nehtiegu biex nirrisolvu l-inkwiet, huma kollha qodma. Postijiet
tax-xoghol immexxija mis-sid stess u l-organizazzjonijiet li jirrapprezentawhom
baqghu mhux rikonoxxuti. Sidien zghar li jinghaqdu flimkien biex jiddefendu
l-ghexien taghhom huma mcahhda mid-drittijiet li l-haddiema ilhom li akkwistaw
hamsin sena. Il-GRTU ilha mill-1993 tinsisti li l-IRA ghandha tinbidel biex
sitwazzjoni ta’ xoghol rikonoxxuta mill-ligi ma tkunx biss dik fejn hemm
principal li johrog il-paga kull hmistax jew xahar u haddiema li jircivieha.
Il-GRTU talbet li jkun rikonoxxut ukoll li haddiema awtonomi dawk li jahdmu ghal
rashom u wkoll ihaddmu ohrajn maghhom bhal per ezempju id-distributturi tal-gas
u ohrajn bhalhom fejn m’hemmx paga fissa izda hemm hlas li jrid jinqala’ wara li
jinqatghu l-ispejjez u fejn ix-xoghol jiddependi minn sid wiehed li mieghu
jintlahaq ftehim kuntrattwali (kollettiv), ukoll ikunu rikonoxxuti bhala
haddiema u s-sitwazzjoni taghhom bhala “employment” ghat-termini tal-ligi.
Il-GRTU talbet li dawk li jahdmu ghal rashom ukoll ikunu jistghu jgawdu
mill-protezzjoni li ghandhom haddiema ohra u li meta flimkien jiehu azzjoni biex
jiddefendu l-ghixien taghhom huma u l-organizazzjoni li tirrapprezenthom ma
jitpoggewx fi stat ta’ ksur tal-ligi. Il-GRTU fl-1995 fasslet u pprezentat
proposti konkreti biex il-gvern jirrikonoxxi li l-organizazzjoni tax-xoghol
f’pajjizna tbidlet.

Iz-zewg partiti politici ewlenin f’pajjizna t-tnejn
weghdu li l-ligi ser tinbidel biex is-self employed ta’ pajjizna ma jibqghux
sotto privileggati. Izda haga tal-ghageb. Qiesu ma tkellem hadd. Dawk kollha
fil-Ministeru ghall-Politika Socjali li tkellimna maghhom, qieshom jghixu
f’pajjiz iehor. Kull politiku li pogga fuq is-siggu ta’ Ministru tal-Politika
Socjali jaf b’dawn il-proposti. F’kull laqgha li kellna ma’ Ministru jew Prim
Ministru jew Kap tal-Opozzizzjoni jew xi rapprezentant tal-ILO, li jigi jzurna,
dejjem naghmlu l-istess proposti. Izda haga tal-ghageb jibqa’ ma jsir xejn.
Tohrog White Paper u nergghu ma naraw xejn. 24,000 intrapriza f’Malta huma micro
enterprises, intraprizi li ma jhaddmux aktar minn 10 minn nies. Il-maggoranza
assoluta taghhom ma jhaddmux aktar minn tlieta minn nies. Dawn kollha jridu
d-dritt li meta jinghaqdu flimkien biex jiddefendu l-interessi taghhom u
l-ghixien taghhom kontra mposizzjonijiet u kundizzjonijiet li jgheddulhom
hobzhom, huma wkoll ikollhom id-dritt li jiehdu azzjoni bil-privileggi kollha li
taghti l-ligi. Illum dan id-dritt ma jezistix u gvern li jiftahar tant li hu
tarka tas-self employed ma jistax jahrab milli jsib soluzzjoni ghal din
il-problema. Il-Ministru Gonzi ghal darba ohra qed
jizgicca.

 

Feel Good Factor

Kif ser immorru
Il-mistoqsija li l-aktar li jsaqsuni f’dawn il-granet hi dik li tirrigwardja l-andament tal-ekonomija matul din is-sena. Illum kulhadd jifhem li l-ekonomija hi xi haga li tinbidel. Mhux dak li hu llum bilfors jibqa’ l-istess ix-xahar id-diehel jew sitt xhur ohra. Mill-banda l-ohra dak li sar ix-xahar l-iehor jew xhur ilu jaffettwa dak li ser isir fix-xhur li gejjin. L-ekonomija hi katina ta’ avvenimenti u attivitajiet kemm f’Malta kif ukoll barra li flimkien jaffetwaw dak li jsir fil-pajjiz. Bla flus la tghannaq u lanqas tbus, jghid il-Malti. Jekk l-ekonomija ma trendix flus bizzejjed ma jkunx hawn tant tghanniq u jizdied it-tgergir. In-nies mhux talli ma thossiex tajba, izda tibda taqta’ n-nifs. Il-konsumatur ma jonfoqx. L-imprenditur ma jinvestiex. Jigri bil-maqlub meta n-nies thossha sewwa, thossha komda. Ghalhekk il-gvernijiet mohhhom biex joholqu atmosfera ekonomika tajba.

 


Manigjar ekonomiku
Illum il-gvernijiet fl-ekonomiji moderni l-hin kollu ghassa biex jaraw x’ikun sejjer hazin fl-ekonomija biex kemm jista’ jkun jirrangawha malajr. Il-gvernijiet il-hin kollu ghassa biex fil-pajjiz ikun hemm dak li jsejhulu il-“feel good factor”. Mhux biss ghax politikament gvern ihossu aktar b’sahhtu meta n-nies ihossuhom li qeghdin sewwa, izda wkoll ghax l-atmosfera ta’ ottimizmu taghmel tajjeb ghat-tkattir tal-investiment u thajjar aktar holqien ta’ gid. Il-gid jmur ghand kulhadd, inkluzi l-gvern, li b’zieda fl-attivita’ ekonomika jkattar ukoll id-dhul tieghu.

Ezempju ta’ dan ir-ragunar hu dak li jsir fl-Ingliterra. Il-Ministru tal-Finanzi Ingliz, Gordon Brown, hu probabbli l-aktar Ministru tal-Finanzi fl-ahhar snin li hu konxju il-hin kollu ta’ dak li jgieghel lin-nies ihossuhom sewwa u ta’ dak li jrid isir biex is-setturi kollha fl-ekonomija ingliza ma jaqghux lura u jibqghu jistinkaw u jinvestu. Skemi fuq skemi ta’ support u ta’ ghajnuna lis-setturi tal-ekonomija l-aktar lis-settur tal-intrapriza z-zghira, u fl-istess waqt id-dhul tat-taxxi jizdied. Ghax Gordon Brown mill-bidu ta attenzjoni massima lil dawk li l-aktar irid minnhom: investituri, sidien tan-negozji, centri finanzjarji u ohrajn li jinfluwenzaw bil-kbir id-decizjonijiet ta’ kemm ikun hemm min lest li l-ekonomija jitfalha. Ghax ix-xoghol ma jigix bil-paroli jew bil-magija. Ix-xoghol jigi billi l-intrarpiza kbira u zghira thoss li ghandha ghax tahdem aktar, tkabbar aktar, izzid u tifrex aktar. Dan kollu jirrifletti f’aktar xoghol, f’aktar jobs, f’zidiet fil-pagi u f’holqien ta’ inizjattivi godda. Dan hu li jfisser manigjar ekonomiku. F’dan is-sens kemm hi verament manigjata l-ekonomija Maltija?

Mentalita’ Hazina
Dan hu messagg li f’Malta inbghatu biex inwassluh. Kull min jahdem ghal rasu jew sid ta’ negozju ma jiflahx jisma’ aktar. Mhux biss il-bicca l-kbira tal-kummenti huma negattivi fir-rigward tal-intraprizi Maltin, izda hafna drabi huma wkoll kliem u avvizi, kif jghidu “in bad taste”. Tisma’ ir-radjijiet, tara t-televizjoni u taqra l-gazetti, hlief avvizi b’toni esagerati dwar gbir ta’ taxxi u multi li min ma jhallasx sat-tali gurnata ma tismax. M’hemmx lejliet il-Milied u granet ta’ festa. Kif tiftah ir-radju jew it-televizjoni tismaghha tfaqqa’: hallas! Dan kollu jirrifletti mentalita’ hazina. Mentalita’ negattiva kontra n-nies tal-kummerc li Malta ma jixirqiliex aktar. Ghal certi nies fil-media s-self employed u n-nies tan-negozji qieshom kriminali. Programmi ta’ tghajjir u insulti imtella’ fuq radjijiet li suppost ghandhom naqra ta’ sens fejn jidhlu n-negojzi privati. Qiesu li m’hawnx min imur tajjeb u hu moqdi sew mis-sidien tal-hwienet u mis-self employed. Rari tisma’ tifhir. Aktar iva milli le tmaqdir. Hafna drabi f’dan il-pajjiz fejn hawn tant u tant affarijiet li ma jahdmux tajjeb, qiesu li l-hazin kollu gej mis-self employed u minn nies tan-negozji. Is-sabiha hi li t-tajjir hafna drabi jkun instigat minn nies imhallsa mit-taxxi ta’ kulhadd. U fejnu l-bilanc fix-xandir? Rari jkunu mistiedna wkoll rapprezentanti tal-kummerc. Hemm certu pregudizju li jifrex ma hafna dipartimenti tal-gvern, kunsilli lokali u awtoritajiet, li kull min hu fin-negozju hu halliel.

A fair deal
Issa jekk wiehed ihares lejn l-istatistika tistghageb kemm proporzjonalment huma ftit dawk li jgergru. Per ezempju jekk niehdu s-sitt mitt kaz li jersqu ghand id-Dipartiment tal-Konsumaturi f’sena shiha u tqabblu man-numru enormi ta’ transazzjonijiet li jsiru, mhux f’sena, lanqas f’xahar, lanqas f’gimgha, lanqas f’gurnata wahda, izda f’siegha biss fil-pajjiz kollu, issib li verament it-tgergir hu infintezimu. Vera li hafna ma jgergrux anke jekk mhux kuntenti, izda l-bicca l-kbira l-aktar assoluta ta’ dawk li jixtru u jfittxu servizzi, huma moqdija tajjeb. Min ibiegh u jaghti s-servizz jaghmel dan ghas-spejjez tieghu bit-tama li jaqla’ bizzejjed biex ikopri l-ispejjez u jibqaghlu qliegh. Hu fl-interess tieghu li x-xoghol jaghmlu sewwa u ghas-sodisfazzjoni tal-klijent. Tgergir hemm dejjem, izda mhux fil-proporzjoni li wiehed jifhem meta jaqra certi pagni fil-gurnali u jisma’ certi programmi.

Kulhadd jitkellem dwar “a fair deal for consumers”. Jien nahseb li wasal ukoll iz-zmien li l-media tkun konxja wkoll tal-htiega ta’ kumpanija indirizata biex ikun hawn wkoll “a fair deal for retailers”. Ma jistax ikun li mal-hazin jibqa’ jehel kulhadd. Mhux kulhadd jaf li hawn nies mhux professjonali u hallelin. F’liema qasam mhux hekk? Mhux kulhadd jaf li hawn min jikser il-ligi, jevita t-taxxi, jmexxi l-kuntrabandu, jevita l-garanizi u jharbat. Izda dawn huma mhux biss l-ghedewwa tal-konsumaturi izda wkoll l-ghedewwa tar-retailers serji. Dan l-istess ghall-professjonisti. Din l-istess ghall-haddiema. Ghax jekk hemm professjonisti li jisirqu allura jehlu kollha. Ghax hemm haddiema li jiskartaw u jiehdu l-paga ghal xejn allura jehlu l-haddiema kollha. Dawk li jiskartaw u jisirqu, kemm professjonisti, kemm haddiema, kif ukoll self employed u negozji, jaghmlu hekk ghax min hu responsabbli li jikkontrolla, jorqod.

Kontrol
M’hawn kwazi xejn li ma jistax jinzamm taht kontrol kieku l-awtoritajiet veru jridu. It-taxxi nhallsuhom u flus biex min hu nkarigat jara li l-affarijiet jsiru sewwa hawn. Jdahhal Lm650 miljun f’sena l-gvern. Flus biex jamministra sewwa ghandu. Izda qiesu li n-nies li xogholhom hu li jghassu u li jaraw li ma jkunx hawn abbuzi jigru aktar wara minn qieghed sewwa u l-hazin qiesu dejjem xalata.

Dan hu forsi l-aghar abbuz. Meta l-ghassies jorqod, jkun hawn t-tharbit. Bit-tharbit inbghatu lkoll. Haddiem ibghati meta sihbu jiskarta, sid ta’ negozju jbaghti meta l-kompettitur tieghu jisraq. Mhux fl-interess tas-serju li min iharbat jithalla jharbat. Min jevadi t-taxxa jiehu vantagg fuq in-negozju l-iehor li jhallas. Min jiskarta jbaghti ghalih siehbu. Min jisraq is-servizzi socjali inhallsu ghalih ilkoll. Hawn fejn nonqsu bl-ikrah f’dan il-pajjiz zghir taghna. Qiesu ghal certi nies xejn mhu xejn. Jafu li l-awtoritajiet, aktar iva milli le, jkunu b’ghajnejhom maghluqa jew jafu kif jaghlquhomlom, u kollox jghaddi. Ic-cittadin minn naha tieghu m’ghandux il-mentalita’ li l-abbuz jirrapportah. Mela kollox jghaddi. Hazin hafna aghar minn hekk, hu li l-valuri qieshom telqu. Allura dak li jkun mhux joqghod lura ghax ghandu obligu morali li hazin ma jaghmilx. Ghax din li l-morali qed tittiekel il-hin kollu qiesu mhux problema. L-awtoritajiet mill-banda l-ohra qieshom qatghu qalbhom. Ghalhekk l-abbuziv jixxala.

Ma nesagerawx
Xorta nghid li ma rridux nesageraw. Nerga’ nghid jekk niehdu c-cifri nsibu li per ezempju nies jiskartaw mix-xoghol ghandna hafna izda meta niehdu kemm isiru sighat ta’ xoghol fil-pajjiz kollu f’sena shiha, l-proporzjoni mhux li jippanikjana. L-istess tas-serq min-nies tan-negozju. Jekk tiehu li kuljum jintefqu miljun lira mill-konsumaturi u tikkalkula li kull siegha meta l-hwienet ikun miftuha jsiru mal-20,000 transazzjoni, malajr tinduna kemm huma ftit ferm dawk li jgergru u kemm huma ftit dawk li jinsterqu. L-istess s-serq u l-abbuz. Li jweggha hu li l-abbuzi dejjem jizdiedu. U jikbru fid-daqs.

Fejn hu l-aghar
L-aghar ghall-konsumatur izda mhux dan. L-aghar mhux li jittiehed b’mod ingust wiehed minn ghand iehor. Dan iwegga’ mhux le. Jwegga’ l-aktar izda dak li l-individwu jitlef bla ma jarah. L-aktar telf bhal dan gej mit-taxxi. L-individwu jaqbad il-paga, mal-ewwel jitlef 10% bhala kontribuzzjoni socjali. Titnaqqas l-income tax. Eluf kbar ta’ Maltin jwasslu d-dar paga li terz minna jkun nzamm mill-gvern. Wara li jibda jonfoq jinduna li fuq hafna prodotti qed ihallas fuqhom d-dazji u li fuq il-bicca l-kbira tax-xiri ta’ prodotti u servizzi hemm 15% VAT. Fuq il-petrol hemm, barra l-VAT, 50% taxxa ohra. Hemm imbaghad hlas ta’ taxxi kull fejn thares, registrazzjoni ta’ karozzi, licenzji tal-TV, licenzji tas-sewqan. It-taxxi llum huma madwarna. Kullimkien. Dan barra l-hlasijiet kollha tad-dawl, ilma, telefons etc. Aktar min-nofs ta’ dak kollu li taqla’ jmur ghand il-gvern. Kieku jintefqu sewwa u nhossuna lkoll sewwa kieku pacenzja, izda meta thallas bil-kbir u l-awtoritajiet ma jtukx li hu bi dritt tieghek fejn il-“feel good factor”?

Feel good factor
Ghalhekk nerga’ nigi ghal kif bdejt. Kif ser tkun is-sena? Kemm ser ikollna “feel good factor”? Noqghod biss fuq il-paroli? Kemm ser nisimghu matul is-sena Ministru wara Ministru, Chairman, wiehed wara l-iehor, Deputati Parlamentari u xandara u gurnalisti imhallsa, jiftahru, kollha jghidulna kemm kollox sejjer tajjeb. Kif kollox qed jizdied. Is-sena d-diehla ser nergghu nifthu t-televizjoni jew ir-radju u naqilbulu mal-ewwel hekk kif nisimghu jew li kollox fuq ir-rubini jew li kollox fuq f’xifer l-irdum?

Il-“feel good factor” ma jigix bil-paroli biss. In-nies ihossuhom sewwa ghax ikunu qeghdin sewwa. Biex thossok sew trid li x’hin iddahhal idejk fil-but, issib. Li x’hin tohrog tkun moqdi. Li x’hin thares madwarek tara serjeta’. Li x’hin thallas taf li qed tinghata servizz gust. Li min jikmanda l-affarijiet jaghmilhom sewwa. Il-“feel good factor trid strategija shiha biex takwistah u zzommu. Is-sistema li thadmet f’dawn l-ahhar snin li l-awtoritajiet jipprovaw jzzomm lin-nies jhossuhom sewwa ghax jitqabbdu nies jrednu l-hin kollu kemm qeghdin sewwa, mhiex tahdem. Min ghadu ma indunax jaqbillu jistenbah. Lanqas m’hi sejra tajba l-kampanja ta’ min jesagera, dejjem jeqred u jmaqdar kollox.

In-nies taf tghasar u tiddeciedi. Ghalhekk is-serji fis-sena 2002 jridu politika li taghmel aktar sens. Politika li tkun verament indirizata lejhom u mhux lejn il-bah ta’ fuq il-karta.

 

Niddefendu x-Xoghol

Il-ligi l-gdida tal-Kundizzjonijiet
tax-xoghol

L-ERA
Ghal aktar minn 50 sena l-kundizzjonijiet tax-xoghol
f’Malta kienu mhaddma fuq ic-CERA – il-Conditions of Employment (Regulations)
Act. Skond il-white paper tal-Ministru Laurence Gonzi din il-Ligi issa ser
tinbidel. Flokha diehla l-ERA – l-Employment Relations Act. Il-ligi ta’ Dr Gonzi
hi probabbli l-aktar ligi socjalista li ddahhlet fil-Parlament Malti minn
Mintoff ‘l hawn. Jien ma nahsibx li l-haddiema ghandhom ghalfejn igergru b’din
il-ligi. Anzi qiesa miktuba mill-avukati tat-Trade Unions. Mhux l-istess
ghas-sidien tal-intraprizi Maltin. It-talbiet taghhom gew injorati ghal kollox.
L-aktar tal-intraprizi z-zghar rapprezentati mill-GRTU. Ghalihom xejn. Anzi
kompla jehdilhom.


 


Is-sidien Maltin ilhom f’irtirata shiha u b’pass dejjem
aktar mghaggel sa mill-1976, minn meta ddahhlet, l-IRA, l-Industrial Relations
Act. Issa l-ERA litteralment twaqqa lis-sidien tal-intraprizi Maltin
ghall-warrani.

Il-lum fl-ekonomiji moderni il-ligijiet jinkitbu
mill-lenti tal-intrapriza. Mhux mill-lenti tas-sidien jew mill-lenti
tal-haddiema. Mill-lenti tal-intraprizi. Jigifieri, x’ghandu jsir jew ma jsirx
biex l-intrapriza li minnha jrid jiekol kulhadd, sidien, managers u haddiema,
fornituri, kredituri u kunsumaturi, ma tmutx u tibqa tikkompeti u tiffjorixxi
f’qasam fejn l-element uman u socjali ma jkunx inferjuri ghall-ebda ghan iehor.
Kien hazin meta l-ligijiet kienu jinkitbu biss biex jiddefendu lis-sid. Izda hu
daqstant hazin meta l-ligijiet jinkitbu fl-‘interess” biss tal-haddiem. Ghamilt
il-kelma “interess” bl-inverted commas ghaliex l-interess veru tal-haddiem ikun
mhares meta l-interess tal-post tal-impjieg ukoll ikunu mharsa. Ma jiswa xejn li
wiehed jkollu salarju tajjeb, kundizzjonijiet tajbin u kumdita fix-xoghol meta
intrapriza tfalli. Insaqqsu llum lill-haddiema ta’ Portanier x’jippreferu jekk
hux aktar kumdita’ jew xoghol.

Ix-xoghol
L-aqwa kundizzjoni li
haddiem ifittex hi s-sigurezza fl-impjieg. Dan jghodd l-aktar ghal minn ikun qed
jikber, ghal kapijiet tal-familji li jkunu ghadhom ikabbru u ghal dawk kollha
b’impenji ta’ hlasijiet ma banek u ohrajn. Illum anke perijodu qasir ta’
unemployment ikissrek. Ahseb u ara meta l-qaghad ikun fit-tul. Aktar u aktar
meta l-ekonomija generali ma tkunx sejra tajba u l-impjiegi alternattivi jkunu
skarsi. Il-holqien tal-impjieg u s-sostenn tal-impjieg ghandu jkun primarju.
Meta haddiem ma jkollux xoghol, jew jitlef ix-xoghol, ikun mcahhad mill-ghola u
l-aqwa kundizzjoni . F’pajjizna x-xoghol ma jaqax mis-sema. Iz-zmien ta’ “ahleb
guz”, meta Malta kellha Prim Ministru li l-hin kollu jivvinta kif johloq
ix-xoghol u jgib il-flus biex ikun jista johloq aktar xoghol mall-gvern u
fis-settur pubbliku, ghadda u ma jigi lura qatt. Id-dinja imbiblet u Malta
wkoll. Il-lum ix-xoghol mahluq mill-gvern jonqos jista u mhux jizdied.

Xoghol mal-Privat
Ghada aktar mill-lum ix-xoghol ser ikun dejjem
aktar ipprovdut mill-privat. Ghada aktar mill-lum ix-xoghol ser jinstghab
fl-intraprizi zghar fejn ir-relazzjonijiet tax-xoghol huma differenti minn dawk
li jeziztu fl-intraprizi kbar. Jibqa’ jkollna ntraprizi kbar, allahares le,
pero’ ser imbghatu dejjem aktar biex ingiebu lejn pajjizna nvestiment barrani
gdid biex noholqu f’Malta intraprizi kbar. Ser insibuha wkoll dejjem aktar iebsa
li noholqu korporazzjonijiet kbar bhal Maltacom, Enemalta, dockyards, HSBC’s,
BOV’s etc. L-intrapriza f’Malta ser tkun dejjem aktar ta’ sidien privati.
L-intrapriza Maltija ser tkun dejjem aktar dik li tkun hafifa, efficcjenti u
kapaci tikkompeti. Hekk kif il-gvern qed izzarma l-protezzjonijiet kollha wahda
wara l-ohra li kienu jsostnu lill-imprenditur Malti mill-kompetizzjoni sfrenata
u mid-dumping li jaqa fuqna minn barra, l-uniku haga li tibqa zzomm l-intraprizi
Maltin ghaddejjin u jzommu livell ta’ impjieg xieraq hi
l-kompetitivita.

Jekk in-negozji Maltin f’kull qasam – manifattura,
biedja, telecommunications, banek, lukandi, hwienet, distribuzzjoni,
kostruzzjoni, servizzi, transport, tiswijiet, portijiet, Ajruport, avjazzjoni
kullimkien, ma jkunux kompetittiv ghall-ahhar ser ibghatu. Min jahdem ghal rasu,
min ghandu negozju, minn ghandu fabbrika, garaxx, hotel, workshop, hi x’inhi
mhux ser jibqa jikkompeti fit-tul meta s-sonza titlaq. Jekk ma jahdimx bl-anqas
pizjiet, bl-aktar support u bl-aktar mod kompetittiv.

Jien ma nafx kemm
certi drawwiet u kundizzjonijiet ser inzommuhom fis-snin li gejjien.
L-intraprizi li llum isostnu lilhom innifishom taht xi forma ta’ protezzjoni
trid tahseb minn issa kif ser tghix minghajrhom. Xoghol il-gvern illum suppost
hu li jara kif ma jghabbix aktar pizijiet fuq l-intraprizi Maltin u kif jibdel
dak kollu li b’xi mod ixekkel l-intrapriza privata u li jiskoragixxi
l-investituri privati Maltin milli jkabbru u joholqu aktar
xoghol.

Ristrutturar
Dan hu li jfisser ristrutturar. Hafna nies din
mhux qed jifhmuha. Ristruttura tfisser “think first, think business’ ghidt
f-artiklu iehor. Ristruttura tfisser tibdel u taddotta dak kollu mehtieg biex
intrapriza tkun aktar kompetittiva fuq perijodu itwal. Mhux ghal jumejn, jew
ftit xhur sa ma tinqala minn sitwazzjoni hazina. Li tirriforma ghat-tul. Li
tnehhi s-sonza u l-fsied li qabel kienu jsostnu l-intraprizi. Dawk li llum qed
jitkellmu minn fuq l-kaxxi tat-TV fuq free movement of people, free movement of
services, free movement of goods, u ma waqghetx zokorthom fl-intrapriza u
fin-negozju jaqblilhom jifhmu sew x’inhuma jghidu. Li taghmel l-intraprizi aktar
kompetittivi hu xoghol iebes hafna. Mhux kwistjoni ta’ paroli. Mhux kwistjoni
ta’ Ministru jippriedka u jparla imbaghad nghaddu ligijiet u nintroducu sistemi
li aktar johonqu, jghabbu u jaqtghu n-nifs.

L-ERA hi bad news ghas sid
l-intrapriza z-zghira u ghall-intraprizi tal-familji Maltin. L-ERA hi miktuba
mill-bidu sat-tmiem b’mentalita’ li thares lejn sid l-intrapriza bhala persuna
mhux ta’ min jafdaha. Hi kollha kemm hi miktuba bi pregudizju shih kontra sid
in-negozju. Ma rridx nifthiehem li jien kontra li l-haddiem jinghata dak kollu
li bi dritt hu tieghu. Altru minn hekk. Izda l-ghan ghandu jkun kif l-intrapriza
tibqa’ tahdem. Fl-ERA m’hemm xejn ta’ support lill-imprenditur. Kollox
kontra.

Trid taqdef
Ghalhekk jien nghid li hafna minn dawk li
jippridkaw biss dwar idejat godda, oranizazzjoni tax-xoghol gdida,
liberalizazzjoni, huma bhat-tfal jitghallmu l-katekizmu: il-pagni jitghalmuhom u
jghiduhom. Meta jigu biex jghixuhom jkunu jafu kemm hu difficli. Hekk hu dan
il-kliem kollu dwar free movement this u free movement that. Facli
ghall-Ministri li jghollu rashom u jippriedkaw. Facli aktar ghas-Segretarji
tal-Partiti, u ghal kummentaturi tar-radjijiet u tat-TV u ghal akkademici li
jippontifikaw fuq principji, fuq acquis communautaire, u fuq it-teoriji.

Jibdew ihaddmu negozju. Jifthu workshop. Jinvestu f’fabbriki. Jifthu
restaurants. Jinvestu f’hotel. Jibdew jahdmu r-raba’, jibnu, jservu, whatever.
Jmiddu ghonqhom u jpoggu flushom down the line halli jkunu jafu kemm hi
differenti l-hajja meta lin-nies timpjeghom int. Meta lill-banek trid thallashom
int. Meta lill-burokratici u lit-taxmen trid tiffaccjhom int. Meta il-gimgha
kollha trid thabbat wiccek maghhom int biex tibqa kompetittiv.

Kemm jekk
is-suq tieghek hu Malti u aktar u aktar jekk is-suq tieghek gej minn barra, meta
tidhol ghaliha tkun taf li l-hajja tal-intraprizi hi taqtieha shiha u kontinwa.
Mhux jigi l-ahhar tax-xahar u l-paga qeghda hemm. Mhux jinkwieta u jitqatta minn
gewwa haddiehor. Le titqatta minn gewwa int. Il-pagi tan-nies trid tara minn
fejn ser iggibhom int. Il-kontijiet trid thallashom u tirsisti ghalihom int.
Jekk jifdal tithallas int ukoll.

Is-sodisfazzjoni
Is-sodisfazzjon
meta kollox imur sewwa, jkun tieghek ukoll. Veru. Izda biex dan s-sodisfazzjon
jigi triq taqdef, tissogra u tfendi. Mhux facli l-intrapriza. Ghalhekk hafna u
hafna ma jidhlux ghaliha. Ghalhekk hafna qed jitilquha. Ghalhekk il-gwaj qed
jikber.

Hawn hu ghaliex jien nemmen li l-ligijiet iridu jitilqu mill-punt
tal-intraprizi. Hi l-intrapriza li tohloq, thaddem u ggib il-gid. Bil-gid
il-haddiem u minn ihaddem jgawdi kundizzjonijiet tajbin u sigurezza fl-impjieg.
Il-gid jigi aktar ma tkun kompetittiv. Il-ligi hi tajba aktar ma jibqghu
kompetittivi l-intraprizi Maltin. Kien dan il-ghan ta’ min fassal
l-ERA?

Ir-risposta tieghi hi le.

 
Malta Chamber of SMEs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.